Il-prattiki ta' taħriġ tajbin

Hawnhekk, min iħarreġ jista’ jsib skedi informattivi li jiddeskrivu prattiki tajba fit-taħriġ tal-imħallfin u tal-prosekuturi. Il-prattiki jkopru firxa wiesgħa ta’ suġġetti, minn valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ taħriġ għall-għoti u l-evalwazzjoni tat-taħriġ.

Uri aktarUri inqas

L-iskedi informattivi jistgħu wkoll jipprovdu spunt għal taħriġ għal ġuristi oħra (persunal tal-qorti, avukati, nutara, marixxalli tal-qorti u medjaturi)

Il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ taħriġ

Metodoloġija ta’ taħriġ innovattiva

Kurrikuli u pjanijiet ta' taħriġ innovattivi

Għodod ta' taħriġ li jiffavurixxu l-applikazzjoni korretta tal-liġi tal-UE u l-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali

Valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-parteċipanti fit-taħriġ / l-effett tal-attivitajiet ta’ taħriġ

Sessjoni Ewropea ta' ħidma dwar kif tibni fuq prattiki tajbin fit-taħriġ ġudizzjarju Ewropew

Prattika "promettenti", prattika "tajba" jew "l-aħjar" prattika

L-eżempji ta' prattiki ta' taħriġ tajbin jappartjenu għal oqsma differenti ta' taħriġ:

  • il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ taħriġ
  • kurrikuli u pjanijiet ta' taħriġ innovattivi
  • metodoloġija ta’ taħriġ innovattiva
  • għodod ta' taħriġ li jiffavurixxu l-applikazzjoni korretta tal-liġi tal-UE u l-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali
  • valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-parteċipanti fit-taħriġ / l-effett tal-attivitajiet ta’ taħriġ.

L-eżempji nġabru bħala parti mill-Proġett pilota dwar it-taħriġ ġudizzjarju Ewropew propost mill-Parlament Ewropew fl-2012 u eżegwit mill-Kummissjoni Ewropea fl-2013-2014. L-istudju dwar prattiki tajbin ta' taħriġ sar min-Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju (EJTN) u l-eżempji nġabru minn 23 istituzzjoni ta' taħriġ bħall-istituzzjonijiet ta' taħriġ ġudizzjarju nazzjonali, l-Akkademja tal-Liġi Ewropea (ERA), l-Istitut Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika (EIPA) u l-EJTN stess.

Kull skeda informattiva tippreżenta l-karatteristiki ewlenin tal-prattika, id-dettalji ta' kuntatt tal-istituzzjoni ta' taħriġ u kull kumment utli ieħor rigward it-trasferibbiltà tal-prattika.

Il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ taħriġ

Analiżi tal-Prattiki tal-Qorti  PDF (350 KB) mt

L-Estonja

Proċedura Strutturata għad-Determinazzjoni tal-Bżonnijiet ta' Taħriġ  PDF (346 KB) mt

Ir-Rumanija

Analiżi tan-Nuqqasijiet fit-Taħriġ  PDF (347 KB) mt

Il-Belġju

Valutazzjoni tal-Programm Sħiħ tat-Tribunal tas-Saħħa Mentali  PDF (351 KB) mt

L-Ingilterra u Wales

Ivvalutar tal-Ħtiġijiet ta' Taħriġ Reġjonali  PDF (348 KB) mt

Il-Kroazja

Il-Ħolqien tal-Profili ta’ Kompetenzi għall-Imħallfin u l-Prosekuturi  PDF (349 KB) mt

Il-Polonja

Taħriġ tal-Coroners  PDF (349 KB) mt

L-Ingilterra u Wales

Ħtiġijiet ta’ Taħriġ, Evalwazzjoni u Valutazzjoni tal-Impatt  PDF (440 KB) mt

L-Akkademja tal-Liġi Ewropea (ERA)

Valutazzjoni Individwali tal-Ħtiġijiet ta’ Tagħlim  PDF (364 KB) mt

L-Istitut Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika (EIPA)

Valutazzjoni Parteċipattiva  PDF (348 KB) mt

Franza

Kurrikuli u pjanijiet ta' taħriġ innovattivi

Ippjanar ta' Kurrikulu ta' Taħriġ Annwali Komprensiv u Orjentat lejn il-Bżonnijiet  PDF (350 KB) mt

Il-Ġermanja

Ippjanar ta' Kurrikulu ta' Taħriġ Annwali Komprensiv u Orjentat lejn il-Bżonnijiet  PDF (361 KB) mt

L-Ingilterra u Wales

L-Għoti ta' Taħriġ lill-Imħallfin u l-Prosekuturi flimkien ma' Professjonijiet Oħrajn  PDF (346 KB) mt

Il-Bulgarija

L-Għoti ta' Taħriġ lill-Imħallfin u l-Prosekuturi flimkien ma' Professjonijiet Oħrajn  PDF (350 KB) mt

L-Ingilterra u Wales

Tagħqid ta' Dixxiplini Differenti fl-Għoti ta' Taħriġ għall-Imħallfin u l-Prosekuturi  PDF (349 KB) mt

L-Italja

Tribunali Fittizji u Programmi ta' Rwoli Simulati  PDF (350 KB) mt

L-Ingilterra u Wales

Tribunali Fittizji Simulati  PDF (347 KB) mt

L-Ungerija

Monitoraġġ mill-Qrib ta’ Ħiliet ta’ Komunikazzjoni, bl-użu tas-Simulazzjoni  PDF (364 KB) mt

Franza

Taħriġ fit-Tmexxija u l-Ġestjoni  PDF (353 KB) mt

Franza

Taħriġ fit-Tmexxija u l-Ġestjoni  PDF (359 KB) mt

Il-Finlandja

Taħriġ fit-Tmexxija u l-Ġestjoni  PDF (347 KB) mt

Il-Belġju

Taħriġ fit-Tmexxija u l-Ġestjoni  PDF (348 KB) mt

L-Ingilterra u Wales

Taħriġ fit-Tmexxija u l-Ġestjoni  PDF (345 KB) mt

EIPA

Taħriġ fit-Tmexxija u l-Ġestjoni  PDF (351 KB) mt

In-Netherlands

Pakkett Komprensiv biex jingħata Taħriġ fuq Skala Kbira dwar Strumenti Legali ġodda  PDF (438 KB) mt

Ir-Rumanija

Pakkett Komprensiv biex jingħata Taħriġ fuq Skala Kbira dwar Strumenti Legali ġodda  PDF (345 KB) mt

Franza

Pakkett Komprensiv biex jingħata Taħriġ fuq Skala Kbira dwar Strumenti Legali ġodda  PDF (347 KB) mt

L-Akkademja tal-Liġi Ewropea (ERA)

Twettiq Konġunt ta’ Programmi ta’ Taħriġ fi Sħubiji Mhux tas-Soltu  PDF (347 KB) mt

Il-Portugall

L-Għoti Konġunt ta’ Programmi ta’ Taħriġ ma’ Istitut ta’ Riċerka Estern  PDF (348 KB) mt

Il-Polonja

Mentors tal-Qorti  PDF (350 KB) mt

Il-Bulgarija

Mentors tal-Qorti  PDF (392 KB) mt

In-Netherlands

Metodoloġija ta’ taħriġ innovattiva

Strateġija Komprensiva ta’ Tagħlim Elettroniku Onlajn  PDF (347 KB) mt

Il-Bulgarija

Tagħlim elettroniku mħallat  PDF (349 KB) mt

In-Netherlands

Tagħlim elettroniku mħallat  PDF (365 KB) mt

Spanja

Approċċ Komprensiv, Pluridimensjonali għat-Taħriġ fil-Liġi tal-UE  PDF (353 KB) mt

Il-Bulgarija

Reġistrazzjoni, Xandir, Podcasting Onlajn, Reġistrazzjoni u Traskrizzjoni ta' Attivitajiet ta' Taħriġ u d-Disponibilità tagħhom fuq l-Internet  PDF (346 KB) mt

Ir-Rumanija

Indirizz elettroniku u Vidjokonferenzi  PDF (345 KB) mt

Il-Portugall

Studju ta’ Każ Reali, Żviluppat f’Ħin Reali, permezz tal-Użu ta’ Vidjokonferenzi  PDF (347 KB) mt

Spanja

Reklutaġġ ta' Ħarrieġa u Evalwazzjoni tal-Prestazzjoni tal-Ħarrieġa  PDF (265 KB) mt

Ir-Rumanija

Organizzazzjoni ta’ Taħriġ Deċentralizzat biex Jirrifletti l-Ħtiġijiet u l-Kwistjonijiet ta’ Taħriġ Lokali  PDF (257 KB) mt

Il-Bulgarija

Organizzazzjoni ta’ Taħriġ Deċentralizzat biex Jirrifletti l-Ħtiġijiet u l-Kwistjonijiet ta’ Taħriġ Lokali  PDF (388 KB) mt

Ir-Rumanija

Organizzazzjoni ta’ Taħriġ Deċentralizzat biex Jirrifletti l-Ħtiġijiet u l-Kwistjonijiet ta’ Taħriġ Lokali  PDF (349 KB) mt

Franza

Tagħlim fi Gruppi Kbar – Il-Metodoloġija Valanga  PDF (351 KB) mt

L-Ingilterra u Wales

Gruppi żgħar – Kitba ta' Deċiżjonijiet  PDF (349 KB) mt

In-Netherlands

Awtoriflessjoni dwar il-Kitba ta' Deċiżjonijiet  PDF (347 KB) mt

L-Estonja

Gruppi żgħar – Ix-Xogħol tal-Ġudikatura  PDF (358 KB) mt

L-Ingilterra u Wales

L-Imħallef fis-Soċjetà: Deontoloġija, Etika u Relazzjonijiet mal-Mezzi tax-Xandir  PDF (352 KB) mt

Spanja

Awtoriflessjoni fir-rigward tal-Ħiliet fil-Komunikazzjoni  PDF (257 KB) mt

L-Estonja

Komunikazzjoni fuq il-Mezzi tax-Xandir – Taħriġ Interattiv u Fuq Diversi Livelli dwar il-Mezzi tax-Xandir  PDF (262 KB) mt

Il-Ġermanja

Għodod ta' taħriġ li jiffavurixxu l-applikazzjoni korretta tal-liġi tal-UE u l-kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali

Aċċess għal-Liġi tal-UE permezz ta' Mezzi Elettroniċi  PDF (251 KB) mt

Il-Portugall

Approċċ Komprensiv, Multidimensjonali għat-Taħriġ fil-Liġi tal-UE u l-Kooperazzjoni Ġudizzjarja Internazzjonali (Mudell Eurinfra)  PDF (370 KB) mt

In-Netherlands

GAIUS: żieda tal-għarfien tal-liġi tal-UE għall-imħallfin  PDF (349 KB) mt

L-Italja

Tagħqid tat-Taħriġ fil-Liġi tal-UE u l-Kooperazzjoni Internazzjonali mat-Taħriġ fil-Lingwaġġ Ġuridiku  PDF (284 KB) mt

Spanja

Tagħqid tat-Taħriġ fil-Liġi tal-UE u l-Kooperazzjoni Internazzjonali mat-Taħriġ fil-Lingwaġġ Ġuridiku  PDF (261 KB) mt

L-Ungerija (il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja)

Il-Ħolqien Kontinwu ta' Netwerks (Reali u Virtwali)  PDF (259 KB) mt

Ir-Rumanija

Il-Kompetizzjoni THEMIS  PDF (347 KB) mt

Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju (EJTN)

Ġustizzja Kriminali I – Il-Kooperazzjoni Ġudizzjarja fi Kwistjonijiet Kriminali - "Simulazzjonijiet tal-EAW u tal-MLA"  PDF (261 KB) mt

Netwerk Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju (EJTN)

"Tagħlim bil-prattika" filwaqt li Jiżdied l-Għarfien fil-Qasam tal-Kooperazzjoni Ġudizzjarja u tal-Liġi Nazzjonali ta' Stati Membri oħra tal-UE  PDF (261 KB) mt

Il-Ġermanja

L-Iżvilupp ta' Materjali għat-Taħriġ fil-Liġi tal-UE fil-Livell Pan-Ewropew bil-Ħsieb li, Sussegwentement, Jiġu Inkorporati fil-Livell Nazzjonali  PDF (270 KB) mt

L-Akkademja tal-Liġi Ewropea (ERA)

L-Iżgurar tal-Viżibbiltà tal-Kontenut tal-Liġi tal-UE fil-Korsijiet tal-Liġi Domestika  PDF (350 KB) mt

In-Netherlands

Valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-parteċipanti fit-taħriġ / l-effett tal-attivitajiet ta’ taħriġ

Ir-Relatur  PDF (346 KB) mt

Il-Belġju

“Uri Dak li Tgħallimt”  PDF (351 KB) mt

In-Netherlands

Valutazzjoni fit-Tul tal-Attivitajiet ta’ Taħriġ  PDF (350 KB) mt

Il-Ġermanja

Sistema ta' Evalwazzjoni u ta' Valutazzjoni tal-Impatt  PDF (347 KB) mt

L-Akkademja tal-Liġi Ewropea (ERA)

Evalwazzjoni wara t-taħriġ  PDF (359 KB) mt

L-Istitut Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika (EIPA)

Sessjoni Ewropea ta' ħidma dwar kif tibni fuq prattiki tajbin fit-taħriġ ġudizzjarju Ewropew

Fis-26-27 ta' Ġunju 2014 ġew diskussi prattiki ta' taħriġ tajbin waqt sessjoni ta' ħidma organizzata mill-Kummissjoni biex tippermetti lil dawk li joffru taħriġ iparttu l-ideat tagħhom għal taħriġ ta' żvilupp ulterjuri għall-ġuristi dwar kif japplikaw il-liġi tal-UE. Is-sessjoni ta' ħidma spjegat ukoll kif il-finanzjament tal-UE jista' jgħin fl-introduzzjoni ta' tekniki ta' taħriġ ġodda (ġeneralment għal proġetti li jinvolvu kooperazzjoni transfruntiera).

Il-vidjos tad-diskussjoni jinstabu fis-sit tas-sessjoni ta' ħidma.

Prattika "promettenti", prattika "tajba" jew "l-aħjar" prattika

Il-prattiki ta' taħriġ ippreżentati f'din it-taqsima huma identifikati bħala "promettenti", "tajbin", "l-aħjar" jew "mhux ikklassifikati" skont il-kriterji definiti mill-EJTN fit-twettiq tal-istudju.

Prattika li tkun l-aħjar prattika tkun programm ta' taħriġ jew strateġija bl-ogħla grad ta' effikaċja ppruvata appoġġat minn riċerka u evalwazzjoni oġġettivi u komprensivi.

Prattika tajba tkun programm jew strateġija li tkun ħadmet f'organizzazzjoni waħda jew iktar u li turi li hemm ċans tajjeb li ssir l-aħjar prattika, peress li jkollha bażi oġġettiva biex issostni l-effikaċja tagħha u potenzjal għal replikazzjoni f'organizzazzjonijiet oħrajn.

Prattika (xi kultant sperimentali biss) promettenti fit-taħriġ ġudizzjarju tkun prattika b'tal-inqas evidenza preliminari tal-effikaċja tagħha jew li jkollha potenzjal għall-ġenerazzjoni tad-dejta li tkun utli għad-determinazzjoni ta' kemm tkun promettenti li ssir prattika tajba jew l-aħjar prattika, biex tiġi ttrasferita lejn ambjenti ta' taħriġ ġudizzjarju iktar varjat.

Prattika effikaċi tkun potenzjalment trasferibbli kullimkien jew kompletament jew f'format adattat, skont iċ-ċirkostanzi.

Xi prattiki ma jkunux ikklassifikati peress li jkunu dehru li kienu interessanti imma ma kienx hemm dejta disponibbli biex jiġu kklassifikati skont il-kriterji deskritti fuq.

L-aħħar aġġornament: 23/01/2018

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna