Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura għal Talbiet Żgħar

Włochy

Autor treści:
Włochy

Introduzzjoni

X'inhuma t-tariffi applikabbli?

Kemm għandi nħallas?

X'jiġri jekk ma nħallasx fil-ħin it-tariffi tal-qorti?

Kif nista' nħallas it-tariffi tal-qorti?

X'għandi nagħmel wara l-pagament?

Introduzzjoni

Ir-regoli dwar l-ispejjeż tal-proċeduri huma stabbiliti fil-Liġi Konsolidata dwar l-ispejjeż legali (Testo Unico delle disposizioni legislative e regolamentari in materia di spese di giustizia) li tinsab fid-Digriet Presidenzjali Nru 115 tat-30 ta’ Mejju 2002 (Decreto del Presidente della Repubblica 30 maggio 2002 n. 115).

X'inhuma t-tariffi applikabbli?

Fl-azzjonijiet ċivili, kull parti tkopri l-ispejjeż tad-dokumenti tagħha u tad-dokumenti meħtieġa għall-azzjoni jekk il-liġi jew il-qorti teżiġi li dik il-parti tħallashom (l-Artikolu 8 tal-Liġi Konsolidata dwar l-ispejjeż legali, Digriet Presidenzjali Nru 115/2002).

It-tariffi fl-azzjonijiet ċivili huma kif ġej:

  • tariffa standard biex tressaq il-każ
  • tariffi tas-servizzi
  • ħlasijiet għall-kopji

Kemm għandi nħallas?

L-ammonti pagabbli huma stipulati fl-Artikolu 13 u l-Artikolu 30 tad-Digriet Presidenzjali Nru 115/2002 rigward, rispettivament, it-tariffa standard u l-ħlas bil-quddiem sabiex ikunu koperti l-ispejjeż tas-servizz fuq talba tal-qorti.

Il-ħlasijiet għall-kopji huma rregolati mill-Artikoli 267 et seq. tad-Digriet Presidenzjali Nru 115/2002 u huma elenkati fit-Tabelli 6, 7 u 8 annessi ma' dak id-digriet.

Skont l-Artikolu 46 tal-Liġi Nru 374/1991 li tistabbilixxi l-Kummissarji tal-Ġustizzja (Legge 21 novembre 1991, n. 374 Istituzione del giudice di curicepace) [fl-Italja, il-kummissarji tal-ġustizzja huma legalment kwalifikati], għandha titħallas it-tariffa standard biss għal dokumenti u sentenzi għal ammonti sa EUR 1,033.

X'jiġri jekk ma nħallasx fil-ħin it-tariffi tal-qorti?

Fil-każ ta' nuqqas ta' ħlas, il-qorti jew kumpanija għall-ġbir tad-dejn (ftehim fis-seħħ ma' Equitalia Giustizia SpA) tibgħat notifika ta' ħlas b'istruzzjonijiet dwar l-arranġamenti tal-ħlas tat-tariffa standard (l-Artikolu 248 tad-Digriet Presidenzjali Nru 115/2002).

F'każ li ma jiġux imħallsa l-ispejjeż tal-kopji u l-ammont previst fl-Artikolu 30 tad-Digriet Presidenzjali Nru 115/2002, il-qorti tista' tirrifjuta li taċċetta d-dokument (l-Artikolu 285 tad-Digriet Presidenzjali Nru 115/2002).

Kif nista' nħallas it-tariffi tal-qorti?

Jekk il-ħlas isir fl-Italja għandhom jintużaw kont postali, il-Formola F23 jew bolol mixtrija mingħand il-bejjiegħa tat-tabakk u l-bejjiegħa bl-imnut awtorizzati.

Il-ħlasijiet minn barra l-pajjiż għandhom isiru permezz ta' trasferiment bankarju.

X'għandi nagħmel wara l-pagament?

Wara l-ħlas, għandek tippreżenta l-irċevuta rilevanti lill-qorti bħala prova tal-ħlas.

L-aħħar aġġornament: 18/01/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.