Court fees concerning Small Claims procedure

Find all the information concerning fees, available means to pay, post-payment actions, etc. when using the European Small Claims procedure in each Member State.

Are you about to use the European Small Claims procedure? If so, please note the applicable court fees. You will find all the information concerning fees, available means to pay, post-payment actions, etc. by selecting the relevant national flag listed elsewhere on this page.

Last update: 07/07/2023

This page is maintained by the European Commission. The information on this page does not necessarily reflect the official position of the European Commission. The Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice with regard to copyright rules for European pages.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura għal Talbiet Żgħar - Belġju

Introduzzjoni

X'inhuma t-tariffi applikabbli?

Kemm għandi nħallas?

X'jiġri jekk ma nħallasx fil-ħin it-tariffi tal-qorti?

Kif nista' nħallas it-tariffi tal-qorti?

X'għandi nagħmel wara l-pagament?

Introduzzjoni

Dan is-suġġett huwa rregolat mill-Artikoli 1017 sa 1022 tal-Kodiċi Ġudizzjarju Belġjan (Code judiciaire) u mill-Artikolu 953 ta’ dak il-Kodiċi fir-rigward tal-ħlas ta’ tariffi tax-xhieda. Huwa rregolat ukoll mill-Kodiċi Belġjan tat-tariffi ta’ Reġistrazzjoni, tal-Ipoteki u tar-Reġistru tal-Qorti (Code des droits d'enregistrement, d'hypothèque et de Greffe), u b’mod partikolari l-Artikoli 142 et seq. u 268 et seq. fir-rigward tat-tariffi ta' reġistrazzjoni.

X'inhuma t-tariffi applikabbli?

L-Artikolu 1018 tal-Kodiċi Ġudizzjarju Belġjan jispeċifika n-natura tal-ispejjeż:

1° Reġistru tal-Qorti, reġistrazzjoni u tariffi oħra. It-tariffi tar-reġistru tal-Qorti jinkludu t-tariffi tal-elenkar, it-tariffi tal-abbozzar u t-tariffi tal-kopji ċċertifikati (ara l-Artikoli 268 et seq. tal-Kodiċi Belġjan tat-tariffi ta’ Reġistrazzjoni, tal-Ipoteki u tar-Reġistru tal-Qorti). It-tariffa tal-elenkar hija bejn EUR 30 u EUR 100, skont il-qorti. It-tariffa tal-abbozzar hija ta’ EUR 35.

It-tariffi tar-reġistrazzjoni huma pagabbli għal deċiżjonijiet f'każijiet fejn l-ammont prinċipali jkun aktar minn EUR 12,500 (minbarra t-tariffi tal-qorti). Dawn huma stabbiliti għal 3% ta' dan l-ammont. Għalhekk, ma japplikawx għal talbiet żgħar;

2° L-ispiża tal-proċessi tal-qorti u s-salarji u l-emolumenti relatati.

3° L-ispiża ta' kopja ċċertifikata tas-sentenza: bejn EUR 0,85 u EUR 5,75 għal kull paġna;

4° L-ispejjeż ta' kull mezz ta' kif tingħata jew tinkiseb evidenza, inklużi t-tariffi tal-esperti u ta' xhieda oħra. Id-Digriet Reġju tas-27 ta' Lulju 1972 stabbilixxa dan l-ammont ta' BEF 200 għal kull xhud, li issa huwa ekwivalenti għal madwar EUR 5. Ma' dan jiżdied l-indennizz tal-ivvjaġġar (EUR 0,0868 għal kull kilometru).

Jekk jissejjaħ xhud espert, huwa jkun liberu li jistabbilixxi l-ispejjeż u t-tariffi tiegħu stess. Madankollu, il-metodu ta' kalkolu jrid jiġi ddikjarat b'mod ċar u l-ammont jista', jekk meħtieġ (pereżempju, fejn l-ispejjeż ikunu saru bla bżonn), jitnaqqas mill-qorti fl-evalwazzjoni dettaljata tat-tariffi tal-qorti.

5° Spejjeż għall-ivvjaġġar u ta’ sussistenza tal-imħallfin, tal-iskrivani u l-partijiet fil-każ, meta l-ivvjaġġar tagħhom ikun ġie ordnat mill-qorti, u l-ispejjeż tal-atti, meta dawn ikunu saru biss għall-iskopijiet tal-kawża.

6° Tariffa għall-preparazzjoni tal-kawża (l-Artikolu 1022 tal-Kodiċi Ġudizzjarju Belġjan). Din titħallas mill-parti telliefa u hija kontribuzzjoni fissa għall-ispejjeż u t-tariffi legali tal-parti rebbieħa. L-ammonti huma bbażati fuq l-indiċi tal-prezzijiet għall-konsumatur u jiżdiedu jew jitnaqqsu b'10% jekk l-indiċi jogħla jew jinżel b'10 punti perċentwali.

L-ammont tat-talba

Ammont
bażiku

Ammont
minimu

Ammont
massimu

EUR 250,00 jew inqas

EUR 180,00

EUR 90,00

EUR 360,00

EUR 250,01 sa EUR 750,00

EUR 240,00

EUR 150,00

EUR 600,00

EUR 750,01 sa EUR 2,500,00

EUR 480,00

EUR 240,00

EUR 1,200,00

It-tribunal tal-impjieg (regoli speċjali)

L-ammont tat-talba

Ammont
bażiku

Ammont
minimu

Ammont
massimu

EUR 250,00 jew inqas

EUR 43,75

EUR 31,75

EUR 55,75

EUR 620,00 jew inqas

EUR 87,43

EUR 69,43

EUR 105,43

EUR 2,500,00 jew inqas

EUR 131,18

EUR 107,18

EUR 155,18

7° It-tariffi, l-emolumenti u l-ispejjeż tal-ombudsman maħtur skont l-Artikolu 1734 tal-Kodiċi Ġudizzjarju Belġjan.

Kemm għandi nħallas?

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, l-ammont li għandu jitħallas jiddependi kompletament fuq kull każ, skont jekk tirbaħx jew le, jekk issejħux xhieda esperti, jekk tħarrkux xhieda oħra, jekk l-imħallfin kellhomx jivvjaġġaw barra mill-pajjiż, jekk kienx involut ombudsman, eċċ.

X'jiġri jekk ma nħallasx fil-ħin it-tariffi tal-qorti?

It-tariffi tar-reġistri tal-Qorti għandhom jitħallsu bil-quddiem, inkella l-każ ma jiġix elenkat.

Ix-xhieda esperti dejjem jeħtieġu ħlas bil-quddiem qabel ma jibdew ix-xogħol.

Jekk titlob is-smigħ ta' xhud, l-ewwel ikollok tħallas l-ammont dovut lill-iskrivan. Jekk ma tħallasx dan l-ammont, wieħed jassumi li m'għadx għandek bżonn li jinstema’ x-xhud.

Kif nista' nħallas it-tariffi tal-qorti?

Il-pagament jista' jsir permezz ta' trasferiment ta' kreditu jew ordni ta' ħlas, trasferiment elettroniku, flus kontanti jew ċekk pagabbli lir-reġistru tal-qorti (l-għażla tal-aħħar hija riżervata għall-prattikanti legali u l-marixxalli).

X'għandi nagħmel wara l-pagament?

Kwalunkwe prova tal-ħlas għandha tinżamm f'post sigur sabiex tkun tista' tiġi ppreżentata immedjatament fuq talba.

L-aħħar aġġornament: 26/02/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura għal Talbiet Żgħar - Bulgarija

Introduzzjoni

X’tariffi huma applikabbli?

Kemm se nħallas?

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

Introduzzjoni

Id-dispożizzjonijiet dwar il-ħlas tat-tariffi tal-qorti u l-ispejjeż fi proċedimenti ċivili huma stabbiliti rispettivament fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili u fl-Iskeda ta’ tariffi tal-Istat miġbura mill-qrati skont il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (GPK).

Il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili:

“Kapitolu Tmienja. Tariffi u Spejjeż, Taqsima I — Il-valur tal-kawża

Spejjeż tal-kawża
Artikolu 68. Il-valur monetarju tas-suġġett tal-kawża għandu jkun il-valur tal-kawża.

L-ammont tal-valur tal-kawża
Artikolu 69. (1) L-ammont tal-valur tal-kawża għandu jkun:
1. f’kawżi li jikkonċernaw pretensjonijiet monetarji: is-somma pretiża;

Determinazzjoni tal-valur tal-kawża:
Artikolu 70. (1) Il-valur tal-kawża għandha tkun speċifikata mill-attur. Il-valur tal-kawża jista’ jiġi kkontestat jew mill-konvenut jew mill-qorti ex officio, mhux aktar tard mill-ewwel seduta għall-eżami tal-kawża. F’każ ta’ diskrepanza bejn il-valur indikat u l-valur reali, il-qorti għandha tiddetermina l-valur tal-kawża.
(2) Deċiżjoni tal-qorti li żżid il-valur tal-kawża tista’ tiġi kkontestata b’appell interlokutorju.
(3) Meta jkun diffiċli li tiddetermina l-valur tal-kawża fil-mument meta tinfetaħ il-kawża, il-qorti tiddetermina valur tal-kawża approssimattiv u wara jiġi impost ħlas addizzjonali jew il-ħlas żejjed jitħallas lura skont il-valur iddeterminat mill-qorti ladarba ssolvi l-każ.

Taqsima II. Spejjeż u tariffi tal-Istat

Responsabbiltà għat-tariffi u għall-ispejjeż
Artikolu 71. (1) It-tariffi tal-Istat fuq il-valur tal-kawża u l-ispejjeż tal-qorti għandhom jinġabru għas-smigħ tal-kawża. Meta l-kawża ma tkunx tista’ tiġi evalwata, l-ammont tat-tariffa tal-Istat għandu jiġi ddeterminat mill-qorti.

Tariffi tal-Istat
Artikolu 73. (3) It-tariffi tal-Istat għandhom jinġabru, skont l-iskeda adottata mill-Kunsill tal-Ministri, meta tiġi ppreżentata talba għal protezzjoni jew faċilitazzjoni u meta jinħareġ id-dokument li l-ħlas irid isir għalih.

Annessi mat-talba
Artikolu 128. Dan li ġej għandu jiġi ppreżentat mat-talba:
1. il-prokura, meta d-dikjarazzjoni tiġi ppreżentata minn mandatarju;
2. prova dokumentata tal-ħlas tat-tariffi u l-spejjeż tal-Istat, meta jkunu dovuti;
3. kopji tat-talba u l-annessi tagħha f’għadd ekwivalenti għall-għadd ta’ konvenuti.

Verifika tat-talba
Artikolu 129. (1) Il-qorti għandha tivverifika l-konformità tat-talba.
(2) Meta t-talba ma tikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 127(1) u fl-Artikolu 128, l-attur għandu jingħata struzzjonijiet biex jirrimedja n-nuqqasijiet ta’ konformità fi żmien ġimgħa u jiġi infurmat bil-possibbiltà li juża l-għajnuna legali, jekk l-attur ikollu bżonn u jkun intitolat għal dik l-għajnuna. Meta l-indirizz tal-attur ma jkunx indikat u ma jkunx magħruf mill-qorti, il-komunikazzjoni għandha ssir bit-twaħħil ta’ avviż f’post nominat għal dan l-għan fil-qorti għal ġimgħa.
(3) Meta l-attur jonqos milli jirrimedja n-nuqqasijiet ta’ konformità, it-talba u l-annessi għandhom jintbagħtu lura, u meta l-indirizz ma jkunx magħruf, it-talba għandha tibqa’ fl-uffiċċju tal-qorti għad-dispożizzjoni tal-attur. Jista’ jitressaq appell interlokutorju kontra r-rinviju tat-talba mingħajr ma tiġi ppreżentata kopja tan-notifika.”

Skeda ta’ tariffi tal-Istat miġbura mill-qrati skont il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili
“Taqsima I
Tariffi Kollettivi fi proċedimenti fil-qrati
Artikolu 1. Għandha tinġabar tariffa ta’ 4 % tal-valur tal-kawża iżda ta’ mhux inqas minn BGN 50 għal talba, kontrotalba jew talba minn terzi bi drittijiet indipendenti.”

It-tariffi tal-qorti jitħallsu biss permezz ta’ trasferiment bankarju fil-kont tal-qorti.

X’tariffi huma applikabbli?

It-tariffi tal-Istat jinġabru meta tinfetaħ il-kawża. L-attur irid jakkumpanja t-talba b’evidenza dokumentata tal-ħlas ta’ kwalunkwe spiża u tariffa tal-Istat dovuti.

Kemm se nħallas?

It-tariffa tal-Istat fir-Repubblika tal-Bulgarija għal kawżi bħal dawn hija ta’ 4 % tal-valur tal-kawża iżda ta’ mhux inqas minn BGN 50.

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Jekk l-attur ma jakkumpanjax it-talba bi prova dokumentata tal-ħlas tat-tariffi tal-Istat dovuti meta tinfetaħ il-kawża, il-qorti tibgħat komunikazzjoni lill-attur li tordnalu jħallas it-tariffi tal-Istat fi żmien ġimgħa. Meta l-indirizz tal-attur ma jkunx indikat u ma jkunx magħruf mill-qorti, il-komunikazzjoni ssir bit-twaħħil ta’ avviż f’post nominat għal dan l-għan fil-qorti għal ġimgħa.
Meta l-attur jonqos milli jirrimedja n-nuqqasijiet ta’ konformità, it-talba u l-annessi jintbagħtu lura, u meta l-indirizz ma jkunx magħruf, it-talba tibqa’ fl-uffiċċju tal-qorti għad-dispożizzjoni tal-attur. F’każijiet bħal dawn, il-kawża tingħalaq.

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

It-tariffi tal-qorti jitħallsu biss permezz ta’ trasferiment bankarju fil-kont tal-qorti, u d-dokument tal-ħlas irid jiġi ppreżentat lill-imħallef/imħallfin li jkunu qed jisimgħu l-kawża permezz tar-reġistru tal-qorti. It-tariffa tal-qorti ma tistax titħallas fi flus kontanti lill-kaxxier tal-qorti. Kull qorti għandha kuntratt ma’ bank li jipprovdi servizzi lill-qorti. Il-kontijiet tal-bank jinsabu fis-sit web uffiċjali tal-qorti.

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

It-tariffi tal-qorti jitħallsu biss permezz ta’ trasferiment bankarju fil-kont tal-qorti, u d-dokument tal-ħlas irid jiġi ppreżentat lill-imħallef/imħallfin li jkunu qed jisimgħu l-kawża permezz tar-reġistru tal-qorti.

L-aħħar aġġornament: 20/07/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura għal Talbiet Żgħar - Iċ-Ċekja

Introduzzjoni

X’tariffi għandi nħallas?

Kemm jiswew?

X’inhuma l-konsegwenzi għal ħlas tardiv tat-tariffi?

Kif u fejn nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

X’nagħmel wara li nkun ħallast it-tariffi?

Introduzzjoni

It-tariffi tal-qorti huma rregolati mill-Att Nru 549/1991 dwar it-tariffi tal-qorti. L-Anness tal-Att jinkludi skeda ta’ tariffi. It-tariffi jikkostitwixxu dħul tal-baġit tal-Istat.

It-tariffi jitħallsu minn trasferiment bankarju fil-kont tal-qorti kompetenti. It-tariffi li ma jaqbżux il-CZK 5 000 jistgħu jitħallsu wkoll bil-bolol.

X’tariffi għandi nħallas?

Fil-proċedura għal talbiet żgħar, it-tariffi tal-qorti jridu jitħallsu skont ir-regolamenti ġenerali. Hawnhekk japplikaw l-istess regoli bħal għall-proċedimenti ċivili l-oħrajn.

Kemm jiswew?

Ir-rati tat-tariffi proċedurali huma stabbiliti bħala ammont fiss, jew bħala perċentwal għat-tariffi li l-bażi tagħhom tiġi espressa bħala ammont monetarju. It-tariffa perċentwali tiġi kkalkulata bħala l-prodott tal-bażi tat-tariffa u r-rata tat-tariffa. Ir-rati individwali huma stabbiliti fl-iskeda ta’ tariffi annessa mal-Att Nru 549/1991 dwar it-tariffi tal-qorti.

Ir-regola bażika bbażata fuq il-kriterju tal-ħlas hija rilevanti għat-termini tal-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar. It-tarifa għal rikors għall-ftuħ ta’ proċedura ġudizzjarja ċivili li tikkonċerna ħlas ta’ sa CZK 20 000 huwa ta’ CZK 1 000.

X’inhuma l-konsegwenzi għal ħlas tardiv tat-tariffi?

Jekk it-tariffa proċedurali pagabbli mal-preżentata tar-rikors biex tinfetaħ proċedura, appell, appell tat-tielet istanza jew appell fil-kassazzjoni ma tkunx tħallset, il-qorti għandha titlob lill-pagatur iħallasha f’perjodu stabbilit mill-qorti ta’ mhux inqas minn 15-il jum. F’każijiet eċċezzjonali, il-qorti tista’ tistabbilixxi perjodu iqsar. Jekk dan il-perjodu jkun skada u l-pagatur ma jkunx ħallas it-tariffa, il-qorti għandha twaqqaf il-proċedura. Il-ħlas tat-tariffa wara l-iskadenza tat-terminu ma jitqiesx.

Jekk il-qorti tal-appell issib, wara li tkun tressqet il-kawża quddiemha għal deċiżjoni fl-appell, li t-tariffa dovuta mal-preżentata tal-appell ma tkunx tħallset, hija għandha titlob lill-pagatur iħallasha f’perjodu ta’ mhux inqas minn 15-il jum. F’każijiet eċċezzjonali, il-qorti tal-appell tista’ tistabbilixxi perjodu iqsar. Jekk dan il-perjodu jkun skada u l-pagatur ma jkunx ħallas it-tariffa, il-qorti tal-appell għandha twaqqaf il-proċedura. Il-ħlas tat-tariffa wara l-iskadenza tat-terminu ma jitqiesx. Il-proċedura quddiem il-qorti tal-appell għandha tapplika mutatis mutandis.

Jekk id-deċiżjoni li jitwaqqfu l-proċeduri minħabba n-nuqqas ta’ ħlas tat-tariffa ssir finali, l-obbligu ta’ ħlas ma jibqax jeżisti.

Kif u fejn nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

It-tariffi jitħallsu minn trasferiment bankarju fil-kont tal-qorti kompetenti. Id-dettalji bankarji jinsabu fis-sit web ta’ kull qorti, li jistgħu jiġu aċċessati mill-portal tal-Internet Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.justice.cz/. It-tariffi li ma jaqbżux il-CZK 5 000 jistgħu jitħallsu wkoll bil-bolol.

Il-kawżi dwar it-tariffi proċedurali jiġu deċiżi mill-qorti kompetenti biex tisma’ u tiddeċiedi l-kawża fl-ewwel istanza.

X’nagħmel wara li nkun ħallast it-tariffi?

L-obbligu tal-pagatur li jħallas it-tariffi tal-qorti jiġi ssodisfat malli jibgħat flus fil-kont bankarju tal-qorti kompetenti jew malli jagħti l-bolol lill-qorti kompetenti, . M’intix obbligat tippreżenta xi dokumenti oħrajn lill-qorti.

L-aħħar aġġornament: 09/11/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura għal Talbiet Żgħar - Ġermanja

Introduzzjoni

X’tariffi huma applikabbli?

Kemm se nħallas?

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

Introduzzjoni

L-ispejjeż tal-qorti għall-proċedura Ewropea għal talbiet żgħar huma stabbiliti fil-Liġi dwar l-Ispejjeż tal-Qorti (Gerichtskostengesetz).

Il-qorti titlob il-ħlas tal-ispejjeż tal-qorti permezz ta’ fattura tal-ispejjeż tal-qorti. It-tariffi jkunu dovuti meta jiġi ppreżentat ir-rikors li jagħti bidu għall-proċedura. Madankollu, il-progress tal-proċedura ma jiddependix mill-ħlas tat-tariffi.

Minbarra r-rikorrent, kull min ikun impost b’obbligu bħal dan fuqu mill-qorti, jew kull min jassumi l-obbligu bħala parti minn soluzzjoni, ukoll ikollu l-obbligu li jħallas it-tariffi tal-qorti.

X’tariffi huma applikabbli?

It-tariffi speċifiċi huma elenkati f’appendiċi (Indiċi tal-Ispejjeż — Kostenverzeichnis) mal-Liġi dwar l-Ispejjeż tal-Qorti. Il-punt 1210 tal-Indiċi tal-Ispejjeż jispeċifika rata tat-tariffa 3.0 għall-proċedura Ewropea għal talbiet żgħar. Fil-każ ta’ terminazzjoni bikrija tal-proċedura, din it-tariffa titnaqqas għal rata ta’ 1.0 (il-Punt 1211 tal-Indiċi tal-Ispejjeż).

L-ammont tat-tariffa jiġi ddeterminat mill-ammont disputat, li normalment ikun identiku għall-valur tat-talba ppreżentata.

Kemm se nħallas?

Tariffi li jridu jitħallsu:

Valur ta’ sa
EUR

Rata tat-tariffi 3.0
EUR

Rata tat-tariffi 1.0
EUR

500.00

105.00

35.00

1 000.00

159.0

53.00

1 500.00

213.00

71.00

2 000.00

267.00

89.00

Minbarra t-tariffi, iridu jitħallsu l-ispejjeż kollha mġarrbin, bħall-ispejjeż tan-notifika, tax-xhieda, tal-esperti u tal-interpreti.

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

L-ispejjeż legali mhux imħallsin jiġu rkuprati permezz ta’ eżekuzzjoni mill-uffiċċju għall-ħlasijiet tal-qorti (Gerichtskassen).

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

Il-ħlas jista’ jsir bi trasferiment bankarju fil-kont indikat fil-fattura. In-numru ta’ referenza jrid jiġi indikat fit-trasferiment.

a) bi trasferiment bankarju

Il-ħlas bi trasferiment bankarju huwa possibbli.

b) bil-karta ta’ kreditu

Il-ħlas bil-karta ta’ kreditu mhuwiex possibbli.

c) b’debitu dirett mill-kont bankarju tiegħek

Il-ħlas b’debitu dirett mhuwiex possibbli.

d) metodi ta’ ħlas oħrajn (speċifika)

L-ebda metodu ta’ ħlas ieħor mhu possibbli.

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

Il-progress tal-proċedura ma jiddependix mill-ħlas.

L-aħħar aġġornament: 05/11/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Estonjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ispanjoll-Ingliżil-Franċiżir-Rumen diġà ġew tradotti.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura għal Talbiet Żgħar - Estonja

Introduzzjoni

X’tariffi huma applikabbli?

Kemm ikolli nħallas?

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

Introduzzjoni

Jekk tippreżenta rikors il-qorti fl-Estonja fil-proċedura Ewropea għal talbiet żgħar, ikollok tħallas l-istess tariffa tal-istat daqslikieku ppreżentajt rikors nazzjonali. It-tariffi tal-Istat u spejjeż proċedurali oħrajn huma rregolati mill-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili u mill-Att dwar it-Tariffi tal-Istat. It-tariffi tal-Istat u l-ispejjeż proċedurali li jridu jitħallsu lill-qorti jistgħu jitħallsu biss bi trasferiment bankarju.

X’tariffi huma applikabbli?

Meta tippreżenta r-rikors tiegħek, ikollok tħallas tariffa tal-istat biex tkopri l-ispejjeż tal-proċedimenti.

Kemm ikolli nħallas?

Jekk tippreżenta rikors il-qorti fl-Estonja fil-proċedura Ewropea għal talbiet żgħar, it-tariffa tal-istat li jkollok tħallas tkun l-istess daqslikieku ppreżentajt rikors nazzjonali. L-ammont tat-tariffa tal-istat jiddependi mill-ammont ta’ flus li tkun qed titlob. Pereżempju, ikollok tħallas tariffa tal-istat ta’ EUR 100 għal pretensjoni ta’ EUR 500, tariffa tal-istat ta’ EUR 175 għal pretensjoni ta’ EUR 1 000, tariffa tal-istat ta’ EUR 200 għal pretensjoni ta’ EUR 1 500, u tariffa tal-istat ta’ EUR 225 għal pretensjoni ta’ EUR 2 000.

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Trid tħallas it-tariffa tal-istat minn qabel meta tippreżenta rikors. Jekk ma tkunx ħallast it-tariffa tal-istat, il-qorti tagħtik l-opportunità li tħallasha sa data stabbilita mill-qorti. Jekk ma tħallasx it-tariffa tal-istat sa dakinhar, il-qorti tiċħad ir-rikors tiegħek.

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

It-tariffi tal-Istat jistgħu jitħallsu biss permezz ta’ trasferiment bankarju. Karti ta’ kreditu mhumiex aċċettati. Għall-ħlasijiet kollha maħsuba li jsiru lill-qrati, il-benefiċjarju huwa l-Ministeru tal-Finanzi.

Jekk tħallas it-tariffa tal-Istat bil-quddiem, trid tindika b’mod kemm jista’ jkun preċiż fl-ispazju għall-ispjegazzjoni, il-proċedura li qed tħallas it-tariffa tal-Istat għaliha. Jekk tħallas it-tariffa tal-istat permezz ta’ portal, eż. il-Portal ta’ Reġistrazzjoni tal-Kumpanija jew l-e-File pubbliku, il-ħlas jingħata dejjem numru ta’ referenza uniku marbut mat-talba speċifika.

Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar il-kontijiet tat-tariffi tal-istat u n-numri ta’ referenza tal-qrati fis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-Qrati Estonjani.

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

Lill-qorti trid tipprovdilha l-informazzjoni li tikkonferma l-ħlas tat-tariffa tal-Istat, sabiex hija tkun tista’ tivverifika li tkun irċeviet it-tariffa tal-istat. Din l-informazzjoni hija kif ġej: isem il-persuna li tħallas it-tariffa tal-istat, id-dettalji dwar il-bank u l-kont li t-tariffa tal-istat tħallset fih, l-ammont imħallas, u d-data tal-ħlas. Il-Qorti tista’ tivverifika li tkun irċeviet il-ħlas b’mod elettroniku, jiġifieri m’għandekx għalfejn tippreżenta l-ordni tal-ħlas li jikkonferma l-ħlas tat-tariffa tal-Istat. Madankollu, il-qorti tista’ titlobha, jekk ikun hemm bżonn.

L-aħħar aġġornament: 06/04/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura għal Talbiet Żgħar - Irlanda

Introduzzjoni

X'inhuma l-miżati applikabbli?

Kemm għandi nħallas?

X'jiġri jekk ma nħallasx fil-ħin il-miżati tal-qorti?

Kif nista' nħallas il-miżati tal-qorti?

X'għandi nagħmel wara l-pagament?

Introduzzjoni

Il-parti 9 tal-S.I. (Strument Statutorju) Numru 22 tal-2014 tirreferi għall-pagament ta' Miżati tal-Qorti għal dokumenti speċifiċi għall-Proċedura għal Talbiet Żgħar. Il-parti 2 tal-S.I. Numru 22 tal-2014 tirreferi għall-pagament ta' Miżati tal-Qorti fil-Proċedimenti Ċivili tal-Qrati Distrettwali u li huma komuni għaż-żewġ oqsma.

Is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizzi tal-Qrati Online dan l-aħħar introduċew servizzi online li jippermettulek toħloq, tirrevedi, tħallas u tressaq talbiet, inklużi talbiet żgħar, billi toħloq kont. Is-sistema hija miftuħa għall-individwi u d-ditti legali kollha.

X'inhuma l-miżati applikabbli?

Ħlas ta' miżati huwa meħtieġ meta tippreżenta d-dokumenti li ġejjin b'rabta ma' kwalunkwe Applikazzjoni għal Talbiet Żgħar mar-Reġistratur tat-Talbiet iż-Żgħar:-

  1. Meta tressaq l-Applikazzjoni inizjali.
  2. Meta tippreżenta Avviż ta' Tilwima b'Kontrotalba.
  3. *** Meta tippreżenta Avviż ta' Mozzjoni għall-Annullament ta' Sentenza.
  4. *** Meta tippreżenta Avviż ta' Appell lis-Circuit Court.
  5. *** Meta tinħareġ Taħrika fil-forma ta' Subpoena Ad Testificandum jew Duces Tecum (Taħrik tax-Xhieda)

*** Dawn id-dokumenti mhumiex iddikjarati fil-Parti 9 tal-S.I. Numru 22 tal-2014, iżda huma ddikjarati fil-Parti 2 tal-S.I. Numru 22 tal-2014.

Kemm għandi nħallas?

Partita

(1)

Miżata

(2)

Dokument li għandu jiġi ttimbrat

(3)

Meta tressaq applikazzjoni lir-Reġistratur tat-Talbiet iż-Żgħar

EUR 25,00

L-Applikazzjoni jew il-Karta tal-Miżata tal-Qorti

Meta tippreżenta Avviż ta' Tilwima b'Kontrotalba lir-Reġistratur tat-Talbiet iż-Żgħar

EUR 25,00

L-Avviż jew il-Karta tal-Miżata tal-Qorti

Meta tippreżenta Avviż ta' Mozzjoni għall-Annullament ta' Sentenza

EUR 15,00

L-Avviż jew il-Karta tal-Miżata tal-Qorti

Meta tippreżenta Avviż ta' Appell lis-Circuit Court

EUR 25,00

L-Avviż jew il-Karta tal-Miżata tal-Qorti

Meta tinħareġ Taħrika fil-forma ta' Subpoena Ad Testificandum jew Duces Tecum (Taħrik tax-xhieda)

EUR 15,00

It-Taħrika Oriġinali

X'jiġri jekk ma nħallasx fil-ħin il-miżati tal-qorti?

Jekk il-Miżata tal-Qorti ma titħallasx mal-Applikazzjoni, id-dokument jintbagħat lura lir-Rikorrent u jintalab il-ħlas.

Jekk il-Miżata tal-Qorti ma titħallasx mal-Avviż ta' Tilwima b'Kontrotalba id-dokument jiġi evalwat biex jiġi vverifikat jekk il-Konvenut għandux Kontrotalba valida. Jekk IVA, id-dokument jintbagħat lura lill-Konvenut u jintalab il-ħlas. Jekk LE, id-dokument jintbagħat lura lill-Konvenut, u jiġi spjegat għalfejn mhuwiex kontrotalba valida. Il-Konvenut jingħata formola ġdida ta' Avviż ta' Tilwima li trid timtela u tiġi rritornata lir-Reġistratur tat-Talbiet iż-Żgħar.

Jekk il-Miżata tal-Qorti ma titħallasx mal-Avviż ta' Mozzjoni għall-Annullament ta' Sentenza sal-limitu ta' żmien mogħti, l-Imħallef li jippresjedi jiġi nnotifikat b'dan il-fatt fid-data tal-Applikazzjoni. Jista' jinħareġ Digriet għall-attenzjoni tal-uffiċjal ġudizzjarju (Sheriff) biex jinforza s-Sentenza oriġinali mogħtija b'Kontumaċja. .

Jekk il-Miżata tal-Qorti ma titħallasx mal-Avviż ta' Appell lis-Circuit Court il-fajl ma jintbagħatx lis-Circuit Court. Jista' jinħareġ Digriet għall-attenzjoni tal-uffiċjal ġudizzjarju (Sheriff) biex jinforza s-Sentenza oriġinali mogħtija b'Kontumaċja.

Jekk il-Miżata tal-Qorti ma titħallasx mat-Taħrika fil-forma ta' Subpoena Ad Testificandum jew Duces Tecum (Taħrik tax-xhieda), it-Taħrika ma tkunx valida.

Kif nista' nħallas il-miżati tal-qorti?

Il-miżati jistgħu jitħallsu fi kwalunkwe Uffiċċju tal-Ittimbrar tal-Qorti Distrettwali bil-metodi li ġejjin:

Flus kontanti jew ċekk/money order/ċekk bankarju pagabbli lir-Reġistratur

Il-miżati jistgħu jitħallsu wkoll billi jintbagħat ċekk/money order/ċekk bankarju pagabbli lir-Reġistratur lill-Uffiċċju tal-Qorti Distrettwali rilevanti.

X'għandi nagħmel wara l-pagament?

Meta tħallas f'Uffiċċju tal-Ittimbrar tal-Qorti Distrettwali żomm ir-riċevuta li tingħata mill-Uffiċjal tal-Qorti u ppreżenta d-dokument(i) ittimbrat(i) lir-Reġistratur tat-Talbiet iż-Żgħar.

Meta tibgħat il-ħlas permezz ta' ċekk, money order, ċekk bankarju pagabbli lir-Reġistratur, żomm fotokopja tal-metodu ta' pagament u ċ-ċertifikat oriġinali tal-ittimbrar. Dan ikun meħtieġ bħala prova jekk il-Qorti titlob prova tal-pagament.

Meta l-Uffiċċju tat-Talbiet iż-Żgħar jirċievi l-ħlas għal kwalunkwe dokument, l-uffiċċju jittimbra d-dokument u jżomm ir-riċevuta għall-miżata mħallsa ffajljata.

L-aħħar aġġornament: 18/01/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura għal Talbiet Żgħar - Greċja

Introduzzjoni

Il-proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar prinċipalment għandha l-għan li tissimplifika u tħaffef il-litiġji transfruntiera dwar talbiet żgħar fl-Unjoni Ewropea u tnaqqas l-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti bejn l-Istati Membri.

X’tariffi huma applikabbli?

Sabiex tippreżenta talba l-qorti li tinstema’ f’konformità mal-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, huwa meħtieġ li jitħallsu l-ispejjeż tal-qorti b’mod li jikkorrispondi għal perċentwal (żgħir) tal-ammont mitlub mir-rikorrent. It-tariffi jridu jitħallsu mal-preżentazzjoni tat-talba.

Kemm se nħallas?

L-ammont rilevanti jiġi ddeterminat mill-qorti u jkun proporzjonat għall-ammont ta’ kumpens mitlub mir-rikorrent. Pereżempju, jekk ir-rikorrent jitlob ammont ta’ EUR 5,000, it-tariffi tal-qorti jkunu madwar EUR 65.

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Jekk it-tariffi tal-qorti ma jitħallsux fil-ħin, il-qorti għandha d-diskrezzjoni li (a) tistabbilixxi data biex ir-rikorrent jippreżenta l-prova tal-ħlas tat-tariffi rilevanti; jew (b) tiċħad it-talba.

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

It-tariffi tal-qorti normalment jitħallsu fi flus kontanti f’post għall-ħlas partikolari. Ir-reġistraturi jistgħu jispjegaw il-proċedura tal-ħlas lill-partijiet interessati. Mhuwiex possibbli (għalissa) li jitħallsu t-tariffi tal-qorti b’karta ta’ kreditu jew permezz ta’ kont bankarju.

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

Il-prova tal-ħlas tat-tariffi tal-qorti pprovduti mill-post tal-ħlas tinhemeż mal-atti tal-kawża flimkien mat-talba.

L-aħħar aġġornament: 12/03/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura għal Talbiet Żgħar - Spanja

Il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar mhix soġġetta għal tariffa tal-qorti.

L-aħħar aġġornament: 17/01/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna Kroat ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura għal Talbiet Żgħar - il-Kroazja

Introduzzjoni

Liema miżati japplikaw?

Kemm se nħallas?

X'jiġri jekk ma nħallasx fil-ħin il-miżati tal-qorti?

Kif nista' nħallas il-miżati tal-qorti?

X'nagħmel ladarba nkun ħallast?

Introduzzjoni

Il-miżati tal-qorti fir-Repubblika tal-Kroazja huma stabbiliti fl-Att dwar il-Miżati tal-Qorti Nru 118/18 (Zakon o sudskim pristojbama) u fid-Digriet dwar it-Tariffa tal-Miżata tal-Qorti (Uredba o tarifi sudskih pristojbi) preskritt mill-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja.

Skont l-Artikolu 5 tal-Att dwar il-Miżati tal-Qorti, il-miżati stipulati mit-Tariffa għandhom jitħallsu bi ħlas mingħajr flus kontanti, f'bolol ta' dħul maħruġa mir-Repubblika tal-Kroazja, jew elettronikament.

Għal petizzjonijiet ippreżentati b'mod elettroniku, skont regolamenti speċjali permezz tas-sistema ta' informazzjoni li tintuża fin-negozju tal-qorti, il-miżata titħallas mal-preżentazzjoni. L-ammont imħallas huwa nofs il-miżata stabbilita mit-tariffa.

Għal deċiżjonijiet nnotifikati minn qorti b'mod elettroniku, skont ir-regolamenti speċjali permezz tas-sistema ta' informazzjoni li tintuża fin-negozju tal-qorti, titħallas nofs il-miżata stabbilita mit-tariffa, jekk titħallas fi żmien tlett ijiem mill-jum tan-notifika elettronika.

Liema miżati japplikaw?

Il-miżati tal-qorti jitħallsu fil-proċedimenti ġudizzjarji ċivili u kummerċjali kollha. Skont l-Artikolu 11 tal-Att dwar il-Miżati tal-Qorti, dawn li ġejjin huma eżentati:

  1. ir-Repubblika tal-Kroazja u l-entitajiet tal-gvern
  2. persuni u korpi li jeżerċitaw awtorità pubblika fi proċedimenti li jirriżultaw mill-eżerċizzju ta' dawn is-setgħat
  3. ħaddiema f'tilwim u proċeduri oħra relatati mal-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom li jirriżultaw mill-impjieg
  4. impjegati taċ-ċivil u impjegati f’tilwim amministrattiv relatat mal-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom li jirriżultaw mill-impjieg
  5. veterani tal-gwerra b'diżabbiltà tal-Gwerra Kroata tal-Indipendenza, abbażi ta’ dokumenti xierqa li jixhdu l-istatus tagħhom, kif ukoll persuni b'diżabbiltà, abbażi ta’ dokumenti xierqa tad-Dipartiment tal-Għarfien Espert, ir-Riabilitazzjoni Vokazzjonali u l-Impjieg ta' Persuni b'Diżabbiltà
  6. il-konjuġi, it-tfal u l-ġenituri ta’ suldati li nqatlu, kienu nieqsa u miżmuma fil-Gwerra Kroata tal-Indipendenza, abbażi ta' dokumenti xierqa li jixhdu l-istatus tagħhom
  7. il-konjuġi, it-tfal u l-ġenituri ta' persuni li nqatlu, kienu nieqsa u miżmuma fil-Gwerra Kroata tal-Indipendenza, abbażi ta' dokumenti xierqa li jixhdu l-istatus tagħhom
  8. refuġjati, persuni spustati u persuni rimpatrijati, abbażi ta' dokumenti xierqa li jixhdu l-istatus tagħhom
  9. dawk fuq benefiċċji soċjali li jirċievu indennizz tas-sussistenza
  10. organizzazzjonijiet umanitarji, organizzazzjonijiet li jittrattaw il-protezzjoni tal-familji ta' dawk maqtula, nieqsa u miżmuma fit-twettiq ta' attivitajiet umanitarji u organizzazzjonijiet ta' persuni b'diżabbiltà
  11. tfal bħala partijiet fil-proċedimenti għall-manteniment jew fi proċedimenti li jikkonċernaw talbiet ibbażati fuq dak id-dritt
  12. partijiet li jibdew proċedimenti għad-determinazzjoni tal-maternità jew il-paternità u proċedimenti għall-ispejjeż li jsiru minħabba t-tqala u t-twelid ta' tarbija barra ż-żwieġ
  13. partijiet li jfittxu l-irkupru tal-kapaċità legali
  14. minorenni li jkunu qed ifittxu awtorizzazzjoni biex jiżżewġu
  15. partijiet fil-proċedimenti sabiex jiġi trasferit minorenni u għall-fini li tiġi eżerċitata relazzjoni personali ma’ minorenni
  16. partijiet li jibdew proċeduri dwar drittijiet li jirriżultaw minn pensjoni obbligatorja u minn assigurazzjoni medika ġenerali, dwar id-drittijiet tal-persuni qiegħda skont ir-regolamenti tal-impjieg u drittijiet tal-għajnuna soċjali
  17. partijiet li jibdew proċeduri għall-protezzjoni ta’ drittijiet tal-bniedem u libertajiet tal-bniedem iggarantiti mill-kostituzzjoni kontra atti individwali finali
  18. partijiet f'tilwim dwar kumpens għat-tniġġis ambjentali
  19. trejdjunjins u assoċjazzjonijiet ta' trejdjunjins ta' livell ogħla fi proċedimenti ċivili għall-approvazzjoni ġudizzjarja ta' sostituzzjoni u f'tilwim kollettiv ta' xogħol u rappreżentanti ta' unjins fi proċedimenti ċivili fl-eżerċizzju tal-poteri tal-kunsill tax-xogħol
  20. konsumaturi bħala debituri f'falliment
  21. persuni u korpi oħrajn kif meħtieġ minn liġi speċjali.

Stat barrani huwa eżentat mill-ħlas ta' miżati, jekk dan ikun previst minn trattat internazzjonali jew soġġett għar-reċiproċità.

F'każ ta' dubju dwar il-kundizzjonijiet ta' reċiproċità, il-qorti titlob spjegazzjoni mill-Ministeru tal-Ġustizzja.

L-eżenzjoni mill-punt 10 tapplika għal dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji li għalihom il-Ministru responsabbli għall-Affarijiet tal-Għajnuna Soċjali joħroġ deċiżjoni xierqa.

L-eżenzjoni mill-ħlas tal-miżati tal-qorti ma tapplikax għall-korpi tal-muniċipalitajiet u l-ibliet sakemm, skont liġi speċjali, l-eżerċizzju tal-awtorità pubblika jkun ġie ddelegat lilhom.

Fil-proċeduri Ewropej għal Talbiet Żgħar, għandhom jitħallsu l-miżati li ġejjin:

  • għal talba - iħallas l-attur
  • għal preżentata ta' risposta - iħallas il-konvenut
  • għal sentenza - iħallas l-attur
  • għal appell - iħallas l-appellant
  • għal risposta għal appell - tħallas il-persuna li tippreżenta r-risposta (ir-risposta hija fakultattiva)

Kemm se nħallas?

I. Għal talba, kontrotalba, sentenza u oġġezzjoni għal ordni ta' ħlas, għandha titħallas miżata tal-qorti proporzjonata mal-ammont tat-tilwima (ikkalkulata biss għall-ammont tal-applikazzjoni prinċipali mingħajr imgħax u spejjeż), kif ġej:

aktar minn

sa HRK

HRK

0.00

3,000.00

100.00

3,001.00

6,000.00

200.00

6,001.00

9,000.00

300.00

9,001.00

12,000.00

400.00

12,001.00

15,000.00

500.00

Miżata ta' HRK 500.00 għandha titħallas fuq ammonti ta' aktar minn HRK 15,000.00 flimkien ma' 1 % fuq id-differenza ta' aktar minn HRK 15,000.00, iżda mhux aktar minn HRK 5,000.00.

II. Nofs il-miżata msemmija fil-punt I għandha titħallas biex tiġi ppreżentata risposta u għal risposta għal appell.

III. Id-doppju tal-ammont tal-miżati tal-qorti msemmija fil-punt I huwa pagabbli fuq appell minn sentenza.

IV. Miżata tal-qorti ma titħallasx meta tintlaħaq riżoluzzjoni fil-qorti matul il-proċedimenti tal-qorti.

X'jiġri jekk ma nħallasx fil-ħin il-miżati tal-qorti?

Jekk parti tonqos milli tħallas il-miżata fil-limitu ta' żmien stipulat jew tonqos milli tinforma lill-qorti b'dan, il-qorti għandha, fi żmien skadenza ta' 15-il jum ieħor, tehmeż ċertifikat ta' eżegwibilità mad-deċiżjoni dwar il-miżata jew mad-deċiżjoni dwar l-ilment u tippreżentah lill-Aġenzija Finanzjarja għal ħlas infurzat mill-fondi tal-parti skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi li tirregola l-infurzar tad-deċiżjonijiet fuq assi monetarji.

Skont l-Artikolu 28 tal-Att dwar il-Miżati tal-Qorti, il-qorti għandha l-ewwel nett twissi lill-parti fil-kawża quddiem il-qorti bl-obbligu li tħallas il-miżata, u meta l-parti tonqos milli tikkonforma immedjatament mat-twissija, il-qorti għandha tavża lill-parti biex tħallas il-miżata fi żmien tlett ijiem. Jekk il-parti tonqos milli taġixxi fuq it-twissija jew ma kinitx preżenti fil-kawża quddiem il-qorti li għaliha tkun dovuta l-miżata, u tkun naqset milli tħallas il-miżata, il-qorti tadotta deċiżjoni fir-rigward tal-miżata li fuqha jkun pagabbli ħlas addizzjonali ta’ HRK 100.

Kif nista' nħallas il-miżati tal-qorti?

Il-miżati tal-Qorti għandhom jitħallsu bi ħlas mingħajr flus kontanti, fi flus kontanti, f'bolol ta' dħul maħruġa mir-Repubblika tal-Kroazja jew elettronikament.

Il-miżata fi flus kontanti tista' wkoll titħallas fil-kontabilità tal-qorti, f'liema każ il-qorti hija obbligata li tħallas dawk il-flus fid-dħul tal-baġit mill-miżati tal-qorti fi żmien ħamest ijiem mid-data tal-ġbir.

Id-drittijiet jistgħu jitħallsu f'bolol tad-dħul jekk il-miżata tkun inqas minn HRK 100.

Informazzjoni dwar il-metodu ta' ħlas tal-miżati għandha tkun disponibbli fuq is-sit web tal-Bord tal-Bullettin elettroniku, fuq is-siti web tal-qrati u fl-uffiċċji tal-qorti.

Il-miżati tal-qorti jistgħu jitħallsu permezz ta' kwalunkwe uffiċċju bankarju jew postali fil-Baġit tal-Istat tar-Repubblika tal-Kroazja.

Sabiex jitħallsu miżati tal-qorti minn barra l-pajjiż għandha tiġi inkluża l-informazzjoni li ġejja:

SWIFT: NBHRHR2X

IBAN:HR1210010051863000160

Kont giro (CC):1001005-1863000160

Mudell:HR64

Numru ta’ referenza: 5045-20735-PIN (jew numru ieħor ta' identifikazzjoni personali għall-pagatur)

Benefiċjarju: Ministeru tal-Finanzi tar-Repubblika tal-Kroazja, f'isem il-Qorti Kummerċjali f'Żagreb

Id-deskrizzjoni tal-ħlas għandha tinkludi l-miżata għall-każ __________ (in-numru tal-fajl tal-każ, u deskrizzjoni tal-ħlas, eż. miżata tal-qorti għal proposta biex tinħareġ l-ordni ta' ħlas Ewropea)

X'nagħmel ladarba nkun ħallast?

Ladarba jsir il-ħlas, għandha tintbagħat prova tal-ħlas lill-qorti li tkun qed tiddeċiedi l-każ li għalih tkun qed titħallas il-miżata, li tinkludi referenza għan-numru tal-każ li jkun qed jiġi mismugħ (jekk in-numru tal-każ ikun magħruf) jew meta applikazzjoni għall-ħruġ ta' ordni ta' ħlas Ewropea tkun għadha kif ġiet ippreżentata, allura prova tal-ħlas bankarju għandha takkumpanja l-applikazzjoni.

Il-partijiet għandhom jippreżentaw dokumenti lill-qorti b’mod regolari bil-posta (kunsinna ta’ pakketti reġistrata jew ordinarja) jew elettronikament, f'forma skont regolamenti speċjali permezz tas-sistema tal-informazzjoni użata fin-negozju tal-qorti.

L-aħħar aġġornament: 02/04/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura għal Talbiet Żgħar - Italja

Introduzzjoni

X'inhuma t-tariffi applikabbli?

Kemm għandi nħallas?

X'jiġri jekk ma nħallasx fil-ħin it-tariffi tal-qorti?

Kif nista' nħallas it-tariffi tal-qorti?

X'għandi nagħmel wara l-pagament?

Introduzzjoni

Ir-regoli dwar l-ispejjeż tal-proċeduri huma stabbiliti fil-Liġi Konsolidata dwar l-ispejjeż legali (Testo Unico delle disposizioni legislative e regolamentari in materia di spese di giustizia) li tinsab fid-Digriet Presidenzjali Nru 115 tat-30 ta’ Mejju 2002 (Decreto del Presidente della Repubblica 30 maggio 2002 n. 115).

X'inhuma t-tariffi applikabbli?

Fl-azzjonijiet ċivili, kull parti tkopri l-ispejjeż tad-dokumenti tagħha u tad-dokumenti meħtieġa għall-azzjoni jekk il-liġi jew il-qorti teżiġi li dik il-parti tħallashom (l-Artikolu 8 tal-Liġi Konsolidata dwar l-ispejjeż legali, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDigriet Presidenzjali Nru 115/2002).

It-tariffi fl-azzjonijiet ċivili huma kif ġej:

  • tariffa standard biex tressaq il-każ
  • tariffi tas-servizzi
  • ħlasijiet għall-kopji

Kemm għandi nħallas?

L-ammonti pagabbli huma stipulati fl-Artikolu 13 u l-Artikolu 30 tad-Digriet Presidenzjali Nru 115/2002 rigward, rispettivament, it-tariffa standard u l-ħlas bil-quddiem sabiex ikunu koperti l-ispejjeż tas-servizz fuq talba tal-qorti.

Il-ħlasijiet għall-kopji huma rregolati mill-Artikoli 267 et seq. tad-Digriet Presidenzjali Nru 115/2002 u huma elenkati fit-Tabelli 6, 7 u 8 annessi ma' dak id-digriet.

Skont l-Artikolu 46 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi Nru 374/1991 li tistabbilixxi l-Kummissarji tal-Ġustizzja (Legge 21 novembre 1991, n. 374 Istituzione del giudice di curicepace) [fl-Italja, il-kummissarji tal-ġustizzja huma legalment kwalifikati], għandha titħallas it-tariffa standard biss għal dokumenti u sentenzi għal ammonti sa EUR 1,033.

X'jiġri jekk ma nħallasx fil-ħin it-tariffi tal-qorti?

Fil-każ ta' nuqqas ta' ħlas, il-qorti jew kumpanija għall-ġbir tad-dejn (ftehim fis-seħħ ma' Equitalia Giustizia SpA) tibgħat notifika ta' ħlas b'istruzzjonijiet dwar l-arranġamenti tal-ħlas tat-tariffa standard (l-Artikolu 248 tad-Digriet Presidenzjali Nru 115/2002).

F'każ li ma jiġux imħallsa l-ispejjeż tal-kopji u l-ammont previst fl-Artikolu 30 tad-Digriet Presidenzjali Nru 115/2002, il-qorti tista' tirrifjuta li taċċetta d-dokument (l-Artikolu 285 tad-Digriet Presidenzjali Nru 115/2002).

Kif nista' nħallas it-tariffi tal-qorti?

Jekk il-ħlas isir fl-Italja għandhom jintużaw kont postali, il-Formola F23 jew bolol mixtrija mingħand il-bejjiegħa tat-tabakk u l-bejjiegħa bl-imnut awtorizzati.

Il-ħlasijiet minn barra l-pajjiż għandhom isiru permezz ta' trasferiment bankarju.

X'għandi nagħmel wara l-pagament?

Wara l-ħlas, għandek tippreżenta l-irċevuta rilevanti lill-qorti bħala prova tal-ħlas.

L-aħħar aġġornament: 18/01/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Grieg ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura għal Talbiet Żgħar - Ċipru

F’Ċipru, ir-Regolament Proċedurali dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 huwa r-Regolament Proċedurali tal-2008 dwar il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, li ilu fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2009.

L-aħħar aġġornament: 11/03/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura għal Talbiet Żgħar - Latvja

Introduzzjoni

Skont l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaArtikolu 33 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili (Civilprocesa likumsl-ispejjeż legali (tiesāšanās izdevumi) jinkludu:

  1. it-tariffi tal-qorti;
  2. id-depożiti;
  3. u l-ispejjeż relatati mat-trattament tal-proċedimenti.

X’inhuma t-tariffi applikabbli?

It-tariffi tal-qorti jikkonsistu fi:

(1) tariffa tal-Istat (valsts nodeva);

għal kull rikors ippreżentat lill-qorti trid titħallas tariffa tal-Istat – talba oriġinali, kontrotalba, rikors imressaq minn parti terza b’talba separata fir-rigward tas-suġġett tal-kawża fi proċedimenti li jkunu diġà bdew, rikors f’forma speċjali ta’ proċedura, jew rikors ieħor previst fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaArtikolu 34 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili.

(2) spejjeż relatati mal-eżami tal-kawża, jiġifieri:

  1. ħlasijiet lix-xhieda u lill-periti;
  2. spejjeż relatati mas-smigħ tax-xhieda jew mat-twettiq ta’ aċċessi fuq il-post;
  3. spejjeż imġarrba biex jiġi rintraċċat il-konvenut jew xhud;
  4. spejjeż relatati mal-eżekuzzjoni ta’ sentenza;
  5. spejjeż relatati mal-abbozzar, in-notifika, il-ħruġ u t-traduzzjoni ta’ taħrikiet tal-qorti u ta’ dokumenti relatati oħra tal-qorti u għar-ritorn ta’ provi dokumentarji;
  6. spejjeż relatati mal-abbozzar u l-ħruġ ta’ avviżi legali;
  7. spejjeż relatati mal-garanziji tat-talba jew ta’ salvagwardji provviżorji;

(3) spejjeż relatati mal-proċedimenti, jiġifieri

  1. l-onorarji tal-avukat;
  2. l-ispejjeż relatati mad-dehriet fis-seduti tal-qorti;
  3. l-ispejjeż relatati mal-kumpilazzjoni tax-xhieda;
  4. l-ispejjeż relatati ma’ għajnuna legali ffinanzjata mill-Istat;
  5. l-ispejjeż għall-assistenza minn interpretu fis-seduta tal-qorti.

Kemm għandi nħallas?

L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaArtikolu 34 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili jistabbilixxi l-ammont ta’ tariffi tal-Istat skont it-talba, ivvalutata bħala ħlas fi flus: għar-rikorsi f’kawżi ta’ divorzju; għar-rikorsi f’forom speċjali ta’ proċedura; għal rikorsi oħra, li ma jkunux ta’ natura monetarja jew fejn ma tkun meħtieġa l-ebda valutazzjoni; għal rikorsi għall-invalidazzjoni tal-ftehim ta’ arbitraġġ tagħhom; għal rikorsi li jikkonċernaw id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, il-protezzjoni ta’ bażijiet tad-data (sui generis), it-trademarks, il-marki ta’ ċertifikazzjoni u l-indikazzjonijiet ġeografiċi, il-privattivi, id-disinni, il-varjetajiet tal-pjanti, il-ksur u l-protezzjoni tat-topografija ta’ prodott semikonduttur, għal rikorsi għall-protezzjoni mill-akkwiżizzjoni l-użu u d-divulgazzjoni illegali tas-sigrieti tal-mestier, u li l-kawża tagħhom titressaq quddiem il-bord tal-appelli għall-proprjetà industrijali; għal rikorsi biex tiġi invalidata deċiżjoni ta’ laqgħa ġenerali tal-parteċipanti (l-azzjonisti) ta’ kumpanija kapitali; għal rikorsi għal garanzija jew salvagwardji provviżorji; għal rikorsi għal Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet, ifformulati skont ir-Regolament (UE) Nru 655/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi proċedura ta’ Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru transfruntier tad-dejn f’materji ċivili u kummerċjali. għal rikorsi għal proċedimenti probatorji, meta jiġu ppreżentati qabel kwalunkwe azzjoni legali; għal rikorsi għal ordni ta’ ħlas Ewropea skont ir-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea; għal rikorsi għall-eżekuzzjoni ta’ obbligi fuq avviż tal-qorti; għal rikorsi għall-eżekuzzjoni mhux ikkontestata tal-obbligi; għal rikorsi għall-ħruġ ta’ mandat ta’ eżekuzzjoni għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni tal-Qorti Permanenti ta’ Arbitraġġ jew ta’ tribunal tal-arbitraġġ barrani; għal rikorsi għat-tkomplija tal-proċedimenti u għall-ftuħ mill-ġdid tal-proċedimenti wara sentenza fil-kontumaċja; għal rikorsi għall-ftuħ ta’ proċedimenti għas-separazzjoni tal-proprjetà konġunta tal-konjuġi; għal ilmenti fi proċedimenti ta’ protezzjoni legali, għal ilmenti fi proċedimenti ta’ insolvenza minħabba deċiżjonijiet tal-laqgħa tal-kredituri, għal ilmenti dwar id-deċiżjonijiet tas-Servizz ta’ Kontroll tal-Insolvenza (Maksātnespējas kontroles dienests), kif ukoll fir-rigward tar-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar proċedimenti ta’ insolvenza; għal rikorsi għall-konsolidazzjoni ta’ proprjetà immobbli f’isem ix-xerrej; għal rikorsi għat-trasferiment tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet, meta tali rikorsi jiġu ppreżentati lill-qorti wara li d-deċiżjoni finali dwar il-kawża tkun daħlet fis-seħħ; għal rikorsi biex jiġi kkanċellat il-ħelsien mill-obbligi ta’ dejn ta’ persuni fiżiċi; għal rikorsi għall-ħruġ ta’ kopja ta’ mandat ta’ eżekuzzjoni.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kabinett tal-Ministri jiddetermina l-ammont li għandu jitħallas lix-xhieda u lill-periti, kif ukoll il-livell tal-ispejjeż u l-metodu ta’ kalkolu tagħhom għall-interrogazzjoni tax-xhieda jew għat-twettiq ta’ aċċessi fuq il-post, għar-rintraċċar tal-konvenuti jew tax-xhieda, għat-tħejjija, in-notifika, il-ħruġ u t-traduzzjoni ta’ taħrikiet u għar-ritorn ta’ provi dokumentarji, għall-abbozzar u l-pubblikazzjoni ta’ avviżi legali u għall-garanzija ta’ talba jew ta’ salvagwardji provviżorji.

L-ammont ta’ garanzija li għandha tiġi ppreżentata huwa stabbilit fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaArtikolu 43.1 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili.

Il-punt sa fejn l-ispejjeż relatati mal-kawża jkunu rimborsabbli huwa stabbilit fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaArtikolu 44 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili.

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Jekk rikors ma jkunx akkumpanjat mid-dokumenti li jikkonfermaw il-ħlas tat-tariffi tal-Istat u spejjeż oħra tal-qorti skont il-proċedura u fl-ammont stipulat bil-liġi, il-qorti, skont l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaArtikolu 133 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili, ma tipproċedix aktar bir-rikors, u tistabbilixxi terminu biex l-attur jelimina n-nuqqasijiet.

Jekk l-attur jelimina n-nuqqasijiet fil-limitu ta' żmien stabbilit, ir-rikors jitqies li ġie ppreżentat fil-ġurnata meta ġie ppreżentat għall-ewwel darba lill-qorti.

Jekk l-attur ma jeliminax in-nuqqasijiet fil-limitu ta' żmien stabbilit, ir-rikors jitqies li ma ġiex ppreżentat u jiġi rritornat lill-attur.

Jekk rikors jiġi rritornat lill-attur, dan ma jżommx lill-attur milli jerġa’ jippreżentah lill-qorti, skont il-proċeduri ordinarji stabbiliti fil-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili.

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

It-tariffa tal-Istat tista’ titħallas fil-kont tat-Teżor tal-Istat (Valsts kase).

L-ispejjeż relatati mal-eżami tal-kawża jistgħu jitħallsu fil-kont tal-Amministrazzjoni tal-Qrati (Tiesu administrācija).

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTariffi tal-Istat u kontijiet tal-qorti

Tariffa ġudizzjarja tal-Istat (l-Artikolu 34 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili, minbarra l-paragrafu sitta (għas-sottomissjoni għall-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ eżekuzzjoni jew ta’ dokument ieħor ta’ eżekuzzjoni)):

Benefiċjarju: Teżor tal-Istat

Numru tar-reġistrazzjoni 90000050138

Kont Nru LV55TREL1060190911200

Il-bank tal-benefiċjarju: Teżor tal-Istat

Kodiċi BIC TRELLV22

Għan tal-ħlas: Dettalji li jidentifikaw lill-persuna jew il-kawża: in-numru tal-kawża (jekk ikun magħruf); għall-persuni fiżiċi, l-isem, il-kunjom, u n-numru tal-identità personali; għall-persuni ġuridiċi, l-isem u n-numru ta’ reġistrazzjoni. Jekk il-ħlas ta’ tariffa tal-Istat isir f’isem ħaddieħor, trid tingħata informazzjoni li tidentifika lil dik il-persuna: in-numru tal-kawża (jekk magħruf); għall-persuni fiżiċi, l-isem, il-kunjom, u n-numru tal-identità personali; għall-persuni ġuridiċi – isem u numru ta’ reġistrazzjoni.

It-tariffa tal-Istat għas-sottomissjoni għall-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ eżekuzzjoni jew dokument ieħor ta’ eżekuzzjoni (l-Artikolu 34(6) tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili):

qabel ma tissottometti d-dokumenti ta’ eżekuzzjoni għall-eżekuzzjoni, staqsi lill-aġent inkarigat mill-ħlasijiet permezz tat-taqsima “Servizzi oħrajn” tas-sit web tal-irkantijiet elettroniċi biex jiġġenera l-fattura għat-tariffa tal-Istat għas-sottomissjoni għall-eżekuzzjoni tad-dokumenti ta’ eżekuzzjoni u ħallasha.

Għan tal-ħlas: indika n-numru tal-fattura u n-numru tad-dokument ta’ eżekuzzjoni.

Spejjeż relatati mal-eżami ta’ kawża minn qorti distrettwali (belt) jew qorti reġjonali (l-Artikolu 39 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili); spejjeż relatati mal-eżekuzzjoni ta’ obbligi fuq avviż tal-qorti (l-Artikolu 406.3 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili:

Benefiċjarju: L-Amministrazzjoni tal-Qrati

Numru tar-reġistrazzjoni 90001672316

Kont Nru LV51TREL2190458019000

Il-bank tal-benefiċjarju: Teżor tal-Istat

Kodiċi BIC TRELLV22

Għan tal-ħlas: “21490”, u indika d-data li tidentifika l-persuna jew il-kawża: in-numru tal-kawża (jekk magħruf); għall-persuni fiżiċi, l-isem, il-kunjom, u n-numru tal-identità personali; għall-persuni ġuridiċi, l-isem u n-numru ta’ reġistrazzjoni. Jekk il-ħlas tal-ispejjeż relatati mal-eżami tal-kawża jsir f’isem ħaddieħor, trid tingħata informazzjoni li tidentifika lil dik il-persuna: in-numru tal-kawża (jekk magħruf); għall-persuni fiżiċi, l-isem, il-kunjom, u n-numru tal-identità personali; għall-persuni ġuridiċi – isem u numru ta’ reġistrazzjoni.

X'għandi nagħmel wara l-pagament?

Meta tippreżenta rikors lill-qorti, trid tehmeż id-dokumenti li jikkonfermaw il-ħlas tat-tariffi tal-Istat u ta’ spejjeż oħra tal-qorti skont il-proċedura u fl-ammont stipulat mil-liġi.

L-aħħar aġġornament: 05/04/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura għal Talbiet Żgħar - Litwanja

Introduzzjoni

X’tariffi huma applikabbli?

Kemm se nħallas?

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

Introduzzjoni

Fir-rigward ta’ talbiet żgħar Ewropej, tiġi imposta t-taxxa tal-boll tal-qorti fl-ammont speċifikat fl-Artikolu 80(1)(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Litwan (Civilinio proceso kodeksas).

Skont ir-Riżoluzzjoni Nru 1240 tal-Gvern tar-Repubblika tal-Litwanja, tas-27 ta’ Ottubru 2011, li tapprova r-Regoli għall-kalkolu, il-ħlas, it-tpaċija u l-ħlas lura tat-taxxa tal-boll tal-qorti, dan id-dazju jista’ jitħallas ukoll b’mezzi elettroniċi.

X’tariffi huma applikabbli?

It-taxxa tal-boll tal-qorti titħallas fl-ammont speċifikat fil-paragrafu li jmiss.

Kemm se nħallas?

Skont l-ammont tal-pretensjoni, 3%, iżda mhux inqas minn LTL 50. Jekk l-atti proċedurali u l-annessi tagħhom jiġu ppreżentati l-qorti b’mod elettroniku biss, jiġi impost ammont ugwali għal 75% tat-taxxa tal-boll applikabbli għall-att proċedurali rispettiv, iżda mhux inqas minn LTL 10.

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Ir-rikors irid ikun akkumpanjat minn dokumenti u provi oħrajn li jservu bħala bażi għat-talbiet tar-rikorrent, kif ukoll prova li t-taxxa tal-boll tal-qorti tkun tħallset.

Meta t-taxxa tal-boll tal-qorti ma tkunx tħallset, il-qorti toħroġ ordni li tistabbilixxi limitu ta’ żmien adegwat għall-konformità, li ma jistax ikun iqsar minn sebat ijiem. L-ordni tintbagħat sa mhux aktar tard mill-jum tax-xogħol ta’ wara l-ħruġ tagħha.

Jekk il-parti fil-proċedimenti li tippreżenta l-att proċedurali tkun ikkonformat mal-istruzzjonijiet tal-qorti fil-limitu ta’ żmien speċifikat, l-att proċedurali jitqies li jkun ġie ppreżentat fid-data meta jkun ġie ppreżentat inizjalment lill-qorti. Inkella, l-att proċedurali jitqies li ma jkunx ġie ppreżentat u, sa mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol mit-tmiem tal-limitu taż-żmien għal konformità, l-imħallef joħroġ ordni li jirritorna l-att proċedurali, flimkien ma’ kull dokument li jakkumpanjah, lill-persuna li tkun ippreżentatu.

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

It-taxxa tal-boll tal-qorti titħallas fil-kont tad-dħul tal-baġit tal-Ispettorat tat-Taxxa Statali taħt il-Ministeru tal-Finanzi bil-mod magħżul mill-persuna ikkonċernata (e-banking, ħlas fi flus kontanti, trasferiment bankarju, eċċ.).

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

Il-prova tal-ħlas tat-taxxa tal-boll tal-qorti tingħata mill-ordni ta’ ħlas jew minn dokument ieħor li jikkonferma l-ħlas, li jrid ikun fih id-dettalji li ġejjin:

  1. l-isem, il-kunjom u n-numru tal-identifikazzjoni personali ta’ min qed iħallas (għall-persuni ġuridiċi: l-isem u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-korporazzjoni);
  2. l-isem, il-kunjom u n-numru ta’ identifikazzjoni personali tal-parti l-oħra (l-intimat, id-debitur, eċċ.) (għall-persuni ġuridiċi: l-isem u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-korporazzjoni);
  3. id-data tal-ħlas;
  4. il-kodiċi tal-ħlas;
  5. l-ammont imħallas;
  6. l-iskop tal-ħlas (indikat bħala “bolla tat-taxxa tal-qorti”, u l-isem tal-qorti li l-proċedimenti qed jinfetħu fiha).

Meta t-taxxa tal-boll tal-qorti titħallas minn rappreżentant tal-parti fil-proċedimenti (avukat, assistent ta’ avukat jew persuna oħra li tirrappreżenta l-interessi tal-parti), l-ordni tal-ħlas jew dokument ieħor li jikkonferma l-ħlas għandu jinkludi, minbarra d-dettalji elenkati hawn fuq, l-isem, il-kunjom u n-numru ta’ identifikazzjoni personali (għall-persuni ġuridiċi: l-isem u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-korporazzjoni) tal-parti rrappreżentata.

Jekk it-taxxa tal-boll tal-qorti titħallas b’mezzi elettroniċi, ma jkun meħtieġ l-ebda dokument biex jikkonferma l-ħlas.

L-aħħar aġġornament: 07/04/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura għal Talbiet Żgħar - Lussemburgu

X’inhuma t-tariffi applikabbli?

Ma hemm l-ebda tariffa biex tinfetaħ kawża quddiem qorti ċivili (saisine du juge civil) ħlief l-ispejjeż għan-notifika tal-atti u l-ispejjeż tal-avukat. Fil-prinċipju ma hemm l-ebda tariffa fil-qrati ċivili. Wara li tinqata’ s-sentenza, jista' jkun hemm xi spejjeż sussegwenti, marbuta mal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni u wara talba mill-parti rebbieħa.

L-aħħar aġġornament: 15/01/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura għal Talbiet Żgħar - Ungerija

Introduzzjoni

X'inhuma t-tariffi applikabbli?

Kemm se tiswini?

X'jiġri jekk ma nħallasx fil-ħin it-tariffi tal-qorti?

Kif nista' nħallas it-tariffi tal-qorti?

X'għandi nagħmel wara l-pagament?

Introduzzjoni

Ir-regoli li jirregolaw it-tariffi tal-qorti li għandhom jitħallsu fi proċeduri mibdija fl-Ungerija skont ir-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar huma stabbiliti fl-Att Nru XCIII tal-1990 dwar id-dazji. Skont dawk ir-regoli, meta tinbeda l-proċedura, għandha titħallas tariffa ta' 6 fil-mija tal-valur tat-talba jew billi tinxtara bolla tat-taxxa mill-uffiċċju postali jew billi titħallas it-tariffa lill-awtorità tat-taxxa tal-Istat. It-tariffa tista' titħallas ukoll lill-awtorità tat-taxxa tal-Istat permezz ta' trasferiment bankarju.

X'inhuma t-tariffi applikabbli?

It-tariffi tal-qorti għandhom jitħallsu meta jinbdew il-proċeduri għal talbiet żgħar.

Kemm se tiswini?

Fil-każ ta' talbiet monetarji, trid tħallas 6 fil-mija tal-valur tat-talba, bl-esklużjoni ta' ħlasijiet addizzjonali (imgħax, spejjeż), filwaqt li fil-każ ta' talbiet mhux monetarji, trid tħallas 6 fil-mija tat-talba stmata, b'minimu ta' HUF 15 000. Fil-każ ta' talbiet monetarji f'muniti li mhumiex il-forint, it-tariffa għandha titħallas fuq il-valur tat-talba bir-rata medja tal-kambju tal-bank ċentrali applikabbli fid-data meta tiġi sottomessa t-talba.

X'jiġri jekk ma nħallasx fil-ħin it-tariffi tal-qorti?

Ir-rikorrenti li ma jħallsux it-tariffa meta jibdew il-proċedura jirċievu talba għall-ħlas mill-qorti. Jekk ir-rikorrent ma jikkonformax ma' dan fil-limitu ta' żmien mogħti, il-qorti ma taċċettax it-talba.

Kif nista' nħallas it-tariffi tal-qorti?

  1. It-tariffa proċedurali tista' titħallas permezz ta' bolla tat-taxxa. Il-bolol tat-taxxa jistgħu jinxtraw mill-uffiċċji postali. Meta t-tariffa proċedurali titħallas b'bolla tat-taxxa, l-ammont jiġi aġġustat 'il fuq jew 'l isfel, sabiex kwalunkwe bqija taħt il-HUF 50 tiġi injorata, filwaqt li kwalunkwe bqija 'il fuq minn HUF 50 tingħadd bħala HUF 100.
  2. Ir-rikorrent jista' jħallas ukoll it-tariffa proċedurali fuq il-bażi ta' kalkolu mill-awtorità tat-taxxa tal-Istat. F'dan il-każ, il-formola tat-talba għandha tiġi ppreżentata flimkien ma' kopja lill-awtorità tat-taxxa tal-Istat. It-tariffa kkalkulata tista' titħallas permezz ta' money order ipprovdut mill-awtorità tat-taxxa tal-Istat jew permezz ta' trasferiment fil-kont speċifikat mill-awtorità tat-taxxa tal-Istat jew, fejn possibbli, permezz ta' kard tal-bank. Sabiex tiġi kkalkulata t-tariffa proċedurali, il-formola tat-talba tista' tiġi ppreżentata lil kwalunkwe direttorat tat-taxxa tal-kontea (kapitali) tal-Awtorità Nazzjonali tat-Taxxa u d-Dwana (Nemzeti Adó- és Vámhivatal).

X'għandi nagħmel wara l-pagament?

  1. Jekk it-tariffa proċedurali titħallas permezz ta' bolla tat-taxxa, il-bolla għandha titwaħħal mar-rikors u wara, ir-rikors għandu jiġi ppreżentat lill-qorti. Il-bolla tat-taxxa mwaħħla fuq ir-rikors m'għandhiex tiġi mmodifikata jew immarkata bl-ebda mod mill-klijent.
  2. Meta t-tariffa proċedurali titħallas fuq il-bażi ta' kalkolu, l-awtorità tat-taxxa tal-Istat tiċċertifika fuq l-applikazzjoni li t-talba ġiet ippreżentata għall-kalkolu tat-tariffa, u wara dan it-talba tista' tiġi ppreżentata lill-qorti.
L-aħħar aġġornament: 08/04/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura għal Talbiet Żgħar - Malta

Introduzzjoni

It-Tariffi applikabbli għal din il-proċedura huma s-segwenti:

Tariffa A tat-Tieni Skeda tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 380.01, Regoli dwar Tribunal Għal Talbiet Zgħar.

Art. 2 tat-Tariffa B tal-Kap 12 tal-Liġijiet ta’ Malta, il-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.

Il-pagament tal-miżati tar-reġistru ma jistax isir b’mod elettroniku.

X’tariffi huma applikabbli?

Formola A – Formola tat-Talba

Formola Ċ – Formola ta’ Risposta

Formola D – Ċertifikat dwar sentenza fil-Proċedura Ewropea għal Talbiet Zgħar

Kemm għandi nħallas?

Formola A – Formola tat-Talba: EUR 40,00 miżata tar-Reġistru u EUR 7,20 għan-notifika ta’ kull konvenut.

Formola Ċ – Formola ta’ Risposta: EUR  25,00 miżata tar-Reġistru u EUR  7,20 għan-notifika

Formola D – Ċertifikat dwar sentenza fil-Proċedura Ewropea għal Talbiet Zgħar: EUR 20,00 miżata tar-Reġistru

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Il-Formola ma tiġix ipproċessata sakemm isir il-pagament.

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

Wieħed jista’ jħallas il-miżati tal-qorti fil-kont bankarju segwenti:

Isem id-Detentur tal-Kont

L-AĠENZIJA DWAR IS-SERVIZZI TAL-QRATI

IBAN (Kont tal-Bank Internazzjonali)

MT94VALL22013000000050011428265

Ċavetta tal-Bank Nazzjonali

KODIĊI SORT 22013

Numru tal-Kont

50011428265

Kodiċi BIC/SWIFT

VALLMTMT

Isem tal-bank

BANK OF VALLETTA

L-indirizz tal-bank

IL-FERGĦA TAL-BELT VALLETTA
STRADA RJALI
VALLETTA

Munita tal-kont

EURO

X'għandi nagħmel wara l-ħlas?

Tipproduċi riċevuta mogħtija mill-Bank li permezz tiegħu tkun saret it-tranżazzjoni

L-aħħar aġġornament: 05/10/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura għal Talbiet Żgħar - Olanda

Introduzzjoni

Liema tariffi japplikaw?

Kemm għandi nħallas?

X’jiġri jekk ma nħallsx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

Introduzzjoni

It-talbiet skont il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar (ir-Regolament (KE) Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaNru 861/2007, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2009) għandhom jiġu ppreżentati lill-qorti li għandha ġurisdizzjoni taħt ir-regoli ordinarji tal-ġurisdizzjoni ratione loci permezz tal-Formola A. Il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar hija mfassla sabiex tissimplifika u tħaffef it-talbiet transfruntiera sa massimu ta’ EUR 5 000. Ir-Regolament japplika fost l-Istati Membri kollha tal-UE, bl-eċċezzjoni tad-Danimarka.

Il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar hija disponibbli għal-litiganti bħala alternattiva għall-proċeduri li jeżistu skont il-liġijiet tal-Istati Membri. Sentenza mogħtija fil-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar hija rikonoxxuta u eżegwibbli fi Stat Membru ieħor mingħajr il-ħtieġa ta’ dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà u mingħajr ebda possibbiltà ta’ oppożizzjoni għar-rikonoxximent tagħha.

Ġew imfassla formoli standard għall-Proċedura għal Talbiet Żgħar fil-lingwi kollha tal-UE. Il-Formola A trid timtela biex tinbeda l-proċedura. Kwalunkwe dokument ta’ sostenn rilevanti, bħal riċevuti u fatturi għandu jiġi mehmuż mal-formola.

L-unika raġuni għalfejn l-eżekuzzjoni fi Stat Membru ieħor tista’ tiġi miċħuda hija jekk ma tkunx kompatibbli ma sentenza oħra fl-Istat Membru l-ieħor li ngħatat bejn l-istess partijiet. L-eżekuzzjoni sseħħ skont ir-regoli u l-proċeduri nazzjonali tal-Istat Membri fejn se tiġi eżegwita s-sentenza.

Liema tariffi japplikaw?

L-ammont tat-tariffi tal-qorti jiddependi mill-ammont tat-talba jew applikazzjoni. Ara wkoll: Kemm għandi nħallas?

Kemm għandi nħallas?

It-tariffi applikabbli għall-2019 huma mfissra kif ġej:

In-natura jew l-ammont tat-talba jew applikazzjoni

Tariffi tal-qorti għal persuni ġuridiċi

Tariffi tal-qorti għal persuni fiżiċi

Tariffi tal-qorti għal dawk li m’għandhomx mezzi

Kawżi marbuta mat-talba jew applikazzjoni:

- Ta’ ammont indeterminat, jew

- Li jinvolvi ammont ta’ mhux aktar minn

EUR 500

EUR 121

EUR 81

EUR 81

Kawżi marbuta mat-talba jew applikazzjoni li jinvolvu ammont ta’ aktar minn:

EUR 500 u mhux iktar minn EUR 12 500

EUR 486

EUR 231

EUR 81

Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-sistema ġudizzjarja tan-NetherlandsIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Bord Netherlandiż għall-Għajnuna Legali.

X’jiġri jekk ma nħallsx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

It-tariffi tal-qorti jridu jitħallsu bil-quddiem. Jekk il-ħlas ma jsirx wara xahar, il-kawża tiġi miċħuda u ma tkomplix.

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

Il-fattura mibgħuta tista’ titħallas permezz ta’ trasferiment (elettroniku jew mod ieħor).

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

Wara l-ħlas, il-konvenut jiġi notifikat u jintalab jimla l-formola u jibgħatha.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar

Formola A

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-sistema ġudizzjarja tan-Netherlands

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Bord Netherlandiż għall-Għajnuna Legali

L-aħħar aġġornament: 08/04/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura għal Talbiet Żgħar - Awstrija

Din il-paġna tipprovdi informazzjoni dwar it-tariffi tal-qrati Awstrijaċi.

Introduzzjoni

Skont ir-Regolament (KE) Nru 861/2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, l-att promotur jissejjaħ talba (Klage), kif previst ukoll fid-dritt nazzjonali. Għalhekk, il-liġi Awstrijaka dwar it-tariffi tal-qorti ma fihiex dispożizzjoni nazzjonali separata għat-talbiet skont dan ir-Regolament. It-talba u l-proċedimenti sussegwenti fl-ewwel istanza jaqgħu taħt l-Entrata 1 tat-Tariffi (Tarifpost 1) tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti Awstrijak (Gerichtsgebührengesetz (GGG)), li japplika għall-proċedimenti ċivili nazzjonali kollha.

Liema tariffi japplikaw?

Fi proċedimenti relatati ma’ talbiet skont il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar fl-ewwel istanza, tapplika l-Entrata 1 tat-Tariffi tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti, skont in-Nota 1 tal-Entrata 1 tat-Tariffi tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti. Din it-tariffa b'rata fissa trid titħallas irrispettivament minn jekk il-proċedimenti jkunux tlestew. Ikun hemm tnaqqis biss:

  • fil-każ ta’ rtirar jew ċaħda immedjata tat-talba qabel in-notifika lill-kontroparti (it-tariffa titnaqqas għal kwart; In-Nota 3 tal-Entrata 1 tat-Tariffi tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti); jew
  • fil-każ ta’ rtirar tat-talba wara n-notifika lill-kontroparti, qabel jew fl-ewwel seduta (it-tariffa titnaqqas bin-nofs; In-Nota 4(a) tal-Entrata 1 tat-Tariffi tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti); jew
  • jekk il-kawża tiġi solvuta fl-ewwel seduta jew fil-bidu tat-tieni seduta bis-saħħa ta’ medjazzjoni mibdija mhux aktar tard minn dik is-seduta, u dik is-soluzzjoni ssir legalment effettiva (it-tariffa titnaqqas bin-nofs; In-Nota 4(b) tal-Entrata 1 tat-Tariffi tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti).

Skont is-sistema tat-tariffi tal-qorti Awstrijaka, ir-rikors li jagħti bidu għall-proċedimenti (f'dan il-każ, it-talba skont il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar) huwa soġġett għal tariffa fi proċedimenti ċivili fl-ewwel istanza. Ma hemm l-ebda tariffa addizzjonali tal-qorti għal proċedimenti ulterjuri fl-ewwel istanza.

Skont l-Artikolu 2(1)(a) tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti, l-obbligu li jitħallsu t-tariffi jinħoloq meta t-talba skont il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar tiġi ppreżentata lill-qorti. (Jekk l-azzjoni tiġi sussegwentement estiża, l-obbligu li jitħallsu t-tariffi jinħoloq mal-preżentata ta’ noti ta’ sottomissjonijiet. Fin-negozjati, l-obbligu li jitħallsu t-tariffi jinħoloq mar-reġistrazzjoni tal-estensjoni tat-talba jew ta’ soluzzjoni li tmur lil hinn mis-suġġett tat-talba). It-tariffa għandha titħallas f'dan iż-żmien. L-applikazzjonijiet għal eżenzjoni mill-ħlas tat-tariffi tal-qorti jridu jiġu ppreżentati wkoll permezz tal-għajnuna legali (fl-Awstrija: Verfahrenshilfe) sa mhux aktar tard minn dan iż-żmien, dment li l-kundizzjonijiet ikunu ssodisfati.

Ir-rikorsi għal stħarriġ skont l-Artikolu 18 tar-Regolament huma bla ħlas.

Kemm għandi nħallas?

Il-kalkolu tat-tariffi tal-qorti għall-proċedimenti fl-ewwel istanza jiddependi fuq il-valur tas-suġġett tat-talba (l-ammont fit-tilwima kif indikat fit-talba jew aktar tard fl-estensjoni tat-talba) u n-numru ta’ partijiet. Bħala eżempju, ara hawn taħt it-tabella sħiħa tar-rati skont l-Entrata 1 tat-Tariffi tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti (fl-1 ta’ Mejju 2021; ikklikkja Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk għall-verżjoni kurrenti tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti):

Entrata 1 tat-Tariffi

Il-valur tas-suġġett tat-talba

It-tariffa li għandha titħallas

ma taqbiżx

EUR 150

EUR 25

taqbeż

EUR 150 iżda ma taqbiżx

EUR 300

EUR 48

taqbeż

EUR 300 iżda ma taqbiżx

EUR 700

EUR 68

taqbeż

EUR 700 iżda ma taqbiżx

EUR 2 000

EUR 114

taqbeż

EUR 2 000 iżda ma taqbiżx

EUR 3 500

EUR 182

taqbeż

EUR 3 500 iżda ma taqbiżx

EUR 7 000

EUR 335

taqbeż

EUR 7 000 iżda ma taqbiżx

EUR 35 000

EUR 792

taqbeż

EUR 35 000 iżda ma taqbiżx

EUR 70 000

EUR 1 556

taqbeż

EUR 70 000 iżda ma taqbiżx

EUR 140 000

EUR 3 112

taqbeż

EUR 140 000 iżda ma taqbiżx

EUR 210 000

EUR 4 670

taqbeż

EUR 210 000 iżda ma taqbiżx

EUR 280 000

EUR 6 227

taqbeż

EUR 280 000 iżda ma taqbiżx

EUR 350 000

EUR 7 783

taqbeż

EUR 350 000

1,2 % tal-ammont tat-tilwima b’żieda ta’ EUR 4 203 miegħu

Jekk ikun hemm aktar minn żewġ partijiet, jista’ jiżdied ħlas addizzjonali għal ħafna partijiet ta’ bejn 10 % u 50 % skont l-Artikolu 19a tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti.

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Fil-każ ta’ dewmien fil-ħlas, trid titħallas penali fissa, li bħalissa tammonta għal EUR 23 (mill-1 ta’ Mejju 2021) skont l-Artikolu 31 tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti. Madankollu, id-dewmien fil-ħlas tat-tariffa tal-qorti m’għandu l-ebda effett fuq l-eżekuzzjoni tal-proċedimenti ċivili nfushom. Il-proċedimenti tal-qorti ma jiddependux fuq il-ħlas tat-tariffi tal-qorti – dawn isiru b’mod kompletament indipendenti.

L-irkupru tat-tariffi tal-qorti mill-awtorità ġudizzjarja huwa rregolat mill-Att dwar l-Irkupru tal-Ħlasijiet tal-Qorti (Gerichtliches Einbringungsgesetz (GEG)). Jekk, bħala riżultat ta’ nuqqas ta’ ħlas, ikollha tinħareġ ordni ta’ ħlas (titolu eżekuttiv għall-irkupru tat-tariffi tal-qorti) mill-awtorità ġudizzjarja skont l-Artikolu 6a tal-Att dwar l-Irkupru tal-Ħlasijiet tal-Qorti, tapplika tariffa addizzjonali li bħalissa tammonta għal EUR 8 (mill-1 ta’ Jannar 2014).

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

Il-metodu ta’ ħlas huwa stabbilit fl-Artikolu 4 tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti. Dan jipprevedi li t-tariffi jistgħu jitħallsu b’kard bankarja b’funzjoni ta’ ATM jew b’kard ta’ kreditu, billi l-ammont jitħallas jew jiġi ttrasferit fil-kont tal-qorti kompetenti, jew fi flus kontanti fil-qorti kompetenti. Id-dettalji tal-bank tal-qorti huma disponibbli fuq is-sit web tal-Ministeru Federali tal-Ġustizzja (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBundesministerium für Justiz, fit-tab “Qrati” (Gerichte)).

Barra minn hekk, it-tariffi kollha jistgħu jitħallsu wkoll b’debitu dirett jekk il-qorti (jew, b’mod ġenerali, is-sistema ġudizzjarja Awstrijaka) tkun ġiet awtorizzata tiġbor it-tariffi tal-qorti minn kont notifikat mill-parti li għandha tħallas it-tariffi, u tiddepożitahom f’kont tal-qorti. F’dan il-każ, ir-rikors (it-talba skont il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar) għandu jindika l-kont li minnu għandhom jinġabru t-tariffi u l- awtorizzazzjoni biex jinġabru, pereżempju billi tiġi inkluża r-referenza “Gebühreneinzug!” (Ġbir ta tariffi) jew “AEV!” (“Ordinanza dwar id-Debitu Dirett”). Għal awtorizzazzjoni limitata, ir-rikors jista’ jindika wkoll l-ammont massimu li għandu jiġi ddebitat (l-Artikoli 5 u 6 tal-Ordinanza dwar id-Debitu Dirett (Abbuchungs- und Einziehungs-Verordnung)).

It-tariffi għandhom jitħallsu permezz ta’ debitu dirett meta tiġi ppreżentata talba skont il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar bl-użu tas-sistema elettronika Awstrijaka tal-Ġustizzja (Elektronischer Rechtsverkehr (ERV)). F'dan il-każ, l-ammont massimu li għandu jiġi ddebitat ma jistax jiġi speċifikat.

X'għandi nagħmel wara l-pagament?

Jekk l-awtoritajiet federali jkunu intitolati jitolbu t-tariffi tal-qorti mal-preżentata tar-rikors (it-talba skont il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar) u ma jkun hemm l-ebda awtorizzazzjoni għal debitu dirett, allura għandha tinhemeż prova tal-ħlas tat-tariffi (prova tat-trasferiment) mar-rikors (l-Artikolu 4 tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti). Jekk il-ħlas isir permezz ta’ kard bankarja, kard ta’ kreditu, depożitu jew trasferiment fil-kont tal-qorti kompetenti, jew permezz ta’ debitu dirett mill-kont tal-parti, l-Aġenzija Federali Awstrijaka tal-Kontabilità (Buchhaltungsagentur des Bundes) tinforma lill-awtorità ġudizzjarja dwar l-ikkreditar tal-ħlasijiet lill-kont tal-qorti fi stadju aktar tard biss. Il-proċedura relatata mal-avviż tat-tariffi tal-qorti tispiċċa meta tingħata prova tal-pagament (sħiħ).

Fil-każ ta’ ħlas żejjed, tista’ ssir talba għar-rimborż ta’ tariffi żejda lill-qorti (l-Artikolu 6c(1)(1) tal-Att dwar l-Irkupru tal-Pagamenti tal-Qorti) fi żmien 5 snin.

L-aħħar aġġornament: 18/10/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Pollakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliż diġà ġew tradotti.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura għal Talbiet Żgħar - Polonja

Introduzzjoni

X’inhuma t-tariffi applikabbli?

Kemm għandi nħallas?

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

X’għandi nagħmel wara l-pagament?

Introduzzjoni

It-tariffi fil-każ ta’ proċeduri tal-qorti ċivili huma regolati mill-Att dwar l-Ispejjeż tal-Qorti (Każijiet Ċivili) tat-28 ta’ Lulju 2005 (test konsolidat: Il-Ġurnal tal-Liġijiet tal-2014, il-punt 1025). Bħala regola, tariffa trid titħallas għal kull rikors ippreżentat, inklużi talbiet ippreżentati bħala parti minn proċedimenti regolati mir-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar (minn hawn ’il quddiem: “SCP”).

L-Att dwar l-Ispejjeż tal-Qorti (Każijiet Ċivili) (it-Titolu IV – Eżenzjoni mill-ispejjeż tal-qorti) jippermetti li jiġi ppreżentat rikors għal eżenzjoni minn dawn l-ispejjeż.

X’inhuma t-tariffi applikabbli?

Fil-każ tal-SCP tapplika tariffa fissa.

Kemm għandi nħallas?

Rikors ippreżentat bħala parti mill-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar huwa soġġett għal tariffa fissa ta’ PLN 100 (l-Artikolu 27b tal-Att dwar l-Ispejjeż tal-Qorti (Każijiet Ċivili). L-istess tariffa tapplika għall-appelli (l-Artikolu 18 flimkien mal-Artikolu 27b tal-Att).

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Skont l-Artikolu 1262 § 1 tal-Att tas-17 ta’ Novembru 1964 – Il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (Il-Ġurnal tal-Liġijiet Nru 43, il-punt 269, kif emendat), il-qrati ma jiħdux azzjoni fuq dokument proċedurali sakemm tkun tħallset it-tariffa dovuta. Fi kliem ieħor, it-tariffa għandha titħallas mal-preżentata ta’ att proċedurali (rikors) lill-qorti kompetenti jew inkella trid tiġi ppreżentata applikazzjoni għall-eżenzjoni mill-ispejjeż tal-qorti.

Il-konsegwenzi proċedurali għan-nuqqas ta’ ħlas tat-tariffi għal att proċedurali huma speċifikati, fost oħrajn, fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaArtikolu 130Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida1302 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili.

Skont l-Artikolu 130 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, jekk att proċedurali (inkluż rikors) ma jkunx jista’ jiġi pproċessat minħabba li t-tariffa ma tkunx tħallset, l-imħallef li jkun qed jippresiedi jitlob lill-parti tagħmel dak il-ħlas fi żmien ġimgħa, u jekk tonqos milli tagħmel dan, l-att proċedurali jintbagħat lura. Jekk l-att proċedurali jkun ġie ppreżentat minn persuna li tgħix barra mill-pajjiż li ma jkollhiex rappreżentant maħtur fil-Polonja, l-imħallef li jippresiedi għandu jispeċifika limitu ta’ żmien għall-ħlas tat-tariffa, li ma jistax ikun iqsar minn xahar. Jekk it-tariffa ma titħallasx fil-limitu ta’ żmien speċifikat, l-att proċedurali jintbagħat lura lill-parti. Jekk it-tariffa titħallas fil-limitu ta’ żmien speċifikat, l-att proċedurali jibda jkollu effett legali mid-data li fiha jkun ġie ppreżentat.

Skont l-Artikolu 1302 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, att proċedurali li jkun ġie ppreżentat minn avukat jew minn avukat tal-privattivi mingħajr ma tkun tħallset it-tariffa jintbagħat lura mingħajr talba għall-ħlas jekk il-ħlas ikun fiss jew proporzjonali għall-ammont tat-tilwima speċifikat mill-parti. Madankollu, jekk it-tariffa għall-att proċedurali titħallas fi żmien ġimgħa min-notifika tad-deċiżjoni biex id-dokument jintbagħat lura, id-dokument jibda jkollu effett legali mid-data li fiha jkun ġie ppreżentat.

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

L-arranġamenti għall-ħlas tat-tariffi tal-qorti f’kawżi ċivili huma rregolati mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOrdinanza tal-Ministru tal-Ġustizzja tal-31 ta’ Jannar 2006 li tistabbilixxi l-arranġamenti għall-ħlas tat-tariffi tal-qorti f’kawżi ċivili (Il-Ġurnal tal-Liġijiet Nru 27, il-punt 199), li timplimenta l-Att dwar l-Ispejjeż tal-Qorti msemmija hawn fuq (Kawżi Ċivili).

It-tariffi tal-qorti f’kawżi ċivili jistgħu jitħallsu f’forma elettronika fil-kont kurrenti tal-qorti kompetenti (id-dettalji tal-kontijiet jistgħu jinkisbu direttament mill-qorti jew mis-sit web tagħha jew mis-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja), direttament fl-uffiċċju tal-kaxxier tal-qorti jew fil-forma ta’ bolol tal-qorti li jistgħu jinxtraw mill-uffiċċju tal-kaxxier tal-qorti.

X’għandi nagħmel wara l-pagament?

Ladarba t-tariffa tkun tħallset u jkunu ġew ippreżentati d-dokumenti neqsin, il-qorti teżamina l-każ wara bibien magħluqa. Il-qorti tista’ tiskeda biss seduta ta’ smigħ fil-każijiet stabbiliti fir-Regolament 861/2007.

L-aħħar aġġornament: 08/04/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura għal Talbiet Żgħar - Portugall

Introduzzjoni

Il-leġiżlazzjoni Portugiża dwar it-tariffi tal-qorti (ir-Regolament dwar I-ispejjeż tal-Proċedimenti (Regulamento das Custas Processuais)) ma tinkludix dispożizzjonijiet speċifiċi dwar it-talbiet skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar. Dan ifisser li japplikaw ir-regoli ġenerali tar-Regolament dwar l-Ispejjeż tal-Proċedimenti, li jqisu l-ammont involut u l-kumplessità tal-kawża.

X’tariffi huma applikabbli?

  • F’kawżi fejn l-ammont involut ikun sa EUR 2 000.00: EUR 102 (1 unità tal-kont);
  • F’kawżi fejn l-ammont ikun ogħla minn EUR 2 000.00 iżda mhux aktar minn EUR 5 000.00: EUR 204 (2 unitajiet tal-kont).

Jekk il-kawża tirriżulta li hija partikularment kumplessa, l-imħallef jista’ jiddeċiedi li japplika l-ispejjeż li ġejjin:

  • F’kawżi fejn l-ammont involut ikun sa EUR 2 000.00: EUR 153 (1.5 unità tal-kont);
  • F’kawżi fejn l-ammont ikun ogħla minn EUR 2 000.00 iżda mhux aktar minn EUR 5 000.00: EUR 306 (3 unitajiet tal-kont).

(L-Artikolu 6(1) u (5) tar-Regolament dwar l-Ispejjeż tal-Proċedimenti, approvat bid-Digriet-Liġi (Decreto-Lei) Nru 34/2008 tas-26 ta’ Frar 2008, kif emendat l-aħħar.)

Jekk, skont l-Artikolu 17(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006, skont il-proċedura Ewropea għal ordni ta’ ħlas, il-konvenut idaħħal dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni u l-proċedimenti jkomplu, l-ammont imħallas skont dik il-proċedura jitnaqqas bl-ammont tal-ispejjeż tal-proċedimenti dovuti għall-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, fil-każ tal-attur.

It-tnaqqis jista’ jkun ta’ EUR 102 (1 unità tal-kont) jew ta’ EUR 153 (1.5 unità tal-kont). (L-Artikolu 7(6) tar-Regolament dwar l-Ispejjeż tal-Proċedimenti, approvat bid-Digriet-Liġi Nru 34/2008 tas-26 ta’ Frar 2008, kif emendat l-aħħar).

Fejn ikun hemm kontrotalba – f’liema każ l-ammonti involuti fiż-żewġ pretensjonijiet jiżdiedu flimkien għall-finijiet tal-kalkolu tal-ispejjeż, li jista’ jwassal għal każijiet fejn l-ammont involut ikun sa EUR 10 000.00 – l-ispejjeż għal każijiet fejn l-ammonti involuti jkunu ta’ bejn EUR 8 000.01 u EUR 10 000.00 se jkunu 3 unitajiet tal-kont (EUR 306.00) jew 4.5 unitajiet tal-kont (EUR 459.00) għal każijiet partikularment kumplessi. Għal każijiet fejn l-ammont involut ikun bejn EUR 5 000.01 u EUR 8 000.00, l-ispejjeż jinżammu għal 2 unitajiet tal-kont (EUR 204.00) jew 3 unitajiet tal-kont (EUR 306.00) f’każijiet partikularment kumplessi (l-Artikolu 11 tar-Regolament dwar l-Ispejjeż tal-Proċedimenti, approvat bid-Digriet-Liġi Nru 34/2008 tas-26 ta’ Frar 2008, kif emendat l-aħħar, flimkien mal-Artikoli 145(5), 530(2), 299(1) u (2) u 297(2) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Código de Processo Civil)).

Kemm għandi nħallas?

Ara t-tweġiba preċedenti.

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Skont l-Artikolu 642 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, tingħata struzzjonijiet mir-reġistru tal-qorti sabiex tagħmel il-ħlas li ma sarx fi żmien 10 ijiem, u tħallas multa addizzjonali ta’ ammont ugwali li jikkorrispondi għal mhux anqas minn 1 unità tal-kont u mhux aktar minn 5 unitajiet tal-kont. Jekk tonqos milli tipprovdi prova tal-ħlas tat-tariffi tal-qorti dovuti u tal-multa fi żmien 10 ijiem, il-qorti tordna l-irtirar tal-pretensjoni, tat-talba jew tal-appell li tkun ippreżentajt.

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

Permezz ta’ trasferiment bankarju.

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

Skont l-Artikolu 22 tal-Ordni ta’ Implimentazzjoni Ministerjali (Portaria) Nru 419-A/2009 tas-17 ta’ April 2009, “inti jeħtieġlek tippreżenta dokument bħala prova ta’ ħlas jew inkella tipprovdi prova ta’ ħlas, flimkien mas-sottomissjonijiet jew it-talba korrispondenti, ħlief jekk ikun previst mod ieħor skont l-Ordni Ministerjali ta’ Implimentazzjoni Nru 280/2013 tas-26 ta’ Awwissu 2013.

L-aħħar aġġornament: 18/12/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura għal Talbiet Żgħar - Rumanija

Introduzzjoni

X’inhuma t-tariffi applikabbli?

Kemm għandi nħallas?

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

X’għandi nagħmel wara l-pagament?

Introduzzjoni

Il-proċedura Ewropea għal talbiet żgħar hija regolata mir-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar.

Is-sistema tat-tariffi tal-boll tal-qorti hija rregolata mid-Digriet ta’ Emerġenza Nru 80/2013, li ilu fis-seħħ mis-26 ta’ Ġunju 2013. Dan l-att leġiżlattiv ġie adottat wara l-emenda għall-qafas legali għat-twettiq ta’ proċedimenti tal-qorti ċivili permezz tal-adozzjoni tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili u l-introduzzjoni ta’ istituzzjonijiet ġodda adottati skont il-Kodiċi Ċivili.

It-tariffi tal-boll tal-qorti għandhom jitħallsu minn kull persuna ġuridika u fiżika u jitħallsu wara kunsiderazzjoni tas-servizzi pprovduti mill-qrati kif ukoll mill-Ministeru tal-Ġustizzja (Ministerul Justiției) u mill-Uffiċċju tal-Prosekutur fil-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja (Parchetul de pe lângă Înalta Curte de Casație și Justiție).

Fir-Rumanija t-tariffi tal-boll tal-qorti jistgħu jitħallsu online, madankollu, sal-lum is-sistema ta’ ħlas elettroniku għadha mhijiex qed topera.

X’inhuma t-tariffi applikabbli?

It-tariffi tal-boll tal-Qorti għandhom jitħallsu kemm fil-livell tal-ewwel istanza kif ukoll għall-appelli, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti mil-liġi.

Persuni fiżiċi jistgħu jkunu intitolati, fuq talba, għal tnaqqis, eżenzjoni u pagamenti parzjali fuq il-ħlas tat-tariffi tal-boll tal-qorti, skont id-Digriet ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 51/2008 dwar l-għajnuna legali pubblika fi kwistjonijiet ċivili, approvat b’emendi bil-Liġi Nru 193/2008, kif emendata. Persuni ġuridiċi jistgħu jingħataw faċilitajiet għall-ħlas tat-tariffi tal-boll tal-qorti skont l-Artikolu 42(2) tad-Digriet ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 80/2013.

Kemm għandi nħallas?

Skont il-leġiżlazzjoni attwali, it-tariffa tal-boll tal-qorti għal rikors għal pretensjoni hija stabbilita skont l-Artikolu 3(1) tad-Digriet ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 80/2013, kif ġej:

  1. sal-valur ta’ RON 500 - 8 %, iżda mhux inqas minn RON 20;
  2. bejn RON 501 u RON 5 000 - RON 40 + 7 % għal valuri li jaqbżu RON 500;
  3. bejn RON 5 001 u RON 25 000 - RON 355 + 5 % għal valuri li jaqbżu RON 5 000;

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Skont id-Digriet ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 80/2013, it-tariffa tal-boll tal-qorti għandha titħallas bil-quddiem. Jekk il-pretendent jonqos milli jissodisfa l-obbligu li jħallas it-tariffa sad-data tal-iskadenza stabbilita mil-liġi jew mill-qorti, ir-rikors jiġi annullat bħala mhux reġistrat jew, fejn applikabbli, din tiġi mħallsa fil-limiti tat-tariffa tal-qorti mħallsa legalment. Barra minn hekk, jekk l-applikazzjoni għall-faċilitajiet għall-ħlas tat-tariffa tal-bolla tal-qorti tkun ġiet miċħuda, u l-pretendent ma jkunx ħallas it-tariffa tal-boll tal-qorti dovuta fi żmien l-iskadenza stabbilita mill-qorti, u ma jkunx inkluda evidenza ta’ ħlas fil-fajl, il-qorti tannulla r-rikors bħala mhux reġistrat.

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

Debitur tat-taxxa jista’ jħallas it-tariffa tal-boll tal-Qorti fi flus kontanti, permezz ta’ trasferiment bankarju jew online f’kont separat għad-dħul tal-baġit lokali, “Tariffi tal-boll tal-Qorti u tariffi tal-boll oħra”, tat-taqsima amministrattiva fejn il-persuna fiżika għandha d-domiċilju jew ir-residenza tagħha jew, fejn applikabbli, fejn il-persuna ġuridika għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha. Il-kostijiet tat-trasferiment tat-tariffi jitħallsu mid-debitur tat-tariffa.

Jekk id-debitur tat-tariffa ma jkollux domiċilju, residenza jew uffiċċju reġistrat, fejn applikabbli, fir-Rumanija, it-tariffa tal-boll tal-qorti għandha titħallas fil-kont tal-baġit lokali tat-taqsima amministrattiva tal-qorti fejn tkun inbdiet l-azzjoni jew ikun ġie ppreżentat ir-rikors.

It-tariffi tal-boll tal-qorti għandhom jitħallsu fi flus kontanti fid-Direttorati għat-Taxxi u d-Dazji tat-taqsimiet amministrattivi fejn il-persuna fiżika jkollha d-domiċilju jew ir-residenza tagħha, jew fejn il-persuna ġuridika jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha.

It-tariffi tal-boll tal-qorti jistgħu jitħallsu permezz ta’ trasferiment bankarju u online.

X’għandi nagħmel wara l-pagament?

L-irċevuta tal-ħlas tat-tariffa tal-boll tal-qorti, li tinħareġ għal ħlasijiet fi flus kontanti jew ordni ta’ ħlas, tiġi ppreżentata meta jiġi rreġistrat ir-rikors.

L-irċevuti jew, fejn applikabbli, l-ordnijiet ta’ ħlas għat-tariffi tal-boll tal-qorti ma għandhomx format standard, u jinħarġu fil-forma aċċettata mit-taqsima amministrattiva fejn isir il-ħlas.

Meta l-ħlas tat-tariffa tal-boll tal-qorti jsir wara li l-qorti tkun innotifikat lill-pretendent dwar dan, il-pretendent għandu jżid l-evidenza tal-ħlas tat-tariffa mal-fajl tal-każ fi żmien għaxart ijiem mill-wasla tan-notifika.

L-evidenza tal-ħlas tat-tariffa tal-boll tal-qorti tista’ tiġi ppreżentata personalment fil-qorti jew tintbagħat bil-posta, billi jiġi indikat in-numru tal-fajl (każ) li għalih sar il-ħlas. Dan in-numru jiġi indikat fin-notifika lil l-qorti tkun bagħtet lill-parti kkonċernata.

L-aħħar aġġornament: 02/04/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura għal Talbiet Żgħar - Slovenja

Introduzzjoni

X’inhuma t-tariffi applikabbli?

Kemm għandi nħallas?

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

X’għandi nagħmel wara l-pagament?

Introduzzjoni

It-tariffi tal-Qorti applikabbli fil-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar huma elenkati fl-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti tas-Slovenja (Zakon o sodnih taksahUradni list RS (Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja) Nri 37/08, 97/10, 63/13, id-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida58/14, id-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida19/15, 30/16 u 10/17–ZPP-E (l-Att li Jemenda l-Att dwar il-Proċedura Ċivili Kontenzjuża); minn hawn ’il quddiem: iż-ZST-1), li huwa l-liġi ġenerali dwar it-tariffi tal-qorti.

Iż-ZST-1 (l-Artikolu 6) jipprovdi bażi ġuridika għall-ħlas tat-tariffi tal-qorti permezz ta’ flus kontanti, flus elettroniċi u mezzi oħra validi ta’ ħlas, li japplikaw ukoll għall-ħlas tat-tariffi skont il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar. Fil-prattika, it-tariffi tal-qorti jistgħu jitħallsu elettronikament permezz tas-servizzi ta’ ħlas online ta’ banek individwali.

X’inhuma t-tariffi applikabbli?

Skont il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, it-tariffa tal-qorti titħallas darba u tkopri l-proċedimenti kollha. Il-persuna responsabbli għall-ħlas tat-tariffa tal-qorti hija l-pretendent, u l-ħlas għandu jsir meta jiġi ppreżentat ir-rikors għall-ftuħ tal-proċeduri fil-qorti.

Kemm għandi nħallas?

L-ammont tat-tariffa tal-qorti taħt il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar li l-pretendent għandu jħallas meta jiġi ppreżentat ir-rikors għall-ftuħ tal-proċeduri fil-qorti jiddependi fuq il-valur tal-pretensjoni:

  • jekk il-valur tal-pretensjoni huwa inqas minn EUR 300, it-tariffa hija ta’ EUR 54,
  • jekk il-valur tal-pretensjoni huwa bejn EUR 301 u EUR 600, it-tariffa hija ta’ EUR 78,
  • jekk il-valur tal-pretensjoni huwa bejn EUR 601 u EUR 900, it-tariffa hija ta’ EUR 102,
  • jekk il-valur tal-pretensjoni huwa bejn EUR 901 u EUR 1,200, it-tariffa hija ta’ EUR 126,
  • jekk il-valur tal-pretensjoni huwa bejn EUR 1,201 u EUR 1,500, it-tariffa hija ta’ EUR 150,
  • jekk il-valur tal-pretensjoni huwa bejn EUR 1,501 u EUR 2,000, it-tariffa hija ta’ EUR 165,
  • jekk il-valur tal-pretensjoni huwa bejn EUR 2,001 u EUR 2,500, it-tariffa hija ta’ EUR 180,
  • jekk il-valur tal-pretensjoni huwa bejn EUR 2,501 u EUR 3,000, it-tariffa hija ta’ EUR 195,
  • jekk il-valur tal-pretensjoni huwa bejn EUR 3,001 u EUR 3,500, it-tariffa hija ta’ EUR 210,
  • jekk il-valur tal-pretensjoni huwa bejn EUR 3,501 u EUR 4,000, it-tariffa hija ta’ EUR 225,
  • jekk il-valur tal-pretensjoni huwa bejn EUR 4,001 u EUR 4,500, it-tariffa hija ta’ EUR 240,
  • jekk il-valur tal-pretensjoni huwa bejn EUR 4,501 u EUR 5,000, it-tariffa hija ta’ EUR 255.

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Jekk il-pretendent ma jħallasx it-tariffa tal-qorti fil-ħin, il-qorti xorta tibda l-proċedimenti, u t-tariffa tal-qorti tiġi sussegwentement infurzata fejn meħtieġ.

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

Iż-ZST-1 (l-Artikolu 6) jipprovdi bażi ġuridika għall-ħlas tat-tariffi tal-qorti permezz ta’ flus kontanti, flus elettroniċi u mezzi oħra validi ta’ ħlas, li japplikaw ukoll għall-ħlas tat-tariffi skont il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar.

Fil-prattika, it-tariffi tal-qorti jistgħu jitħallsu elettronikament permezz tas-servizzi tal-ħlas online ta’ banek individwali, jew jistgħu jitħallsu direttament permezz tal-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jew għand il-kaxxiera tal-qorti (fi flus kontanti jew permezz ta’ terminal POS).

Kull bank għandu s-servizz ta’ ħlas online tiegħu biex isiru l-pagamenti elettroniċi.

Il-persuna responsabbli tista’ tħallas it-tariffa tal-qorti bil-quddiem, jiġifieri meta jiġi ppreżentat ir-rikors għall-ftuħ ta’ kawża fil-qorti, jew tista' tippreżenta r-rikors u tistenna lill-qorti tibgħat avviż ta’ ħlas li jkun fih l-ammont applikabbli u kull informazzjoni oħra meħtieġa biex isir il-ħlas.

X’għandi nagħmel wara l-pagament?

Jekk mal-ħlas tat-tariffa tal-qorti jiġi indikat in-numru ta’ referenza korrett (li jiġi kkomunikat lill-persuna responsabbli mill-qorti fl-avviż ta’ ħlas), m’hemmx bżonn li l-persuna responsabbli tipprovdi evidenza ta’ ħlas lill-qorti. F’tali każijiet, il-qorti tiġi mgħarrfa dwar il-ħlas permezz ta’ sistema bankarja elettronika speċjali (UJPnet), fejn in-numru ta’ referenza korrett huwa deċiżiv biex jiġu rikonoxxuti pagamenti individwali.

Madankollu, jekk it-tariffa tal-qorti titħallas mingħajr ma jiġi indikat in-numru ta’ referenza korrett, il-persuna responsabbli għandha tippreżenta evidenza ta’ ħlas lill-qorti. M’hemm l-ebda kundizzjoni formali speċjali dwar il-validità ta’ tali evidenza. Abbażi ta’ tali evidenza, jekk ikun meħtieġ, il-qorti tivverifika l-ħlas tat-tariffa tal-qorti fuq il-pjattaforma tal-UJPnet (speċjalment meta t-tariffa tal-qorti ma titħallasx għand il-kaxxier tal-qorti).

L-aħħar aġġornament: 06/04/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura għal Talbiet Żgħar - Svezja

Introduzzjoni

Liema tariffi huma applikabbli?

Kemm għandi nħallas?

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

Introduzzjoni

“It-tariffa għar-rikors tiġi imposta fl-ammont indikat hawn taħt jekk tinbeda xi waħda mill-proċeduri li ġejjin.

Kategorija A …………………………………SEK 900 (1) /…/ kawżi ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-11 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar (Anness tar-Regolament (1987:452) dwar it-tariffi fil-qrati ġenerali).

It-tariffa għar-rikors titħallas lill-qorti li quddiemha jiġi ppreżentat. Fil-preżent, it-tariffa ma tistax titħallas elettronikament permezz ta’ sit web.

(1) Dan l-ammont huwa applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2014.

Liema tariffi huma applikabbli?

Tapplika tariffa għar-rikors waħda biss għall-proċedura għal talbiet żgħar, li titħallas meta jiġi ppreżentat ir-rikors lill-qorti. L-ebda tariffa oħra ma tiġi imposta għall-proċedura jew għall-miżuri proċedurali.

Kemm għandi nħallas?

It-tariffa għar-rikors, li hi SEK 900 mill-1 ta’ Lulju 2014, tikkostitwixxi l-ammont totali għall-proċedura.

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Jekk ma tħallasx it-tariffa għar-rikors, wara li tkun ġejt mitlub tlesti r-rikors billi tħallas, il-kawża tiġi miċħuda u l-qorti ma teżaminax it-talba tiegħek. Tista’ tippreżenta talba ġdida għall-istess kwistjoni wara ċaħda.

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

Tista’ tħallas it-tariffa għar-rikors permezz ta’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaservizz ta’ ħlas elettroniku.

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

Wara li tagħmel il-ħlas, ma għandek għalfejn tagħmel xejn aktar, u bħala regola ġenerali m’hemmx bżonn tagħti prova tal-ħlas. Il-qorti tqabbel il-ħlas li jkun sar mat-talbiet li jkunu ġew ippreżentati lill-qorti. Sabiex tkun aktar faċli li tqabbel it-talba tiegħek mal-ħlas, kun ċert li tiddikjara ismek sħiħ u l-isem tal-parti avversarja meta tħallas. Dejjem żomm kopja tal-konferma tal-ħlas, peress li din tista’ tintuża biex jinstab il-ħlas f’każ ta’ bżonn.

L-aħħar aġġornament: 05/12/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura għal Talbiet Żgħar - L-Ingilterra u Wales

Introduzzjoni

X'inhuma l-miżati applikabbli?

Kemm għandi nħallas?

X'jiġri jekk ma nħallasx fil-ħin il-miżati tal-qorti?

Kif nista' nħallas il-miżati tal-qorti?

X'għandi nagħmel wara l-pagament?

Introduzzjoni

Rikorrent jista' juża r-Regolament Ewropew dwar it-Talbiet Żgħar biex iressaq rikors sa somma ta' EUR 2 000 (minbarra l-interessi, l-ispejjeż u l-iżborżi kollha) kontra konvenut f'kawża transfruntiera. Kawża transfruntiera tapplika fejn mill-inqas waħda mill-partijiet tkun domiċiljata jew abitwalment residenti fi Stat Membru ieħor għajr dak tal-qorti fejn jitressaq ir-rikors. Il-proċedura tista' tintuża kemm għal talbiet ta' flus kif ukoll għal talbiet mhux monetarji kemm f'materji ċivili kif ukoll f'dawk kummerċjali. Il-proċedimenti fl-Ingilterra u f'Wales jistgħu jinbdew fil-Qorti tal-Kontea iżda mhux fil-Qorti Għolja.

X'inhuma l-miżati applikabbli?

Il-miżati tal-Qorti għall-Proċedura Ewropea għat-Talbiet Żgħar huma l-istess bħal dawk għat-talbiet nazzjonali żgħar.

Biex issir applikazzjoni għal Talba Żgħira Ewropea, iridu jitħallsu l-miżati tal-qorti. Jekk tixtieq tħallas permezz ta' karta tad-debitu/tal-kreditu jridu jiġu pprovduti d-dettalji tal-karta rilevanti fl-Appendiċi għall-"Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, Formola A".

Fil-każijiet fejn tkun meħtieġa seduta ta' smigħ biex tiġi stabbilita t-tilwima tapplika wkoll miżata għas-smigħ.

Jekk ikun hemm bżonn li tiġi infurzata talba tkun meħtieġa tariffa oħra tal-qorti. Aktar dettalji dwar it-tipi ta' proċeduri disponibbli jinstabu fuq il-paġni dwar l-infurzar għall-Ingilterra u Wales.

Kemm għandi nħallas?

Il-miżati tal-Qorti fl-Ingilterra u f'Wales jinstabu fil-fuljett Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaEX50 - Miżati tal-Qorti Ċivili u tal-Familja

Għal referenza faċli, il-miżati għat-talbiet żgħar fit-tabella ta' hawn taħt huma korretti mis-17 ta' Novembru 2016. Il-miżati tal-qorti jistgħu jinbidlu, għalhekk għandek dejjem tivverifika mal-qorti, mar-rappreżentant legali tiegħek jew ma' kwalunkwe individwu jew organizzazzjoni oħra involuti, li dak l-ammont għadu l-miżata attwali. Dawn il-miżati huma f'lira sterlina (GBP), u għalhekk biex tikkalkula l-ekwivalenti f'Euro, trid tagħmel konverżjoni fil-jum li fih tixtieq tressaq l-applikazzjoni.

1.1 Fil-bidu tal-proċedimenti (inklużi l-proċedimenti maħruġa wara li jingħata l-permess għall-ħruġ bl-esklużjoni tal-kawżi CCBC imressqa mill-utenti taċ-Ċentru jew kawżi mressqa mill-utenti tal-Money Claim OnLine) biex tiġi rkuprata somma ta' flus fejn is-somma mitluba:

Miżata pagabbli (£)

(a) Ma taqbiżx it-£ 300

£ 35

(b) Taqbeż it-£ 300 iżda ma taqbiżx il-£ 500

£ 50

(c) Taqbeż il-£ 500 iżda ma taqbiżx l-£ 1 000

£ 70

(d) Taqbeż l-£ 1 000 iżda ma taqbiżx l-£1 500

£ 80

(e) Taqbeż l-£ 1 500 iżda ma taqbiżx it-£ 3 000

£ 115

Jekk issir seduta ta' smigħ, trid titħallas miżata oħra.

Miżata pagabbli għas-smigħ ta' kawża għal talba żgħira fejn is-somma mitluba:

(i) Ma taqbiżx it-£ 300

£ 25

(ii) Taqbeż it-£ 300 iżda ma taqbiżx il-£ 500

£ 55

(ii) Taqbeż il-£ 500 iżda ma taqbiżx l-£ 1 000

£ 80

(iii) Taqbeż l-£ 1 000 iżda ma taqbiżx l-£ 1 500

£ 115

(iv) Taqbeż l-£ 1 500 iżda ma taqbiżx it-£ 3 000

£ 170

Jekk tkun tixtieq tinforza t-talba, tkun trid tħallas miżata oħra.

Ikollok tħallas miżata tal-qorti biex tressaq rikors quddiem il-qorti u trid tħallas miżati oħra tal-qorti fi stadji differenti tal-kawża fil-qorti. Inti tista’ tikkwalifika għal "remissjoni tal-miżati" (skont iċ-ċirkustanti personali tiegħek) li jfisser li ma jkollokx għalfejn tħallas miżata tal-qorti, jew inkella jkollok tħallas biss parti minnha. Madankollu, inti jkollok tapplika għal remissjoni separata għal kull miżata li trid titħallas matul il-proċess ġudizzjarju. Għalhekk, pereżempju, meta tapplika għar-remissjoni meta tressaq l-ewwel rikors, din tagħtik biss ir-remissjoni għal dik l-ewwel miżata tal-"ħruġ". Dan għaliex iċ-ċirkustanzi personali tiegħek jistgħu jinbidlu waqt ir-rikors fil-qorti, u tista’ ma tibqax eliġibbli għar-remissjoni aktar tard matul il-kawża. Inkella, inti tista’ ssir eliġibbli għar-remissjoni tal-miżati matul il-kawża.

X'jiġri jekk ma nħallasx fil-ħin il-miżati tal-qorti?

Jekk ir-rikorrent jonqos milli jimla d-dettalji tal-karta tal-kreditu rilevanti b'mod korrett jew il-ħlas ma jirnexxix għal xi raġuni, il-qorti li tittratta tibgħat il-Formola B "Talba mill-qorti jew tribunal biex timla u/jew tikkoreġi l-formola tat-talba" lir-rikorrent fejn din titlob li jingħataw dettalji ta' karta tal-kreditu valida biex ikun jista' jsir il-ħlas tal-miżati tal-qorti. Ir-rikors ma jipprosegwix aktar jekk ma jsirx il-ħlas.

Kif nista' nħallas il-miżati tal-qorti?

Il-ħlas tal-miżata tal-qorti jsir billi jingħataw dettalji korretti dwar il-ħlas lill-qorti. Inizjalment dan għandu jsir billi jingħataw id-dettalji rilevanti fil-"Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, Appendiċi għall-Formola A".

Il-ħlas normalment isir permezz ta' karta tad-debitu/tal-kreditu. Mhux il-metodi kollha ta' ħlas fil-Formola A x'aktarx li jkunu disponibbli fil-qorti li fiha tkun qed tagħmel rikors. Ir-rikorrent għandu jikkuntattja lill-qorti u jivverifika liema metodu ta' ħlas jista' juża.

Jista' jkun possibbli wkoll li wieħed iħallas bl-użu ta' karta tal-kreditu fuq it-telefon. Ħafna qrati għandhom faċilitajiet biex jieħdu ħlasijiet bil-karta b'dan il-mod, iżda l-qorti rilevanti għandha tiġi kkuntattjata l-ewwel biex tikkonferma jekk il-ħlas jistax isir b'dan il-mod.

Il-ħlas elettroniku jista' jsir biss minn xi ħadd b'indirizz fir-Renju Unit.

X'għandi nagħmel wara l-pagament?

Jekk ir-rikors ikun sar b'mod korrett, il-qorti tinnotifika l-formola tat-talba (flimkien ma' kwalunkwe dokument ta' akkumpanjament) u l-Formola tat-Tweġiba tal-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar (il-Formola C) lill-konvenut. Fl-istess ħin tintbagħat notifika tal-ħruġ lir-rikorrent, flimkien ma' riċevuta tat-tranżazzjoni tal-ħlas.

Normalment, ir-riċevuta tkun 8 x 12-il cm u jkollha l-isem tal-qorti fin-naħa ta' fuq bl-indirizz postali tagħha, u l-ammont imħallas bid-data u l-ħin tal-pagament fil-qiegħ.

Għal aktar informazzjoni jekk jogħġbok ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIt-talbiet transfruntiera tal-Unjoni Ewropea.

L-aħħar aġġornament: 04/05/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura għal Talbiet Żgħar - L-Irlanda ta’ fuq

Il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar mhix soġġetta għal tariffa tal-qorti.

L-aħħar aġġornament: 24/09/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura għal Talbiet Żgħar - Skozja

Introduzzjoni

Liema tariffi japplikaw?

Kemm għandi nħallas?

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

X’għandi nagħmel wara li nħallas?

Introduzzjoni

Fl-Iskozja t-tariffi tal-qorti għat-Talbiet Żgħar Ewropej huma regolati minn:

  • L-Ordni tas-Sheriff dwar it-Tariffi tal-Qorti, Numru tal-Istrument Statutorju Skoċċiż 2018/481, kif emendat minn:
  • L-Ordni ta’ Emenda tas-Sheriff dwar it-Tariffi tal-Qorti, Numru tal-Istrument Statutorju Skoċċiż 2018/194.

Skeda 2, Parti II, Numri 16 u 38, applikabbli għat-Talbiet Żgħar Ewropej, mill-1 ta’ April 2019.

Skeda 3, Parti II, Numri 16 u 38, applikabbli għat-Talbiet Żgħar Ewropej, mill-1 ta’ April 2020.

Ma jistax isir ħlas elettroniku tat-tariffi.

Liema tariffi japplikaw?

Il-preżentazzjoni ta’ Talbiet Żgħar Ewropej bil-Formola A tar-Regolament tal-UE 861/2007 il-qorti teħtieġ il-ħlas ta’ tariffa waħda li tkopri l-proċeduri kollha tal-qorti.

L-ispejjeż tan-notifika tal-karti bil-posta huma nklużi iżda jista’ jkun hemm tariffa addizzjonali jekk tkun meħtieġa n-notifika tal-konvenut mill-uffiċjal tas-sheriff.

Mhemmx tariffa għall-preżentazzjoni ta’ tweġiba għat-talba fil-Formola C.

Ir-rappreżentazzjoni minn solicitor mhix normalment meħtieġa u t-tariffa ma tinkludix tariffi tas-solicitors.

Kemm għandi nħallas?

It-tariffa attwali għall-preżentazzjoni ta’ Talbiet Żgħar Ewropej il-qorti għal:

  • somom ta’ flus ta’ £EUR 300 or EUR 250 jew inqas jeħtieġu l-ħlas ta’ tariffa ta’ £19 sterlina
  • fit-Talbiet Żgħar Ewropej l-oħra kollha tariffa ta’ £104 sterlina.

It-tariffa addizzjonali għan-notifika tal-karti lill-konvenut mill-uffiċjal tas-sheriff hija tariffa amministrattiva ta’ £13 minbarra l-ispiża tan-notifika tal-uffiċċjal tas-sheriff.

Skont it-termini tal-Artikolu 8 tal-Ordni tat-Tariffi tal-Qorti tas-Sheriff 2018, l-Istrument Statutorju Skoċċiż Nru 2018/481, parti fil-proċedimenti jista’ jkollha dritt għal eżenzjoni mit-tariffa, jekk pereżempju għandha dritt għal ċertu benefiċċji mill-Istat, jew għall-għajnuna legali fil-qasam ċivili.

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Mingħajr il-ħlas tat-tariffa, il-qorti ma taċċettax ir-rikors u mhix meħtieġa tagħmel xejn, skont il-paragrafu 3 tal-Ordni għat-Tariffi tal-Qorti tas-Sheriff 2018, l-Istrument Statutorju Skoċċiż Nru 2018/481, kif emendat.

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

It-tariffi tal-qorti jistgħu jitħallsu permezz ta’:

  • Ċekkijiet - pagabbli lis-”Servizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi”
  • Karta ta’ Debitu & Karta ta’ Kreditu - jekk jogħġbok iċċekkja liema tip ta’ kards huma aċċettati mal-qorti rilevanti u jekk il-ħlas jistax isir bit-telefown.
  • Ordnijiet bil-Posta - pagabbli lis-”Servizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi”
  • Flus kontanti - jekk se tħallas bil-posta mhux ta’ min jibgħat flus kontanti

X’għandi nagħmel wara li nħallas?

Il-qorti taċċetta il-preżentata tal-karti tar-rikors fil-Formola A tar-Regolament tal-UE 861/2007 mal-pagament. Il-karti u l-pagament għandhom jingħataw jew jintbagħtu lill-qorti fl-istess ħin. Il-qorti mbagħad tagħti jew tibgħat il-Formola B, jew il-Formola 1, jew tinnotifika lill-konvenut bil-Formola A, bħala l-pass li jmiss fil-proċess. Ma għandha tingħata l-ebda prova tal-ħlas.