Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura għal Talbiet Żgħar

Svezja

Il-kontenut ipprovdut minn
Svezja

Introduzzjoni

Liema tariffi huma applikabbli?

Kemm għandi nħallas?

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

Introduzzjoni

“It-tariffa għar-rikors tiġi mposta fl-ammont indikat hawn taħt jekk tinbeda xi waħda mill-proċeduri li ġejjin.

Kategorija A …………………………………SEK 900 (1) /…/ kawżi ċivili skont ir-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-11 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi Rettifika tar-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar (Anness għar-Regolament (1987:452) dwar it-tariffi fil-qrati ġenerali).

It-tariffa għar-rikors titħallas lill-qorti li quddiem jiġi ppreżentat. Fil-preżent, it-tariffa ma tistax titħallas elettronikament permezz ta’ sit elettroniku.

(1) Dan l-ammont huwa applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2014.

Liema tariffi huma applikabbli?

Tapplika tariffa għar-rikors waħda biss għall-proċedura ta’ talbiet żgħar, li titħallas meta jiġi ppreżentat ir-rikors lill-qorti. L-ebda tariffa oħra ma tiġi imposta għall-proċedura jew għall-miżuri proċedurali.

Kemm għandi nħallas?

It-tariffa tar-rikors, li tqum SEK 900 mill-1 ta’ Lulju 2014, tikkostitwixxi l-ammont totali għall-proċedura.

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Jekk ma tħallasx it-tariffa għar-rikors, wara li tkun ġejt mitlub tlesti l-applikazzjoni billi tħallas, il-kawża tiġi miċħuda u l-qorti ma teżaminax it-talba tiegħek. Tista’ tippreżenta talba ġdida għall-istess kwistjoni wara ċ-ċaħda l-ewwel darba.

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

Tista’ tħallas it-tariffa tar-rikors jew fi flus kontanti jew bil-kard fir-reġistru tal-qorti jew fil-kont PlusGiro tal-qorti. Tista’ ssib l-informazzjoni ta’ kuntatt għall-qprti u d-dettalji tal-kont tal-bank hawnhekk.

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

Wara li tagħmel il-ħlas, ma għandek għalfejn tagħmel xejn iktar, u bħala regola ġenerali mhemmx bżonn tagħti prova tal-ħlas. Il-qorti tqabbel il-ħlas li jkun sar mat-talbiet li jkunu ġew sottomessi lill-qorti. Sabiex tkun iktar faċli li tqabbel it-talba tiegħek mal-ħlas, kun ċert li tiddikjara ismek sħiħ u l-isem tal-parti avversarja meta tħallas. Dejjem għamel kopja tal-konferma tal-ħlas, għaliex din tintuża biex jinstab il-ħlas f’każ ta’ bżonn.

L-aħħar aġġornament: 08/04/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna