Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura għal Talbiet Żgħar

Latvja

Il-kontenut ipprovdut minn
Latvja

Introduzzjoni

Skont l-Artikolu 33 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili (Civilprocesa likumsl-ispejjeż legali (tiesāšanās izdevumi) jinkludu:

  1. it-tariffi tal-qorti;
  2. id-depożiti;
  3. u l-ispejjeż relatati mat-trattament tal-proċedimenti.

X’inhuma t-tariffi applikabbli?

It-tariffi tal-qorti jikkonsistu fi:

(1) tariffa tal-Istat (valsts nodeva);

għal kull rikors ippreżentat lill-qorti trid titħallas tariffa tal-Istat – talba oriġinali, kontrotalba, rikors imressaq minn parti terza b’talba separata fir-rigward tas-suġġett tal-kawża fi proċedimenti li jkunu diġà bdew, rikors f’forma speċjali ta’ proċedura, jew rikors ieħor previst fl-Artikolu 34 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili.

(2) spejjeż relatati mal-eżami tal-kawża, jiġifieri:

  1. ħlasijiet lix-xhieda u lill-periti;
  2. spejjeż relatati mas-smigħ tax-xhieda jew mat-twettiq ta’ aċċessi fuq il-post;
  3. spejjeż imġarrba biex jiġi rintraċċat il-konvenut jew xhud;
  4. spejjeż relatati mal-eżekuzzjoni ta’ sentenza;
  5. spejjeż relatati mal-abbozzar, in-notifika, il-ħruġ u t-traduzzjoni ta’ taħrikiet tal-qorti u ta’ dokumenti relatati oħra tal-qorti u għar-ritorn ta’ provi dokumentarji;
  6. spejjeż relatati mal-abbozzar u l-ħruġ ta’ avviżi legali;
  7. spejjeż relatati mal-garanziji tat-talba jew ta’ salvagwardji provviżorji;

(3) spejjeż relatati mal-proċedimenti, jiġifieri

  1. l-onorarji tal-avukat;
  2. l-ispejjeż relatati mad-dehriet fis-seduti tal-qorti;
  3. l-ispejjeż relatati mal-kumpilazzjoni tax-xhieda;
  4. l-ispejjeż relatati ma’ għajnuna legali ffinanzjata mill-Istat;
  5. l-ispejjeż għall-assistenza minn interpretu fis-seduta tal-qorti.

Kemm għandi nħallas?

L-Artikolu 34 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili jistabbilixxi l-ammont ta’ tariffi tal-Istat skont it-talba, ivvalutata bħala ħlas fi flus: għar-rikorsi f’kawżi ta’ divorzju; għar-rikorsi f’forom speċjali ta’ proċedura; għal rikorsi oħra, li ma jkunux ta’ natura monetarja jew fejn ma tkun meħtieġa l-ebda valutazzjoni; għal rikorsi għall-invalidazzjoni tal-ftehim ta’ arbitraġġ tagħhom; għal rikorsi li jikkonċernaw id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, il-protezzjoni ta’ bażijiet tad-data (sui generis), it-trademarks, il-marki ta’ ċertifikazzjoni u l-indikazzjonijiet ġeografiċi, il-privattivi, id-disinni, il-varjetajiet tal-pjanti, il-ksur u l-protezzjoni tat-topografija ta’ prodott semikonduttur, għal rikorsi għall-protezzjoni mill-akkwiżizzjoni l-użu u d-divulgazzjoni illegali tas-sigrieti tal-mestier, u li l-kawża tagħhom titressaq quddiem il-bord tal-appelli għall-proprjetà industrijali; għal rikorsi biex tiġi invalidata deċiżjoni ta’ laqgħa ġenerali tal-parteċipanti (l-azzjonisti) ta’ kumpanija kapitali; għal rikorsi għal garanzija jew salvagwardji provviżorji; għal rikorsi għal Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet, ifformulati skont ir-Regolament (UE) Nru 655/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi proċedura ta’ Ordni Ewropea tal-Preservazzjoni tal-Kontijiet sabiex jiġi ffaċilitat l-irkupru transfruntier tad-dejn f’materji ċivili u kummerċjali. għal rikorsi għal proċedimenti probatorji, meta jiġu ppreżentati qabel kwalunkwe azzjoni legali; għal rikorsi għal ordni ta’ ħlas Ewropea skont ir-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea; għal rikorsi għall-eżekuzzjoni ta’ obbligi fuq avviż tal-qorti; għal rikorsi għall-eżekuzzjoni mhux ikkontestata tal-obbligi; għal rikorsi għall-ħruġ ta’ mandat ta’ eżekuzzjoni għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni tal-Qorti Permanenti ta’ Arbitraġġ jew ta’ tribunal tal-arbitraġġ barrani; għal rikorsi għat-tkomplija tal-proċedimenti u għall-ftuħ mill-ġdid tal-proċedimenti wara sentenza fil-kontumaċja; għal rikorsi għall-ftuħ ta’ proċedimenti għas-separazzjoni tal-proprjetà konġunta tal-konjuġi; għal ilmenti fi proċedimenti ta’ protezzjoni legali, għal ilmenti fi proċedimenti ta’ insolvenza minħabba deċiżjonijiet tal-laqgħa tal-kredituri, għal ilmenti dwar id-deċiżjonijiet tas-Servizz ta’ Kontroll tal-Insolvenza (Maksātnespējas kontroles dienests), kif ukoll fir-rigward tar-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar proċedimenti ta’ insolvenza; għal rikorsi għall-konsolidazzjoni ta’ proprjetà immobbli f’isem ix-xerrej; għal rikorsi għat-trasferiment tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet, meta tali rikorsi jiġu ppreżentati lill-qorti wara li d-deċiżjoni finali dwar il-kawża tkun daħlet fis-seħħ; għal rikorsi biex jiġi kkanċellat il-ħelsien mill-obbligi ta’ dejn ta’ persuni fiżiċi; għal rikorsi għall-ħruġ ta’ kopja ta’ mandat ta’ eżekuzzjoni.

Il-Kabinett tal-Ministri jiddetermina l-ammont li għandu jitħallas lix-xhieda u lill-periti, kif ukoll il-livell tal-ispejjeż u l-metodu ta’ kalkolu tagħhom għall-interrogazzjoni tax-xhieda jew għat-twettiq ta’ aċċessi fuq il-post, għar-rintraċċar tal-konvenuti jew tax-xhieda, għat-tħejjija, in-notifika, il-ħruġ u t-traduzzjoni ta’ taħrikiet u għar-ritorn ta’ provi dokumentarji, għall-abbozzar u l-pubblikazzjoni ta’ avviżi legali u għall-garanzija ta’ talba jew ta’ salvagwardji provviżorji.

L-ammont ta’ garanzija li għandha tiġi ppreżentata huwa stabbilit fl-Artikolu 43.1 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili.

Il-punt sa fejn l-ispejjeż relatati mal-kawża jkunu rimborsabbli huwa stabbilit fl-Artikolu 44 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili.

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Jekk rikors ma jkunx akkumpanjat mid-dokumenti li jikkonfermaw il-ħlas tat-tariffi tal-Istat u spejjeż oħra tal-qorti skont il-proċedura u fl-ammont stipulat bil-liġi, il-qorti, skont l-Artikolu 133 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili, ma tipproċedix aktar bir-rikors, u tistabbilixxi terminu biex l-attur jelimina n-nuqqasijiet.

Jekk l-attur jelimina n-nuqqasijiet fil-limitu ta' żmien stabbilit, ir-rikors jitqies li ġie ppreżentat fil-ġurnata meta ġie ppreżentat għall-ewwel darba lill-qorti.

Jekk l-attur ma jeliminax in-nuqqasijiet fil-limitu ta' żmien stabbilit, ir-rikors jitqies li ma ġiex ppreżentat u jiġi rritornat lill-attur.

Jekk rikors jiġi rritornat lill-attur, dan ma jżommx lill-attur milli jerġa’ jippreżentah lill-qorti, skont il-proċeduri ordinarji stabbiliti fil-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili.

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

It-tariffa tal-Istat tista’ titħallas fil-kont tat-Teżor tal-Istat (Valsts kase).

L-ispejjeż relatati mal-eżami tal-kawża jistgħu jitħallsu fil-kont tal-Amministrazzjoni tal-Qrati (Tiesu administrācija).

Tariffi tal-Istat u kontijiet tal-qorti

Tariffa ġudizzjarja tal-Istat (l-Artikolu 34 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili, minbarra l-paragrafu sitta (għas-sottomissjoni għall-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ eżekuzzjoni jew ta’ dokument ieħor ta’ eżekuzzjoni)):

Benefiċjarju: Teżor tal-Istat

Numru tar-reġistrazzjoni 90000050138

Kont Nru LV55TREL1060190911200

Il-bank tal-benefiċjarju: Teżor tal-Istat

Kodiċi BIC TRELLV22

Għan tal-ħlas: Dettalji li jidentifikaw lill-persuna jew il-kawża: in-numru tal-kawża (jekk ikun magħruf); għall-persuni fiżiċi, l-isem, il-kunjom, u n-numru tal-identità personali; għall-persuni ġuridiċi, l-isem u n-numru ta’ reġistrazzjoni. Jekk il-ħlas ta’ tariffa tal-Istat isir f’isem ħaddieħor, trid tingħata informazzjoni li tidentifika lil dik il-persuna: in-numru tal-kawża (jekk magħruf); għall-persuni fiżiċi, l-isem, il-kunjom, u n-numru tal-identità personali; għall-persuni ġuridiċi – isem u numru ta’ reġistrazzjoni.

It-tariffa tal-Istat għas-sottomissjoni għall-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ eżekuzzjoni jew dokument ieħor ta’ eżekuzzjoni (l-Artikolu 34(6) tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili):

qabel ma tissottometti d-dokumenti ta’ eżekuzzjoni għall-eżekuzzjoni, staqsi lill-aġent inkarigat mill-ħlasijiet permezz tat-taqsima “Servizzi oħrajn” tas-sit web tal-irkantijiet elettroniċi biex jiġġenera l-fattura għat-tariffa tal-Istat għas-sottomissjoni għall-eżekuzzjoni tad-dokumenti ta’ eżekuzzjoni u ħallasha.

Għan tal-ħlas: indika n-numru tal-fattura u n-numru tad-dokument ta’ eżekuzzjoni.

Spejjeż relatati mal-eżami ta’ kawża minn qorti distrettwali (belt) jew qorti reġjonali (l-Artikolu 39 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili); spejjeż relatati mal-eżekuzzjoni ta’ obbligi fuq avviż tal-qorti (l-Artikolu 406.3 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili:

Benefiċjarju: L-Amministrazzjoni tal-Qrati

Numru tar-reġistrazzjoni 90001672316

Kont Nru LV51TREL2190458019000

Il-bank tal-benefiċjarju: Teżor tal-Istat

Kodiċi BIC TRELLV22

Għan tal-ħlas: “21490”, u indika d-data li tidentifika l-persuna jew il-kawża: in-numru tal-kawża (jekk magħruf); għall-persuni fiżiċi, l-isem, il-kunjom, u n-numru tal-identità personali; għall-persuni ġuridiċi, l-isem u n-numru ta’ reġistrazzjoni. Jekk il-ħlas tal-ispejjeż relatati mal-eżami tal-kawża jsir f’isem ħaddieħor, trid tingħata informazzjoni li tidentifika lil dik il-persuna: in-numru tal-kawża (jekk magħruf); għall-persuni fiżiċi, l-isem, il-kunjom, u n-numru tal-identità personali; għall-persuni ġuridiċi – isem u numru ta’ reġistrazzjoni.

X'għandi nagħmel wara l-pagament?

Meta tippreżenta rikors lill-qorti, trid tehmeż id-dokumenti li jikkonfermaw il-ħlas tat-tariffi tal-Istat u ta’ spejjeż oħra tal-qorti skont il-proċedura u fl-ammont stipulat mil-liġi.

L-aħħar aġġornament: 05/09/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.