Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Latvjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura għal Talbiet Żgħar

Latvja

Il-kontenut ipprovdut minn
Latvja

Introduzzjoni

X'inhuma t-tariffi applikabbli?

Kemm għandi nħallas?

X'jiġri jekk ma nħallasx fil-ħin it-tariffi tal-qorti?

Kif nista' nħallas it-tariffi tal-qorti?

X'għandi nagħmel wara l-pagament?

Introduzzjoni

Skont l-Artikolu 33(2) tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili (Civilprocesa likums) l-ispejjeż tal-qorti (tiesas izdevumi ) jinkludu:

  • tariffa tal-Istat (valsts nodeva);
  • tariffa tal-uffiċċju (kancelejas nodeva);
  • l-ispejjeż li neċessarjament ikunu saru għall-finijiet tal-eżami ta' każ.

Għal kull rikors ippreżentat lill-qorti, trid titħallas tariffa tal-Istat - talba oriġinali, kontrotalba, rikors imressaq minn parti terza b’talba separata fir-rigward tas-suġġett tal-kawża fi proċedimenti li jkunu diġà bdew, rikors f'forma speċjali ta' proċedura, jew rikors ieħor previst fl-Artikolu 34 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili. L-Artikolu 43 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili telenka lill-persuni eżentati minn ħlas ta' spejjeż tal-qorti (inklużi t-tariffi tal-Istat).

Il-qorti tordna lill-parti telliefa biex tħallas lura l-ispejjeż kollha tal-qorti mħallsa mill-parti rebbieħa. Jekk talba tkun ġiet sodisfatta biss parzjalment, il-qorti tordna li l-ispejjeż tal-qorti jiġu rimborżati lill-attur fi proporzjon mal-parti tat-talbiet sodisfatti, u lill-konvenut fi proporzjon mal-parti tat-talbiet li jkunu ġew miċħuda. Ma hemm l-ebda rimborż tat-tariffa tal-Istat għal ilment anċillari (blakus sudzība) fir-rigward ta' deċiżjoni tal-qorti, jew għall-ftuħ mill-ġdid ta' proċeduri tal-qorti wara li tkun ingħatat sentenza b'kontumaċja.

Jekk attur jirtira talba, huwa jkollu jirrimborża l-ispejjeż tal-qorti li jkun ġarrab il-konvenut. F'dak il-każ il-konvenut ma jkollux għalfejn jirrimborża l-ispejjeż tal-qorti mħallsa mill-attur. Madankollu, jekk attur jirtira t-talbiet tiegħu minħabba li l-konvenut ikun volontarjament issodisfa dawk it-talbiet wara li t-talbiet ikunu ġew ippreżentati, il-qorti, wara talba mill-attur, tordna lill-konvenut jirrimborża l-ispejjeż tal-qorti mħallsa mill-attur.

Jekk il-qorti tiddeċiedi li ma tismax rikors, il-qorti, wara talba mill-konvenut, tordna lill-attur jirrimborża l-ispejjeż tal-qorti mħallsa mill-konvenut.

Jekk attur ikun eżentat milli jħallas l-ispejjeż tal-qorti, il-konvenut jiġi ordnat iħallas l-ispejjeż tal-qorti tal-attur lis-Servizz tad-Dħul tal-Istat fi proporzjon mal-parti tat-talba li tkun ġiet sodisfatta.

X'inhuma t-tariffi applikabbli?

Meta jiġi ppreżentat rikors skont il-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, għandha titħallas tariffa tal-Istat. Matul il-proċeduri, il-parti jista' jkollha tħallas ukoll spejjeż oħra tal-qorti, bħal tariffa tal-uffiċċju (eż. għall-ħruġ ta' traskrizzjonijiet u kopji tad-dokumenti relatati mal-proċeduri) u spejjeż relatati mal-eżami tal-każ (eż. spejjeż magħmula għat-tiftix tal-konvenut fuq talba tal-attur, jew spejjeż għall-kunsinna, il-ħruġ u t-traduzzjoni ta' taħrikiet u dokumenti oħrajn tal-qorti).

Kemm għandi nħallas?

Meta tippreżenta rikors, trid tħallas tariffa tal-Istat li tammonta għal 15% tat-total tat-talba, iżda mhux inqas minn EUR 71.41.

L-ammont ta' kwalunkwe tariffa tal-uffiċċju jiġi ddeterminat skont l-Artikolu 38 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili. L-ammont tal-ispejjeż marbuta mal-eżami ta' każ jista' jvarja skont għadd ta' fatturi (eż. il-mod tal-kunsinna tad-dokumenti, bil-posta jew bil-posta elettronika).

X'jiġri jekk ma nħallasx fil-ħin it-tariffi tal-qorti?

Jekk rikors ma jkunx akkumpanjat mid-dokumenti li jikkonfermaw il-ħlas tat-tariffi tal-Istat u spejjeż oħra tal-qorti skont il-proċedura u fl-ammont stipulat bil-liġi, il-qorti, skont l-Artikolu 133 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili, ma tipproċedix aktar bir-rikors, u tistabbilixxi limitu ta' żmien biex l-attur jelimina n-nuqqasijiet.

Jekk l-attur jelimina n-nuqqasijiet fil-limitu ta' żmien stabbilit, ir-rikors jitqies li ġie ppreżentat fil-ġurnata meta ġie ppreżentat għall-ewwel darba lill-qorti.

Jekk l-attur ma jeliminax in-nuqqasijiet fil-limitu ta' żmien stabbilit, ir-rikors jitqies li ma ġiex ppreżentat u jiġi rritornat lill-attur.

Jekk rikors jiġi rritornat lill-attur, dan ma jżommx lill-attur milli jerġa' jippreżentah lill-qorti, b'konformità mal-proċeduri ordinarji stabbiliti fil-Liġi.

Jekk l-ispejjeż tal-qorti jkunu pagabbli għan-notifika ta' dokumenti, il-qorti ma tinnotifikax id-dokumenti qabel ma titħallas it-tariffa rilevanti. Madankollu, jekk l-ispejjeż għall-eżami ta' każ ma jitħallsux volontarjament lis-Servizz tad-Dħul tal-Istat, dawn jiġu rkuprati skont ir-regoli ġenerali tal-eżekuzzjoni tas-sentenzi.

Kif nista' nħallas it-tariffi tal-qorti?

It-tariffa tal-Istat tista' titħallas fil-kont tat-Teżor tal-Istat (Valsts kase). It-tariffa tal-Istat (l-Artikolu 34 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili, minbarra l-Paragrafu 6) għandha titħallas kif ġej:

Benefiċjarju: Valsts kase

Nru ta’ Reġistrazzjoni: 90000050138

Nru tal-Kont: LV55TREL1060190911200

Il-bank tal-benefiċjarju: Valsts kase

Kodiċi BIC: TRELLV22

Għan tal-ħlas: ipprovdi d-data li tidentifika lill-persuna jew il-każ: in-numru tal-każ (jekk tkun tafu); għall-persuni fiżiċi, l-isem, il-kunjom u n-numru tal-karta tal-identità; għall-persuni ġuridiċi, l-isem u n-numru ta’ reġistrazzjoni. Jekk il-ħlas ta' tariffa tal-Istat isir f'isem persuna oħra, għandha tingħata informazzjoni li tidentifika lil dik il-persuna: in-numru tal-każ (jekk tkun tafu); għall-persuni fiżiċi, l-isem, il-kunjom u n-numru tal-karta tal-identità; għall-persuni ġuridiċi, l-isem u n-numru ta’ reġistrazzjoni.

It-tariffa tal-Istat għas-sottomissjoni għall-eżekuzzjoni ta' mandat ta' eżekuzzjoni jew dokument ieħor ta' eżekuzzjoni tista' titħallas lill-kont tat-Teżor tal-Istat. It-tariffa tal-Istat għas-sottomissjoni għall-eżekuzzjoni ta' mandat ta' eżekuzzjoni jew dokument ieħor ta' eżekuzzjoni (l-Artikolu 34 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili, Paragrafu 6) għandha titħallas kif ġej:

Benefiċjarju: Valsts kase

Nru ta’ Reġistrazzjoni: 90000050138

Nru tal-Kont: LV71TREL1060190911300

Il-bank tal-benefiċjarju: Valsts kase

Kodiċi BIC: TRELLV22

Għan tal-ħlas: ipprovdi d-data li tidentifika lill-persuna jew il-każ: in-numru tal-każ (jekk tkun tafu); għall-persuni fiżiċi, l-isem, il-kunjom u n-numru tal-karta tal-identità; għall-persuni ġuridiċi, l-isem u n-numru ta’ reġistrazzjoni. Jekk il-ħlas ta' tariffa tal-Istat isir f'isem persuna oħra, għandha tingħata informazzjoni li tidentifika lil dik il-persuna: in-numru tal-każ (jekk tkun tafu); għall-persuni fiżiċi, l-isem, il-kunjom u n-numru tal-karta tal-identità; għall-persuni ġuridiċi, l-isem u n-numru ta’ reġistrazzjoni.

It-tariffa tal-uffiċċju tista' titħallas lill-kont tat-Teżor tal-Istat. It-tariffa tal-uffiċċju (l-Artikolu 38 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili) għandha titħallas kif ġej:

Benefiċjarju: Valsts kase

Nru ta’ Reġistrazzjoni: 90000050138

Nru tal-Kont: LV39TREL1060190911100

Il-bank tal-benefiċjarju: Valsts kase

Kodiċi BIC: TRELLV22

Għan tal-ħlas: ipprovdi d-data li tidentifika lill-persuna jew il-każ: in-numru tal-każ (jekk tkun tafu); għall-persuni fiżiċi, l-isem, il-kunjom u n-numru tal-karta tal-identità; għall-persuni ġuridiċi, l-isem u n-numru ta’ reġistrazzjoni. Jekk il-ħlas ta' tariffa tal-uffiċċju jsir f'isem persuna oħra, għandha tingħata informazzjoni li tidentifika lil dik il-persuna: in-numru tal-każ (jekk tkun tafu); għall-persuni fiżiċi, l-isem, il-kunjom u n-numru tal-karta tal-identità; għall-persuni ġuridiċi, l-isem u n-numru ta’ reġistrazzjoni.

L-ispejjeż relatati mal-eżami ta' każ u l-ispejjeż relatati mal-infurzar tal-obbligi wara s-servizz jistgħu jitħallsu lill-kont tal-Amministrazzjoni tal-Qorti (Tiesu administrācija). L-ispejjeż relatati mal-eżami ta' każ (l-Artikolu 39 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili) u l-ispejjeż relatati mal-eżekuzzjoni tal-obbligi wara s-servizz (l-Artikolu 4063 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili):

Il-qrati tad-distrett (tal-belt) u l-qrati reġjonali:

Benefiċjarju: Tiesu administrācija

Nru ta’ Reġistrazzjoni: 90001672316

Nru tal-Kont: LV51TREL2190458019000

Il-bank tal-benefiċjarju: Valsts kase

Kodiċi BIC: TRELLV22

Għan tal-ħlas: “21499”, u pprovdi d-data li tidentifika lill-persuna jew il-każ: in-numru tal-każ (jekk tkun tafu); għall-persuni fiżiċi, l-isem, il-kunjom u n-numru tal-karta tal-identità; għall-persuni ġuridiċi, l-isem u n-numru ta’ reġistrazzjoni. Jekk il-ħlas tal-ispejjeż relatati mal-eżami ta' każ isir f'isem persuna oħra, għandha tingħata informazzjoni li tidentifika lil dik il-persuna: in-numru tal-każ (jekk tkun tafu); għall-persuni fiżiċi, l-isem, il-kunjom u n-numru tal-karta tal-identità; għall-persuni ġuridiċi, l-isem u n-numru ta’ reġistrazzjoni.

X'għandi nagħmel wara l-pagament?

Meta tippreżenta rikors lill-qorti, trid tehmeż id-dokumenti li jikkonfermaw il-ħlas tat-tariffi tal-Istat u ta’ spejjeż oħra tal-qorti skont il-proċedura u fl-ammont stipulat mil-liġi. Trid tħallas ukoll tariffa tal-uffiċċju qabel ma jingħata s-servizz partikolari mitlub. Trid tħallas kull spiża relatata mal-eżami tal-każ qabel l-eżami tal-każ.

L-aħħar aġġornament: 09/04/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna