X'inhuma t-tariffi applikabbli?
X'jiġri jekk ma nħallasx fil-ħin it-tariffi tal-qorti?
Kif nista' nħallas it-tariffi tal-qorti?
X'għandi nagħmel wara l-pagament?
Ir-regoli li jirregolaw it-tariffi tal-qorti li għandhom jitħallsu fi proċeduri mibdija fl-Ungerija skont ir-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar huma stabbiliti fl-Att Nru XCIII tal-1990 dwar id-dazji. Skont dawk ir-regoli, meta tinbeda l-proċedura, għandha titħallas tariffa ta' 6 fil-mija tal-valur tat-talba jew billi tinxtara bolla tat-taxxa mill-uffiċċju postali jew billi titħallas it-tariffa lill-awtorità tat-taxxa tal-Istat. It-tariffa tista' titħallas ukoll lill-awtorità tat-taxxa tal-Istat permezz ta' trasferiment bankarju.
It-tariffi tal-qorti għandhom jitħallsu meta jinbdew il-proċeduri għal talbiet żgħar.
Fil-każ ta' talbiet monetarji, trid tħallas 6 fil-mija tal-valur tat-talba, bl-esklużjoni ta' ħlasijiet addizzjonali (imgħax, spejjeż), filwaqt li fil-każ ta' talbiet mhux monetarji, trid tħallas 6 fil-mija tat-talba stmata, b'minimu ta' HUF 15 000. Fil-każ ta' talbiet monetarji f'muniti li mhumiex il-forint, it-tariffa għandha titħallas fuq il-valur tat-talba bir-rata medja tal-kambju tal-bank ċentrali applikabbli fid-data meta tiġi sottomessa t-talba.
Ir-rikorrenti li ma jħallsux it-tariffa meta jibdew il-proċedura jirċievu talba għall-ħlas mill-qorti. Jekk ir-rikorrent ma jikkonformax ma' dan fil-limitu ta' żmien mogħti, il-qorti ma taċċettax it-talba.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.