Sib informazzjoni għal kull reġjun
X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?
Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?
Introduzzjoni
L-ispejjeż tal-qorti għall-proċedura Ewropea għal talbiet żgħar huma stabbiliti fil-Liġi dwar l-Ispejjeż tal-Qorti (Gerichtskostengesetz).
Il-qorti titlob il-ħlas tal-ispejjeż tal-qorti permezz ta’ fattura tal-ispejjeż tal-qorti. It-tariffi jkunu dovuti meta jiġi ppreżentat ir-rikors li jagħti bidu għall-proċedura. Madankollu, il-progress tal-proċedura ma jiddependix mill-ħlas tat-tariffi.
Minbarra r-rikorrent, kull min ikun impost b’obbligu bħal dan fuqu mill-qorti, jew kull min jassumi l-obbligu bħala parti minn soluzzjoni, ukoll ikollu l-obbligu li jħallas it-tariffi tal-qorti.
X’tariffi huma applikabbli?
It-tariffi speċifiċi huma elenkati f’appendiċi (Indiċi tal-Ispejjeż — Kostenverzeichnis) mal-Liġi dwar l-Ispejjeż tal-Qorti. Il-punt 1210 tal-Indiċi tal-Ispejjeż jispeċifika rata tat-tariffa 3.0 għall-proċedura Ewropea għal talbiet żgħar. Fil-każ ta’ terminazzjoni bikrija tal-proċedura, din it-tariffa titnaqqas għal rata ta’ 1.0 (il-Punt 1211 tal-Indiċi tal-Ispejjeż).
L-ammont tat-tariffa jiġi ddeterminat mill-ammont disputat, li normalment ikun identiku għall-valur tat-talba ppreżentata.
Kemm se nħallas?
Tariffi li jridu jitħallsu:
Valur ta’ sa |
Rata tat-tariffi 3.0 |
Rata tat-tariffi 1.0 |
500.00 |
105.00 |
35.00 |
1 000.00 |
159.0 |
53.00 |
1 500.00 |
213.00 |
71.00 |
2 000.00 |
267.00 |
89.00 |
Minbarra t-tariffi, iridu jitħallsu l-ispejjeż kollha mġarrbin, bħall-ispejjeż tan-notifika, tax-xhieda, tal-esperti u tal-interpreti.
X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?
L-ispejjeż legali mhux imħallsin jiġu rkuprati permezz ta’ eżekuzzjoni mill-uffiċċju għall-ħlasijiet tal-qorti (Gerichtskassen).Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?
Il-ħlas jista’ jsir bi trasferiment bankarju fil-kont indikat fil-fattura. In-numru ta’ referenza jrid jiġi indikat fit-trasferiment.
a) bi trasferiment bankarju
Il-ħlas bi trasferiment bankarju huwa possibbli.
b) bil-karta ta’ kreditu
Il-ħlas bil-karta ta’ kreditu mhuwiex possibbli.
c) b’debitu dirett mill-kont bankarju tiegħek
Il-ħlas b’debitu dirett mhuwiex possibbli.
d) metodi ta’ ħlas oħrajn (speċifika)
L-ebda metodu ta’ ħlas ieħor mhu possibbli.
X’għandi nagħmel wara l-ħlas?
Il-progress tal-proċedura ma jiddependix mill-ħlas.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.