X'jiġri jekk ma nħallasx fil-ħin il-miżati tal-qorti?
Kif nista' nħallas il-miżati tal-qorti?
X'nagħmel ladarba nkun ħallast?
Il-miżati tal-qorti fir-Repubblika tal-Kroazja huma stabbiliti fl-Att dwar il-Miżati tal-Qorti Nru 118/18 (Zakon o sudskim pristojbama) u fid-Digriet dwar it-Tariffa tal-Miżata tal-Qorti (Uredba o tarifi sudskih pristojbi) preskritt mill-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja.
Skont l-Artikolu 5 tal-Att dwar il-Miżati tal-Qorti, il-miżati stipulati mit-Tariffa għandhom jitħallsu bi ħlas mingħajr flus kontanti, f'bolol ta' dħul maħruġa mir-Repubblika tal-Kroazja, jew elettronikament.
Għal petizzjonijiet ippreżentati b'mod elettroniku, skont regolamenti speċjali permezz tas-sistema ta' informazzjoni li tintuża fin-negozju tal-qorti, il-miżata titħallas mal-preżentazzjoni. L-ammont imħallas huwa nofs il-miżata stabbilita mit-tariffa.
Għal deċiżjonijiet nnotifikati minn qorti b'mod elettroniku, skont ir-regolamenti speċjali permezz tas-sistema ta' informazzjoni li tintuża fin-negozju tal-qorti, titħallas nofs il-miżata stabbilita mit-tariffa, jekk titħallas fi żmien tlett ijiem mill-jum tan-notifika elettronika.
Il-miżati tal-qorti jitħallsu fil-proċedimenti ġudizzjarji ċivili u kummerċjali kollha. Skont l-Artikolu 11 tal-Att dwar il-Miżati tal-Qorti, dawn li ġejjin huma eżentati:
Stat barrani huwa eżentat mill-ħlas ta' miżati, jekk dan ikun previst minn trattat internazzjonali jew soġġett għar-reċiproċità.
F'każ ta' dubju dwar il-kundizzjonijiet ta' reċiproċità, il-qorti titlob spjegazzjoni mill-Ministeru tal-Ġustizzja.
L-eżenzjoni mill-punt 10 tapplika għal dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji li għalihom il-Ministru responsabbli għall-Affarijiet tal-Għajnuna Soċjali joħroġ deċiżjoni xierqa.
L-eżenzjoni mill-ħlas tal-miżati tal-qorti ma tapplikax għall-korpi tal-muniċipalitajiet u l-ibliet sakemm, skont liġi speċjali, l-eżerċizzju tal-awtorità pubblika jkun ġie ddelegat lilhom.
Fil-proċeduri Ewropej għal Talbiet Żgħar, għandhom jitħallsu l-miżati li ġejjin:
I. Għal talba, kontrotalba, sentenza u oġġezzjoni għal ordni ta' ħlas, għandha titħallas miżata tal-qorti proporzjonata mal-ammont tat-tilwima (ikkalkulata biss għall-ammont tal-applikazzjoni prinċipali mingħajr imgħax u spejjeż), kif ġej:
aktar minn |
sa HRK |
HRK |
0.00 |
3,000.00 |
100.00 |
3,001.00 |
6,000.00 |
200.00 |
6,001.00 |
9,000.00 |
300.00 |
9,001.00 |
12,000.00 |
400.00 |
12,001.00 |
15,000.00 |
500.00 |
Miżata ta' HRK 500.00 għandha titħallas fuq ammonti ta' aktar minn HRK 15,000.00 flimkien ma' 1 % fuq id-differenza ta' aktar minn HRK 15,000.00, iżda mhux aktar minn HRK 5,000.00. |
II. Nofs il-miżata msemmija fil-punt I għandha titħallas biex tiġi ppreżentata risposta u għal risposta għal appell.
III. Id-doppju tal-ammont tal-miżati tal-qorti msemmija fil-punt I huwa pagabbli fuq appell minn sentenza.
IV. Miżata tal-qorti ma titħallasx meta tintlaħaq riżoluzzjoni fil-qorti matul il-proċedimenti tal-qorti.
Jekk parti tonqos milli tħallas il-miżata fil-limitu ta' żmien stipulat jew tonqos milli tinforma lill-qorti b'dan, il-qorti għandha, fi żmien skadenza ta' 15-il jum ieħor, tehmeż ċertifikat ta' eżegwibilità mad-deċiżjoni dwar il-miżata jew mad-deċiżjoni dwar l-ilment u tippreżentah lill-Aġenzija Finanzjarja għal ħlas infurzat mill-fondi tal-parti skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi li tirregola l-infurzar tad-deċiżjonijiet fuq assi monetarji.
Skont l-Artikolu 28 tal-Att dwar il-Miżati tal-Qorti, il-qorti għandha l-ewwel nett twissi lill-parti fil-kawża quddiem il-qorti bl-obbligu li tħallas il-miżata, u meta l-parti tonqos milli tikkonforma immedjatament mat-twissija, il-qorti għandha tavża lill-parti biex tħallas il-miżata fi żmien tlett ijiem. Jekk il-parti tonqos milli taġixxi fuq it-twissija jew ma kinitx preżenti fil-kawża quddiem il-qorti li għaliha tkun dovuta l-miżata, u tkun naqset milli tħallas il-miżata, il-qorti tadotta deċiżjoni fir-rigward tal-miżata li fuqha jkun pagabbli ħlas addizzjonali ta’ HRK 100.
Il-miżati tal-Qorti għandhom jitħallsu bi ħlas mingħajr flus kontanti, fi flus kontanti, f'bolol ta' dħul maħruġa mir-Repubblika tal-Kroazja jew elettronikament.
Il-miżata fi flus kontanti tista' wkoll titħallas fil-kontabilità tal-qorti, f'liema każ il-qorti hija obbligata li tħallas dawk il-flus fid-dħul tal-baġit mill-miżati tal-qorti fi żmien ħamest ijiem mid-data tal-ġbir.
Id-drittijiet jistgħu jitħallsu f'bolol tad-dħul jekk il-miżata tkun inqas minn HRK 100.
Informazzjoni dwar il-metodu ta' ħlas tal-miżati għandha tkun disponibbli fuq is-sit web tal-Bord tal-Bullettin elettroniku, fuq is-siti web tal-qrati u fl-uffiċċji tal-qorti.
Il-miżati tal-qorti jistgħu jitħallsu permezz ta' kwalunkwe uffiċċju bankarju jew postali fil-Baġit tal-Istat tar-Repubblika tal-Kroazja.
Sabiex jitħallsu miżati tal-qorti minn barra l-pajjiż għandha tiġi inkluża l-informazzjoni li ġejja:
SWIFT: NBHRHR2X
IBAN:HR1210010051863000160
Kont giro (CC):1001005-1863000160
Mudell:HR64
Numru ta’ referenza: 5045-20735-PIN (jew numru ieħor ta' identifikazzjoni personali għall-pagatur)
Benefiċjarju: Ministeru tal-Finanzi tar-Repubblika tal-Kroazja, f'isem il-Qorti Kummerċjali f'Żagreb
Id-deskrizzjoni tal-ħlas għandha tinkludi l-miżata għall-każ __________ (in-numru tal-fajl tal-każ, u deskrizzjoni tal-ħlas, eż. miżata tal-qorti għal proposta biex tinħareġ l-ordni ta' ħlas Ewropea)
Ladarba jsir il-ħlas, għandha tintbagħat prova tal-ħlas lill-qorti li tkun qed tiddeċiedi l-każ li għalih tkun qed titħallas il-miżata, li tinkludi referenza għan-numru tal-każ li jkun qed jiġi mismugħ (jekk in-numru tal-każ ikun magħruf) jew meta applikazzjoni għall-ħruġ ta' ordni ta' ħlas Ewropea tkun għadha kif ġiet ippreżentata, allura prova tal-ħlas bankarju għandha takkumpanja l-applikazzjoni.
Il-partijiet għandhom jippreżentaw dokumenti lill-qorti b’mod regolari bil-posta (kunsinna ta’ pakketti reġistrata jew ordinarja) jew elettronikament, f'forma skont regolamenti speċjali permezz tas-sistema tal-informazzjoni użata fin-negozju tal-qorti.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.