Court fees concerning European Payment Order procedure

Find all the information concerning fees, available means to pay, post-payment actions, etc. when using the European Payment Order procedure in each Member State.

Are you about to use the European Payment Order procedure? If so, please note the applicable court fees. You will find all the information concerning fees, available means to pay, post-payment actions, etc. by selecting one of the flags listed on the right hand side.

Last update: 18/01/2019

This page is maintained by the European Commission. The information on this page does not necessarily reflect the official position of the European Commission. The Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice with regard to copyright rules for European pages.
The Commission is in the process of updating some of the content on this website in the light of the withdrawal of the United Kingdom from the European Union. If the site contains content that does not yet reflect the withdrawal of the United Kingdom, it is unintentional and will be addressed.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura tal-ħlas Ewropea - Belġju

Introduzzjoni

Liema tariffi japplikaw?

Kemm għandi nħallas?

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

X’għandi nagħmel wara li nħallas?

Introduzzjoni

Dan is-suġġett huwa regolat mill-Artikoli 1017 sa 1022 tal-Kodiċi Ġudizzjarju Belġjan (Code judiciaire) u mill-Artikolu 953 ta’ dak il-Kodiċi f’dak li jikkonċerna l-ħlas tat-tariffi tax-xhieda. Huwa regolat ukoll mill-Kodiċi Belġjan tar-Reġistrazzjoni, l-Ipoteka u t-Tariffi tar-Reġistru tal-Qorti (Code des droits d'enregistrement, d'hypothèque et de greffe) u b’mod partikolari l-Artikoli 142 et seq. u 268 et seq. fir-rigward tat-tariffi ta’ reġistrazzjoni.

Liema tariffi japplikaw?

L-Artikolu 1018 tal-Kodiċi Ġudizzjarju Belġjan jispeċifika n-natura tal-ispejjeż:

1° Ir-reġistru tal-qorti, ir-reġistrazzjoni u tariffi oħra. It-tariffi tar-reġistru tal-Qorti jinkludu tariffi tal-elenkar, tariffi għall-abbozzar u tariffi għal kopji ċertifikati (l-Artikoli 268 et seq. tal-Kodiċi Ġudizzjarju Belġjan tar-Reġistrazzjoni, l-Ipoteka u t-Tariffi tar-Reġistru tal-Qorti). It-tariffa tal-elenkar hija ta bejn EUR 30 u Eur 100, skont liema qorti tkun. It-tariffa għall-abbozzar hija ta EUR 35.

It-tariffi għar-reġistrazzjoni jitħallsu għad-deċiżjonijiet f’każijiet fejn l-ammont prinċipali huwa aktar minn EUR 12 500 (minbarra t-tariffi tal-qorti). Dawn huma ta’ 3% ta’ dak l-ammont.

2° L-ispejjeż tal-proċedimenti l-qorti u s-salarji u l-emolumenti relatati.

3° L-ispiża ta’ kopja ċertifikata ta’ sentenza: bejn EUR 0.85 u EUR 5.75 għal kull paġna;

4° L-ispejjeż għal kull mezz ta’ għoti jew kisba ta’ provi, inkluż it-tariffi tal-esperti u xhieda oħra. Id-Digriet Irjali tas-27 ta’ Lulju 1972 kien stipula li dan l-ammont ikun ta’ BEF (frank Belġjan) 200 għal kull xhud, li issa huwa ekwivalenti għal madwar EUR 5.  Minbarra dan hemm l-indennizz tal-ivvjaġġar (EUR 0.0868 għal kull kilometru).

Jekk jissejjaħ perit, dan huwa ħieles li jiddeiċiedi kemm jitlob bħala tariffi u spejjeż tiegħu. Madankollu, il-metodu ta’ kalkolazzjoni għandu jiġi indikat b’mod ċar u l-ammont jista, jekk meħtieġ (għal pereżempju, fejn saru spejjeż bla bżonn), jitnaqqsu mill-qorti fil-valutazzjoni dettaljata tat-tariffi tal-qorti.

5° L-ispejjeż tal-ivvjaġġar u s-sussistenza għall-imħallfin, skrivana u partijiet fil-kawża, fejn l-ivvjaġġar tagħhom ġie ordnat mill-qorti, u l-ispejjeż tal-atti, fejn saru biss għall-għanijiet tal-proċedimenti.

6° Tariffa għat-tħejjija tal-kawża (l-Artikolu 1022 tal-Kodiċi Ġudizzjarju Belġjan). Din titħallas mill-parti li titlef il-kawża u hija kontribuzzjoni fissa għall-ispejjeż legali u t-tariffi tal-parti r-rebbieħa. L-ammonti huma bbażati fuq l-indiċi tal-prezzijiet għall-konsumatur u jogħlew jew jonqsu b’10% jekk ll-indiċi jogħla jew jonqos b’10 punti perċentwali.

Ammont tat-talba

Ammont
bażiku

Ammont
minimu

Ammont
massimu

EUR 250.00 jew inqas

EUR 180.00

EUR 90.00

EUR 360.00

EUR 250.01 sa EUR 750.00

EUR 240.00

EUR 150.00

EUR 600.00

EUR 750.01 sa EUR 2,500.00

EUR 480.00

EUR 240.00

EUR 1,200.00

EUR 750.01 sa EUR 5.000,00

EUR 785.00

EUR 450.00

EUR 1.800,00

EUR 5,000.01 sa EUR 10,000.00

EUR 1.080,00

EUR 600,00

EUR 2.400,00

EUR 10.000,01 sa EUR 20.000,00

EUR 1.320,00

EUR 750,00

EUR 3.000,00

EUR 20.000,01 sa EUR 40.000,00

EUR 2.400,00

EUR 1.200,00

EUR 4.800,00

EUR 40.000,01 sa EUR 60.000,00

EUR 3.000,00

EUR 1.200,00

EUR 6.000,00

EUR 60.000,01 sa EUR 100.000,00

EUR 3.600,00

EUR 1.200,00

EUR 7.200,00

EUR 100.000,01 sa EUR 250.000,00

EUR 600,00

EUR 1.200,00

EUR 12.000,00

EUR 250.000,01 sa EUR 500.000,00

EUR 8.400,00

EUR 1.200,00

EUR 16.800,00

EUR 500.000,01 sa EUR 1.000.000,00

EUR 12.000,00

EUR 1.200,00

EUR 24.000,00

EUR 1,000,000.01 jew iktar

EUR 18.000,00

EUR 1.200,00

EUR 36.000,00

Talbiet mhux monetarji

EUR 1.440,00

EUR 90,00

EUR 12.000,00

Tribunal industrijali (regoli speċjali)

Ammont tat-talba

Ammont
bażiku

Ammont
minimu

Ammont
massimu

EUR 250.00 jew inqas

EUR 43,75

EUR 31,75

EUR 55,75

EUR 620.00 jew inqas

EUR 87,43

EUR 69,43

EUR 105,43

EUR 2,500.00 jew inqas

EUR 131,18

EUR 107,18

EUR 155,18

EUR 2,500.01 jew iktar

EUR 262,37

EUR 226,37

EUR 298,37

Talbiet mhux monetarji

EUR 131,18

EUR 107,18

EUR 155,18

7° It-tariffi, l-emolumenti u l-ispejjeż tal-ombudsman maħtur skont l-Artikolu 1734 tal-Kodiċi Ġudizzjarju Belġjan.

Kemm għandi nħallas?

Tenut kont ta’ dak li ntqal s’issa, l-ammont li jrid jitħallas jiddependi kompletament minn kull każ, skont jekk tirbaħx il-kawża jew le, jekk jiġux imsejħa l-esperti, jekk jiġux imsejħa aktar xhieda, jekk l-imħallfin kellhomx isiefru barra, jekk ġiex involut l-ombudsman, eċċ.

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

It-tariffi tar-reġistru tal-qorti jridu jitħallsu bil-quddiem, inkella l-kawża ma tiġix imniżżla fl-elenku.

Ix-xhieda esperti dejjem jeħtieġu ħlas bil-quddiem qabel jibdew jaħdmu.

Jekk teħtieġ seduta ta’ smigħ għal xhud, l-ewwel trid tħallas l-ammont dovut lill-iskrivan. Jekk ma tħallasx dan l-ammont, jiġi preżunt li ma għadekx teħtieġ li x-xhud jinstema.

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

Il-pagament jista’ jsir permezz ta’ trasferiment ta' kreditu jew ordni ta' ħlas, trasferiment elettroniku, flus kontanti jew ċekk pagabbli lir-reġistru tal-qorti (din tal-aħħar hija riservata għall-professjonisti legali u għall-bailiffs).

X’għandi nagħmel wara li nħallas?

Il-prova tal-ħlas għandha tinżamm f’post sikur sabiex tkun tista’ tiġi prodotta immedjatament kif tintalab.

L-aħħar aġġornament: 31/03/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura tal-ħlas Ewropea - Bulgarija

Dħul

Liema tariffi huma applikabbli?

Kemm se nħallas?

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qrati fil-ħin?

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qrati?

X’nagħmel wara l-ħlas?

Dħul

Id-dispożizzjonijiet dwar il-ħlas tat-tariffi tal-qrati u l-ispejjeż fi proċedimenti ċivili, inkluż fil-proċedura ta’ Ordni ta’ Ħlas Ewropea, huma stabbiliti rispettivament fil-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili u fl-Iskeda ta’ tariffi tal-istat miġbura mill-qrati skont il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (GPK).

Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili

“Kapitolu Tmienja. Tariffi u Spejjeż, Taqsima I — Spiża tal-kawża

Spiża tal-kawża
Artikolu 68. Il-valur monetarju tas-suġġett tal-każ għandu jkun l-ispiża tal-kawża.

Spiża tal-kawża
Artikolu 69. (1) L-ammont tal-ispiża tal-kawża għandu jkun:
1. f’kawżi li jikkonċernaw talbiet monetarji: is-somma mitluba;

Determinazzjoni tal-ispiża tal-kawża
Artikolu 70. (1) L-ispiża tal-kawża għandha tiġi speċifikata mir-rikorrent. L-ispiża tal-kawża tista’ tiġi kkontestata jew mill-konvenut jew mill-qorti, li taġixxi ex officio, mhux aktar tard mill-ewwel seduta ta’ smigħ għall-eżami tal-każ. F’każ ta’ diskrepanza bejn l-ispiża indikata u l-ispiża reali, il-qorti għandha tiddetermina l-ispiża tal-kawża.
(2) Id-deċiżjoni tal-qorti li żżid l-ispiża tal-kawża għandha tkun soġġetta għal kontestazzjoni permezz ta’ appell inċidentali.
(3) Fejn l-ispiża ta’ kawża hija diffiċli li ssir valutazzjoni tagħha fiż-żmien meta titressaq il-kawża, spiża approssimattiva ta’ kawża għandha tiġi ddeterminata mill-qorti u għandha sussegwentement tiġi imposta tariffa addizzjonali jew għandha tiġi imposta tariffa żejda li tkun tiddependi fuq l-ispiża li tiġi ddeterminata mill-qorti meta tkun qed tagħti d-deċiżjoni tagħha.

Taqsima II. Tariffi u spejjeż tal-Istat

Min hu responsabbli mill-ħlas tat-tariffi u tal-ispejjeż
Artikolu 71. (1) It-tariffi tal-Istat għall-ispejjeż tal-kawża u għall-ispejjeż legali għandhom jinġabru għall-ipproċessar tal-każ. Fejn il-kawża ma tkunx tista’ tiġi vvalutata, l-ammont tat-tariffi tal-Istat għandu jiġi ddeterminat mill-qorti.
Tariffi tal-Istat
Artikolu 73. (3) Id-drittijiet tal-Istat għandhom jinġabru, skont skeda adottata mill-Kunsill tal-Ministri, meta tiġi ppreżentata mozzjoni għal protezzjoni jew faċilitazzjoni u meta jinħareġ id-dokument li għalih titħallas tariffa.

Annessi għar-rikors
Artikolu 128. Is-segwenti għandhom jiġu ppreżentati ma’ rikors:
1. il-prokura, fejn id-dikjarazzjoni hija ppreżentata minn prokuratur;
2. dokumenti ta’ prova ta’ ħlas ta’ tariffi u spejjeż tal-Istat, fejn tali imposti u spejjeż huma dovuti;
3. kopji tar-rikors u tal-annessi tiegħu skont l-għadd ta’ imputati.

Verifika tar-rikors
Artikolu 129. (1) Il-qorti għandha tivverifika l-konformità tar-rikors.
(2) Fejn ir-rikors ma jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 127(1) u l-Artikolu 128, ir-rikorrent għandu jingħata struzzjonijiet biex jirrimedja n-nuqqasijiet ta’ konformità fi żmien ġimgħa u jkun infurmat dwar il-possibbiltà li juża l-għajnuna legali, jekk ir-rikorrent ikollu bżonn u jkun intitolat għal tali għajnuna. Meta l-indirizz tar-rikorrent ma jiġix iddikjarat u ma jkunx magħruf mill-qorti, il-komunikazzjoni għandha ssir permezz ta’ twaħħil ta’ avviż f’post magħżul għal dan il-għan mill-qorti għal ġimgħa waħda.
(3) Fejn ir-rikorrent jonqos milli jirrimedja għan-nuqqasijiet ta’ konformità, ir-rikors u l-annessi mehmuża għandhom jintbagħtu lura, u fejn l-indirizz mhux magħruf, ir-rikors għandu jibqa’ fl-uffiċċju tal-qorti għad-dispożizzjoni tar-rikorrent. Jista’ jitressaq appell inċidentali mir-ritorn tar-rikors mingħajr ma tiġi ppreżentata kopja għan-notifika.”

Skeda ta’ tariffi tal-istat miġbura mill-qrati skont il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili
“Taqsima I
Imposti Miġbura fi proċedimenti tal-qrati
l-Artikolu 1. Tariffa ta’ 4% tal-ispiża tal-kawża iżda ta’ mhux inqas minn BGN 50 għandha tinġabar għal rikors, replika jew rikors minn parti terza bi drittijiet indipendenti.

13. Imposti fl-ammonti li ġejjin għandhom jinġabru għall-ħruġ ta’ ċertifikat:
2. ċertifikat dwar il-ħruġ ta’ Ordni ta’ Ħlas Ewropea u dikjarazzjoni ta’ infurzabbiltà: BGN 40;”

It-tariffi legali jitħallsu biss permezz ta’ trasferiment bankarju għal kont tal-qorti.

Liema tariffi huma applikabbli?

It-tariffi tal-Istat jinġabru meta titressaq l-kawża. Ir-rikorrent irid jakkumpanja r-rikors b’evidenza dokumentata tal-ħlas ta’ kwalunkwe tariffa u spiża tal-Istat dovuti.

Kemm se nħallas?

Għal rikors għal Ordni ta’ Ħlas Ewropea u għal dikjarazzjoni ta’ infurzabbiltà: BGN 40.
It-tariffa tal-qorti għal rikors, replika jew rikors minn parti terza bi drittijiet indipendenti fi proċedimenti ċivili standard hija 4% tal-ispiża ta’ kawża iżda mhux inqas minn BGN 50. L-ammont tal-ispiża tal-kawża f’kawżi għal talbiet monetarji huwa s-somma mitluba. Fil-każ ta’ oġġezzjoni għar-rikors għal ordni ta’ ħlas u kunsens espliċitu għal bidla għall-proċedimenti f’kawża standard, ir-rikorrent irid jikkredita l-kont tal-qorti bil-bilanċ tat-tariffa għal kawża standard.

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qrati fil-ħin?

Jekk ir-rikorrent ma jakkumpanjax ir-rikors bi prova dokumentata tal-ħlas tat-tariffi tal-istat dovuti meta titressaq l-kawża, ir-rikors jitqies bħala irregolari. F’każijiet bħal dawn, il-qorti tibgħat komunikazzjoni lir-rikorrenti li tordnalhom iħallsu t-tariffi fi żmien ġimgħa. Meta l-indirizz tar-rikorrent ma jiġix iddikjarat u ma jkunx magħruf mill-qorti, il-komunikazzjoni ssir permezz ta’ twaħħil ta’ avviż f’post magħżul għal dan il-għan mill-qorti għal ġimgħa waħda.
Fejn ir-rikorrent jonqos milli jħallas it-tariffi tal-qorti dovuti fiż-żmien stipulat ta’ ġimgħa, ir-rikors u d-dokumenti jiġu ritornati, u fejn l-indirizz mhux magħruf, ir-rikors jibqa’ fir-reġistru tal-qorti għad-dispożizzjoni tar-rikorrent. F’każijiet bħal dawn, il-każ jiġi miċħud.

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qrati?

It-tariffi tal-qorti jitħallsu biss permezz ta’ trasferiment bankarju għal kont tal-qorti, u d-dokument ta’ pagament irid jiġi ppreżentat lill-imħallef/lill-qorti li j/teżamina l-każ permezz tar-reġistru tal-qorti. It-tariffa legali ma tistax titħallas fi flus lill-kaxxier tal-qorti. Kull qorti jkollha kuntratt ma’ bank li jipprovdi servizzi lill-qorti. Il-kontijiet tal-bank jinsabu fuq is-sit web uffiċjali tal-qorti.

X’nagħmel wara l-ħlas?

It-tariffi tal-qorti jitħallsu biss permezz ta’ trasferiment bankarju għal kont tal-qorti, u d-dokument ta’ pagament irid jiġi ppreżentat lill-imħallef/lill-qorti li j/teżamina l-każ permezz tar-reġistru tal-qorti.

L-aħħar aġġornament: 27/02/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura tal-ħlas Ewropea - Repubblika Ċeka

Introduzzjoni

X’tariffi jridu jitħallsu?

X’inhu l-ammont?

X’inhuma l-konsegwenzi għal ħlas tard tat-tariffi?

Kif u fejn jitħallsu t-tariffi tal-qorti?

Xi jrid isir wara li jitħallsu t-tariffi?

Introduzzjoni

It-tariffi tal-qorti huma rregolati mill-Att Nru 549/1991 dwar it-tariffi tal-qorti. Lista tat-tariffi hija annessa mal-Att. It-tariffi jiġu allokati lill-baġit tal-Istat.

It-tariffi jitħallsu f’kont stabbilit għall-qorti ikkonċernata fil-Bank Nazzjonali Ċek. It-tariffi li ma jaqbżux il-CZK 5 000 jistgħu jitħallsu wkoll permezz ta’ bolol tat-taxxa.

X’tariffi jridu jitħallsu?

Fil-proċedura tal-ordni ta' ħlas Ewropea, it-tariffi tal-qorti jridu jitħallsu skont ir-regolament ġenerali. Hawnhekk japplikaw l-istess regoli bħal fi proċeduri oħrajn tal-qorti ċivili.

X’inhu l-ammont?

Ir-rati tariffarji għall-proċeduri huma stabbiliti fil-forma ta’ ammont fiss jew perċentwali fil-każ ta’ tariffi meta l-bażi tkun espressa fil-forma ta’ ammont finanzjarju. Il-perċentwal tat-tariffa jiġi kkalkulat bħala l-prodott tal-bażi tariffarja u r-rata tariffarja. Ir-rati individwali jiġu stabbiliti fit-tariffa, li tifforma anness għall-Att Nru 549/1991 dwar it-tariffi tal-qorti.

Fit-termini tal-proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea, hija rilevanti r-regola fundamentali bbażata fuq il-kriterju tal-ħlas. Għal talba biex tinbeda proċedura ta’ qorti ċivili li tikkonċerna ħlas, it-tariffa tiġi stabbilita kif ġej:

  • Għal ammonti ta’ sa CZK 20 000 hemm tariffa fissa ta’ CZK 1 000.
  • Għal ammonti ogħla minn CZK 20 000 u li ma jaqbżux l-CZK 40 000 000, it-tariffa hija 5% tal-ammont.
  • Għal ammonti ogħla minn CZK 40 000 000, it-tariffa hija ta’ CZK 2 000 000 miżjuda b’1% tas-somma akbar minn CZK 40 000 000; ammonti ogħla minn CZK 250 000 000 ma jingħaddux.

X’inhuma l-konsegwenzi għal ħlas tard tat-tariffi?

L-obbligu li titħallas it-tariffa huwa dovut mal-ftuħ ta’ kawża jew, fil-każ ta’ appell, mal-preżentazzjoni ta’ appell, kif ukoll mal-impożizzjoni ta’ obbligu ta’ ħlas minn qorti jew istituzzjoni oħra. It-tariffi jsiru dovuti ladarba jiġi impost l-obbligu ta’ ħlas.

Jekk it-tariffa ma titħallasx immedjatament mal-ftuħ tal-kawża jew mal-appell, il-qorti teħtieġ li r-rikorrent iħallas sa ċertu żmien stabbilit mill-qorti; jekk iż-żmien jgħaddi mingħajr ma titħallas it-tariffa, il-qorti tissospendi l-proċedura (ħlief fil-każ ta’ ċerti sitwazzjonijiet speċifikati fl-Att). Il-ħlas tat-tariffa wara l-iskadenza tat-terminu ma jitqiesx.

Jekk id-deċiżjoni li proċedura tiġi sospiża minħabba nuqqas ta’ ħlas issir finali, l-obbligu għall-ħlas jispiċċa.

Kif u fejn jitħallsu t-tariffi tal-qorti?

It-tariffi jitħallsu permezz ta’ trasferiment bankarju fil-kont tal-qorti rilevanti. Id-dettalji tal-bank jinsabu fis-siti web tal-qrati individwali, li jinsabu fil-portal tal-internet Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.justice.cz/. It-tariffi sa CZK 5 000 jistgħu jitħallsu wkoll permezz ta’ bolol tat-taxxa.

Kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mat-tariffi għal proċedura jiġu deċiżi mill-qorti li jkollha ġuriżdizzjoni sostantiva u territorjali biex tisma’ u tiddeċiedi l-kawża fl-ewwel istanza. Kwistjonijiet relatati mat-tariffi għal proċedura quddiem qorti tal-appell jew quddiem qorti tal-appell finali jiġu deċiżi mill-qorti li tkun iddeċidiet il-kawża fl-ewwel istanza, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor iktar ’l isfel.

Jekk persuna obbligata tħallas tariffa b’rabta ma’ appell jew deċiżjoni ta’ appell finali fuq il-merti jew b’rabta ma’ appell jew deċiżjoni ta’ appell finali li ttemm il-proċedura, il-kwistjoni tat-tariffi tal-qorti tiġi deċiża mill-qorti tal-ewwel istanza, sakemm il-qorti tal-appell jew il-qorti tal-appell finali ma tiddeċidix il-kwistjoni.

Xi jrid isir wara li jitħallsu t-tariffi?

L-obbligi tal-persuna responsabbli li tħallas tariffa jintemmu ladarba tibgħat il-flus fil-kont bankarju tal-qorti kompetenti jew ladarba tgħaddi l-bolol tat-taxxa lill-qorti kompetenti. Hija ma tkun obbligata tgħaddi l-ebda dokument ieħor.

L-aħħar aġġornament: 16/09/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura tal-ħlas Ewropea - Ġermanja

Introduzzjoni

Liema tariffi huma applikabbli?

Kemm se nħallas?

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

X’nagħmel wara l-pagament?

Introduzzjoni

It-tariffi tal-qorti għall-Proċedura tal-Ordni ta’ Ħlas Ewropea huma rregolati mill-“Att dwar it-Tariffi tal-Qorti” (Gerichtskostengesetz – GKG)

It-tariffi tal-qorti jistgħu jitħallsu meta jitressaq ir-rikors jew billi titħallas fattura ta’ tariffi tal-qorti. Teknikament, il-pagament isir permezz ta’ trasferiment bankarju.

Liema tariffi huma applikabbli?

L-Artikoli 12 (3) u (4) tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti jipprovdi li l-Ordni ta’ Ħlas Ewropea għandha tinħareġ biss wara li titħallas it-tariffa indikata.

It-tariffi preċiżi huma speċifikati f’anness għall-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti (Indiċi tal-ispejjeż [Kostenverzeichnis – KV-GKG)]). In-numru 1100 KV-GKG jipprovdi għal tariffa b’rata ta’ ħlas ta’ 0,5 għall-Proċedura tal-Ordni ta’ Ħlas Ewropea.

L-ammont tat-tariffa jiġi ddeterminat mill-valur tat-tilwima, li normalment ikun identiku għall-ammont tat-talba mressqa. Jekk, minbarra t-talba prinċipali, l-interessi jew l-ispejjeż huma wkoll involuti bħala talbiet anċillari, il-valur ta’ dawn it-talbiet anċillari ma jiġix ikkunsidrat.

Kemm se nħallas?

It-tariffa tal-qorti li għandha titħallas mal-ħruġ ta’ Ordni ta’ Ħlas Ewropea hija:

Valur tat-tilwima sa massimu ta’ Tariffa f’EUR Valur tat-tilwima sa massimu ta’ Tariffa f’EUR
500 32.00 50 000
273.00
1 000 32.00 65 000
333.00
1 500 35.50 80 000
393.00
2 000 44.50 95 000
453.00
3 000 54.00 110 000
513.00
4 000 63.50 125 000
573.00
5 000 73.00 140 000
633.00
6 000 82.50 155 000
693.00
7 000 92.00 170 000
753.00
8 000 101.50 185 000
813.00
9 000 111.00 200 000
873.00
10 000 120.50 230 000
962.50
13 000 133.50 260 000
1 052.00
16 000 146.50 290 000
1 141.50
19 000 159.50 320 000
1 231.00
22 000 172.50 350 000
1 320.50
25 000 185.50 380 000
1 410.00
30 000 203.00 410 000
1 499.50
35 000 220.50 440 000
1 589.00
40 000 238.00 470 000
1 678.50
45 000 255.50 500 000
1 768.00

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Jekk il-pagament bil-quddiem fuq it-tariffi tal-qorti ma jsirx, il-qorti ma toħroġx ordni ta’ ħlas u l-proċedimenti ma jitkomplux.

Sabiex il-pagament ikun allokat għan-numru tal-fajl korrispondenti mill-qorti, huwa imperattiv li r-rikorrent jispeċifika wkoll in-numru tal-fajl meta jsir it-trasferiment bankarju.

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

Il-pagament bil-quddiem għat-tariffi tal-qorti jista’ jsir direttament meta jiġi ppreżentat ir-rikors. Jekk dan ikun għadu ma tħallasx, il-qorti tibgħat fattura bit-tariffi tal-qorti lir-rikorrent.

(a) Trasferiment bankarju

Tista’ tħallas billi tagħmel trasferiment bankarju.

(b) Karta tal-kreditu

Ma tistax tħallas b’karta tal-kreditu.

(c) Ġbir mill-kont bankarju tar-rikorrent mill-qorti

Il-pagament permezz tal-ġbir mill-kont bankarju tar-rikorrent mhuwiex possibbli.

(d) Għajnuna legali

Meta r-rikorrent ikun ingħata l-għajnuna legali, huwa mhux se jkun meħtieġ iħallas xi spejjeż legali jew jagħmel pagamenti bil-quddiem. It-talba għal għajnuna legali tista’ titressaq quddiem l-istess qorti bħar-rikors għal Ordni ta’ Ħlas Ewropea.

(e) Pagamenti oħra

Mhemmx tipi oħra ta’ pagament.

X’nagħmel wara l-pagament?

Wara pagament li jirnexxi, il-qorti tassenja l-pagament għar-rikors u tipproċessa r-rikors.

L-aħħar aġġornament: 06/04/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura tal-ħlas Ewropea - Estonja

Introduzzjoni

X’tariffi huma applikabbli?

Kemm se nħallas?

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

Introduzzjoni

Jekk tippreżenta rikors għal ordni ta’ ħlas Ewropea f’qorti fl-Estonja, ikollok tħallas l-istess tariffa tal-istat daqslikieku tkun ippreżentajt rikors nazzjonali. It-tariffi tal-Istat u spejjeż proċedurali oħrajn jiġu rregolati mill-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili u mill-Att dwar it-Tariffi tal-Istat. Tista’ tħallas tariffa tal-istat ta’ sa 10 euro fi flus kontanti fil-qrati. Jekk it-tariffa tal-Istat tkun aktar minn 10 euro, ikollok tħallasha bi trasferiment bankarju qabel ma tippreżenta r-rikors tiegħek il-qorti.

X’tariffi huma applikabbli?

Meta tippreżenta ir-rikors tiegħek, ikollok tħallas tariffa tal-istat biex tkopri l-ispejjeż tal-proċedimenti. Barra minn hekk, jista’ jkollok tħallas l-ispejjeż tan-notifika tad-dokumenti proċedurali matul il-proċedimenti (spejjeż ta’ bejn 30 u 60 euro għall-użu tal-assistenza ta’ marixxall tal-qorti jekk id-dokumenti jiġu nnotifikati fl-Estonja, jew spejjeż tat-traduzzjoni jekk id-dokumenti jiġu nnotifikati barra mill-pajjiż). Ma hemmx spejjeż oħrajn.

Kemm se nħallas?

Jekk tippreżenta rikors għal ordni ta’ ħlas Ewropea f’qorti fl-Estonja, it-tariffa tal-istat li jkollok tħallas tkun l-istess bħal meta tippreżenta rikors nazzjonali, jiġifieri 3 % tat-talba totali (l-ammont ta’ flus mitlub, jiġifieri s-somma tat-talbiet prinċipali u t-talbiet kollaterali), iżda mhux inqas minn 45 euro.

Meta tibdel il-proċedura ta’ ordni ta’ ħlas imħaffa għal kawża legali ordinarja, ikollok tħallas tariffa tal-istat addizzjonali ekwivalenti għall-ammont li ma jkunx kopert mit-tariffa tal-Istat li tkun ħallast meta tkun tlabt il-proċedura ta’ ordni ta’ ħlas imħaffa. L-ammont tat-tariffa tal-istat li trid tħallas għal kawża jiddependi fuq l-ammont ta’ flus li qed titlob. Pereżempju, ikollok tħallas tariffa tal-istat ta’ 75 euro għal talba ta’ mhux aktar minn 350 euro f’kawża, tariffa tal-istat ta’ 100 euro għal talba ta’ bejn 351 u 500 euro, tariffa tal-istat ta’ 125 euro għal pretensjoni ta’ bejn 501 euro u 750 euro, eċċ. (ir-rati effettivi sal-14 ta’ Mejju 2019).

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Meta tippreżenta rikors trid tħallas it-tariffa tal-istat bil-quddiem. Jekk ma tkunx ħallast it-tariffa tal-istat, il-qorti tagħtik l-opportunità li tħallasha sa data stabbilita mill-qorti. Jekk ma tħallasx it-tariffa tal-istat sa dakinhar, il-qorti tiċħad ir-rikors tiegħek.

Jekk tippreżenta rikors għall-bidla minn proċedura ta’ ordni ta’ ħlas imħaffa għal kawża, il-kawża ma tiġix aċċettata qabel ma tkun ħallast it-tariffa tal-istat addizzjonali għall-kawża.

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

It-tariffi tal-istat jistgħu jitħallsu biss permezz ta’ trasferiment bankarju. Il-karti ta’ kreditu mhumiex aċċettati. Għall-ħlasijiet kollha intenzjonati għall-qrati, il-benefiċjarju huwa l-Ministeru tal-Finanzi.

F’ordnijiet ta’ ħlas intenzjonati għal awtorità tal-istat jew fondazzjoni stabbilita mill-istat, il-Ministeru tal-Finanzi jrid jiġi indikat bħala l-benefiċjarju u jrid jiġi indikat ukoll in-numru tal-kont kurrenti.

Kull awtorità għandha n-numru ta’ referenza tagħha, li abbażi tiegħu t-Teżor jittrasferixxi l-ammont irċevut fil-kont tal-awtorità rilevanti fit-Teżor elettroniku tal-Istat.

Huwa obbligatorju li jiġi indikat in-numru ta’ referenza. L-awtorità li jrid isirilha t-trasferiment tipprovdi numru ta’ referenza uniku.

Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar il-kontijiet tat-tariffi tal-istat u n-numri ta’ referenza tal-qrati Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafis-sit web tal-Qrati Estonjani.

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

Trid tipprovdi informazzjoni lill-qorti li tikkonferma l-ħlas tat-tariffa tal-istat, sabiex il-qorti tkun tista’ tivverifika li tkun irċeviet it-tariffa tal-istat. Din l-informazzjoni hija kif ġej: isem il-persuna li tħallas it-tariffa tal-istat, id-dettalji dwar il-bank u l-kont li t-tariffa tal-istat titħallas fih, l-ammont imħallas, u d-data tal-ħlas. Il-qorti tista’ tivverifika li tkun irċeviet il-ħlas b’mod elettroniku, jiġifieri m’għandekx għalfejn tissottometti l-ordni tal-ħlas li jikkonferma l-ħlas tat-tariffa tal-istat. Madankollu, il-qorti tista’ titlobha, jekk ikun hemm bżonn.

L-aħħar aġġornament: 24/01/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura tal-ħlas Ewropea - Irlanda

Ir-Regolamenti Nazzjonali għall-ħlas tat-tariffi tal-qorti huma:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaS.I. Nru 22 tal-2014

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaS.I. Nru 23 tal-2014

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaS.I. Nru 24 tal-2014

Bħalissa, l-ordnijiet tat-tariffi tal-qorti Irlandiża ma jispeċifikaw l-ebda tariffa għal talbiet għal Ordnijiet ta’ Ħlas Ewropej. Għalhekk għandek tibgħat it-talba tiegħek mingħajr ebda tariffa marbuta magħha.

L-aħħar aġġornament: 30/03/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Grieg ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura tal-ħlas Ewropea - Greċja

Introduzzjoni

Liema tariffa huma applikabbli?

Kemm irid inħallas?

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

X’nagħmel wara l-pagament?

Introduzzjoni

Jekk inti individwu privat u inti, jew jekk għandek avukat li jaġixxi għalik, ippreżenta rikors quddiem qorti li jitlob ordni ta’ ħlas Ewropea (formola A tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006), u trid tħallas l-ispejjeż xierqa tal-qorti kif previst fil-liġi nazzjonali. Jekk tippreżenta r-rikors personalment, mingħajr avukat, inti tkun eżentat milli tagħmel ħlas bil-quddiem fuq it-tariffi tal-avukati (ara l-premessa 26 tar-Regolament). Jekk ir-rikors tiegħek jiġi aċċettat u tinħareġ l-ordni Ewropea għall-ħlas (formala E tar-Regolament), u sussegwentement ma titressaq l-ebda oġġezzjoni u l-ordni tiġi ddikjarata bħala infurzabbli (il-formola G), int tirċievi ordni ta’ infurzar, u jkollok tħallas tariffa għal kopja awtentikata (télos apográfou) skont it-tip ta’ talba (f’konformità mal-Kodiċi dwar it-Taxxa tal-Bolla (Kódika Telón Chartosímou)).

Liema tariffi huma applikabbli?

Meta tibgħat il-formola A, trid tħallas taxxa tal-boll (télos chartosímou — it-timbru jitwaħħal fuq ir-rikors, ara l-Kodiċi dwar it-Taxxa tal-Boll) u taxxa ġudizzjarja (télos dikastikoú ensímou — trid tixtri timbru ġudizzjarju jew tibgħat irċevuta tat-tip B minn uffiċċju tat-taxxa (DOY), li trid tiġi inkluża fil-fajl tal-każ, ara l-Liġi 3978/1912, kif emendata bl-Artikolu 63(IC1) tal-Liġi 4093/2012: 0,8 % tas-somma mitluba kif ukoll imposti parafiskali (eisforés ypér tritón)).

Kemm irid inħallas?

L-ammont tal-ispejjeż tal-qorti jiġi kkalkulat abbażi tas-somma li għaliha tintalab l-ordni skont il-leġiżlazzjoni msemmija hawn fuq.

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Il-qorti ma tieħux konjizzjoni tar-rikors tiegħek għal ordni ta’ ħlas Ewropea jew għall-infurzar ta’ ordni ta’ ħlas Ewropea li tkun ġiet iddikjarata infurzabbli.

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

Personalment biss lill-qorti li tiġi ppreżentata bil-formola A jew li ssirilha talba għal ordni ta’ infurzar abbażi tal-formola G. Bħalissa, l-ebda ħlas elettroniku tal-ispejjeż tal-qorti ma huwa previst.

X’nagħmel wara l-pagament?

Trid tressaq ir-rikors quddiem il-qorti.

L-aħħar aġġornament: 31/03/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura tal-ħlas Ewropea - Spanja

Introduzzjoni

X'tariffi japplikaw?

Kemm ikolli nħallas?

X'jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi ġudizzjarji fil-ħin?

Kif nista' nħallas?

Xi rrid nagħmel wara li nħallas?

Introduzzjoni

It-tariffa tal-qorti f'kawżi ċivili, li jinkludu l-proċedura tal-ordni ta' ħlas Ewropea, hija taxxa Statali li titħallas mal-ftuħ ta' proċediment wara l-preżentata minn parti. It-tariffa hija rregolata Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidamil-Liġi 10/2012 tal-20 ta' Novembru 2012 li tikkonċerna ċerti tariffi fil-qasam tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja u l-Istitut Nazzjonali tat-Tossikoloġija u x-Xjenza Forensika (Ley 10/2012, de 20 de noviembre, por la que se regulan determinadas tasas en el ámbito de la Administración de Justicia y del Instituto Nacional de Toxicología y Ciencias Forenses), emendata b'Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDigriet Liġi Rjali 3/2013 tat-22 ta' Frar 2013 u bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOrdni HAP/2662/2012 tat-13 ta' Diċembru 2012 (emendata bl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOrdni HAP/490/2013 tas-27 ta' Marzu 2013).

Hija rregolata wkoll mid-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaDigriet Liġi Rjali 1/2015 tas-27 ta' Frar 2015 dwar il-mekkaniżmi tat-tieni opportunità, it-tnaqqis tal-piż finanzjarju u miżuri oħrajn tas-sigurtà soċjali (Real Decreto Ley 1/2015 de 27 de febrero, de mecanismos de segunda oportunidad, reducción de carga financiera y otras medidas de orden social) li emenda ulterjorment il-Liġi 10/2012 imsemmija fuq.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIt-tariffa għandha titħallas permezz tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAġenzija tat-Taxxi (Agencia Tributaria) Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidab'formola li titniżżel onlajn li trid timtela kif ġej (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaagħfas hawn) jew permezz ta' applikazzjoni li tiġi ġġenerata ladarba tiddaħħal id-dejta (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaagħfas hawn) u li tippermetti Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-ħlas onlajn (bħalissa din il-possibbiltà hija miftuħa biss għal impriżi kbar).

Il-ħlas għandu jsir wara li tiġi ppreżentata l-formola ta' applikazzjoni A. Il-ħlas jista' jsir mir-rappreżentant legali jew l-avukat f'isem il-persuna taxxabbli, b'mod partikolari jekk din ma tkunx residenti Spanja. Persuna mhux residenti ma hemmx għalfejn tikseb numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa qabel l-awtovalutazzjoni. Ir-rappreżentant legali jew l-avukat ma għandux obbligazzjoni ta’ taxxa għal dan il-ħlas.

X'tariffi japplikaw?

Fil-proċedura tal-ordni ta' ħlas Ewropea, il-persuna li tinstiga l-attività ġudizzjarja li tipproduċi fatt taxxabbli tkun responsabbli għall-ħlas tat-tariffa, jiġifieri il-persuna li tippreżenta talba jew kontrotalba permezz tal-Formola A, meta t-talba tkun ibbażata fuq dokument li jikkostitwixxi strument eżekutorju ekstraġudizzjarju skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Artikolu 517 tal-Liġi 1/2000 tas-7 ta' Jannar 2000 dwar il-proċedura ċivili (Ley 1/2000, de 7 de enero, de Enjuiciamiento Civil) u li tkun taqbeż l-EUR 2 2000. Jekk ikun strument proċedurali eżekutorju, ikun eżenti mill-ħlas. Bl-istess mod, il-persuni fiżiċi u l-entitajiet ġuridiċi kollha li jkunu intitolati għall-għajnuna legali huma eżentati sakemm ikunu jistgħu juru li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-għajnuna legali stipulati fil-leġiżlazzjoni applikabbli.

Kemm ikolli nħallas?

Fil-proċedura tal-ordni ta' ħlas Ewropea, għandu jitħallas ammont fiss ta' EUR 100 flimkien ma' ammont varjabbli li jiddependi mill-ammont pretiż u li jinkiseb bl-applikazzjoni tar-rata applikabbli mal-bażi tat-taxxa skont it-tabella li ġejja:

Bażi tat-taxxa

Persuna taxxabbli

Rata tat-taxxa

Ammont varjabbli massimu tar-rata

Minn €0 sa €1 000 000

Entità ġuridika

0,50 %

Minn €1 000 000

Entità ġuridika

0,25 %

€10 000

L-ammont taxxabbli huwa l-ammont tal-proċedura ġudizzjarja. Għall-proċedura tal-ordni ta' ħlas Ewropea, l-ammont tal-proċedura ġudizzjarja huwa l-ammont tat-talba prinċipali flimkien mal-imgħax u l-penali kuntrattwali.

Għal proċedura tal-ordni ta' ħlas Ewropea ta' EUR 9 000 li tinvolvi entità ġuridika, it-tariffa tkun EUR 100 + EUR 9 000 x 0,50 % = EUR 145.

X'jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi ġudizzjarji fil-ħin?

Jekk ma tiġix ipprovduta prova tal-ħlas mill-bidu nett, l-avukat tal-ġudikatura (Letrado de la Administración de Justicia) jitlob lill-kontribwent jipprovdi dik il-prova u ma jipproċessax il-formola tat-talba qabel ma jirċeviha. In-nuqqas mill-preżentazzjoni tal-prova tal-ħlas ma jipprevjenix l-applikazzjoni tal-limiti taż-żmien stipulati fil-leġiżlazzjoni proċedurali, jiġifieri jekk il-ħlas jibqa' ma jsirx wara t-talba mill-avukat, l-att proċedurali ma jitħalliex jipproċedi u l-proċedimenti jitkomplew jew jingħalqu, skont kif ikun applikabbli.

Kif nista' nħallas?

Il-ħlas irid isir permezz tal-proċedura ta' awtovalutazzjoni qabel il-preżentata tal-att proċedurali mill-parti rilevanti. Il-ħlas għandu jsir permezz tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaformola uffiċjali 696 għall-awtovalutazzjoni tat-tariffa għall-eżerċizzju tas-setgħa ġudizzjarja, li trid timtela kif ġej (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaagħfas hawn), jew permezz ta' applikazzjoni li tiġi ġġenerata ladarba tiddaħħal id-dejta (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaagħfas hawn). Il-ħlas jista' jsir personalment f'kull waħda mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaaġenziji għall-ħlas. Il-formola hija Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabl-Ispanjol jew Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidabl-Ingliż.

Għalissa, il-ħlas onlajn jista' jsir biss minn impriżi kbar, permezz ta' trasferiment bankarju, karta ta’ kreditu, ħlas mill-kont bankarju, eċċ., peress li l-leġiżlazzjoni dwar it-tariffi ġiet emendata reċentement u għad ma hemmx soluzzjoni teknika fis-seħħ.

It-tariffi tal-qorti huma inklużi fl-għajnuna legali, li hija rregolata fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi 1/1996 tal-10 ta' Jannar 1996 dwar l-għajnuna legali (Ley 1/1996, de 10 de enero, de asistencia jurídica gratuita), partikolarment fl-Artikoli 1-8 u 46-51.

L-informazzjoni rilevanti tinstab fis-sit Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.justiciagratuita.es/, fejn tista' tapplika għall-għajnuna legali. Agħżel il-Kamra tal-Avukati (Colegio de Abogados) li tinsab fil-post fejn hemm il-qorti li tittratta l-kwistjoni.

Xi rrid nagħmel wara li nħallas?

Il-Formola A trid tkun akkumpanjata bi prova tal-ħlas tat-tariffa skont il-formola uffiċjali (fuq karta jew elettronika), ivvalidata kif suppost.

Għalissa għadu mhux possibbli fi Spanja li tibgħat formoli tal-ordni ta' ħlas Ewropea elettronikament. Prova ta' ħlas (sew jekk fuq karta u sew jekk elettronika) għandha tintbagħat fuq karta flimkien mad-dokumentazzjoni meħtieġa l-oħra.

Ladarba jkun hemm il-possibbiltà ta' preżentata elettronika, ikun hemm tnaqqis ta’ 10 % tat-tariffa meta tintuża din il-possibbiltà. Il-liġi tistipula rimborż ta' 60 % tat-tariffa fil-każ ta' ftehim jew aċċettazzjoni tat-talba li ttemm it-tilwima.

L-aħħar aġġornament: 12/09/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura tal-ħlas Ewropea - il-Kroazja

Introduzzjoni

Liema tariffi japplikaw?

Kemm se jkolli nħallas?

X'jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Kif nista' nħallas it-tariffi tal-qorti?

X'nagħmel wara li nħallas?

Introduzzjoni

It-tariffi tal-qorti fir-Repubblika tal-Kroazja huma regolati mill-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti (Zakon o sudskim pristojbama) (Narodne novine (NN; Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja, Nru 118/18)) u mid-Digriet dwar it-Tariffi tal-Qorti stipulati mill-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja.

Skont l-Artikolu 5 tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti, it-tariffi stipulati għandhom jitħallsu b’pagament mhux fi flus kontanti, bi flus kontanti, b’timbri tal-qligħ maħruġa mir-Repubblika tal-Kroazja jew elettronikament.
Għal petizzjonijiet li jiġu ppreżentati elettronikament, skont regolamenti speċjali bis-sistema ta’ informazzjoni li tintuża għall-iskopijiet tal-qorti, trid titħallas tariffa malli jiġu ppreżentati. L-ammont li jrid jitħallas huwa ugwali għal nofs l-ammont stipulat tat-tariffa stabbilita.
Rigward deċiżjonijiet li jiġu nnotifikati mill-qorti b’mod elettroniku, skont ir-regolamenti speċjali bis-sistema ta’ informazzjoni li tintuża għall-iskopijiet tal-qorti, nofs l-ammont stipulat stabbilit tat-tariffa għandu jitħallas jekk jitħallas fi żmien tliet ijiem mid-data tal-preżentata elettronika.

Liema tariffi japplikaw?

It-tariffi tal-qorti jitħallsu fil-proċedimenti ċivili u kummerċjali kollha tal-qorti. Skont l-Artikolu 11 tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti, dawn li ġejjin huma eżenti:

  1. ir-Repubblika tal-Kroazja u l-korpi tal-gvern
  2. persuni u korpi li jeżerċitaw awtorità pubblika fi proċeduri ġejjin mill-eżerċizzju ta' dawk il-poteri
  3. ħaddiema f’tilwim u proċeduri oħra marbuta mal-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom ġejjin mill-impjieg
  4. Il-ħaddiema u impjegati taċ-ċivil f’tilwim amministrattiv marbut mal-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom ġejjin mill-impjieg
  5. Veterani tal-gwerra b’diżabilità fil-Gwerra għall-Indipendenza tal-Kroazja, skont dokumenti xierqa li jikkonfermaw dan l-istatus, kif ukoll nies b’diżabilità skont dokumenti xierqa mid-Dipartiment tal-Għarfien, ir-Riabilitazzjoni Vokazzjonali u l-Impjieg ta’ Nies b’Diżabilità
  6. il-konjuġi, it-tfal u l-ġenituri ta' suldati li sfaw maqtula, neqsin u priġunieri fil-Gwerra għall-Indipendenza tal-Kroazja, skont dokumenti xierqa li jikkonfermaw dan l-istatus
  7. il-konjuġi, it-tfal u l-ġenituri ta' suldati li sfaw maqtula, neqsin u priġunieri fil-Gwerra għall-Indipendenza tal-Kroazja, skont dokumenti xierqa li jikkonfermaw dan l-istatus
  8. ir-refuġjati, il-persuni spustati u r-rimpatrijati skont dokumenti xierqa li jikkonfermaw l-istatus tagħhom
  9. il-benefiċjarji ta' għajnuna soċjali li jirċievu għajnuna għall-għajxien
  10. l-organizzazzjoni umanitarji, l-organizzazzjonijiet li jipproteġu l-familji ta' dawk li sfaw maqtula, neqsin u kienu priġunieri filwaqt li kienu qed iwettqu attivitajiet umanitarji u l-organizzazzjonijiet għan-nies b’diżabilità,
  11. tfal li jkunu parti mill-proċedimenti għall-manteniment jew fi proċedimenti dwar talbiet ibbażati fuq dak id-dritt
  12. ir-rikorrenti għad-determinazzjoni tal-maternità jew il-paternità u proċedimenti għall-ispejjeż minħabba tqala u t-twelid ta’ tfal mhux fiż-żwieġ
  13. partijiet li jixtiequ jerġgħu jakkwistaw il-kapaċità ġuridika
  14. minorenni li jixtiequ awtorizzazzjoni biex jiżżewwġu
  15. partijiet fil-proċedimenti sabiex jingħata lura tifel u għall-eżerċizzju tad-dritt ta' aċċess għat-tfal
  16. ir-rikorrenti fi proċedimenti dwar drittijiet ġejjin mill-pensjoni obbligatorja u l-assigurazzjoni ġenerali medika, dwar id-drittijiet ta' dawk qiegħda skont ir-regolamenti dwar l-impjiegi u d-drittjiet għall-benefiċċji soċjali
  17. ir-rikorrenti fi proċedimenti għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem kostituzzjonalment garantiti u l-libertajiet kontra atti individwali finali
  18. ir-rikorrenti f'tilwim għal kumpens minħabba tniġġis ambjentali
  19. trejdjunjins u assoċjazzjonijiet superjuri ta' trejdjunjins fi proċedimenti ċivili għall-approvazzjoni ġudizzjarja tas-sostituzzjoni u f'tilwim ta' xogħol kollettiv u rappreżentanti tal-unjin fi proċedimenti ċivili fl-eżerċizzju tas-setgħat tal-kunsill tal-ħaddiema
  20. konsumaturi bħala debituri falluti
  21. persuni u korpi oħra kif meħtieġ minn liġi speċjali.

Stat barrani huwa eżenti mill-ħlas tat-tariffi, jekk ikun hemm provvediment f'dan is-sens permezz ta' trattat internazzjonali jew skont ir-reċiproċità.

F'każ ta' dubju dwar il-kundizzjonijiet ta’ reċiproċità, il-qorti titlob għal spjegazzjoni mill-Ministeru għall-Ġustizzja.

L-eżenzjoni mill-punt 10 tapplika għal dawk l-organizzazzjonijiet umanitarji li għalihom il-Ministru għall-affarijiet soċjali joħroġ deċiżjoni xierqa.

L-eżenzjoni mill-ħlas tat-tariffi tal-qorti ma tapplikax għall-korpi tal-muniċipalitajiet u l-ibliet, ħlief fejn skont liġi speċjali l-eżerċizzju tal-awtorità pubblika ġiet trasferita lilhom.

Fil-proċeduri tal-ordni ta' ħlas Ewropea jitħallsu t-tariffi li ġejjin:

  • għal proposta tal-ordni ta' ħlas Ewropea - iħallas ir-rikorrent
  • għal deċiżjoni dwar l-ordni ta' ħlas Ewropea - iħallas ir-rikorrent
  • għal ilment kontra l-ordni ta' ħlas Ewropea - iħallas il-konvenut

jekk il-proċedura tkompli l-qorti

  • għal sentenza - iħallas ir-rikorrent
  • għal appell - iħallas l-appellant
  • għal risposta kontra l-appell - tħallas il-persuna li tressaq ir-risposta (ir-risposta hija fakultattiva)
  • rimedju straordinarju - tista' ssir ritrattazzjoni mid-deċiżjoni tal-qorti tat-tieni istanza jekk it-tilwima taqbeż HRK 200 200,000.00
  • it-tariffi tal-qorti jitħallsu mill-applikant għar-ritrattazzjoni u l-persuna li tressaq risposta għar-ritrattazzjoni (ir-risposta hija fakultattiva).

Kemm se jkolli nħallas?

I. Għal talba, kontrotalba, sentenza u oġġezzjoni għal ordni ta’ ħlas, għandha titħallas tariffa tal-qorti xierqa għall-ammont kontestat (ikkalkulata biss għall-ammont tar-rikors prinċipali mingħajr interessi u spejjeż) kif ġej:

aktar minn

sa HRK

HRK

0.00

3,000.00

100.00

3,001.00

6,000.00

200.00

6,001.00

9,000.00

300.00

9,001.00

12,000.00

400.00

12,001.00

15,000.00

500.00

Hija pagabbli tariffa ta' HRK 500.00 għal ammonti li jaqbżu HRK 15 000.00 flimkien ma 1% fuq id-differenza li taqbeż HRK 15 000.00 iżda mhux aktar minn HRK 5 000.00.

II. Nofs it-tariffa msemmija taħt il-punt I titħallas għal proposta ta' ordni ta' ħlas Ewropea, għal deċiżjoni ta' ordni ta' ħlas Ewropea u għal risposta għal appell jew ritrattazzjoni.

III. Għall-appell jew ritrattazzjoni ta' sentenza jitħallas id-doppju tat-tariffi tal-qorti msemmija fil-punt I.

IV. Ma titħallasx tariffa tal-qorti fejn jintlaħaq ftehim bil-qorti matul il-proċedimenti quddiemha stess.

X'jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Jekk il-parti ma tħallasx it-tariffa fl-iskadenza jew tonqos milli tinforma lill-qorti dwar dan mingħajr dewmien, fi żmien skadenza ulterjuri ta’ 15-il ġurnata, il-qorti tehmeż ċertifikat ta’ eżekuzzjoni mad-deċiżjoni dwar it-tariffa jew id-deċiżjoni ta’ lment u tissottometti kollox lill-Aġenzija Finanzjarja għall-ħlas bilfors mill-fondi tal-parti skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi li jirregolaw l-eżekuzzjoni tas-sentenzi dwar assi monetarji.

Skont l-Artikolu 28 tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti, il-qorti l-ewwel trid twissi lill-parti fil-proċedimenti bl-obbligu li tħallas it-tariffa, u fejn il-parti ma tħallasx immedjatament u ma tagħtix każ it-twissija, il-qorti trid twissiha biex tħallasha fi żmien tliet ijiem. Jekk il-parti ma tagħtix każ it-twissija jew ma tkunx preżenti għall-proċediment fejn hija dovuta t-tariffa, u ma tħallashiex, il-qorti tagħti deċiżjoni fuq it-tariffa li magħha trid titħallas somma addizzjonali ta’ HRK 100.

Kif nista' nħallas it-tariffi tal-qorti?

It-tariffi tal-qorti jitħallsu bi ħlas mhux bi flus kontanti, bi flus kontanti, b’timbri tal-qligħ maħruġa mir-Repubblika tal-Kroazja jew elettronikament.

It-tariffa bi flus kontanti tista’ titħallas ukoll fil-kont tal-qorti, f’liema każ il-qorti għandha l-obbligu tħallas dawk il-flus fid-dħul tal-baġit mit-tariffi tal-qorti fi żmien ħames ijiem mid-data tal-ġbir.

It-tariffi jistgħu jitħallsu b’timbri tal-qligħ jekk it-tariffa tkun inqas minn HRK 100.

L-informazzjoni dwar il-metodu ta’ ħlas tat-tariffa hija disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Bord tal-Bulettin elettroniku, is-sit elettroniku tal-qrati u fir-reġistri tal-qrati.

It-tariffi tal-qrati jistgħu jitħallsu minn kull fergħa tal-bank jew tal-posta fil-Baġit tal-Istat tar-Repubblika tal-Kroazja.

Sabiex it-tariffi tal-qorti jitħallsu minn barra l-Kroazja trid tiġi inkluża l-informazzjoni li ġejja:

SWIFT: NBHRHR2X

IBAN: HR1210010051863000160

Giro account (CC):1001005-1863000160

Model: HR64

Numru ta’ referenza: 5045-20735-PIN (jew numru ta' identifikazzjoni ieħor għal min se jħallas)

Benefiċjarju: Il-Ministeru tal-Finanzi tar-Repubblika tal-Kroazja, f'isem il-Qorti Kummerċjali f'Zagreb

Id-deskrizzjoni tal-ħlas għandha tinkludi t-tariffa għall-każ ________ (numru tal-fajl tal-każ, u deskrizzjoni tal-ħlas, pereżempju t-tariffa tal-qorti għal proposta biex jinħareg ordni ta' ħlas Ewropea )

X'nagħmel wara li nħallas?

Kif isir il-ħlas, trid tintbagħat prova ta' dan il-ħlas lill-qorti li tkun qed tisma' l-kawża li għaliha qed titħallas it-tariffa, inkluż referenza għan-numru tal-każ li qed jinstema' (jekk ikun magħruf) jew fejn għadha kif tressqet applikazzjoni għall-ħruġ ta' ordni ta' ħlas Ewropea, il-prova tal-ħlas bil-bank għandha tiġi mehmuża mal-applikazzjoni.

Il-partijiet għandhom jissottomettu d-dokumenti lill-qorti b’mod regolari bil-posta (irreġistrata jew normali) jew b’mod elettroniku, skont ir-regolamenti speċjali permezz tas-sistema ta’ informazzjoni li tintuża għall-iskopijiet tal-qorti.

L-aħħar aġġornament: 08/04/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura tal-ħlas Ewropea - Italja

Introduzzjoni

Xi spejjeż iridu jitħallsu?

Kemm ikolli nħallas?

X’jiġri jekk ma nħallasx l-ispejjeż ġudizzjarji fil-ħin?

Kif nista’ nħallas?

Xi rrid nagħmel wara l-ħlas?

Introduzzjoni

Ir-regoli dwar l-ispejjeż proċedurali jinsabu fit-Test Ikkonsolidat tad-dispożizzjoni leġiżlattivi u regolamentari relatati mal-ispejjeż ġudizzjarji (Testo Unico delle disposizioni legislative e regolamentari in materia di spese di giustizia) imsemmija fid-Digriet Presidenzjali (Decreto del Presidente della Repubblica)

tat-30 ta’ Mejju 2002, Nru 115.

Xi spejjeż iridu jitħallsu?

Fil-proċedimenti ċivili, kull parti tħallas l-ispejjeż tal-atti li twettaq u l-ispejjeż tal-atti meħtieġa għall-proċess meta l-liġi jew il-maġistrat jikkonferixxu r-responsabbiltà tal-ħlas fuq dik il-parti (l-Artikolu 8 tat-Test Ikkonsolidat dwar l-Ispejjeż Ġudizzjarji, Digriet Presidenzjali Nru 115/2002).

L-ispejjeż tal-proċediment ċivili huma:

  • il-ħlas standard biex tiftaħ kawża
  • l-ispejjeż tan-notifika
  • id-drittijiet għall-ikkupjar

Kemm ikolli nħallas?

L-ammonti li jridu jitħallsu huma stabbiliti fl-Artikolu 13 u fl-Artikolu 30 tad-Digriet Presidenzjali Nru 115/2002 rigward, rispettivament, il-ħlas standard u l-ħlas bil-quddiem għan-notifiki fuq talba tal-qorti.

Id-drittijiet tal-ikkupjar huma rregolati mill-Artikoli 267 et seq tad-Digriet Presidenzjali Nru 115/2002 u jinsabu elenkati fit-Tabelli 6, 7 u 8 annessi mal-istess Digriet Presidenzjali.

Skont l-Artikolu 46 tal-Liġi 374/1991, li tistabbilixxi l-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Ġustizzja, għal atti u deċiżjonijiet sa massimu ta’ 1 033 euro jitħallas biss il-ħlas standard.

X’jiġri jekk ma nħallasx l-ispejjeż ġudizzjarji fil-ħin?

Fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas, il-qorti jew il-kumpanija inkarigata mill-ġbir tal-ħlas (ftehim mal-kumpanija Equitalia Giustizia s.p.a) tinnotifika stedina għall-ħlas li jkun fiha l-indikazzjonijiet meħtieġa għar-regolarizzazzjoni tal-versament tal-ħlas standard (l-Artikolu 248 tad-Digriet Presidenzjali 115/2002).

F’każ li l-versament tad-drittijiet tal-ikkupjar u tal-ammont previst mill-Artikolu 30 tad-Digriet Presidenzjali 115/2002 ma jsirx, il-qorti tista’ tirrifjuta li tirċievi l-atti (l-Artikolu 285 tad-Digriet Presidenzjali 115/2002).

Kif nista’ nħallas?

Jekk il-ħlas isir fl-Italja, permezz ta’ kont postali, il-Formola F23 jew bolol mixtrija mingħand ħanut tat-tabakk u ħwienet awtorizzati.

Għall-ħlas minn barra l-pajjiż permezz ta’ trasferiment bankarju fil-kont ta’ hawn taħt;

KODIĊI BIC: BITAITRRENT

IBAN: IT 04 O 01000 03245 350008332100

Xi rrid nagħmel wara l-ħlas?

Wara li jkun sar il-ħlas, l-uffiċċju ġudizzjarju jrid jingħata prova li l-ħlas ikun sar billi tintwera l-irċevuta.

L-aħħar aġġornament: 26/02/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura tal-ħlas Ewropea - Ċipru

Introduzzjoni

X’tariffi huma applikabbli?

Kemm se nħallas?

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

X’għandi nagħmel wara l-pagament?

Introduzzjoni

Ir-regolament proċedurali li jirregola l-applikazzjoni tal-proċedura ta’ Ordni ta’ Ħlas Ewropea f’Ċipru huwa r-Regolament Proċedurali tal-2008 dwar il-Proċedura tal-Ordni ta’ Ħlas Ewropea (7/2008), li daħal fis-seħħ fit-12 ta’ Ġunju 2008.

X’tariffi huma applikabbli?

L-Artikolu 25 tar-Regolament Proċedurali ta’ hawn fuq jipprovdi li t-tariffi tal-qorti dovuti ma għandhomx jaqbżu t-tariffi tal-qorti mitluba għall-proċedimenti ċivili ordinarji, skont l-iskala rilevanti, kif stabbilit fil-Formola H tal-Anness VIII (ipprovduta hawn taħt).

Kemm se nħallas?

Ara t-tweġiba għad-domanda 2 aktar ’il fuq.

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Ir-rikors tiegħek għal Ordni ta’ Ħlas Ewropea mhux se jinstema’ sakemm it-tariffi tal-qorti ma jkunux tħallsu.

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

It-tariffi tal-qorti jistgħu jitħallsu permezz tal-Bank Ċentrali ta’ Ċipru.

X’għandi nagħmel wara l-pagament?

Ladarba l-Bank Ċentrali jkun ikkonferma lill-Qorti Distrettwali li jkun irċieva t-trasferiment b’nota ta’ kreditu, il-fajl jiġi riferut lill-imħallef kompetenti li, jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet, jordna l-eżekuzzjoni tal-Ordni ta’ Ħlas Ewropea.

ANNESS VIII

TARIFFI TAL-QORTI

Formola H

Ir-Regolament 25(2) tar-

Regolament Proċedurali tal-2008 dwar il-Proċedura tal-Ordni ta’ Ħlas Ewropea

Partita

Taxxa tal-bolla (EUR)

(a) Fejn l-ammont mitlub jew il-valur tal-kwistjoni soġġetta għal litigazzjoni

jaqbeż EUR 100 iżda mhux EUR 500

17.00

(b) Fejn l-ammont mitlub jew il-valur tal-kwistjoni soġġetta għal litigazzjoni

jaqbeż EUR 500 iżda mhux EUR 2 000

31.00

(c) Fejn l-ammont mitlub jew il-valur tal-kwistjoni soġġetta għal litigazzjoni

jaqbeż EUR 2 000 iżda mhux EUR 10 000

48.00

(d) Fejn l-ammont mitlub jew il-valur tal-kwistjoni soġġetta għal litigazzjoni

jaqbeż EUR 10 000 iżda mhux EUR 50 000

94.00

(e) Fejn l-ammont mitlub jew il-valur tal-kwistjoni soġġetta għal litigazzjoni

jaqbeż EUR 50 000 iżda mhux EUR 100 000

154.00

(f) Fejn l-ammont mitlub jew il-valur tal-kwistjoni soġġetta għal litigazzjoni

jaqbeż EUR 100 000 iżda mhux EUR 500 000

256.00

(g) Fejn l-ammont mitlub jew il-valur tal-kwistjoni soġġetta għal litigazzjoni

jaqbeż EUR 500 000 iżda mhux EUR 2 000 000

342.00

(h) Fejn l-ammont mitlub jew il-valur tal-kwistjoni soġġetta għal litigazzjoni

jaqbeż EUR 2 000 000

427.00

Jekk l-ammont mitlub mir-rikorrent jiżdied wara li tkun ġiet ippreżentata l-kawża, għandha titħallas id-differenza fit-tariffi tal-qorti.

Jekk il-valur tal-kwistjoni soġġetta għal litigazzjoni jiżdied minħabba li tiġi ppreżentata kontrotalba, id-differenza fit-tariffi tal-qorti għandha titħallas mill-konvenut.

L-aħħar aġġornament: 03/04/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura tal-ħlas Ewropea - Latvja

Introduzzjoni

Liema tariffi japplikaw?

Kemm għandi nħallas?

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Kif għandi nħallas it-tariffi tal-qorti?

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

Introduzzjoni

Skont l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaArtikolu 33 (2) tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili (Civilprocesa likums), l-ispejjeż tal-qorti (tiesas izdevumi) jinkludu:

  • tariffa tal-Istat (valsts nodeva);
  • tariffa tal-uffiċċju (kancelejas nodeva); u
  • l-ispejjeż meħtieġa li saru għall-għanijiet tal-eżami tal-kawża.

Trid titħallas tariffa tal-Istat għal kull dikjarazzjoni tat-talba li tiġi ppreżentata l-qorti - it-talba oriġinali, kontra talba, rikors minn terzi b’talba separata fir-rigward tal-istess suġġett tat-tilwima fi proċedimenti li ġa bdew, rikors għal proċedura speċjali, jew rikors ieħor previst fl-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaArtikolu 34 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili. L-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaArtikolu 43 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili għandu lista tal-persuni eżenti mill-ħlas tal-ispejjeż tal-qorti (inkluż it-tariffi tal-Istat).

Il-qorti tordna lill-parti t-telliefa biex tħallas lura l-ispejjeż tal-qorti kollha lill-parti r-rebbieħa. Jekk id-dikjarazzjoni tat-talba tiġi sodisfatta parzjalment, il-qorti tordna illi l-ispejjeż tal-qorti jiġu rimborżati lir-rikorrent fi proporzjon għall-parti tat-talbiet li ġiet sodisfatta, u lill-konvenut fi proporzjon għall-parti tat-talbiet li ġiet miċħuda. Ma hemmx rimborż tat-tariffa tal-Istat għal ilment anċillari (blakus sudzība) fejn tidħol deċiżjoni tal-qorti, jew għall-ftuħ mill-ġdid ta’ proċedimenti tal-qorti wara li tkun ingħatat sentenza f’kontumaċja.

Jekk ir-rikorrent jirtira t-talba, huwa għandu jħallas lura l-ispejjeż tal-qorti li jkun ġarrab il-konvenut. F’dak il-każ, il-konvenut ma għandux għalfejn iħallas lura l-ispejjeż tal-qorti mħallas mir-rikorrent. Madankollu, jekk ir-rikorrent jirtira t-talbiet tiegħu għaliex il-konvenut, b’mod volontarju, issodisfa dawk ti-talbiet wara li ġew ippreżentati, il-qorti, fuq rikors tar-rikorrent, tordna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż tal-qorti mħallsa mir-rikorrent.

Jekk il-qorti tiddeċiedi li ma tismax il-kawża, fuq rikors tal-konvenut hija tordna lir-rikorrent iħallas l-ispejjeż tal-qorti mħallsa mill-konvenut.

Jekk ir-rikorrent huwa eżentat mill-ħlas tal-ispejjeż tal-qorti, il-konvenut jiġi ordnat iħallas l-ispejjeż tal-qorti tar-rikorrent lid-dħul tal-Istat skont il-parti tat-talba li tkun ġiet sodisfatta.

Liema tariffi japplikaw?

Trid titħallas tariffi tal-Istat għal rikors għal ordni ta’ ħlas Ewropea skont ir-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilll li joħloq proċedura għal ordni ta' ħlas Ewropea.

Matul il-proċedimenti, il-parti jista’ jkun ikollha tħallas l-ispejjeż tal-qorti l-oħra, bħal tariffa tal-uffiċċju (pereżempju għal ħruġ ta’ traskrizzjoni u duplikati tad-dokumenti marbuta mal-proċedimenti) u l-ispejjeż marbuta mal-eżaminazzjoni tal-kawża (pereżempju l-ispejjeż li jkunu saru għat-tfittxija tal-konvenut fuq talba tar-rikorrent, jew spejjeż għall-konsenja, il-ħruġ u t-traduzzjoni taċ-ċitazzjonijiet u dokumenti tal-qorti oħra).

Kemm għandi nħallas?

Meta tippreżenta rikors għal ordni ta’ ħlas Ewropea, trid tħallas it-tariffa tal-Istat li hija 2% tas-somma tad-dejn; it-tariffa ma tistax taqbeż EUR 498.01. L-ammont ta’ tariffa tal-uffiċċju tiġi determinata skont l- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaArtikolu 38 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili. L-ammont tal-ispejjeż marbuta mal-eżami ta’ kawża jista’ jvarja skont numru ta’ fatturi (pereżempju l-mod ta’ konsenja tad-dokumenti, bil-posta jew email).

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Jekk id-dikjarazzjoni tat-talbiet ma tkunx akkumpanjata mid-dokumenti li jikkonfermaw il-ħlas tat-tariffi tal-Istat u spejjeż tal-qorti oħra skont il-proċedura u skont l-ammont previst mil-liġi, il-qorti, skont l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaArtikolu 133 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili ma tkomplix tikkunsidra d-dikjarazzjoni tat-talbiet, u tiffissa żmien għar-rikorrent biex jagħmel tajjeb għan-nuqqasijiet.

Jekk ir-rikorrent jagħmel tajjeb għan-nuqqasijiet fiż-żmien stabbilit, id-dikjarazzjoni tat-talbiet titqies li ġiet ippreżentata fil-jum li ġiet ippreżentata l-ewwel darba lill-qorti.

Jekk ir-rikorrent ma jagħmilx tajjeb għan-nuqqasijiet fiż-żmien stabbilit, id-dikarazzjoni tat-talbiet titqies li ma ġietx sottomessa u tintbagħat lura lir-rikorrent.

Ir-ritorn ta’ dikjarazzjoni ta’ talba lir-rikorrent mhux ta’ xkiel għar-rikorrent biex jissottomettiha mill-ġdid lill-qorti, skont il-proċedura ordinarja stabbilita fil-Liġi.

Jekk liridu jitħallsu l-ispejjeż tal-qorti għan-notifika tad-dokumenti, il-qorti ma tibgħatx id-dokumenti għan-notifika sakemm titħallas it-tariffa rilevanti. Madankollu, jekk l-ispejjeż għall-eżami ta’ kawża ma jitħallsux b’mod volontarju lid-dħul tal-Istat qabel l-eżami ta’ kawża, dawn jiġu rkuprati skont ir-regoli ġenerali tal-eżekuzzjoni tas-sentenzi.

Kif għandi nħallas it-tariffi tal-qorti?

It-tariffa tal-Istat tista’ titħallas fil-kont tat-Teżor tal-Istat (Valsts kase). It-tariffa tal-Istat (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Artikolu 34 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili, ħlief il-Paragrafu sitta) gġandha titħallas kif ġej:

Il-benefiċjarju: Valsts kase

Numru ta’ reġistrazzjoni: 90000050138

Numru tal-kont: LV55TREL1060190911200

Bank tal-benefiċjarju: Valsts kase

Kodiċi BIC: TRELLV22

Għan tal-ħlas: indika d-data li tindentifika l-persuna jew il-kawża: in-numru tal-kawża (jekk magħruf); għall-persuni fiżiċi, l-isem, il-kunjom u n-numru tal-identità personali; għall-persuni ġuridiċi, l-isem u n-numru ta’ reġistrazzjoni. Jekk ilħlas tat-tariffa tal-Istat isir f’isem persuna oħra, trid tingħata informazzjoni li tidentifika lil dik il-persuna: in-numru tal-kawża (jekk magħruf); għall-persuni fiżiċi, l-isem, il-kunjom u n-numru tal-identità personali; għall-persuni ġuridiċi, l-isem u n-numru ta’ reġistrazzjoni.

It-tariffa tal-Istat għas-sottomissjoni għall-eżekuzzjoni ta’ ordni ta’ eżekuzzjoni jew dokument ta’ eżekuzzjoni ieħor jista’ jitħallas fil-kont tat-Teżor tal-Istat. It-tariffa tal-Istat għas-sottomissjoni għall-eżekuzzjoni ta’ ordni għall-eżekuzzjoni jew dokument ta’ eżekuzzjoni ieħor (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Artikolu 34 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili Paragrafu sitta) għandha titħallas kif ġej:

Il-benefiċjarju: Valsts kase

Numru ta’ reġistrazzjoni: 90000050138

Numru tal-kont: LV71TREL1060190911300

Bank tal-benefiċjarju: Valsts kase

Kodiċi BIC: TRELLV22

Għan tal-ħlas: indika d-data li tindentifika l-persuna jew il-kawża: in-numru tal-kawża (jekk magħruf); għall-persuni fiżiċi, l-isem, il-kunjom u n-numru tal-identità personali; għall-persuni ġuridiċi, l-isem u n-numru ta’ reġistrazzjoni. Jekk ilħlas tat-tariffa tal-Istat isir f’isem persuna oħra, trid tingħata informazzjoni li tidentifika lil dik il-persuna: in-numru tal-kawża (jekk magħruf); għall-persuni fiżiċi, l-isem, il-kunjom u n-numru tal-identità personali; għall-persuni ġuridiċi, l-isem u n-numru ta’ reġistrazzjoni.

It-tariffa tal-uffiċċju tista’ titħallas fil-kont tat-Teżor tal-Istat. It-tariffa tal-uffiċċju (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Artikolu 38 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili) għandha titħallas kif ġej:

Il-benefiċjarju: Valsts kase

Numru ta’ reġistrazzjoni: 90000050138

Numru tal-kont: LV39TREL1060190911100

Bank tal-benefiċjarju: Valsts kase

Kodiċi BIC: TRELLV22

Għan tal-ħlas: indika d-data li tindentifika l-persuna jew il-kawża: in-numru tal-kawża (jekk magħruf); għall-persuni fiżiċi, l-isem, il-kunjom u n-numru tal-identità personali; għall-persuni ġuridiċi, l-isem u n-numru ta’ reġistrazzjoni. Jekk il-ħlas tat-tariffa tal-uffiċċju jsir f’isem persuna oħra, trid tingħata informazzjoni li tidentifika lil dik il-persuna: in-numru tal-kawża (jekk magħruf); għall-persuni fiżiċi, l-isem, il-kunjom u n-numru tal-identità personali; għall-persuni ġuridiċi, l-isem u n-numru ta’ reġistrazzjoni.

L-ispejjeż marbuta mal-eżami ta’ kawża u l-ispejjeż marbuta mal-eżekuzzjoni ta’ obbligi wara notifika jistgħu jitħallsu fil-kont tal-Amministrazzjoni tal-Qrati (Tiesu administrācija). L-ispejjeż marbuta mal-eżami ta’ kawża (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Artikolu 39 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili) u l-ispejjeż marbuta mal-eżekuzzjoni wara notifika (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Artikolu 4063tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili):

Qrati tad-distrett (fil-belt) u l-qrati reġjonali:

Il-benefiċjarju: Tiesu administrācija

Numru ta’ reġistrazzjoni: 90001672316

Numru tal-kont: LV51TREL2190458019000

Bank tal-benefiċjarju: Valsts kase

Kodiċi BIC: TRELLV22

Għan tal-ħlas: “21499”,indika d-data li tindentifika l-persuna jew il-kawża: in-numru tal-kawża (jekk magħruf); għall-persuni fiżiċi, l-isem, il-kunjom u n-numru tal-identità personali; għall-persuni ġuridiċi, l-isem u n-numru ta’ reġistrazzjoni. Jekk il-ħlas tal-ispejjeż marbuta mal-eżami tal-kawża jsir f’isem persuna oħra, trid tingħata informazzjoni li tidentifikaha: in-numru tal-kawża (jekk magħruf); għall-persuni fiżiċi, l-isem, il-kunjom u n-numru tal-identità personali; għall-persuni ġuridiċi, l-isem u n-numru ta’ reġistrazzjoni.

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

Jekk tippreżenta dikjarazzjoni tat-talbiet lill-qorti, trid tehmeż dokumenti li jikkonfermaw li sar il-ħlas tat-tariffi tal-Istat u spejjeż oħra tal-qorti skont il-proċedura u bl-ammont preskritt mil-liġi. Trid tħallas ukoll tariffa tal-uffiċċju qabel issir in-notifika partikolari mixtieqa. Trid tħallas l-ispejjeż marbuta mal-eżami tal-kawża qabel isir l-eżami tal-kawża.

L-aħħar aġġornament: 23/09/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura tal-ħlas Ewropea - Litwanja

Introduzzjoni

Liema tariffi huma applikabbli?

Kemm se nħallas?

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

Introduzzjoni

F’każijiet li jirrigwardaw l-Ordni ta’ Ħlas Ewropea huma applikabbli r-regoli dwar il-kalkolu u l-ħlas tat-taxxa tal-boll stipulati fil-paragrafi 1-3 tal-Artikolu ... tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili tar-Repubblika tal-Litwanja.

Skont ir-Riżoluzzjoni Nru 1240 tal-Gvern tar-Repubblika tal-Litwanja tas-27 ta’ Ottubru 2011 li tapprova r-Regoli tal-kalkolu, il-ħlas, it-tpaċija u l-ħlas lura tad-dazju, dan id-dazju jista’ jitħallas b’mezzi elettroniċi wkoll.

Liema tariffi huma applikabbli?

L-ammont tat-taxxa tal-boll li jrid jitħallas huwa speċifikat fil-paragrafu li jmiss.

Kemm se nħallas?

F’każ ta’ rikors għal ordni tal-qorti, it-taxxa tal-boll tkun daqs kwart tal-ammont pagabbli għall-proċedimenti ta’ litigazzjoni fil-qorti, iżda ma tistax tkun inqas minn għaxar litas, ħlief meta persuna tkun eżentata mit-taxxa tal-boll għalkollox jew parzjalment bil-liġi jew permezz ta’ deċiżjoni tal-qorti jew meta l-ħlas tat-taxxa tal-boll ikun ġie differit.

Jekk, wara li l-qorti tkun ħarġet l-ordni, id-debitur joġġezzjona u l-kreditur iressaq rikors skont il-proċedura ġenerali, issir tpaċija tat-taxxa tal-boll imsemmija aktar ’il fuq mal-ammont tat-taxxa tal-boll li għandu jitħallas għar-rikors.

Jekk ir-rikors tal-kreditur jitqies li ma tressaqx fil-każ imsemmi fl-Artikolu 439(6) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, it-taxxa tal-boll imħallsa ma terġax titħallas lir-rikorrent.

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Flimkien mar-rikors irid ikun hemm id-dokumenti u evidenza oħra li sservi ta’ bażi għat-talbiet tar-rikorrent, kif ukoll ta’ evidenza li t-taxxa tal-boll tħallset.

Meta t-taxxa tal-boll ma tkunx tħallset, il-qorti toħroġ ordni li tistabbilixxi terminu adegwat għall-konformità, li ma jistax ikun iqsar minn sebat ijiem. L-ordni tintbagħat mhux aktar tard mill-jum tax-xogħol li jkun imiss wara li tinħareġ.

Jekk il-parti fil-proċedimenti li tissottometti l-att proċedurali tkun ikkonformat mal-istruzzjonijiet tal-qorti u żammet mat-terminu speċifikat, l-att proċedurali jitqies li ġie sottomess dakinhar li tressaq quddiem il-qorti. Inkella, l-att proċedurali jitqies li ma ġiex sottomess u, fi żmien mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol minn tmiem it-terminu għall-konformità, l-imħallef joħroġ ordni biex l-att proċedurali, flimkien ma’ kwalunkwe dokument ta' akkumpanjament, jiġu rritornati lill-persuna li tkun ressqithom.

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

It-taxxa tal-boll titħallas lill-kont tad-dħul baġitarju tal-Ispettorat tat-Taxxa tal-Istat taħt il-Ministeru tal-Finanzi bil-mod magħżul mill-persuna inkwistjoni (e-banking, ħlas bi flus, trasferiment bankarju, eċċ.).

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

L-evidenza tal-ħlas tal-pagament tat-taxxa tal-boll tingħata permezz tal-ordni ta’ ħlas jew dokument ieħor li jikkonferma l-ħlas, li jrid ikun fih dawn id-dettalji li ġejjin:

  1. isem, kunjom u n-numru tal-ID personali tal-pagatur (għall-persuni ġuridiċi: l-isem u n-numru tal-ID korporattiv);
  2. isem, kunjom u n-numru tal-ID personali tal-parti l-oħra (il-konvenut, id-debitur, eċċ.) (għall-persuni ġuridiċi: isem u n-numru tal-ID korporattiv);
  3. id-data tal-ħlas;
  4. il-kodiċi tal-ħlas;
  5. l-ammont imħallas;
  6. l-iskop tal-ħlas (indikat bħala “taxxa tal-boll”, u l-isem tal-qorti fejn qed jinbdew il-proċedimenti)

Meta taxxa tal-boll titħallas minn rappreżentant tal-partit fil-proċedimenti (avukat, assistent legali jew persuna oħra li tirrappreżenta l-interessi tal-parti), l-ordni ta’ ħlas jew xi dokument ieħor li jikkonferma l-ħlas, għandhom, apparti d-data msemmija hawn fuq, jinkludu l-isem, il-kunjom u n-numru tal-ID personali (għall-persuni ġuridiċi: l-isem u n-numru tal-ID korporattiv) tal-parti rappreżentata.

Jekk it-taxxa tal-boll titħallas permezz ta’ mezzi elettroniċi, mhu meħtieġ l-ebda dokument biex jikkonferma l-ħlas tat-taxxa tal-boll.

L-aħħar aġġornament: 31/03/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura tal-ħlas Ewropea - Lussemburgu

Ma hemm l-ebda tariffa fissa biex titressaq kawża quddiem il-qorti ċivili ( saisine du juge civil) għajr l-ispejjeż tan-notifika tal-atti u t-tariffi tar-rappreżentanza legali. Fil-prinċipju, ma hemm  l-ebda tariffa imposta fil-livell tal-qrati ċivili. Wara li tinħareġ is-sentenza, jista’ jkun hemm xi tariffi sussegwenti b’rabta mal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni u wara li ssir talba mingħand il-parti rebbieħa.
L-aħħar aġġornament: 30/03/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura tal-ħlas Ewropea - Ungerija

Introduzzjoni

Liema tariffi huma applikabbli?

Kemm se nħallas?

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

Introduzzjoni

Fil-proċeduri għal Ordni ta’ Ħlas Ewropea li jinbdew fl-Ungerija, trid titħallas tariffa għall-proċedura notarili sabiex pretensjoni finanzjarja mhux kontestata tiġi eżegwita skont ir-Regolament (KE) 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li joħloq proċedura għal ordni ta' ħlas Ewropea, li l-ammont tagħha huwa stabbilit bl-Att L tal-2009 dwar il-proċeduri tal-ordni ta’ ħlas u d-Digriet Nru 14/1991 tas-26 ta’ Novembru 1991 tal-Ministru għall-Ġustizzja dwar it-tariffi notarili. Skont dawn ir-regoli, trid titħallas tariffa notarili ta’ 3% tal-valur tal-pretensjoni meta tinbeda l-proċedura. Ir-rikorrent jista’ jagħżel li jħallas b’kontanti jew permezz tal-karta tal-kreditu/tad-debitu fl-uffiċċju tan-nutar, jew permezz ta’ trasferiment fil-kont bankarju tan-nutar, jew permezz ta’ ordni postali.

Liema tariffi huma applikabbli?

Meta tinbeda l-proċedura trid titħallas tariffa notarili.

Kemm se nħallas?

L-ammont tat-tariffa notarili huwa 3% tal-ammont tal-pretensjoni finanzjarja bl-esklużjoni tal-imposti (imgħax, spejjeż); għal diversi pretensjonijiet, it-tariffa notarili hija 3% tas-somma tal-ammonti, iżda minn tal-anqas HUF 5 000 u mhux aktar minn HUF 300 000. Jekk ikunu involuti aktar minn ħames persuni fil-proċedura, it-tariffa minima hija HUF 1000 immultiplikata bl-għadd tal-partijiet. Jekk il-pretensjoni finanzjarja tkun f’denominazzjoni li mhijiex HUF, it-tariffa trid titħallas għall-ekwivalenti f’HUF tal-pretensjoni – kkalkulata abbażi tar-rata tal-kambju uffiċjali tal-bank ċentrali ta’ dakinhar li ssir it-talba.

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Jekk ir-rikorrent ma jħallasx it-tariffa notarili meta tinbeda l-proċedura, in-nutar li jipproċedi jitlob lir-rikorrent iħallas it-tariffa notarili. Jekk ir-rikorrent jonqos milli jikkonforma mat-talba sal-iskadenza mogħtija, in-nutar jiċħad it-talba.

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

Ir-rikorrent jista’ jagħżel kwalunkwe wieħed mill-modi elenkati hawn taħt biex iħallas it-tariffi notarili:

  1. Il-ħlas jista’ jsir f’kontanti lin-nutar li jipproċedi.
  2. Il-ħlas jista’ jsir permezz ta’ ordni postali provduta min-nutar lill-kont ta’ ħlas tan-nutar li jipproċedi fi kwalunkwe uffiċċju tal-posta.
  3. Il-ħlas jista’ jsir permezz ta’ trasferiment fil-kont tal-bank tan-nutar.
  4. Jekk ikun hemm il-faċilitajiet adegwati disponibbli fl-uffiċċju tan-nutar li jipproċedi, il-ħlas jista’ jsir permezz tal-karta tal-kreditu/tad-debitu.

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

Jekk it-tariffa tan-nutar titħallas f’kontanti jew permezz tal-karta tal-kreditu/tad-debitu fl-uffiċċju tan-nutar, ir-rikorrent mhuwiex obbligat li jipprovdi prova ta’ ħlas.

Jekk ir-rikorrent iħallas it-tariffa tan-nutar permezz ta’ ordni postali, ir-riċevuta li sservi ta’ prova tal-ħlas trid tinhemeż mat-talba għal Ordni ta' Ħlas Ewropea.

Jekk it-tariffa tan-nutar titħallas permezz ta’ trasferiment fil-kont tal-bank tan-nutar, jeħtieġ li mat-talba għal Ordni ta' Ħlas Ewropea jinhemeż rendikont tal-bank tal-ġurnata jew kopja tiegħu, li jipprova li l-ammont ikun ġie ddebitat.

L-aħħar aġġornament: 03/04/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura tal-ħlas Ewropea - Malta

Introduzzjoni

Liema tariffi huma applikabbli?

Kemm għandi nħallas?

X'jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Kif nista' nħallas it-tariffi tal-qorti?

X'għandi nagħmel wara l-ħlas?

Introduzzjoni

It-tariffi applikabbli għal din il-proċedura huma L-Art. 1 par. 2, l-Art. 2 u l-Art. 13(1) tat-Tariffa B tal-Kap 12 tal-Liġijiet ta’ Malta, il-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.

Il-pagament tad-dritt tar-Reġistru ma jistax isir b’mod elettroniku.

Liema tariffi huma applikabbli?

Il-pagament huwa meħtieġ in konnessjoni mas-segwenti formoli:

Formola A – Applikazzjoni għal Ordni ta’ Ħlas Ewropea

Formola D – Deċizjoni biex tiġi miċħuda applikazzjoni għal Ordni ta’ Ħlas Ewropea

Formola E – Ordni ta’ Ħlas Ewropea

Formola F – Oppozizzjoni għal Ordni ta’ Ħlas Ewropea

Formola Ġ – Dikjarazzjoni ta’ Infurzar

Kemm għandi nħallas?

Formola A – Applikazzjoni għal Ordni ta’ Ħlas Ewropea: Ewro 30.00 dritt tar-Reġistru u Ewro 7.20 għal kull notifika lill-konvenut/i u lill-pretendent tal-Formola D jew E

Formola F – Oppozizzjoni għal Ordni ta’ Ħlas Ewropea: Ewro 30.00 dritt tar-Reġistru u Ewro 7.20 għal kull notifika lill-pretendent

Formola Ġ – Dikjarazzjoni ta’ Infurzar: Ewro 20.00 dritt tar-Reġistru

X'jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Il-Formola ma tiġix ipproċessata sakemm isir il-pagament

Kif nista' nħallas it-tariffi tal-qorti?

Wieħed jista’ jħallas it-tariffi tal-Qorti fis-segwenti kont bankarju:

Name of Account Holder

CASHIER MALTA GOVERNMENT

IBAN (International Bank Account)

MT55MALT011000040001EURCMG5001H

National Bank Key

SORT CODE 01100

Account Number

40001EUR-CMG5-001-H

BIC/SWIFT code

MALTMTMT

Bank name

CENTRAL BANK OF MALTA

Bank address

CASTILLE PLACE
VALLETTA
MALTA

Currency of account

EURO

X'għandi nagħmel wara l-ħlas?

Tipproduċi riċevuta mogħtija mill-Bank li permezz tiegħu tkun saret it-transazzjoni

L-aħħar aġġornament: 09/09/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura tal-ħlas Ewropea - Olanda

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIntroduzzjoni

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiema tariffi huma applikabbli?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKemm se nħallas?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaX’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaX’għandi nagħmel wara l-ħlas?

Introduzzjoni

Il-Proċedura tal-ordni ta’ ħlas Ewropea (ir-Regolament (KE) Nru Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida1896/2006, li daħal fis-seħħ fit-12 ta’ Diċembru 2008) tippermetti lill-kredituri li jirkupraw it-talbiet ċivili u kummerċjali transfruntiera mhux kontestati tagħhom skont proċedura uniformi li topera abbażi ta’ formoli standard. Il-proċedura ma tesiġix il-preżenza l-qorti tal-partijiet. Ir-Regolament japplika bejn l-Istati Membri tal-UE kollha, bl-eċċezzjoni tad-Danimarka.

Il-Kunsill għall-Ġudikatura (Raad voor de rechtspraak) innomina lill-Qorti Distrettwali ta’ The Hague (Rechtbank Den Haag) bħala l-unika qorti distrettwali kompetenti biex tittratta kawżi relatati mal-Ordni ta’ Ħlas Ewropea. Jekk titressaq dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni, il-proċedimenti jistgħu jitkomplew skont ir-regoli ordinarji tal-ġurisdizzjoni territorjali.

Sabiex jitressaq rikors taħt il-proċedura tal-Ordni ta' Ħlas Ewropea, trid tintuża l-formola A. Din il-formola hija disponibbli bil-lingwi kollha tal-Unjoni Ewropea fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea.

Il-formola

Ir-rikorsi jistgħu jitressqu quddiem il-Qorti Distrettwali ta’ The Hague bl-Olandiż biss.

Ir-rikorsi taħt il-proċedura tal-Ordni ta' Ħlas Ewropea jistgħu jintbagħtu lil:

Rechtbank Den Haag

Sector civiel recht

Algemene Zaken

Postbus 20302

2500 EH Den Haag

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ċempel lir-reġistru tal-Affarijiet Ġenerali tal-qorti (griffie Algemene Zaken). In-numru tat-telefown tar-reġistru tal-Affarijiet Ġenerali tal-qorti huwa: +31 (0)70-381 22 64.

Liema tariffi huma applikabbli?

It-tariffi jvarjaw skont l-ammont tat-talba prinċipali. Ara wkoll: Kemm se nħallas?

Kemm se nħallas?

Ħarsa ġenerali lejn it-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatariffi applikabbli għall-2019 tinsab hawn taħt.

In-natura/L-ammont tat-talba jew rikors

Tariffa tal-qorti għall-persuni mhux fiżiċi

Tariffa tal-qorti għall-persuni fiżiċi

Tariffa tal-qorti għall-persuni b’mezzi limitati

Tariffa tal-qorti tat-tribunal li jittratta kawżi subdistrettwali

Kawżi relatati ma’ talba jew rikors:

Ta’ ammont indeterminat jew

ammont li ma jaqbiżx EUR 500

EUR 121

EUR 81

EUR 81

Kawżi relatati ma’ talba jew rikors ta’ ammont li jaqbeż EUR 500 iżda li ma jaqbiżx EUR 12 500

EUR 486

EUR 231

EUR 81

Kawżi relatati ma’ talba jew rikors ta’ ammont li jaqbeż EUR 12 500

EUR 972

EUR 486

EUR 81

Tariffa tal-qorti tat-tribunal li jittratta kawżi oħra, li mhumiex subdistrettwali

Kawżi relatati ma’ talba jew rikors:

- Ta’ ammont indeterminat jew

EUR 639

EUR 297

EUR 81

Kawżi relatati ma’ talba jew rikors ta’ ammont li ma jaqbiżx EUR 100 000

EUR 1 992

EUR 914

EUR 81

Kawżi relatati ma’ talba jew rikors ta’ ammont li jaqbeż EUR 100 000

EUR 4 030

EUR 1 599

EUR 81

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok żur is-siti web li ġejjin: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRechtspraak.nl u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRaad voor Rechtsbijstand.

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Jekk it-tariffi tal-qorti ma jitħallsux fil-ħin, ir-rikors ma jkunx jista’ javvanza u l-qorti tiċħad ir-rikors.

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

Ir-rikorrent jirċievi fattura tal-ħlas tat-tariffi tal-qorti. Il-ħlas jista’ jsir permezz ta’ trasferiment bankarju.

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

Wara li tħallas it-tariffi tal-qorti għandek tistenna li tasallek aktar informazzjoni mill-Qorti Distrettwali ta’ The Hague.

Ir-Regolament li joħloq proċedura tal-ordni ta' ħlas Ewropea jistipula li l-qorti toħroġ ordni ta' ħlas Ewropea mill-aktar fis u normalment fi żmien 30 jum minn meta jitressaq ir-rikors.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTariffi applikabbli għall-2019

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRechtspraak.nl

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRaad voor Rechtsbijstand

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIr-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea

L-aħħar aġġornament: 03/04/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Ġermaniż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura tal-ħlas Ewropea - Awstrija

Qafas regolatorju għat-tariffi tal-professjonijiet legali

Avukati

B’mod ġenerali, skont il-Kodiċi tal-Avukati tal-Awstrija (Rechtsanwaltsordnung), it-tariffi li jridu jitħallsu lill-avukati għas-servizzi mogħtija jistgħu jsiru bi qbil liberu bejn l-avukat u l-klijent.

It-tariffi jistgħu jiġu kkalkulati fuq il-bażi ta’ rata fis-siegħa jew ta’ tariffa b’rata fissa. Tariffa b’rata fissa ma tvarjax skont is-servizzi individwali mogħtija jew l-ammont ta’ ħin involut. Jekk ma tiġi stabbilita l-ebda tariffa espressament, jitqies li l-qbil ikun għal livell raġonevoli ta’ rimunerazzjoni fuq il-bażi tal-iskali ta’ tariffi stabbiliti fl-Att dwar l-Iskali tat-Tariffi Legali (Rechtsanwaltstarifsgesetz) jew fil-Kriterji Ġenerali tat-Tariffi tal-Avukati (Allgemeinen Honorar-Kriterien für Rechtsanwälte).

Il-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili tal-Awstrija (Zivilprozessordnung – ZPO) u l-Att dwar l-Iskali tat-Tariffi Legali jistipulaw li fi proċedimenti ċivili l-qorti trid tiddetermina s-sehem mill-ispejjeż li l-parti telliefa trid tħallas lura lill-parti rebbieħa. Dawn l-ispejjeż huma bbażati fuq il-valur tat-tilwima u fuq it-tul u n-natura tas-servizz ipprovdut.

Fi proċedimenti kriminali, ir-regola ġenerali hija li kwalunkwe persuna li tqabbad avukat biex jaġixxi f’isimha (l-akkużat, parti li tmexxi prosekuzzjoni privata, jew parti li titlob li tgħaqqad talba ċivili mal-proċedimenti kriminali) trid iġġarrab ukoll l-ispejjeż li jirriżultaw. Dan huwa wkoll il-każ meta l-avukat tad-difiża jinħatar mill-qorti, sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ għajnuna legali. L-ispejjeż ivarjaw regolarment skont it-tip u l-kompożizzjoni tal-qorti involuta (eż. qorti distrettwali, qorti reġjonali bi mħallef wieħed, qorti b’assessuri mhux ġejjin mill-qasam tal-liġi, jew qorti b’ġurija).

Marixxalli

Ir-rimunerazzjoni li jirċievu l-marixxalli tal-qorti (Gerichtsvollzieher) għall-attivitajiet tagħhom hija stabbilita fl-Att dwar it-Tariffi ta’ Eżekuzzjoni (Vollzugsgebührengesetz). B’mod speċifiku, il-liġi tipprevedi tariffa ta’ eżekuzzjoni li l-kreditur attur ikollu jħallas meta tiġi ppreżentata t-talba għall-eżekuzzjoni, flimkien ma’ tariffa b’rata fissa kif stabbilit fl-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti (Gerichtsgebührengesetz -GGG).

It-tariffa ta’ eżekuzzjoni (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Artikolu 2 l-Att dwar it-Tariffi ta’ Eżekuzzjoni) tifforma parti mill-ispejjeż tal-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni. Meta tiddeċiedi fuq l-ispejjeż, il-qorti tista’ tordna lid-debitur jirrimborża t-tariffa tal-eżekuzzjoni jekk il-kreditur jitlob li jsir hekk.

Il-marixxall huwa wkoll intitolat għal rimunerazzjoni biex jirċievi pagamenti. Dan jista’ jitnaqqas mill-ammont miġbur (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Artikolu 11 l-Att dwar it-Tariffi ta’ Eżekuzzjoni).

Spejjeż fissi

Spejjeż fissi fi proċedimenti ċivili

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti ċivili

It-tariffi tal-qorti li jridu jitħallsu għall-użu tas-servizzi tal-qrati jieħdu l-forma jew ta’ tariffa fissa jew ta’ tariffa proporzjonali tal-bażi tal-valutazzjoni. L-ammont jiddependi min-natura tal-każ u mill-valur tat-tilwima (li tiġi ddeterminata mill-valur monetarju tat-talba) u mill-għadd ta’ partijiet. Għal aktar minn żewġ partijiet, jista’ jiġi applikat ħlas addizzjonali għal partijiet multipli, f’konformità mal-Artikolu 19a tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti (minn 10–50 %).

L-istadju tal-proċediment ċivili meta jridu jitħallsu l-ispejjeż fissi

Għall-proċedimenti ċivili fl-ewwel istanza trid titħallas tariffa b’rata fissa meta tiġi ppreżentata t-talba. It-tariffa trid titħallas darba biss, irrispettivament mill-progress tal-proċedimenti f’dan l-istadju u irrispettivament minn jekk il-kawża jkunx fiha aktar minn pretensjoni waħda jew tkunx relatata ma’ aktar minn persuna waħda, u tkoprix il-proċedimenti kollha fl-ewwel istanza. Jekk l-eżenzjoni mitluba tiġi estiża matul il-proċedimenti, jistgħu jiġġarrbu tariffi addizzjonali. Dawn ikollhom jitħallsu meta jiġu ppreżentati s-sottomissjonijiet bil-miktub. Meta l-eżenzjoni mitluba tiġi estiża waqt seduta, it-tariffa tkun dovuta meta tiġi rreġistrata. Fit-tieni jew fit-tielet istanza, it-tariffa jkollha titħallas meta jiġi ppreżentat l-avviż ta’ appell (l-Artikolu 2(1) tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti). Eċċezzjonalment, fi proċedimenti ta’ ġuriżdizzjoni volontarja, xi kultant tkun trid titħallas tariffa tad-deċiżjoni minflok tariffa tal-pretensjoni.

Spejjeż fissi fi proċedimenti kriminali

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti kriminali

Għandha titħallas tariffa skont il-Punt 13 tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti fil-każ ta’ prosekuzzjoni privata biss.

L-istadju tal-proċediment kriminali meta jridu jitħallsu spejjeż fissi

L-ispejjeż fissi jridu jitħallsu fil-bidu tal-proċedimenti, u meta jiġi ppreżentat l-avviż tal-appell.

Spejjeż fissi fi proċedimenti kostituzzjonali

Spejjeż fissi għall-partijiet fi proċedimenti kostituzzjonali

Skont l-Artikolu 17a(1) tal-Att dwar il-Qorti Kostituzzjonali (Verfassungsgerichtshofgesetz – VfGG), it-tariffa hija ta’ EUR 220.

L-istadju tal-proċediment kostituzzjonali meta jridu jitħallsu spejjeż fissi

L-ispejjeż fissi jridu jitħallsu fil-bidu tal-proċedimenti.

L-informazzjoni li trid tiġi pprovduta minn qabel mir-rappreżentanti legali

Drittijiet u obbligi tal-partijiet

F’termini ġenerali, l-avukat għandu l-obbligu li jinforma lill-klijent tiegħu dwar kif se jiġu kkalkulati t-tariffi u xi spejjeż jista’ jistenna l-klijent.L-Artikolu 50(2) tal-Linji Gwida dwar ix-Xogħol tal-Avukat u s-Superviżjoni tal-Obbligi tal-Avukati (Richtlinien für die Ausübung des Rechtsanwaltsberufs und für die Überwachung der Pflichten des Rechtsanwalts – RL-BA) jirrakkomanda li meta avukat jieħu każ ġdid, huwa għandu jinforma lill-klijent dwar il-bażi għall-kalkolu tat-tariffa li jkollu jħallas u dwar l-intitolament tal-avukat għal ħlasijiet interim. Sakemm ma jkunx hemm qbil dwar tariffa b’rata fissa, il-klijent ikun intitolat jitlob, f’intervalli raġonevoli, rendikont interim jew dikjarazzjoni tas-servizzi diġà mogħtija, jew, meta tkun ġiet maqbula tariffa bbażata fuq il-ħin, dikjarazzjoni tal-ħin imqatta’ fuq il-każ. Bl-istess mod, qabel ma jitqabbad avukat, għandu jkun hemm qbil dwar il-bidu u l-frekwenza tal-ħlasijiet interim.

Sorsi ta’ spejjeż — bażijiet ġuridiċi

Fejn nista' nsib informazzjoni dwar l-ispejjeż legali fl-Awstrija?

Ir-regoli statutorji dwar ir-responsabbiltà għall-ispejjeż fi proċedimenti ċivili kontenzjużi (inklużi kwistjonijiet kummerċjali) jinsabu fl-Artikoli 40–55 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili. Proċedimenti ta’ ġuriżdizzjoni volontarja (pereżempju proċedimenti relatati ma’ kwistjonijiet tal-familja, b’mod partikolari divorzju kunsenswali, jew tilwim dwar kustodja, drittijiet ta’ aċċess jew talbiet ta’ manteniment) huma soġġetti għal regoli separati dwar ir-responsabbiltà għall-ispejjeż. Ir-regoli ġenerali huma stabbiliti fl-Artikolu 78 tal-Att dwar il-Proċedimenti ta’ Ġuriżdizzjoni Volontarja (Außerstreitgesetz – AußStrG). Japplikaw xi eċċezzjonijiet għal dawn ir-regoli ġenerali, fost l-oħrajn, fi proċedimenti relatati ma’ tilwim dwar il-kustodja u l-aċċess u proċedimenti dwar talbiet ta’ manteniment għall-minuri. L-ispejjeż fil-proċedimenti kriminali huma rregolati mill-Artikoli 380-395 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali tal-Awstrija (Strafprozessordnung – StPO). It-tariffi tal-qorti (tariffi b’rata fissa) huma stabbiliti fl-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti.

Deskrizzjoni tat-tariffi li l-avukati huma intitolati jżommu tingħata f’fuljett ta’ informazzjoni online fil-paġna ewlenija tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tal-Avukati Awstrijaka (Österreichischer Rechtsanwaltskammertag). Informazzjoni ġenerali tista’ tinkiseb ukoll mill-paġna ewlenija tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaHELP - Amtshelfer für Österreich fil-ħolqa: Leben in Österreich > Zivilrecht > Zivilverfahren.

Dan is-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaHELP - Amtshelfer für Österreich jipprovdi informazzjoni ġenerali dwar it-tariffi tal-qorti. It-testi tal-liġijiet (bħalma huma l-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti u r-regoli dwar l-iskali tat-tariffi) jistgħu jiġu aċċessati bla ħlas mis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSistema ta’ Informazzjoni Legali tar-Repubblika tal-Awstrija (Rechtsinformationssystem des Bundes) fil-paġna ewlenija tal-Uffiċċju tal-Kanċillier Federali (Bundeskanzleramt).

B’liema lingwi nista’ nikseb informazzjoni dwar is-sorsi tal-ispejjeż fl-Awstrija?

Bil-Ġermaniż.

Fejn nista’ nsib informazzjoni dwar il-medjazzjoni?

Lista ta’ medjaturi (miżmuma mill-Ministeru tal-Ġustizzja Awstrijak) hija disponibbli għall-pubbliku ġenerali minn Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapaġna web iddedikata għall-medjazzjoni.

Fir-rigward ta’ ġustizzja restorattiva fi proċedimenti kriminali, l-informazzjoni dwar il-medjazzjoni bejn l-akkużat u l-vittma hija tinsab fil-paġna ewlenija ta’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaNEUSTART (bl-Ingliż ukoll).

Fejn nista’ nsib informazzjoni addizzjonali dwar l-ispejjeż?

Informazzjoni online dwar l-ispejjeż proċedurali

Informazzjoni ġenerali dwar is-sistema ġudizzjarja Awstrijaka, l-ispejjeż legali u l-Ministeru Federali tal-Ġustizzja jinsabu fis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-Ġustizzja tal-Awstrija u fis-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaHELP - Amtshelfer für Österreich, li jipprovdi informazzjoni faċli biex tinqara.

Is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSistema ta’ Informazzjoni Legali tar-Repubblika tal-Awstrija tipprovdi t-test tal-liġijiet li ġejjin:

  • L-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti (Gerichtsgebührengesetz – GGG)
  • L-Att dwar id-Drittijiet tat-Tariffi (Gebührenanspruchsgesetz – GebAG)
  • Il-Kodiċi tal-Avukati (Rechtsanwaltsordnung – RAO)
  • L-Att dwar l-Iskali tat-Tariffi Legali (Rechtsanwaltstarifgesetz – RATG)

It-test tal-Kriterji Ġenerali tat-Tariffi tal-Avukati (Allgemeine Honorar-Kriterien für Rechtsanwälte – AHK) jinsab fil-portal tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKamra tal-Avukati Awstrijaka.

Fejn nista’ nsib informazzjoni dwar it-tul ta’ żmien medju li jieħdu proċeduri differenti?

Jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Ministeru tal-Ġustizzja Awstrijak direttament għal dan it-tip ta’ informazzjoni.

Fejn nista’ nsib informazzjoni dwar l-ispiża medja aggregata għal proċediment partikolari?

It-tariffi tal-qorti pagabbli għal kull tip ta’ proċediment jiġu stabbiliti minn qabel (mill-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti). Dawn jistgħu jinbidlu jekk il-valur tat-tilwima jitla’ jew jinżel. Fi proċedimenti ċivili, il-qorti tiddetermina liema tariffi u spejjeż (tariffi tal-avukati, tariffi tal-esperti, spejjeż ta’ interpretazzjoni/traduzzjoni) għandhom jitħallsu mill-parti telliefa lill-parti rebbieħa. Il-qorti tiddeċiedi abbażi tal-Att dwar l-Iskali tat-Tariffi Legali (għat-tariffi tal-avukati) u l-Att dwar id-Drittijiet tat-Tariffi (għal spejjeż ta’ esperti u interpreti/tradutturi). L-ispejjeż ikunu fil-biċċa l-kbira bbażati fuq in-nefqa involuta u fuq il-ħin meħud. Għalhekk, ma tistax tingħata ċifra speċifika minn qabel. Fil-prinċipju, it-tariffa li trid titħallas mill-klijent lill-avukat tista’ tiġi miftiehma liberament bejniethom.

Taxxa fuq il-Valur Miżjud

Fejn nista’ nsib informazzjoni dwar il-VAT? X’inhuma r-rati applikabbli?

Is-servizzi tal-avukati huma soġġetti għat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT). Il-VAT fl-Awstrija hija ta’ 20%. Bħall-ispejjeż l-oħrajn, dan irid jitħallas mill-avukati separatament, kif stipulat fl-Artikolu 16 tal-Att dwar l-Iskali tat-Tariffi Legalil-Artikolu 17 tal-Kriterji Ġenerali tat-Tariffi tal-Avukati. L-iskali ta’ tariffi stabbiliti fl-Att dwar l-Iskali tat-Tariffi Legali u l-Kriterji Ġenerali tat-Tariffi ma jinkludux it-taxxa fuq il-valur miżjud.

Għajnuna legali

Limitu ta' dħul applikabbli fil-qasam tal-ġustizzja ċivili

L-eliġibbiltà għall-għajnuna legali (Verfahrenshilfemhix ibbażata fuq limitu ta’ dħul statutorju. Fi proċedimenti ċivili (u fi kwistjonijiet kummerċjali), l-għajnuna legali hija rregolata mill-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili tal-Awstrija. Id-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili japplikaw mutatis mutandis fi proċedimenti ta’ ġuriżdizzjoni volontarja. Id-deċiżjoni li tingħata għajnuna legali tittieħed mill-qorti tal-ewwel istanza.

L-għajnuna legali tingħata lil parti biss jekk id-dħul tagħha, iċ-ċirkostanzi finanzjarji u l-obbligi ta’ manteniment ikunu tali li ma tkunx tiflaħ tħallas l-ispiża tal-proċedimenti legali mingħajr ma tieħu mil-livell ta’ riżorsi meħtieġa biex jinżamm standard tal-għajxien modest. L-għajnuna legali ma għandhiex tingħata jekk l-azzjoni legali jew id-difiża tkun jidher li tkun manifestament vessatorja jew nieqsa minn kwalunkwe prospett li tirnexxi. Il-qorti tiddeċiedi liema mill-benefiċċji elenkati hawn taħt iridu jingħataw f’kull każ individwali.

Fl-Awstrija, l-għajnuna legali tista’ tinkludi:

  1. eżenzjoni temporanja mill-ħlas tat-tariffi tal-qorti, tariffi ta’ xhieda, esperti u interpreti jew tradutturi, il-ħlas ta’ kwalunkwe avviż pubbliku meħtieġ, l-ispejjeż ta’ fiduċjarju u kwalunkwe nefqa mill-but tar-rappreżentant jew tal-avukat maħtur mill-qorti
  2. rappreżentanza minn avukat.

Fi żmien tliet snin wara li l-proċedimenti jkunu ġew konklużi, il-partijiet li jirċievu l-għajnuna legali jistgħu jkunu meħtieġa jħallsu lura s-somma, kollha kemm hi jew parti minnha, jekk il-pożizzjoni finanzjarja tagħhom tinbidel u issa jkunu f’pożizzjoni li jagħmlu dawk il-ħlasijiet mingħajr ma jieħdu mil-livell meħtieġ ta’ riżorsi tagħhom.

Il-livell limitu ta' dħul applikabbli għall-akkużati u l-vittmi fil-qasam tal-ġustizzja kriminali

Ma jintuża l-ebda limitu finanzjarju fiss biex jiġi ddeterminat jekk l-akkużat, il-vittma tar-reat jew l-attur fi proċedimenti ċivili jkunx intitolat għal għajnuna legali. Manteniment ogħla mill-paga minima għall-għajxien u taħt il-livell ta’ manteniment xieraq huma l-kriterji ta’ gwida. Il-paga minima għall-għajxien tiġi evalwata mill-ġdid b’mod regolari u r-rata attwali tiġi ppubblikata fis-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĠustizzja Awstrijaka.

Kundizzjonijiet marbutin mal-għoti ta’ għajnuna legali lill-vittmi

Meta ma jkun hemm l-ebda dritt għal assistenza ġudizzjarja (Prozessbegleitung) skont l-Artikolu 66(2) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali tal-Awstrija (Strafprozessordnung – StPO), attur fi proċedimenti ċivili jkun intitolat għal għajnuna legali jekk

  • ma jkunx jista’ jaffordja rappreżentanza minn avukat mingħajr ma jieħu mil-livell meħtieġ ta’ riżorsi (ara d-dikjarazzjonijiet dwar il-livell meħtieġ ta’ riżorsi hawn fuq), u
  • ir-rappreżentanza minn avukat tkun fl-interess tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja, u speċjalment fl-interess tal-eżekuzzjoni xierqa tal-pretensjonijiet sabiex jiġu evitati proċedimenti ċivili sussegwenti.

Kundizzjonijiet marbutin mal-għoti ta’ għajnuna legali lill-akkużati

Minbarra l-kundizzjonijiet finanzjarji, l-għajnuna legali trid tkun fl-interess tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja, u speċjalment fl-interessi tad-difiża xierqa.

L-ingaġġar ta’ avukat tad-difiża fi kwalunkwe każ jitqies li huwa fl-interess tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja meta

  • ikun hemm każ ta’ difiża imperattiva (notwendige Verteidigung) skont l-Artikolu 61(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali (ara iktar ’l isfel),
  • jekk l-akkużat ikun għami, trux, mutu, jew b’xi diżabilità oħra jew ma jkollux għarfien suffiċjenti tal-lingwa użata mill-qorti,
  • fil-proċedimenti ta’ appell,
  • il-każ ikun jinvolvi ċirkustanzi fattwali u ġuridiċi kumplessi.

F’każijiet ta’ difiża imperattiva, l-akkużat irid ikun irrappreżentat minn avukat tad-difiża. L-Artikolu 61(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali jagħti lista eżawrjenti tal-każijiet meta d-difiża tkun imperattiva, kif stabbilit mil-liġi:

  1. meta u sakemm l-akkużat ikun qed jinżamm taħt arrest preventiv;
  2. matul il-proċedimenti kollha għal detenzjoni f’istituzzjoni għal trażgressuri bi problemi mentali;
  3. fi proċedimenti proċesswali għal detenzjoni f’istituzzjoni għal trażgressuri dipendenti li jeħtieġu riabilitazzjoni jew f’istituzzjoni għal trażgressuri reċidivi perikolużi;
  4. fi proċedimenti proċesswali quddiem qorti reġjonali meta tkun f’seduta b’assessuri li ma jkunux ġejjin mill-kamp legali jew b’ġurija;
  5. fi proċedimenti proċesswali quddiem qorti reġjonali meta jkun hemm seduta bi mħallef wieħed, jekk is-sentenza li tista’ tiġi imposta tammonta għal iktar minn tliet snin priġunerija, ħlief fil-każijiet ta’ serq bi żgass imsemmi fl-Artikolu 129(1)-(3) tal-Kodiċi Kriminali tal-Awstrija (Strafgesetzbuch – StGB) u ta’ riċeviment ta’ oġġetti misruqa msemmi fl-Artikolu 164(4) tal-Kodiċi Kriminali;
  6. f’interrogazzjoni kontradittorja (§ 165), meta din tifforma parti mid-difiża imperattiva fi proċedimenti proċesswali f’konformità mal-punti 3 sa 5, f’appell kontra sentenza ta’ qorti b’assessuri mhux mill-kamp legali jew bil-ġurija;
  7. għall-preżentazzjoni ta’ rikors għal ritrattazzjoni u għal kull smigħ pubbliku dwar ir-rikors.

Proċedimenti tal-qorti mingħajr spejjeż

Sabiex jiġu protetti d-drittijiet ta’ vittma fi proċedimenti kriminali, tista’ tingħata assistenza psikosoċjali jew assistenza ġudizzjarja mingħajr ħlas, jekk tintalab, għall-vittmi ta’ atti vjolenti, theddid perikoluż jew reati sesswali, u l-konjuġi, sieħeb, qarib fil-linja diretta jew l-aħwa ta’ persuna li l-mewt tagħha setgħet ġiet ikkawżata minn reat kriminali, jew qraba oħra li kienu xhieda tar-reat kriminali. Il-vittmi ta’ reati sesswali taħt l-14-il sena huma intitolati għal assistenza mingħajr ħlas fil-każijiet kollha, mingħajr ma jkollhom għalfejn jitolbuha. L-assistenza psikosoċjali tkopri t-tħejjija tal-vittma għall-proċedimenti u għall-piż emozzjonali kkawżat mill-proċedimenti. Assistenza psikosoċjali u ġudizzjarja tingħata minn organizzazzjonijiet ta’ appoġġ għall-vittmi ikkuntrattati mill-Ministeru Federali tal-Ġustizzja skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 66 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali.

Fi proċedimenti ta’ ġuriżdizzjoni volontarja, ma tkun dovuta l-ebda tariffa għall-ħatra ta’ fiduċjarju (Sachwalter) jew fi proċedimenti dwar kustodja u aċċess. Ma tkun dovuta l-ebda tariffa lanqas għal proċedimenti skont l-Att dwar it-Tqegħid f’Istituzzjoni (Unterbringungsgesetz) jew l-Att dwar il-Kura Residenzjali (Heimaufenthaltsgesetz). Meta parti jkollha dħul baxx u assi limitati, fir-rigward tat-tariffi li jridu jitħallsu, l-għajnuna legali tista’ tingħata fil-forma ta’ eżenzjoni proviżorja mit-tariffi. L-iskala tal-eżenzjoni mogħtija tiddependi mit-talba u hija fid-diskrezzjoni tal-qorti.

Il-parti telliefa, meta jkollha tħallas l-ispejjeż tal-parti rebbieħa?

Proċedimenti kontenzjużi

L-ispejjeż fi proċedimenti ċivili (inklużi f’kawżi kummerċjali), huma rregolata mill-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili tal-Awstrija. Dan jipprevedi li, b’mod ġenerali, kull parti trid inizjalment tħallas l-ispejjeż imġarrba mill-parteċipazzjoni tagħha fil-proċedimenti. Spejjeż imġarrbin b’mod reċiproku inizjalment iridu jinqasmu b’mod ugwali bejn il-partijiet. Meta l-qorti tiddeċiedi l-kawża hija tagħti ordni dwar l-ispejjeż. Il-prinċipju huwa li l-ispejjeż ikunu konċessi lill-parti rebbieħa. Parti li titlef kawża f’kull mod trid tikkumpensa lill-parti l-oħra għat-tariffi u l-ispejjeż kollha meħtieġa għall-prosekuzzjoni xierqa jew għad-difiża tal-kawża. Jekk il-partijiet ikunu rnexxew f’xi wħud mit-talbiet tagħhom u ma rnexxewx f’oħrajn, l-ispejjeż jitpaċew jew jinqasmu proporzjonalment.

Tbegħid mill-prinċipju li l-ispejjeż jingħataw lill-parti rebbieħa jkun iġġustifikat f’ċerti każijiet:

  • fil-każ ta’ telfa fuq punt relattivament minuri, jekk il-parti tal-azzjoni li tkun miċħuda ma tkun ikkawżat l-ebda spiża partikolari;
  • jekk l-ammont tat-talba jiġi ddeterminat minn esperti, jew ikun fid-diskrezzjoni tal-qorti, u meta l-ispejjeż jitpaċew;
  • jekk l-aġir tal-konvenut ma jkun ta lok għall-ftuħ ta’ kawża u jkun irrikonoxxa t-talba mal-ewwel opportunità;
  • jekk waħda mill-partijiet tkun ikkawżat li l-proċedimenti jiġu kkanċellati jew li jiġu ddikjarati nulli u bla effett, dik il-parti tista’ tintalab tħallas l-ispejjeż kollha.

Proċedimenti ta’ ġuriżdizzjoni volontarja

Kwistjonijiet tad-dritt tal-familja (manteniment, drittijiet ta’ aċċess u proċedimenti ta’ kustodja u divorzju kunsenswali) jiġu ttrattati fi proċedimenti ta’ ġuriżdizzjoni volontarja. Ir-regoli ġenerali dwar l-ispejjeż fi proċedimenti ta’ ġuriżdizzjoni volontarja jinsabu fl-Artikolu 78 tal-Att dwar il-Proċedimenti ta’ Ġuriżdizzjoni Volontarja. Iżda hemm eċċezzjonijiet għal dawn ir-regoli għal ħafna tipi ta’ proċedimenti. Hawnhekk ukoll, normalment japplika l-prinċipju li jenħtieġ li l-ispejjeż jingħataw lill-parti rebbieħa, iżda jistgħu jingħataw b’mod differenti għal raġunijiet ta’ ekwità.  Jekk ma jintalab l-ebda kumpens, spejjeż mill-but (eż. tariffi għall-esperti) iridu jitħallsu b’mod proporzjonali mas-sehem fil-każ. Jekk dan is-sehem ma jkunx jista’ jiġi ddeterminat, iridu jinqasmu b’mod ugwali.

Dettalji għat-tipi varji ta’ proċediment (manteniment, drittijiet ta’ aċċess u proċedimenti ta’ kustodja u divorzju):

  1. Fir-rigward tal-proċedimenti tad-divorzju, trid issir distinzjoni bejn divorzju kkontestat u divorzju kunsenswali.

Divorzju kkontestat: Id-dispożizzjonijiet speċjali tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili tal-Awstrija japplikaw għad-divorzji kkontestati. Jekk l-ebda waħda mill-partijiet ma tinstab li taħti għad-divorzju, l-ispejjeż jitpaċew. Jekk ir-raġuni għad-divorzju tkun it-tkissir taż-żwieġ, u jekk is-sentenza jkun fiha deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà għat-tqassim, il-parti ħatja trid tħallas l-ispejjeż l-oħra.

Divorzju kunsenswali: Ir-regoli dwar il-proċedimenti ta’ ġuriżdizzjoni volontarja japplikaw għad-divorzju b’kunsens reċiproku. F’dan il-każ, il-miżżewġin jissottomettu żewġ talbiet identiċi lill-qorti. Peress li ma hemmx proċedura kontradittorja, ma jkunx hemm lok li jiġu konċessi l-ispejjeż. L-ispejjeż mill-but iridu jitħallsu b’mod ugwali mill-partijiet.

  1. Il-proċedimenti ta’ kustodja u ta’ aċċess huma wkoll proċedimenti ta’ ġuriżdizzjoni volontarja. Bis-saħħa ta’ klawżola ta’ eżenzjoni (l-Artikolu 107(5) tal-Att dwar il-Proċedimenti ta’ Ġuriżdizzjoni Volontarja), ma jingħatawx spejjeż f’dan it-tip ta’ proċedimenti.
  2. Bis-saħħa ta’ klawżola ta’ eżenzjoni oħra (l-Artikolu 101 (2) tal-Att dwar il-Proċedimenti ta’ Ġuriżdizzjoni Volontarja), ma jingħatawx spejjeż fi proċedimenti li jikkonċernaw talbiet ta’ manteniment għal tfal taħt l-età.

Proċedimenti kriminali

Fil-proċedimenti kriminali, kull persuna li tkun rappreżentata minn avukat difensur jew minn rappreżentant ieħor għandha ġġarrab l-ispejjeż hija stess, anke jekk l-avukat ikun inħatar mill-qorti (l-Artikolu 393(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali).

Sentenza li tikkundanna lill-akkużat trid tordna wkoll lill-akkużat biex iħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti kriminali (l-Artikolu 389(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali). Skont Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Artikolu 381(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali, fi proċedimenti kriminali jistgħu jiġġarrbu l-ispejjeż li ġejjin:

  1. tariffa b’rata fissa bħala sehem tal-ispejjeż tal-proċedimenti kriminali, mhux spjegata ulterjorment iktar ’l isfel, inklużi l-ispejjeż tal-investigazzjoni u tal-ordnijiet maħruġa mill-prosekutur pubbliku jew mill-qorti biex jitwettqu atti uffiċjali, li l-Artikolu 381(3) jillimita għall-ammonti massimi li ġejjin: fil-proċedimenti quddiem il-qorti reġjonali b’ġurija, minn EUR 500 sa EUR 10 000; fi proċeduri quddiem il-qorti reġjonali b’assessuri mhux mill-kamp legali, minn EUR 250 sa EUR 5 000; fi proċeduri quddiem il-qorti reġjonali bi mħallef wieħed, minn EUR 150 sa EUR 3 000; u fi proċedimenti quddiem il-qorti distrettwali, minn EUR 50 sa EUR 1 000;
  2. it-tariffi tal-esperti u b’mod ġenerali it-tariffi tal-interpreti wkoll;
  3. l-ispejjeż għall-informazzjoni, ir-rapporti jew l-opinjonijiet pprovduti mill-awtoritajiet pubbliċi;
  4. l-ispejjeż għat-trasport tal-akkużat jew tax-xhieda minn barra l-pajjiż;
  5. l-ispejjeż dovuti għal ordni ta’ ffriżar u spejjeż għal informazzjoni dwar kontijiet bankarji, għall-qbid ta’ ittri, għal informazzjoni dwar data ta’ telekomunikazzjoni, u għall-interċettazzjoni tat-telekomunikazzjoni;
  6. l-ispejjeż relatati mal-eżekuzzjoni tas-sentenza, inklużi l-ispejjeż għat-trasferiment tal-priġunieri lejn sistema penali domestika jew barranija, esklużi l-ispejjeż tal-eżekuzzjoni tal-piena ta’ kustodja;
  7. it-tariffi tal-qorti relatati mal-proċedimenti kriminali;
  8. l-ispejjeż tal-avukat difensur jew tar-rappreżentanti l-oħra;
  9. tariffa b’rata fissa fir-rigward tal-ispejjeż għall-assistenza mogħtija lill-vittma, sa EUR 1 000.

Bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż elenkati fit-tielet, fis-seba’ u fid-disa’ punti ta’ iktar ’il fuq, dawn l-ispejjeż jitħallsu mill-awtoritajiet federali. Meta tiddeċiedi dwar it-tariffa b’rata fissa skont l-Artikolu 381(1)(9), il-qorti tqis il-kapaċità ekonomika tal-persuna responsabbli. L-ispejjeż għas-servizzi ta’ interpretu ma għandhomx għalfejn jitħallsu lura mill-akkużat.

L-Artikolu 391(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali, madankollu, jipprevedi li l-ispejjeż tal-proċedimenti kriminali jridu jiġu rkuprati mill-persuna kkundannata sakemm dan ma jipperikolax ir-riżorsi meħtieġa għall-persuna kkundannata u għall-familja tagħha biex iżommu livell ta’ għajxien modest jew il-kapaċità tagħhom li jħallsu kumpens għad-dannu kkawżat. Jekk l-ispejjeż ma jkunux jistgħu jiġu rkuprati minħabba n-nuqqas ta’ mezzi tal-persuna kkundannata, il-qorti tista’ tiddikjara li l-ispejjeż mhumiex irkuprabbli. Jekk il-qorti tiddeċiedi li l-ispejjeż jkunu se jsiru rkuprabbli fil-futur, iżda sa dak il-mument ma jkunux irkuprabbli, il-kapaċità ekonomika tal-persuna kkonċernata trid tiġi rieżaminata wara ċertu perjodu. Il-perjodu ta’ preskrizzjoni statutorju applikabbli għall-irkupru tal-ispejjeż huwa ta’ ħames snin wara li tkun ingħatat id-deċiżjoni finali fil-proċedimenti. Jekk il-qorti tiddeċiedi li l-persuna kkundannata jkollha tħallas l-ispejjeż tal-proċedimenti u sussegwentement joħroġ li ma tkunx f’pożizzjoni li dan tagħmlu, l-awtoritajiet jistgħu jestendu l-iskadenza għall-ħlas, jippermettu ħlas bin-nifs, jew inaqqsu l-ispejjeż.

Jekk il-persuna kkundannata tkun obbligata mis-sentenza tal-qorti kriminali li tħallas tal-inqas kumpens parzjali lil parti ċivili, hija għandha tħallas lura wkoll l-ispejjeż imġarrba mill-parti ċivili fil-proċedimenti kriminali.

Skont l-Artikolu 393a tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali, akkużat illiberat jista’ jitlob kontribuzzjoni mill-awtoritajiet federali għall-ispejjeż tal-avukat tiegħu. Dan ikopri l-infiq monetarju li ikun effettivament sar u ħlas b’rata fissa fir-rigward tal-ispejjeż tal-avukat difensur. Il-ħlas b’rata fissa jiġi ddeterminat fid-dawl tal-grad u tal-kumplessità tad-difiża u tal-ambitu tas-servizzi neċessarji u xierqa pprovduti mill-avukat difensur, u ma jistax jaqbeż l-ammonti li ġejjin: fil-proċedimenti quddiem il-qorti reġjonali b’ġurija, EUR 10 000; fil-proċedimenti quddiem il-qorti reġjonali b’assessuri mhux mill-kamp legali, EUR 5 000; fi proċedimenti quddiem il-qorti reġjonali bi mħallef wieħed, EUR 3 000; u fi proċedimenti quddiem il-qorti distrettwali, EUR 1 000.

Meta proċedimenti kriminali jinbdew permezz ta’ prosekuzzjoni privata jew wara rikors ta’ parti ċivili skont l-Artikolu 72 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali, u ma jwasslux għal kundanna, il-persuna li tressaq il-prosekuzzjoni privata jew il-parti ċivili tkun obbligata tħallas l-ispejjeż kollha kkawżati mill-ftuħ jew il-kontinwazzjoni tal-kawża. Jekk il-proċedimenti kriminali jintemmu bi ftehim (Diversion) (l-Artikoli minn 198 sa 209 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali), il-parti ċivili ma jkollux għalfejn iħallas l-ispejjeż.

Tariffi tal-esperti

Fi proċedimenti ċivili kontenzjużi (inklużi kawżi kummerċjali), it-tariffi tal-esperti jitpaċew jew jinqasmu b’mod proporzjonat skont il-grad ta’ rebħ jew telf tal-parti (l-Artikolu 43(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili).

Fil-proċedimenti tad-divorzju kkontestati meta s-sentenza ma tieħu l-ebda deċiżjoni dwar ir-responsabbiltà, l-ispejjeż mill-but iridu jitpaċew. Jekk parti minnhom tkun ħallset aktar minn nofs in-nefqa monetarja, il-parti l-oħra trid trodd lura l-eċċess. Iżda jekk wieħed mill-konjuġi jinstab li jkun jaħti, dik il-parti trid tirrimborża t-tariffi tal-espert tal-parti l-oħra.

Fil-proċeduri li ġejjin, it-tariffi ta’ kwalunkwe espert inizjalment imħallsa minn fondi uffiċjali jridu jiġu rrimborżati lill-qorti mill-partijiet li jkunu kkawżawhom jew li l-azzjoni uffiċjali tkun ittieħdet fl-interess tagħhom: proċedimenti ta’ divorzju kunsenswali, proċedimenti ta’ kustodja u ta’ aċċess, u proċedimenti li jikkonċernaw talbiet ta’ manteniment għal tfal taħt l-età. Jekk bosta persuni jkunu obbligati jirrimborżaw l-ispejjeż, huma jkunu responsabbli b’mod konġunt (l-Artikolu 1 (5) tal-Att dwar il-Ħlasijiet tal-Qorti (Gerichtliches Einbringungsgesetz – GEG) flimkien mal-Artikolu 2(1) tal-istess Att).

L-ammont ta’ tariffi tal-esperti huwa rregolat mill-Att dwar id-Drittijiet tat-Tariffi. Kull każ speċifiku jiddependi essenzjalment mill-kontenut u mill-ambitu tar-rapport mitlub mill-qorti.

Fi proċedimenti kriminali, it-tariffi tal-esperti jiffurmaw parti mill-ispejjeż tal-qorti (l-Artikolu 381(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali) li skont l-Artikolu 389(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali jridu jitħallsu mill-persuna kkundannata. It-tariffi tal-esperti jiġu ddeterminati mill-qorti jew mill-prosekutur pubbliku u jitħallsu mill-awtoritajiet federali.

It-tariffi tat-tradutturi u tal-interpreti

L-ispjegazzjoni mogħtija hawn fuq tapplika wkoll għat-tariffi tat-tradutturi u tal-interpreti.

Dokumenti relatati

Studju dwar it-trasparenza tal-ispejjeż: Ir-rapport tal-pajjiż: L-Awstrija PDF(829 Kb)en

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaL-Artikolu 32 tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti

L-aħħar aġġornament: 27/02/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura tal-ħlas Ewropea - Polonja

Introduzzjoni

Liema tip ta’ tariffi tal-qorti għandhom jitħallsu?

Kemm għandi nħallas?

X’jiġri jekk ma nħallasx fil-ħin?

Kif tħallas tariffa tal-qorti

Il-passi li jmiss

Introduzzjoni

It-tariffi fil-proċedimenti ċivili huma regolati mill-Att dwar l-Ispejjeż tal-Qrati (Kawżi Ċivili) tat-28 ta’ Lulju 2005 (test konsolidat: Ġurnal tal-Liġijiet 2014, partita 1025). Bħala regola, trid titħallas tariffa għal kull dikjarazzjoni ta’ talba li tiġi ppreżentata, inkluż talbiet ippreżentati bħala parti mill-proċedimenti regolati mir-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea (l-EOP). Il-liġi Pollakka tipprovdi għall-possibiltà li ssir talba għal eżenzjoni minn dawn l-ispejjeż fl-Att li għadna kif semmejna (Titolu IV - Eżenzjoni mill-ispejjeż tal-qorti).

Liema tip ta’ tariffi tal-qorti għandhom jitħallsu?

It-tariffa applikabbli fil-każ tal-EOP hija tariffa proporzjonali.

Kemm għandi nħallas?

F’każijiet li jikkonċernaw drittijiet fuq propjetà u ammonti sa 5% tal-ammont tal-kawża titħallas tariffa proporzjonali (jiġifieri l-ammont speċifikat fid-dikjarazzjoni tat-talba); madankollu, ma tistax tkun inqas minn PLN 30 jew iktar minn PLN 100 000. F’każ ta’ talba biex tiġi miċħuda EOP, titħallas nofs it-tariffa.

X’jiġri jekk ma nħallasx fil-ħin?

Skont l-Artikolu 1262(1) tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili tas-17 ta’ Novembru 1964 (Ġurnal tal-Liġijiet Nru 43, partita 269, kif emendat), il-qorti ma tieħux miżuri b’rispons għal dokumenti proċedurali li fuqu ma tħallsitx it-tariffa. Fi kliem ieħor, it-tariffa trid titħallas meta jiġi ppreżentat id-dokumenti proċedurali (dikjarazzjoni tat-talba) mal-qorti li għandha ġuriżdizzjoni jew meta jrid jiġi ppreżentat rikors għal eżenzjoni mill-ispejjeż tal-qorti.

Il-konsegwenzi proċedurali għan-nuqqas ta’ ħlas tat-tariffi għal dokumenti proċedurali huma speċifikati, fl-Il-paġna tiftaħ f’tieqa ġdidaIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaArtikoli 130 u Il-paġna tiftaħ f’tieqa ġdidaIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdida1302 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, fost oħrajn.

Skont l-Artikolu 130 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, jekk id-dokument proċedurali (inkluż id-dikjarazzjoni tat-talba) ma jistgħux jiġu proċessati minħabba nuqqas ta’ ħlas tat-tariffa, l-imħallef presedenti jsejjaħ lill-partijiet biex iħallsu fi żmien ġimgħa, inkella fin-nuqqas jiġi mibgħut lura id-dokument. Jekk id-dokument proċedurali ġie ppreżentat minn persuna li tgħix barra l-pajjiż li ma għandha l-ebda rappreżentant fil-Polonja, l-imħallef presedenti għandu jispeċifika limitu taż-żmien għall-ħlas tat-tariffa, li ma jistax ikun iqsar minn xahar. Jekk it-tariffa ma titħallasx fil-ħin, il-dokument proċedurali jintbagħat lura lill-parti. Jekk it-tariffa titħallas fil-ħin, id-dokument proċedurali jipproduċi l-effetti legali mid-data tal-preżentata tiegħu.

Skont l-Artikolu 1302 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, dokument proċedurali ppreżentat minn avukat jew avukat tal-privattivi li ma tħallsitx it-tariffa tiegħu jiġi ritornat mingħajr sejħa għall-ħlas jekk it-tariffa hija fissa jew proporzjonali għall-ammont tat-tilwima kif speċifikat mill-parti. Madankollu, jekk it-tariffa għad-dokument proċedurali titħallas fi żmien ġimgħa min-notifika tad-deċiżjoni biex jiġi ritornat id-dokument, id-dokument ikollu effetti legali mid-data li fiha ġie ppreżentat.

Kif tħallas tariffa tal-qorti

L-arranġamenti għall-ħlas tat-tariffi tal-qorti f’kawżi ċivili huma regolati mill- Il-paġna tiftaħ f’tieqa ġdidaIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOrdinanza tal-Ministru għall-Ġustizzja tal-31 ta’ Jannar 2006 li tistabbilixxi l-arranġamenti għall-ħlas tat-tariffi tal-qorti f’kawżi ċivili (Ġurnal tal-Liġijiet Nru 27, partita 199), li qiegħda timplimenta l-leġiżlazzjoni għall-imsemmi Att dwar l-Ispejjeż tal-Qorti (Kawżi Ċivili).

It-tariffi tal-qorti f’kawżi ċivili jistgħu jitħallsu f’forma mhux bi flus kontanti fil-kont kurrenti tal-qorti li għandha ġuriżdizzjoni (id-dettalji tal-kont jistgħu jinkisbu direttament mill-qorti jew minn fuq is-sit elettroniku tagħha jew dak tal-Ministeru tal-Ġustizzja), direttament fl-uffiċċju tal-kaxxier tal-qorti jew fil-forma ta’ bolol tat-tariffi tal-qorti li jistgħu jinxtraw mill-uffiċċju tal-kaxxier tal-qorti.

Il-passi li jmiss

Hekk kif jitħallsu t-tariffi u jiġu solvuti l-irregolaritajiet, il-qorti toħroġ ordni għal ħlas Ewropea.

L-aħħar aġġornament: 03/04/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura tal-ħlas Ewropea - Rumanija

Introduzzjoni

Liema tariffi japplikaw?

Kemm għandi nħallas?

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

Introduzzjoni

Il-Proċedura Ewropea għal Ordni ta’ Ħlas hija regolata mir- Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea.

Fir-rigward tas-sistema tal-bolol tal-qorti, jekk jogħġbok ara li dawn huma regolati mill-Ordni ta’ Emerġenza Nru 80/2013, li ilha fis-seħħ mis-26 ta’ Ġunju 2013. Dan l-att leġiżlattiv ġie adottat wara l-emenda flil-qafas ġuridiku għat-tmexxija tal-proċedimenti ċivili bl-adozzjoni tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili u bl-eżekuzzjoni tal-istituzzjonijiet il-ġodda adottati mil-Kodiċi Ċivili.

It-tariffi għat-timbri tal-qorti għandhom jitħallsu mill-persunu fiżiċi u ġuridiċi kollha u jitħallsu għas-servizzi mogħtija mill-qrati kif ukoll mill-Ministeru tal-Ġustizzja (Ministerul Justiției) u l-Uffiċċju tal-Prosekutur mehmuż mal-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja (Parchetul de pe lângă Înalta Curte de Casație și Justiție).

It-tariffi għat-timbri tal-qorti jistgħu jitħallsu onlajn fir-Rumanija, madankollu din is-sistema ta’ ħlas elettroniku għadha ma taħdimx fil-prattika s’issa.

Liema tariffi japplikaw?

It-tariffi għat-timbri tal-qorti huma dovuti kemm għall-proċedimenti fl-ewwel istanza u l-appelli skont il-liġi.

Il-persuni fiżiċi jista’ jkollhom dritt, fuq talba, għal skontijiet fuq, eżenzjonijiet minn u skemi ta’ ħlas bin-nifs għall-ħlas tat-tariffi tat-timbri tal-qorti skont l-Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 51/2008 dwar l-għajnuna legali pubblika f’materji ċivili, kif approvat emendat u supplimentat mil-Liġi Nru 193/2008 kif sussegwentement emendat u supplimentat. Il-persuni ġuridiċi jistgħu jingħataw faċilitajiet għall-ħlas tat-tariffi tat-timbri tal-gvern skont l-Artikolu 42(2) tal-Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 80/2013.

Kemm għandi nħallas?

Fl-istat kurrenti tal-liġi, it-tariffa tat-timbri tal-qorti sabiex issir applikazzjoni għal Ordni ta’ Ħlas Ewropea hija stabbilita fl-Artikolu 3 tal-Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 80/2013, kif ġej:

  1. sal-valur massimu ta’ RON 500 - 8% iżda mhux inqas minn RON 20;
  2. bejn RON 501 u RON 5 000 - RON 40 + 7% għall-valuri li jaqbżu RON 500;
  3. bejn RON 5 001 u RON 25 000 - RON 355 + 5 % għall-valuri li jaqbżu RON 5 000;
  4. bejn RON 25 001 u RON 50 000 - RON 1 355 + 3 % għall-valuri li jaqbżu RON 25 000;
  5. bejn RON 50 001 u RON 250 000 - RON 2 105 + 2 % għall-valuri li jaqbżu RON 50 000;
  6. il-fuq minn RON 250 000 - RON 6 105 + 1 % għall-valuri li jaqbżu RON 250 000.

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Skont l-Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 80/2013, it-tariffa tat-timbri tal-qorti hija pagabbli bil-quddiem. Jekk ir-rikorrent ma jissodisfax l-obbligi tiegħu biex iħallas it-tariffa mal-iskadenza stabbilita mil-liġi jew mill-qorti, ir-rikors jiġi annullat għaliex mhux ittimbrat jew, fejn applikabbli, riżolti fil-limiti tat-tariffa tal-qort mħallsa legalment. Barra minn hekk, jekk ir-rikors għall-faċilitajiet għall-ħlas tat-tariffa tat-timbru tal-qorti ġie miċħud, u r-rikorrent għadu ma ħallasx it-tariffa għat-timbru tal-qorti dovuta fiż-żmien stabbilit, kif stipulat mill-qorti, u ma għandux prova li ħallas fl-atti tal-kawża, il-qorti tannulla r-rikors għaliex mhux ittimbrat.

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

It-tariffi għat-timbri tal-qorti jistgħu jitħallsu mill-persuna li trid tħallasha bi flus kontanti, bi trasferiment bankarju jew inlajn f’kont tad-dħul tal-baġit lokali partikolari jiġifieri “it-tariffi tat-timbri tal-Qort u tariffi oħra” tal-unità amministrattiva territorjali fejn il-persuna fiżika għandha d-domiċilju jew ir-residenza tagħha jew, fejn applikabbli, fejn għandha l-uffiċċju rreġistrat il-persuna ġuridika. L-ispejjeż assoċjati mat-trasferiment tal-ammonti dovuti bħala tariffi għat-timbri tal-qorti jitħallsu mid-debitur.

Jekk il-persuna li trid tħallas it-tariffa tat-timbru tal-qorti ma għandiex la domiċilju, la residenza u l-anqas uffiċċju rreġistrat, fejn applikabbli, fir-Rumanija, it-tariffa tat-timbru tal-qorti titħallas fil-kont tal-baġit lokali tal-unità amministrattiva territorjali li tkopri l-uffiċċju rreġistrat tal-qorti fejn tinfetaħ il-kawża jew jiġi ppreżentat ir-rikors.

It-taxxa tal-boll jitħallsu fi flus kontanti fid-direttorati tat-tariffi u tat-taxxi tal-unitajiet amministrattivi territorjali fejn il-persuna fiżika għandha d-domiċilju jew ir-residenza tagħha, jew fejn għandha l-uffiċċju rreġistrat il-persuna ġuridika.

Barra minn hekk, it-taxxa tal-boll titħallas permezz ta’ trasferiment bankjarju u onlajn.

S’issa għadha ma ġietx implimentata l-ebda sistema elettronika fir-Rumanija għall-ħlas tat-taxxa tal-boll tal-qorti għalkemm dan il-metodu huwa regolat bil-liġi.

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

L-irċevuta għall-ħlas tat-taxxa tal-boll, li tinħareġ għall-ħlasijiet fi flus kontanti, jew money order, tiġi ppreżentata meta tinfetaħ il-kawża.

L-irċevuti jew, fejn applikabbli, il-money orders għat-taxxa tal-boll tal-qorti ma għandhomx l-ebda format standard għaliex jinħarġu fil-format aċċettat mill-unità fejn isir il-ħlas.

Meta t-taxxa tal-boll tal-qorti titħallas wara li l-qorti tkun innotifikat lir-rikorrent f’dan ir-rigward, huwa għandu jinkludi fl-atti tal-kawża il-prova tal-ħlas tat-taxxa tal-boll fi żmien 10 ijiem min-notifika.

Il-prova tal-ħlas tat-taxxa tal-boll tista’ tiġi ppreżentata personalment fl-uffiċċju rreġistrat tal-qorti, jew b’ittra elettronika, fejn jiġi indikat in-numru tal-fajl (tal-kawża) li għalih qed isir il-ħlas, għaliex l-istess numru tal-kawża jiġi indikat fuq in-notifika li ssir mill-qorti fuq il-parti kkonċernata.

L-aħħar aġġornament: 02/04/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura tal-ħlas Ewropea - Slovenja

Dħul

Liema tariffi huma applikabbli?

Kemm se nħallas?

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qrati fil-ħin?

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qrati?

X’nagħmel wara l-ħlas?

Dħul

It-tariffi tal-qorti applikabbli fil-proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea huma pprovduti fl-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti Slovena (Zakon o sodnih taksah) (Uradni list RS (Gazzetta tar-Repubblika tas-Slovenja) Nri 37/08, 97/10, 63/13, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida58/14 — Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida19/15 — Deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali, 30/16 u 10/17-ZPP-E (Att li Jemenda l-Att dwar il-Proċedura Ċivili); minn hawn ’il quddiem imsejjaħ: iż-ZST-1), il-liġi ġenerali dwar it-tariffi tal-qrati.

Iz-ZST-1 (Artikolu 6) jipprovdi bażi legali għall-ħlas ta’ tariffi tal-qorti bl-użu ta’ flus kontanti, flus elettroniċi u mezzi oħra validi ta’ ħlas, li japplika wkoll għall-ħlas ta’ tariffi skont il-proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea. Fil-prattika, it-tariffi tal-qorti jistgħu jitħallsu elettronikament permezz tas-servizzi ta’ ħlas bl-internet ta’ banek individwali.

Liema tariffi huma applikabbli?

Skont il-proċedura tal-ordni ta’ ħlas Ewropea, tariffa ta’ darba tal-qorti tapplika għall-proċedimenti kollha. Il-persuna responsabbli għall-ħlas tat-tariffa tal-qrati huwa r-rikorrent, u l-ħlas għandu jsir fil-ħin tal-preżentazzjoni tar-rikors dwar l-ordni ta’ ħlas Ewropea lill-qorti.

Kemm se nħallas?

L-ammont tat-tariffa tal-qrati skont il-proċedura tal-ordni ta’ ħlas Ewropea li r-rikorrent irid iħallas meta jippreżenta rikors lill-qorti jiddependi fuq il-valur tat-talba.

Il-kwozjent hija 1,2 (l-intestatura tariffarja 1301 tat-tariffa tal-miżata skont iz-ZST-1), u t-tariffa tiġi kkalkulata skont it-tabella pprovduta fl-Artikolu 16 taz-ZST-1. Peress li hemm ħafna klassijiet ta’ valur, dawn kollha ma jistgħux jiġu elenkati hawnhekk fid-dettall.

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qrati fil-ħin?

Jekk ir-rikorrent jonqos milli jħallas it-tariffa tal-qrati fil-ħin, il-qorti xorta waħda twettaq il-proċedimenti, u t-tariffa tal-qrati mbagħad tiġi infurzata fejn meħtieġ.

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qrati?

Iz-ZST-1 (Artikolu 6) jipprovdi bażi legali għall-ħlas ta’ tariffi tal-qorti bl-użu ta’ flus kontanti, flus elettroniċi u mezzi oħra validi ta’ ħlas, li japplika wkoll għall-ħlas ta’ tariffi skont il-proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea.

Fil-prattika, it-tariffi tal-qrati jistgħu jitħallsu elettronikament permezz tas-servizzi ta’ ħlas bl-internet ta’ banek individwali, jew jistgħu jitħallsu direttament permezz tal-fornitur tas-servizzi tal-ħlas jew tal-kaxxier tal-qorti (bl-użu ta’ flus kontanti jew terminal POS).

Kull bank għandu s-servizz ta’ pagament tal-web tiegħu stess biex isiru l-pagamenti elettroniċi.

Il-persuna responsabbli tista’ tħallas it-tariffa tal-qrati minn qabel, jiġifieri mal-preżentata tar-rikors għall-ftuħ ta’ proċedimenti fil-qorti, jew tista’ tippreżenta r-rikors lill-qorti u tistenna li l-qorti tibgħatlu avviż ta’ ħlas bl-ammont applikabbli u d-data l-oħra kollha meħtieġa biex tagħmel il-pagament.

X’nagħmel wara l-ħlas?

Jekk titħallas it-tariffa tal-qrati billi jiġi indikat in-numru ta’ referenza xieraq (ikkomunikat lill-persuna responsabbli mill-avviż dwar il-ħlas), il-persuna responsabbli ma tkunx meħtieġa tipprovdi lill-qorti bi kwalunkwe evidenza ta’ ħlas. F’każijiet bħal dawn, il-qorti tiġi nnotifikata dwar il-pagament permezz ta’ sistema bankarja elettronika speċjali (UJPnet), fejn in-numru ta’ referenza korrett huwa deċiżiv fir-rikonoxximent ta’ pagamenti individwali.

Madankollu, jekk it-tariffa tal-qrati titħallas mingħajr ma jiġi indikat in-numru ta’ referenza xieraq, il-persuna responsabbli trid tissottometti ċertifikat ta’ ħlas lill-qorti. Ma hemmx kundizzjonijiet formali speċjali dwar il-validità ta’ dan iċ-ċertifikat. Abbażi ta’ tali ċertifikat, il-qorti, jekk ikun meħtieġ, tivverifika l-ħlas tat-tariffa tal-qrati fuq il-pjattaforma UJPnet (b’mod partikolari meta t-tariffa tal-qrati ma titħallasx permezz tal-kaxxier tal-qorti).

L-aħħar aġġornament: 01/04/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura tal-ħlas Ewropea - Slovakkja

Introduzzjoni

X’tariffi huma applikabbli?

Kemm se nħallas?

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

Introduzzjoni

L-Att Nru 71/1992 dwar it-tariffi tal-qorti u t-tariffi għal siltiet mir-reġistru kriminali, kif emendat.

It-tariffi tal-qorti jistgħu jitħallsu b’karta ta’ debitu jew ta’ kreditu, permezz ta’ trasferiment bankarju jew f’fergħa ta’ bank barrani.

X’tariffi huma applikabbli?

It-tariffi tal-qorti jiġu imposti skont l-Artikolu 1 tal-Att Nru 71/1992 dwar it-tariffi tal-qorti u t-tariffi għal siltiet mir-reġistru kriminali, kif emendati, għal atti individwali jew proċedimenti tal-qorti meta jitwettqu fuq proposta u bħala atti tal-awtoritajiet tal-amministrazzjoni pubblika u l-prosekuturi elenkati fl-iskeda tat-tariffi tal-qorti u t-tariffi għal siltiet mir-reġistru kriminali, li huwa anness mal-att inkwistjoni.

It-tariffi huma wkoll pagabbli għal proċedimenti u atti mwettqa mingħajr proposta għall-benefiċċju ta’ min iħallas it-tariffi jekk ikunu espressament elenkati fl-iskeda.

Kemm se nħallas?

Ir-rata tariffarja hija elenkata fl-iskeda bħala perċentwal tal-bażi tariffarja jew bħala somma fissa. Jekk tiġi stabbilita rata tariffarja għal proċedura, din tkun tfisser proċedura f’istanza waħda. Għandha titħallas ukoll tariffa tal-istess rata fi proċedura ta’ appell fl-istess kawża.

Għal talab għall-bidu ta’ proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea, sakemm ma tiġix stabbilita rata speċjali, tkun ta’ 6 % tal-ispiża (ħlas) tas-suġġett tal-proċedura jew tal-valur tal-oġġett tal-litiġju, għalkemm mhux inqas minn EUR 16,50. L-istess japplika fil-każ tal-preżentata ta’ eċċezzjoni.

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Jekk it-tariffa pagabbli mal-preżentata ta’ talba, rikors għall-ftuħ ta’ proċedura, appell jew appell fil-kassazzjoni ma tkunx tħallset, il-qorti għandha titlob lill-min suppost iħallas it-tariffa biex iħallasha fi żmien li tistabbilixxi hi, ġeneralment fi żmien għaxart ijiem minn meta jirċievi l-istedina biex iħallas; jekk it-tariffa ma titħallasx fil-ħin, minkejja l-istedina mill-qorti, il-qorti tissospendi l-proċedura. Min suppost iħallas irid ikun avżat bil-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ ħlas tat-tariffa.

Il-qorti ma għandhiex tissospendi l-proċedura minħabba n-nuqqas ta’ ħlas tat-tariffa jekk

  1. tkun diġà bdiet il-proċedura,
  2. it-talba tiġi prorogata, jew tiġi preżentata kontrotalba fl-istess kawża wara li tkun inbdiet il-proċedura;
  3. titlob il-ħlas ta’ tariffa f’ammont li ma jkunx jaqbel mad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att;
  4. l-obbligu ta’ ħlas ta’ min suppost iħallas ikun dovut għall-preżentata ta’ talba biex jiġu ordnati miżuri ta’ emerġenza;
  5. tkun ġiet ippreżentata talba għal remissjoni tat-tariffa qabel l-iskadenza għall-ħlas tat-tariffa tal-qorti, u l-qorti tkun laqgħet it-talba; jekk il-qorti tagħti remissjoni parzjali biss, hija titlob lil min suppost iħallas it-tariffa tal-qorti biex iħallas l-ammont li ma jkunx kopert mir-remissjoni.

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

It-tariffi li jridu jitħallsu mill-qrati, l-awtoritajiet tal-amministrazzjoni pubblika u l-prosekuturi jistgħu jitħallsu fi flus kontanti, permezz ta’ karta ta’ debitu jew ta’ kreditu, money order jew trasferiment bankarju jew f’fergħa ta’ bank barrani. It-tariffi jitħallsu fi flus kontanti, permezz ta’ karta ta’ debitu jew ta’ kreditu jew bi trasferiment bankarju jew fil-fergħa ta’ bank barrani bl-użu tat-tagħmir tekniku ta’ entità ġuridika bi sjieda 100 % tal-Istat li tkun operatur tas-sistema, jekk il-korp kompetenti jkun issodisfa r-rekwiżiti għal dan. It-tariffi jistgħu jitħallsu fi flus kontanti jekk il-qrati, l-awtoritajiet tal-amministrazzjoni pubblika tal-qrati u l-prosekuturi jkunu stabbilew il-kundizzjonijiet biex dan isir, u dment li t-tariffa għal kull kawża ma taqbiżx it-EUR 300, bl-eċċezzjoni tat-tariffa fil-punt 17 (fi kwistjonijiet tar-reġistru kummerċjali), li tista’ titħallas fi flus kontanti, anki jekk taqbeż it-EUR 300. Jekk il-qorti, l-awtorità tal-amministrazzjoni pubblika tal-qorti u l-prosekutur ikunu integrati fis-sistema ċentrali tar-reġistri tat-tariffi, it-tariffi mħallsa b’money order, permezz ta’ karta ta’ debitu jew ta’ kreditu, bi trasferiment bankarju jew f’fergħa ta’ bank barrani jitħallsu fil-kont tal-operatur tas-sistema.

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

Il-prova tal-ħlas tista’ tingħata permezz ta’ dokumenti ta’ ħlas standard użati fi tranżazzjonijiet normali, skont il-metodu ta’ ħlas, jiġifieri rċevuta ta’ flus, il-karta tal-money order, ir-rendikont tal-kont bankarju, eċċ.

L-aħħar aġġornament: 02/04/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura tal-ħlas Ewropea - Svezja

Introduzzjoni

Liema tariffi japplikaw?

Kemm irrid inħallas?

X’jiġri jekk infalli milli nħallas it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

X’irrid nagħmel wara l-pagament?

Introduzzjoni

Ir-regoli applikabbli fl-Iżvezja dwar it-tariffa ta’ rikors għal ordni ta’ ħlas Ewropea jikkonsistu fi:

L-Att (2008:879) dwar ordni ta’ ħlas Ewropea 5 §. Rikorrent għal ordni Ewropea jrid iħallas tariffa għar-rikors. Il-Gvern jista’ joħroġ regolamenti fuq l-ammont tat-tariffa.

It-tariffa għar-rikors trid titħallas bil-quddiem.

Jekk ir-rikorrent jonqos milli jikkonforma ma’ ordni sabiex iħallas it-tariffa għar-rikors, ir-rikors jiġi miċħud.

Regolament (2008:892) dwar ordni ta’ ħlas Ewropea3 § Meta jħallas it-tariffa tar-rikors, ir-rikorrent irid jindika n-numru tal-identità personali jew in-numru tar-reġistrazzjoni tal-organizzazzjoni tal-intimat.

Huwa possibbli li l-pagament isir b’mod elettroniku lill-Awtorità ta’ Eżekuzzjoni Żvediża billi jintużaw id-dettalji ta’ kontijiet speċifikati.

Liema tariffi japplikaw?

Jekk qed titlob ordni ta’ ħlas Ewropea fl-Iżvezja, trid tħallas tariffa għar-rikors. It-tariffa għar-rikors trid titħallas bil-quddiem. Dan ifisser li t-tariffa għar-rikors trid tkun ġiet imħallsa sabiex l-awtorità ta’ infurzar Żvediża tibda l-ipproċessar tar-rikors għal ordni ta’ ħlas Ewropea. Il-pagament isir meta jiġi ppreżentat ir-rikors fuq il-Formola A. Meta tkun issottomettejt ir-rikors, se tirċievi ordni mill-Awtorità tal-Eżekuzzjoni Żvediża li jkun fiha informazzjoni dwar kif għandek tħallas it-tariffa għar-rikors. Mhux se tirċievi ordni jekk tkun diġà inkludejt evidenza mar-rikors li t-tariffa tar-rikors tkun tħallset fil-kont tal-Awtorità ta’ Eżekuzzjoni Żvediża.

Kemm irrid inħallas?

Attwalment, trid tħallas tariffa għar-rikors ta’ SEK 300.

X’jiġri jekk infalli milli nħallas it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Jekk it-tariffa għar-rikors ma titħallasx fil-ħin, ir-rikors jiġi miċħud qabel ma jkun beda l-ipproċessar tar-rikors.

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

Tista’ tħallas it-tariffa għar-rikors għal ordni ta’ ħlas Ewropea billi tuża d-dettalji tal-kont hawn taħt. Speċifika n-numru tal-każ, in-numru tal-identità personali jew in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-organizzazzjoni tal-intimat bħala l-messaġġ meta jsir il-pagament:

  • Plus giro: 95 59 39-4
  • IBAN: SE50 9500 0099 6034 0955 9394
  • BIC: NDEASESS

X’irrid nagħmel wara l-pagament?

M’għandek bżonn tagħmel xejn wara li tkun ħallast it-tariffa fil-ħin. L-awtorità ta’ Eżekuzzjoni Żvediża tissorvelja r-riċeviment tal-pagament mill-awtorità. Ladarba l-pagament ikun iddaħħal fil-kotba finanzjarji, l-Awtorità tal-Eżekuzzjoni Żvediża mbagħad tibda tipproċessa r-rikors tiegħek għal ordni ta’ ħlas Ewropea.

L-aħħar aġġornament: 31/03/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura tal-ħlas Ewropea - L-Ingilterra u Wales

Introduzzjoni

Liema tariffi huma applikabbli?

Kemm se nħallas?

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

Introduzzjoni

L-Ordni ta’ Ħlas Ewropea hija proċedura simplifikata biex jinkisbu sentenzi dwar pretensjonijiet mhux kontestati f’kawżi ċivili u kummerċjali transfruntiera. Kawża transfruntiera hija meta jkun hemm tal-anqas waħda mill-partijiet li jkollha d-domiċilju jew ir-residenza abitwali tagħha fi Stat Membru li ma jkunx dak tal-qorti fejn titressaq il-kawża.

Liema tariffi huma applikabbli?

Huwa meħtieġ il-ħlas tat-tariffi tal-qorti sabiex jitressaq rikors għal Ordni ta’ Ħlas Ewropea. Jekk tixtieq tħallas b’karta tal-kreditu/tad-debitu, id-dettalji rilevanti tal-kard għandhom jiġu provduti fl-Appendiċi tar-“Rikors għal Ordni ta’ Ħlas Ewropea, il-Formola A”.

Jekk ikun hemm bżonn li pretensjoni tiġi eżegwita, ikun hemm bżonn ta’ tariffa oħra tal-qorti. Aktar dettalji dwar it-tipi ta’ proċeduri disponibbli jinsabu fil-paġni dwar l-eżekuzzjoni għall-Ingilterra u Wales.

Kemm se nħallas?

It-tariffi tal-qorti fl-Ingilterra u Wales jinsabu fil-fuljett Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaEX50 - Civil and Family Court Fees

It-tariffa li trid titħallas hija bbażata fuq il-valur tal-pretensjoni.

Biex tiġi ffaċilitata r-referenza, it-tariffi fit-tabella ta’ hawn taħt huma korretti mis-17 ta’ Novembru 2016. It-tariffi tal-qorti jistgħu jinbidlu, għalhekk għandek dejjem tivverifika mal-qorti, mar-rappreżentant legali tiegħek u ma’ xi individwi jew organizzazzjonijiet oħra involuti li ammont partikolari jkun għadu t-tariffa fis-seħħ. Dawn it-tariffi huma f’Lira Sterlina (GBP) – biex jiġi kkalkulat l-ekwivalenti f’euro, trid tiġi applikata konverżjoni dakinhar li tkun tixtieq tressaq ir-rikors.

1.1 Biex jinbdew il-proċedimenti (inklużi l-proċedimenti li jinbdew wara li tingħata l-awtorizzazzjoni biex jintalab il-bidu tagħhom) għall-irkuprar tas-somma ta’ flus, meta l-ammont li jrid jiġi rkuprat:

Tariffa pagabbli (£)

(a) Ma jaqbiżx £300

£35

(b) Jaqbeż £300 iżda ma jaqbiżx £500

£50

(c) Jaqbeż £500 iżda ma jaqbiżx £1 000

£70

(d) Jaqbeż £1,000 iżda ma jaqbiżx £1 500

£80

(e) Jaqbeż £1,500 iżda ma jaqbiżx £3 000

£115

(f) Jaqbeż £3,000 iżda ma jaqbiżx £5 000

£205

(g) Jaqbeż £5,000 iżda ma jaqbiżx £10 000

£455

(h) Jaqbeż £10,000 iżda ma jaqbiżx £200 000

5 % tal-valur tal-pretensjoni

(i) Jaqbeż £200 000

£10 000

Jekk tixtieq li ssir eżekuzzjoni tal-pretensjoni, trid titħallas tariffa ulterjuri.

Trid tħallas tariffa tal-qorti biex tressaq rikors quddiem il-qorti u trid tħallas tariffi oħra tal-qorti fi stadji differenti tal-każ il-qorti. Inti tista’ tikkwalifika għal “remissjoni tat-tariffi” (skont iċ-ċirkostanzi personali tiegħek) li jfisser li ma jkollokx għalfejn tħallas it-tariffi tal-qorti, jew inkella jkollok tħallas biss parti minnhom. Madankollu, trid tressaq rikors għal remissjoni separata għal kull tariffa li trid titħallas matul il-proċess ġudizzjarju. Għalhekk, pereżempju, meta tressaq rikors għar-remissjoni meta ssir l-ewwel applikazzjoni, din tagħtik biss ir-remissjoni għal dik l-ewwel tariffa “ta’ reġistrazzjoni”. Dan għaliex iċ-ċirkostanzi personali tiegħek jistgħu jinbidlu matul il-kawża l-qorti, u tista’ ma tibqax eliġibbli aktar għal remissjoni fi stadji ulterjuri tal-kawża. Inkella, inti tista’ ssir eliġibbli għar-remissjoni tat-tariffi waqt il-kawża.

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Jekk ir-rikorrent jonqos milli jimla b’mod korrett id-dettalji rilevanti tal-karta tal-kreditu jew għal xi raġuni l-ħlas ma jgħaddix, il-qorti li tieħu ħsieb, tibgħat il-Formola B “Talba lir-rikorrent biex jimla u/jew jirrettifika r-rikors għal Ordni ta’ Ħlas Ewropea” lir-rikorrent u titlob li jingħataw id-dettalji ta’ karta ta’ kreditu valida sabiex ikun jista’ jsir il-ħlas tat-tariffi tal-qorti. Jekk ma jiġix riċevut il-ħlas ġust, ir-rikors jieqaf f’dak l-istadju.

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

Il-ħlas tat-tariffa tal-qorti jsir billi jingħataw id-dettalji tajbin tal-ħlas lill-qorti. Dan għandu l-ewwel isir billi jingħataw id-dettalji rilevanti fir-“Rikors għal Ordni ta’ Ħlas Ewropea, il-Formola A”.

Il-ħlas normalment isir permezz ta’ karta tal-kreditu/tad-debitu. Jista’ jkun li mhux il-metodi kollha ta’ ħlas fil-Formola A jkunu disponibbli fil-qorti li quddiemha jitressaq ir-rikors. Ir-rikorrent għandu jikkuntattja lill-qorti u jivverifika liema metodu ta’ ħlas jista’ jintuża.

Jista’ wkoll ikun possibbli li wieħed iħallas permezz tal-karta ta’ kreditu bit-telefown. Diversi qrati għandhom il-faċilitajiet biex jaċċettaw ħlasijiet bil-kard b’dan il-mod, iżda għandha l-ewwel tiġi kkuntattjata l-qorti rilevanti biex tikkonferma li l-ħlas jista’ jsir b’dan il-mod.

Il-ħlas elettroniku jista’ jsir biss minn dawk li għandhom indirizz fir-Renju Unit.

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

Jekk ir-rikors ikun tressaq kif suppost, il-qorti toħroġ l-Ordni ta' Ħlas Ewropea (il-Formola E) lill-konvenut. Fl-istess waqt tintbagħat notifika ta’ ħruġ lir-rikorrent, flimkien mar-riċevuta tat-tranżazzjoni tal-ħlas.

Normalment, ir-riċevuta jkollha d-daqs ta’ 8 x 12cm u fuq nett ikollha l-isem tal-qorti u l-indirizz postali tagħha, u l-ammont imħallas bid-data u l-ħin tal-ħlas fil-qiegħ.

Għal aktar informazzjoni ara Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-pretensjonijiet transfruntiera tal-Unjoni Ewropea

L-aħħar aġġornament: 04/05/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura tal-ħlas Ewropea - L-Irlanda ta’ fuq

Ma hemm ebda tariffa applikabbli bħalissa.

L-aħħar aġġornament: 13/09/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura tal-ħlas Ewropea - Skozja

Introduzzjoni

X’tariffi huma applikabbli?

Kemm se nħallas?

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

Introduzzjoni

Fl-Iskozja, it-tariffi tal-qorti għal Ordnijiet ta’ Ħlas Ewropej huma rregolati minn:

  • L-Ordni tal-2018 dwar it-Tariffi tal-Qorti tax-Sheriff (Sheriff Court Fees Order), kif emendata bl-Ordni ta’ Emenda tal-2018 dwar it-Tariffi tal-Qorti tax-Sheriff (Sheriff Court Fees Amendment Order).

L-Iskeda 2, il-Parti II, il-paragrafu 6 japplika għall-Ordnijiet ta’ Ħlas Ewropej mill-1 ta’ April 2019.

L-Iskeda 3, il-Parti II, il-paragrafu 6 japplika għall-Ordnijiet ta’ Ħlas Ewropej mill-1 ta’ April 2020.

Il-ħlas elettroniku tat-tariffi mhux possibbli.

X’tariffi huma applikabbli?

Il-preżentazzjoni ta’ Ordni ta' Ħlas Ewropea fil-Formola A tar-RegolamentUE1896/2006 fil-qorti jirrikjedi l-ħlas ta’ tariffa waħda li tkopri l-proċeduri kollha tal-qorti.

Ir-rappreżentanza minn avukat ma tkunx normalment meħtieġa u t-tariffa tal-qorti ma tinkludix id-drittijiet tal-avukati, jew l-ispiża tan-notifika tad-dokumenti lill-konvenut.

Ma hemm l-ebda tariffa għall-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni fil-Formola F.

Kemm se nħallas?

It-tariffa biex tiġi ppreżentata Ordni ta’ Ħlas Ewropea fil-qorti hija ta’ £GBP 129.

Skont it-termini tal-Artikolu 8 tal-Ordni tal-2018 dwar it-Tariffi tal-Qorti tax-Sheriff, l-Istrument Statutorju Skoċċiż 2018/481 kif emendat, parti tista’ tkun intitolata għal eżenzjoni mit-tariffa, pereżempju jekk tkun intitolata għal ċerti benefiċċji pubbliċi, jew tkun intitolata għal għajnuna legali ċivili.

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Il-qorti ma taċċettax ir-rikors, u ma tkun meħtieġa tagħmel xejn jekk ma titħallasx it-tariffa, skont it-termini tal-paragrafu 3 tal-Ordni tal-2018 dwar it-Tariffi tal-Qorti tax-Sheriff, tal-Istrument Statutorju Skoċċiż 2018/481, kif emendat.

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

It-tariffi tal-qorti jistgħu jitħallsu permezz ta’:

  • Ċekkijiet — pagabbli lil "The Scottish Courts and Tribunals Service”
  • Karta ta’ debitu u Karta ta’ Kreditu — jekk jogħġbok ivverifika x’tipi ta’ kards jkunu aċċettabbli mill-qorti kkonċernata u jekk il-ħlas jistax isir bit-telefown.
  • Ordni Postali — pagabbli lil "The Scottish Courts and Tribunals Service”
  • Flus kontanti — jekk il-ħlas isir bil-posta ma jkunx ta’ min li jsir ħlas bi flus kontanti

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

Il-qorti taċċetta l-preżentazzjoni tad-dokumenti tat-talba fil-Formola A tar-Regolament tal-UE 1896/2006 mal-ħlas. Id-dokumenti u l-ħlas għandhom jinġiebu jew jintbagħtu lill-qorti fl-istess ħin. Imbagħad, il-qorti tagħti jew tibgħat il-Formola B, C, D jew E bħala l-pass li jmiss fil-proċess. Ma hija meħtieġa l-ebda prova tal-ħlas.