Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura tal-ħlas Ewropea

Olanda

Il-kontenut ipprovdut minn
Olanda

Introduzzjoni

Liema tariffi huma applikabbli?

Kemm se nħallas?

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

Introduzzjoni

Il-Proċedura tal-ordni ta’ ħlas Ewropea (ir-Regolament (KE) Nru 1896/2006, li daħal fis-seħħ fit-12 ta’ Diċembru 2008) tippermetti lill-kredituri li jirkupraw it-talbiet ċivili u kummerċjali transfruntiera mhux kontestati tagħhom skont proċedura uniformi li topera abbażi ta’ formoli standard. Il-proċedura ma tesiġix il-preżenza l-qorti tal-partijiet. Ir-Regolament japplika bejn l-Istati Membri tal-UE kollha, bl-eċċezzjoni tad-Danimarka.

Il-Kunsill għall-Ġudikatura (Raad voor de rechtspraak) innomina lill-Qorti Distrettwali ta’ The Hague (Rechtbank Den Haag) bħala l-unika qorti distrettwali kompetenti biex tittratta kawżi relatati mal-Ordni ta’ Ħlas Ewropea. Jekk titressaq dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni, il-proċedimenti jistgħu jitkomplew skont ir-regoli ordinarji tal-ġurisdizzjoni territorjali.

Sabiex jitressaq rikors taħt il-proċedura tal-Ordni ta' Ħlas Ewropea, trid tintuża l-formola A. Din il-formola hija disponibbli bil-lingwi kollha tal-Unjoni Ewropea fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea.

Il-formola

Ir-rikorsi jistgħu jitressqu quddiem il-Qorti Distrettwali ta’ The Hague bl-Olandiż biss.

Ir-rikorsi taħt il-proċedura tal-Ordni ta' Ħlas Ewropea jistgħu jintbagħtu lil:

Rechtbank Den Haag

Sector civiel recht

Algemene Zaken

Postbus 20302

2500 EH Den Haag

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ċempel lir-reġistru tal-Affarijiet Ġenerali tal-qorti (griffie Algemene Zaken). In-numru tat-telefown tar-reġistru tal-Affarijiet Ġenerali tal-qorti huwa: +31 (0)70-381 22 64.

Liema tariffi huma applikabbli?

It-tariffi jvarjaw skont l-ammont tat-talba prinċipali. Ara wkoll: Kemm se nħallas?

Kemm se nħallas?

Ħarsa ġenerali lejn it-tariffi applikabbli għall-2019 tinsab hawn taħt.

In-natura/L-ammont tat-talba jew rikors

Tariffa tal-qorti għall-persuni mhux fiżiċi

Tariffa tal-qorti għall-persuni fiżiċi

Tariffa tal-qorti għall-persuni b’mezzi limitati

Tariffa tal-qorti tat-tribunal li jittratta kawżi subdistrettwali

Kawżi relatati ma’ talba jew rikors:

Ta’ ammont indeterminat jew

ammont li ma jaqbiżx EUR 500

EUR 121

EUR 81

EUR 81

Kawżi relatati ma’ talba jew rikors ta’ ammont li jaqbeż EUR 500 iżda li ma jaqbiżx EUR 12 500

EUR 486

EUR 231

EUR 81

Kawżi relatati ma’ talba jew rikors ta’ ammont li jaqbeż EUR 12 500

EUR 972

EUR 486

EUR 81

Tariffa tal-qorti tat-tribunal li jittratta kawżi oħra, li mhumiex subdistrettwali

Kawżi relatati ma’ talba jew rikors:

- Ta’ ammont indeterminat jew

EUR 639

EUR 297

EUR 81

Kawżi relatati ma’ talba jew rikors ta’ ammont li ma jaqbiżx EUR 100 000

EUR 1 992

EUR 914

EUR 81

Kawżi relatati ma’ talba jew rikors ta’ ammont li jaqbeż EUR 100 000

EUR 4 030

EUR 1 599

EUR 81

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok żur is-siti web li ġejjin: Rechtspraak.nl u Raad voor Rechtsbijstand.

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Jekk it-tariffi tal-qorti ma jitħallsux fil-ħin, ir-rikors ma jkunx jista’ javvanza u l-qorti tiċħad ir-rikors.

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

Ir-rikorrent jirċievi fattura tal-ħlas tat-tariffi tal-qorti. Il-ħlas jista’ jsir permezz ta’ trasferiment bankarju.

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

Wara li tħallas it-tariffi tal-qorti għandek tistenna li tasallek aktar informazzjoni mill-Qorti Distrettwali ta’ The Hague.

Ir-Regolament li joħloq proċedura tal-ordni ta' ħlas Ewropea jistipula li l-qorti toħroġ ordni ta' ħlas Ewropea mill-aktar fis u normalment fi żmien 30 jum minn meta jitressaq ir-rikors.

Links relatati

Tariffi applikabbli għall-2019

Rechtspraak.nl

Raad voor Rechtsbijstand

Ir-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea

L-aħħar aġġornament: 03/04/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.