Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura tal-ħlas Ewropea

Introduzzjoni

Liema tariffi japplikaw?

Kemm għandi nħallas?

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Kif għandi nħallas it-tariffi tal-qorti?

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

Introduzzjoni

Skont l-Artikolu 33 (2) tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili (Civilprocesa likums), l-ispejjeż tal-qorti (tiesas izdevumi) jinkludu:

  • tariffa tal-Istat (valsts nodeva);
  • tariffa tal-uffiċċju (kancelejas nodeva); u
  • l-ispejjeż meħtieġa li saru għall-għanijiet tal-eżami tal-kawża.

Trid titħallas tariffa tal-Istat għal kull dikjarazzjoni tat-talba li tiġi ppreżentata l-qorti - it-talba oriġinali, kontra talba, rikors minn terzi b’talba separata fir-rigward tal-istess suġġett tat-tilwima fi proċedimenti li ġa bdew, rikors għal proċedura speċjali, jew rikors ieħor previst fl-Artikolu 34 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili. L-Artikolu 43 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili għandu lista tal-persuni eżenti mill-ħlas tal-ispejjeż tal-qorti (inkluż it-tariffi tal-Istat).

Il-qorti tordna lill-parti t-telliefa biex tħallas lura l-ispejjeż tal-qorti kollha lill-parti r-rebbieħa. Jekk id-dikjarazzjoni tat-talba tiġi sodisfatta parzjalment, il-qorti tordna illi l-ispejjeż tal-qorti jiġu rimborżati lir-rikorrent fi proporzjon għall-parti tat-talbiet li ġiet sodisfatta, u lill-konvenut fi proporzjon għall-parti tat-talbiet li ġiet miċħuda. Ma hemmx rimborż tat-tariffa tal-Istat għal ilment anċillari (blakus sudzība) fejn tidħol deċiżjoni tal-qorti, jew għall-ftuħ mill-ġdid ta’ proċedimenti tal-qorti wara li tkun ingħatat sentenza f’kontumaċja.

Jekk ir-rikorrent jirtira t-talba, huwa għandu jħallas lura l-ispejjeż tal-qorti li jkun ġarrab il-konvenut. F’dak il-każ, il-konvenut ma għandux għalfejn iħallas lura l-ispejjeż tal-qorti mħallas mir-rikorrent. Madankollu, jekk ir-rikorrent jirtira t-talbiet tiegħu għaliex il-konvenut, b’mod volontarju, issodisfa dawk ti-talbiet wara li ġew ippreżentati, il-qorti, fuq rikors tar-rikorrent, tordna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż tal-qorti mħallsa mir-rikorrent.

Jekk il-qorti tiddeċiedi li ma tismax il-kawża, fuq rikors tal-konvenut hija tordna lir-rikorrent iħallas l-ispejjeż tal-qorti mħallsa mill-konvenut.

Jekk ir-rikorrent huwa eżentat mill-ħlas tal-ispejjeż tal-qorti, il-konvenut jiġi ordnat iħallas l-ispejjeż tal-qorti tar-rikorrent lid-dħul tal-Istat skont il-parti tat-talba li tkun ġiet sodisfatta.

Liema tariffi japplikaw?

Trid titħallas tariffi tal-Istat għal rikors għal ordni ta’ ħlas Ewropea skont ir-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilll li joħloq proċedura għal ordni ta' ħlas Ewropea.

Matul il-proċedimenti, il-parti jista’ jkun ikollha tħallas l-ispejjeż tal-qorti l-oħra, bħal tariffa tal-uffiċċju (pereżempju għal ħruġ ta’ traskrizzjoni u duplikati tad-dokumenti marbuta mal-proċedimenti) u l-ispejjeż marbuta mal-eżaminazzjoni tal-kawża (pereżempju l-ispejjeż li jkunu saru għat-tfittxija tal-konvenut fuq talba tar-rikorrent, jew spejjeż għall-konsenja, il-ħruġ u t-traduzzjoni taċ-ċitazzjonijiet u dokumenti tal-qorti oħra).

Kemm għandi nħallas?

Meta tippreżenta rikors għal ordni ta’ ħlas Ewropea, trid tħallas it-tariffa tal-Istat li hija 2% tas-somma tad-dejn; it-tariffa ma tistax taqbeż EUR 498.01. L-ammont ta’ tariffa tal-uffiċċju tiġi determinata skont l- Artikolu 38 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili. L-ammont tal-ispejjeż marbuta mal-eżami ta’ kawża jista’ jvarja skont numru ta’ fatturi (pereżempju l-mod ta’ konsenja tad-dokumenti, bil-posta jew email).

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Jekk id-dikjarazzjoni tat-talbiet ma tkunx akkumpanjata mid-dokumenti li jikkonfermaw il-ħlas tat-tariffi tal-Istat u spejjeż tal-qorti oħra skont il-proċedura u skont l-ammont previst mil-liġi, il-qorti, skont l-Artikolu 133 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili ma tkomplix tikkunsidra d-dikjarazzjoni tat-talbiet, u tiffissa żmien għar-rikorrent biex jagħmel tajjeb għan-nuqqasijiet.

Jekk ir-rikorrent jagħmel tajjeb għan-nuqqasijiet fiż-żmien stabbilit, id-dikjarazzjoni tat-talbiet titqies li ġiet ippreżentata fil-jum li ġiet ippreżentata l-ewwel darba lill-qorti.

Jekk ir-rikorrent ma jagħmilx tajjeb għan-nuqqasijiet fiż-żmien stabbilit, id-dikarazzjoni tat-talbiet titqies li ma ġietx sottomessa u tintbagħat lura lir-rikorrent.

Ir-ritorn ta’ dikjarazzjoni ta’ talba lir-rikorrent mhux ta’ xkiel għar-rikorrent biex jissottomettiha mill-ġdid lill-qorti, skont il-proċedura ordinarja stabbilita fil-Liġi.

Jekk liridu jitħallsu l-ispejjeż tal-qorti għan-notifika tad-dokumenti, il-qorti ma tibgħatx id-dokumenti għan-notifika sakemm titħallas it-tariffa rilevanti. Madankollu, jekk l-ispejjeż għall-eżami ta’ kawża ma jitħallsux b’mod volontarju lid-dħul tal-Istat qabel l-eżami ta’ kawża, dawn jiġu rkuprati skont ir-regoli ġenerali tal-eżekuzzjoni tas-sentenzi.

Kif għandi nħallas it-tariffi tal-qorti?

It-tariffa tal-Istat tista’ titħallas fil-kont tat-Teżor tal-Istat (Valsts kase). It-tariffa tal-Istat (l-Artikolu 34 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili, ħlief il-Paragrafu sitta) gġandha titħallas kif ġej:

Il-benefiċjarju: Valsts kase

Numru ta’ reġistrazzjoni: 90000050138

Numru tal-kont: LV55TREL1060190911200

Bank tal-benefiċjarju: Valsts kase

Kodiċi BIC: TRELLV22

Għan tal-ħlas: indika d-data li tindentifika l-persuna jew il-kawża: in-numru tal-kawża (jekk magħruf); għall-persuni fiżiċi, l-isem, il-kunjom u n-numru tal-identità personali; għall-persuni ġuridiċi, l-isem u n-numru ta’ reġistrazzjoni. Jekk ilħlas tat-tariffa tal-Istat isir f’isem persuna oħra, trid tingħata informazzjoni li tidentifika lil dik il-persuna: in-numru tal-kawża (jekk magħruf); għall-persuni fiżiċi, l-isem, il-kunjom u n-numru tal-identità personali; għall-persuni ġuridiċi, l-isem u n-numru ta’ reġistrazzjoni.

It-tariffa tal-Istat għas-sottomissjoni għall-eżekuzzjoni ta’ ordni ta’ eżekuzzjoni jew dokument ta’ eżekuzzjoni ieħor jista’ jitħallas fil-kont tat-Teżor tal-Istat. It-tariffa tal-Istat għas-sottomissjoni għall-eżekuzzjoni ta’ ordni għall-eżekuzzjoni jew dokument ta’ eżekuzzjoni ieħor (l-Artikolu 34 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili Paragrafu sitta) għandha titħallas kif ġej:

Il-benefiċjarju: Valsts kase

Numru ta’ reġistrazzjoni: 90000050138

Numru tal-kont: LV71TREL1060190911300

Bank tal-benefiċjarju: Valsts kase

Kodiċi BIC: TRELLV22

Għan tal-ħlas: indika d-data li tindentifika l-persuna jew il-kawża: in-numru tal-kawża (jekk magħruf); għall-persuni fiżiċi, l-isem, il-kunjom u n-numru tal-identità personali; għall-persuni ġuridiċi, l-isem u n-numru ta’ reġistrazzjoni. Jekk ilħlas tat-tariffa tal-Istat isir f’isem persuna oħra, trid tingħata informazzjoni li tidentifika lil dik il-persuna: in-numru tal-kawża (jekk magħruf); għall-persuni fiżiċi, l-isem, il-kunjom u n-numru tal-identità personali; għall-persuni ġuridiċi, l-isem u n-numru ta’ reġistrazzjoni.

It-tariffa tal-uffiċċju tista’ titħallas fil-kont tat-Teżor tal-Istat. It-tariffa tal-uffiċċju (l-Artikolu 38 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili) għandha titħallas kif ġej:

Il-benefiċjarju: Valsts kase

Numru ta’ reġistrazzjoni: 90000050138

Numru tal-kont: LV39TREL1060190911100

Bank tal-benefiċjarju: Valsts kase

Kodiċi BIC: TRELLV22

Għan tal-ħlas: indika d-data li tindentifika l-persuna jew il-kawża: in-numru tal-kawża (jekk magħruf); għall-persuni fiżiċi, l-isem, il-kunjom u n-numru tal-identità personali; għall-persuni ġuridiċi, l-isem u n-numru ta’ reġistrazzjoni. Jekk il-ħlas tat-tariffa tal-uffiċċju jsir f’isem persuna oħra, trid tingħata informazzjoni li tidentifika lil dik il-persuna: in-numru tal-kawża (jekk magħruf); għall-persuni fiżiċi, l-isem, il-kunjom u n-numru tal-identità personali; għall-persuni ġuridiċi, l-isem u n-numru ta’ reġistrazzjoni.

L-ispejjeż marbuta mal-eżami ta’ kawża u l-ispejjeż marbuta mal-eżekuzzjoni ta’ obbligi wara notifika jistgħu jitħallsu fil-kont tal-Amministrazzjoni tal-Qrati (Tiesu administrācija). L-ispejjeż marbuta mal-eżami ta’ kawża (l-Artikolu 39 tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili) u l-ispejjeż marbuta mal-eżekuzzjoni wara notifika (l-Artikolu 4063tal-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili):

Qrati tad-distrett (fil-belt) u l-qrati reġjonali:

Il-benefiċjarju: Tiesu administrācija

Numru ta’ reġistrazzjoni: 90001672316

Numru tal-kont: LV51TREL2190458019000

Bank tal-benefiċjarju: Valsts kase

Kodiċi BIC: TRELLV22

Għan tal-ħlas: “21499”,indika d-data li tindentifika l-persuna jew il-kawża: in-numru tal-kawża (jekk magħruf); għall-persuni fiżiċi, l-isem, il-kunjom u n-numru tal-identità personali; għall-persuni ġuridiċi, l-isem u n-numru ta’ reġistrazzjoni. Jekk il-ħlas tal-ispejjeż marbuta mal-eżami tal-kawża jsir f’isem persuna oħra, trid tingħata informazzjoni li tidentifikaha: in-numru tal-kawża (jekk magħruf); għall-persuni fiżiċi, l-isem, il-kunjom u n-numru tal-identità personali; għall-persuni ġuridiċi, l-isem u n-numru ta’ reġistrazzjoni.

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

Jekk tippreżenta dikjarazzjoni tat-talbiet lill-qorti, trid tehmeż dokumenti li jikkonfermaw li sar il-ħlas tat-tariffi tal-Istat u spejjeż oħra tal-qorti skont il-proċedura u bl-ammont preskritt mil-liġi. Trid tħallas ukoll tariffa tal-uffiċċju qabel issir in-notifika partikolari mixtieqa. Trid tħallas l-ispejjeż marbuta mal-eżami tal-kawża qabel isir l-eżami tal-kawża.

L-aħħar aġġornament: 23/09/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna