Liema tariffi huma applikabbli?
X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?
Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?
Introduzzjoni
It-tariffi tal-qorti għall-Proċedura tal-Ordni ta’ Ħlas Ewropea huma rregolati mill-“Att dwar it-Tariffi tal-Qorti” (Gerichtskostengesetz – GKG)
It-tariffi tal-qorti jistgħu jitħallsu meta jitressaq ir-rikors jew billi titħallas fattura ta’ tariffi tal-qorti. Teknikament, il-pagament isir permezz ta’ trasferiment bankarju.
Liema tariffi huma applikabbli?
L-Artikoli 12 (3) u (4) tal-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti jipprovdi li l-Ordni ta’ Ħlas Ewropea għandha tinħareġ biss wara li titħallas it-tariffa indikata.
It-tariffi preċiżi huma speċifikati f’anness għall-Att dwar it-Tariffi tal-Qorti (Indiċi tal-ispejjeż [Kostenverzeichnis – KV-GKG)]). In-numru 1100 KV-GKG jipprovdi għal tariffa b’rata ta’ ħlas ta’ 0,5 għall-Proċedura tal-Ordni ta’ Ħlas Ewropea.
L-ammont tat-tariffa jiġi ddeterminat mill-valur tat-tilwima, li normalment ikun identiku għall-ammont tat-talba mressqa. Jekk, minbarra t-talba prinċipali, l-interessi jew l-ispejjeż huma wkoll involuti bħala talbiet anċillari, il-valur ta’ dawn it-talbiet anċillari ma jiġix ikkunsidrat.
Kemm se nħallas?
It-tariffa tal-qorti li għandha titħallas mal-ħruġ ta’ Ordni ta’ Ħlas Ewropea hija:
Valur tat-tilwima sa massimu ta’ | Tariffa f’EUR | Valur tat-tilwima sa massimu ta’ | Tariffa f’EUR |
500 | 32.00 | 50 000 |
273.00 |
1 000 | 32.00 | 65 000 |
333.00 |
1 500 | 35.50 | 80 000 |
393.00 |
2 000 | 44.50 | 95 000 |
453.00 |
3 000 | 54.00 | 110 000 |
513.00 |
4 000 | 63.50 | 125 000 |
573.00 |
5 000 | 73.00 | 140 000 |
633.00 |
6 000 | 82.50 | 155 000 |
693.00 |
7 000 | 92.00 | 170 000 |
753.00 |
8 000 | 101.50 | 185 000 |
813.00 |
9 000 | 111.00 | 200 000 |
873.00 |
10 000 | 120.50 | 230 000 |
962.50 |
13 000 | 133.50 | 260 000 |
1 052.00 |
16 000 | 146.50 | 290 000 |
1 141.50 |
19 000 | 159.50 | 320 000 |
1 231.00 |
22 000 | 172.50 | 350 000 |
1 320.50 |
25 000 | 185.50 | 380 000 |
1 410.00 |
30 000 | 203.00 | 410 000 |
1 499.50 |
35 000 | 220.50 | 440 000 |
1 589.00 |
40 000 | 238.00 | 470 000 |
1 678.50 |
45 000 | 255.50 | 500 000 |
1 768.00 |
X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?
Jekk il-pagament bil-quddiem fuq it-tariffi tal-qorti ma jsirx, il-qorti ma toħroġx ordni ta’ ħlas u l-proċedimenti ma jitkomplux.
Sabiex il-pagament ikun allokat għan-numru tal-fajl korrispondenti mill-qorti, huwa imperattiv li r-rikorrent jispeċifika wkoll in-numru tal-fajl meta jsir it-trasferiment bankarju.
Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?
Il-pagament bil-quddiem għat-tariffi tal-qorti jista’ jsir direttament meta jiġi ppreżentat ir-rikors. Jekk dan ikun għadu ma tħallasx, il-qorti tibgħat fattura bit-tariffi tal-qorti lir-rikorrent.
(a) Trasferiment bankarju
Tista’ tħallas billi tagħmel trasferiment bankarju.
(b) Karta tal-kreditu
Ma tistax tħallas b’karta tal-kreditu.
(c) Ġbir mill-kont bankarju tar-rikorrent mill-qorti
Il-pagament permezz tal-ġbir mill-kont bankarju tar-rikorrent mhuwiex possibbli.
(d) Għajnuna legali
Meta r-rikorrent ikun ingħata l-għajnuna legali, huwa mhux se jkun meħtieġ iħallas xi spejjeż legali jew jagħmel pagamenti bil-quddiem. It-talba għal għajnuna legali tista’ titressaq quddiem l-istess qorti bħar-rikors għal Ordni ta’ Ħlas Ewropea.
(e) Pagamenti oħra
Mhemmx tipi oħra ta’ pagament.
X’nagħmel wara l-pagament?
Wara pagament li jirnexxi, il-qorti tassenja l-pagament għar-rikors u tipproċessa r-rikors.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.