Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura tal-ħlas Ewropea

Malta

Sadržaj omogućio
Malta

Introduzzjoni

It-tariffi applikabbli għal din il-proċedura huma L-Art. 1 par. 2, l-Art. 2 u l-Art. 13(1) tat-Tariffa B tal-Kap 12 tal-Liġijiet ta’ Malta, il-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili.

Il-pagament tad-dritt tar-Reġistru ma jistax isir b’mod elettroniku.

Liema tariffi huma applikabbli?

Il-pagament huwa meħtieġ in konnessjoni mas-segwenti formoli:

Formola A – Applikazzjoni għal Ordni ta’ Ħlas Ewropea

Formola D – Deċizjoni biex tiġi miċħuda applikazzjoni għal Ordni ta’ Ħlas Ewropea

Formola E – Ordni ta’ Ħlas Ewropea

Formola F – Oppozizzjoni għal Ordni ta’ Ħlas Ewropea

Formola Ġ – Dikjarazzjoni ta’ Infurzar

Kemm għandi nħallas?

Formola A – Rikors għal Ordni ta’ Ħlas Ewropea: EUR 30,00 dritt tar-Reġistru u Eur 7,20 għal kull notifika lill-konvenut/i u lill-pretendent tal-Formola D jew E

Formola F – Oppozizzjoni għal Ordni ta’ Ħlas Ewropea: EUR 30,00 miżata tar-reġistru u EUR 7,20 għal kull notifika lill-pretendent

Formola Ġ – Dikjarazzjoni ta’ Infurzar: EUR 20,00 miżata tar-reġistru

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Il-Formola ma tiġix ipproċessata sakemm isir il-pagament

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

Wieħed jista’ jħallas it-tariffi tal-Qorti fis-segwenti kont bankarju:

Isem id-Detentur tal-Kont

L-AĠENZIJA DWAR IS-SERVIZZI TAL-QRATI

IBAN (Kont tal-Bank Internazzjonali)

MT94VALL22013000000050011428265

Ċavetta tal-Bank Nazzjonali

KODIĊI SORT 22013

Numru tal-Kont

50011428265

Kodiċi BIC/SWIFT

VALLMTMT

Isem tal-bank

BANK OF VALLETTA

L-indirizz tal-bank

IL-FERGĦA TAL-BELT VALLETTA
STRADA RJALI
VALLETTA

Munita tal-kont

EURO

X'għandi nagħmel wara l-ħlas?

Għandek tipproduċi riċevuta mogħtija mill-Bank li permezz tiegħu tkun saret it-tranżazzjoni.

L-aħħar aġġornament: 05/10/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.