Tariffi tal-qorti dwar il-proċedura tal-ħlas Ewropea

Estland

Indholdet er leveret af
Estland

Introduzzjoni

X’tariffi huma applikabbli?

Kemm se nħallas?

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

Introduzzjoni

Jekk tippreżenta rikors għal ordni ta’ ħlas Ewropea f’qorti fl-Estonja, ikollok tħallas l-istess tariffa tal-istat daqslikieku tkun ippreżentajt rikors nazzjonali. It-tariffi tal-Istat u spejjeż proċedurali oħrajn jiġu rregolati mill-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili u mill-Att dwar it-Tariffi tal-Istat. Tista’ tħallas tariffa tal-istat ta’ sa 10 euro fi flus kontanti fil-qrati. Jekk it-tariffa tal-Istat tkun aktar minn 10 euro, ikollok tħallasha bi trasferiment bankarju qabel ma tippreżenta r-rikors tiegħek il-qorti.

X’tariffi huma applikabbli?

Meta tippreżenta ir-rikors tiegħek, ikollok tħallas tariffa tal-istat biex tkopri l-ispejjeż tal-proċedimenti. Barra minn hekk, jista’ jkollok tħallas l-ispejjeż tan-notifika tad-dokumenti proċedurali matul il-proċedimenti (spejjeż ta’ bejn 30 u 60 euro għall-użu tal-assistenza ta’ marixxall tal-qorti jekk id-dokumenti jiġu nnotifikati fl-Estonja, jew spejjeż tat-traduzzjoni jekk id-dokumenti jiġu nnotifikati barra mill-pajjiż). Ma hemmx spejjeż oħrajn.

Kemm se nħallas?

Jekk tippreżenta rikors għal ordni ta’ ħlas Ewropea f’qorti fl-Estonja, it-tariffa tal-istat li jkollok tħallas tkun l-istess bħal meta tippreżenta rikors nazzjonali, jiġifieri 3 % tat-talba totali (l-ammont ta’ flus mitlub, jiġifieri s-somma tat-talbiet prinċipali u t-talbiet kollaterali), iżda mhux inqas minn 45 euro.

Meta tibdel il-proċedura ta’ ordni ta’ ħlas imħaffa għal kawża legali ordinarja, ikollok tħallas tariffa tal-istat addizzjonali ekwivalenti għall-ammont li ma jkunx kopert mit-tariffa tal-Istat li tkun ħallast meta tkun tlabt il-proċedura ta’ ordni ta’ ħlas imħaffa. L-ammont tat-tariffa tal-istat li trid tħallas għal kawża jiddependi fuq l-ammont ta’ flus li qed titlob. Pereżempju, ikollok tħallas tariffa tal-istat ta’ 75 euro għal talba ta’ mhux aktar minn 350 euro f’kawża, tariffa tal-istat ta’ 100 euro għal talba ta’ bejn 351 u 500 euro, tariffa tal-istat ta’ 125 euro għal pretensjoni ta’ bejn 501 euro u 750 euro, eċċ. (ir-rati effettivi sal-14 ta’ Mejju 2019).

X’jiġri jekk ma nħallasx it-tariffi tal-qorti fil-ħin?

Meta tippreżenta rikors trid tħallas it-tariffa tal-istat bil-quddiem. Jekk ma tkunx ħallast it-tariffa tal-istat, il-qorti tagħtik l-opportunità li tħallasha sa data stabbilita mill-qorti. Jekk ma tħallasx it-tariffa tal-istat sa dakinhar, il-qorti tiċħad ir-rikors tiegħek.

Jekk tippreżenta rikors għall-bidla minn proċedura ta’ ordni ta’ ħlas imħaffa għal kawża, il-kawża ma tiġix aċċettata qabel ma tkun ħallast it-tariffa tal-istat addizzjonali għall-kawża.

Kif nista’ nħallas it-tariffi tal-qorti?

It-tariffi tal-istat jistgħu jitħallsu biss permezz ta’ trasferiment bankarju. Il-karti ta’ kreditu mhumiex aċċettati. Għall-ħlasijiet kollha intenzjonati għall-qrati, il-benefiċjarju huwa l-Ministeru tal-Finanzi.

F’ordnijiet ta’ ħlas intenzjonati għal awtorità tal-istat jew fondazzjoni stabbilita mill-istat, il-Ministeru tal-Finanzi jrid jiġi indikat bħala l-benefiċjarju u jrid jiġi indikat ukoll in-numru tal-kont kurrenti.

Kull awtorità għandha n-numru ta’ referenza tagħha, li abbażi tiegħu t-Teżor jittrasferixxi l-ammont irċevut fil-kont tal-awtorità rilevanti fit-Teżor elettroniku tal-Istat.

Huwa obbligatorju li jiġi indikat in-numru ta’ referenza. L-awtorità li jrid isirilha t-trasferiment tipprovdi numru ta’ referenza uniku.

Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar il-kontijiet tat-tariffi tal-istat u n-numri ta’ referenza tal-qrati fis-sit web tal-Qrati Estonjani.

X’għandi nagħmel wara l-ħlas?

Trid tipprovdi informazzjoni lill-qorti li tikkonferma l-ħlas tat-tariffa tal-istat, sabiex il-qorti tkun tista’ tivverifika li tkun irċeviet it-tariffa tal-istat. Din l-informazzjoni hija kif ġej: isem il-persuna li tħallas it-tariffa tal-istat, id-dettalji dwar il-bank u l-kont li t-tariffa tal-istat titħallas fih, l-ammont imħallas, u d-data tal-ħlas. Il-qorti tista’ tivverifika li tkun irċeviet il-ħlas b’mod elettroniku, jiġifieri m’għandekx għalfejn tissottometti l-ordni tal-ħlas li jikkonferma l-ħlas tat-tariffa tal-istat. Madankollu, il-qorti tista’ titlobha, jekk ikun hemm bżonn.

L-aħħar aġġornament: 24/01/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Feedback

Brug formularen nedenfor til at skrive kommentarer og feedback om vores nye website