Din il-paġna tagħti ħarsa lejn il-professjonijiet legali fil-Greċja.
Sib informazzjoni għal kull reġjun
Bħala awtoritajiet ġudizzjarji, l-uffiċċji tal-prosekutur pubbliku(εισαγγελίες) jappartjenu lill-fergħa ġudizzjarja tal-gvern u jipparteċipaw fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja. Il-prosekuturi pubbliċi (εισαγγελείς) jibbenefikaw minn indipendenza operazzjonali u personali.
Kull qorti, ħlief il-qrati kriminali tal-pulizija tad-distrett (πταισματοδικεία), għandha l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku li jopera bħala awtorità ġudizzjarja indipendenti, li d-dmirjiet tagħha jikkonsistu essenzjalment fil-preparazzjoni tal-proċeduri kriminali. Id-dmir ewlieni tal-prosekutur pubbliku huwa li jibda l-proċeduri ġuridiċi, jissorvelja l-investigazzjonijiet u jressaq l-appelli.
Fil-Greċja, il-prosekuturi pubbliċi mhuma speċjalizzati fl-ebda qasam.
Il-Ministeru tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem huwa responsabbli għall-kundizzjonijiet ġenerali tas-servizz għar-regolament tal-prosekuturi pubbliċi.
Mhemmx sit elettroniku iddedikat għal din il-professjoni. L-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom jinsabu għand il-Ministeru tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem.
Il-prosekuturi pubbliċi huma responsabbli biex:
u affarijiet relatati oħra stabbiliti bil-liġi.
Il-prosekuturi pubbliċi huma riveduti mill-imħallfin u l-prosekuturi pubbliċi anzjani tal-Qorti Suprema, kif stabbilit bil-liġi.
Il-ġustizzja hija amministrata mill-qrati ffurmati minn imħallfin ordinarji (τακτικοί δικαστές) li jgawdu indipendenza operattiva u personali.
Fil-qadi tad-dmirijiethom, l-imħallfin (δικαστές) iwieġbu biss lill-Kostituzzjoni u l-liġijiet u ma għandhomx jikkonformaw ma' kwalunkwe dispożizzjoni li tikser il-Kostituzzjoni.
L-imħallfin ordinjarji huma riveduti mill-imħallfin superjuri u mill-Prosekutur Pubbliku u d-Deputati Prosekuturi Pubbliċi (Αντεισαγγελείς) tal-Qorti Suprema (Άρειος Πάγος), kif imfissra mil-liġi.
Il-Ministeru tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem huwa responsabbli għall-kundizzjonijiet ġenerali tax-xogħol tal-imħallfin.
Mhemmx sit elettroniku speċjali għall-imħallfin. L-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom jinsabu għand il-Ministeru tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem.
Fil-Greċja, il-barristers/avukati (δικηγόροι) huma impjegati tal-gvern mingħajr ħlas u ma għandhomx għalfejn ikunu speċjalizzati f'xi kamp partikolari.
Il-Ministeru tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem huwa responsabbli għall-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-professjoni.
Hemm 63 assoċjazzjoni tal-avukati (δικηγορικοί σύλλογοι) fil-Greċja – waħda f'kull sede tal-qorti tal-prim'istanza (πρωτοδικείο).
Il-Ministeru tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem jissorvelja l-assoċjazzjonijiet tal-avukati kollha fil-pajjiż.
Bażi tad-dejta ġuridiċi
L-informazzjoni tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni tal-Avukati Griega, iżda l-aċċess huwa riservat għall-membri ta' kull Assoċjazzjoni.
Fil-Greċja, l-avukati jaġixxu wkoll bħala konsulenti legali (νομικοί σύμβουλοι).
L-informazzjoni tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Assoċjazzjonital-Avukati Griega, iżda l-aċċess huwa ristrett għall-membri ta' kull Assoċjazzjoni.
L-informazzjoni tinsab fuq is-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni tal-Avukati Griega, iżda l-aċċess huwa limitat.
In-Nutara (συμβολαιογράφοι) huma impjegati tal-gvern mhux imħallsa bid-dmir ewlieni li jippreparaw u jżommu rakkmandazzjonijiet ġuridiċi miktuba u atti ta' prova u dikjarazzjonijiet tal-partijiet interessati meta dawn id-dokumenti jkunu rikjesti bil-liġi jew meta l-partijiet jixtiequ li d-dokumenti jsiru uffiċjali.
Fil-Greċja, in-nutara mhuma speċjalizzati fl-ebda qasam.
B'Digriet Presidenzjali, hemm mill-inqas post għal nutar fis-sede ta' kull qorti ċivili tad-distrett (ειρηνοδικείο).
Il-Ministeru tal-Ġustizzja huwa responsabbli għall-kundizzjonijiet tax-xogħol tan-nutara.
Hemm disa' Assoċjazzjonijiet tan-Nutara Pubbliċi (συμβολαιογραφικοί σύλλογοι) fil-Greċja, li jaħdmu fis-sede tal-qrati tal-appell (εφετεία) li huma responsabbli għar-regolamentazzjoni tal-professjoni (hemm disa' assoċjazzjonijiet fil-Greċja).
L-assoċjazzjonijiet tan-nutara huwa sorveljati mill-Ministeru tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem.
Informazzjoni dwar in-nutara tinsab fuq is-sit elettroniku tal- Assoċjazzjoni Griega tan-Nutara (Συντονιστική Επιτροπή Συμβολαιογραφικών Συλλόγων Ελλάδας) u fuq is-sit elettroniku tad-Direttorju Ewropew tan-Nutara tal-Kunsill tan-Nutara tal-Unjoni Ewropea (CNUE).
Il-Bailiffs (δικαστικοί επιμελητές) huma impjegati tal-gvern mhux imħallsa.
Il-Bailiffs huma responsabbli:
Il-Ministeru tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem huwa responsabbli għall-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-bailiffs.
Hemm tmien assoċjazzjonijiet tal-bailiffs (σύλλογοι δικαστικών επιμελητών) fil-Greċja.
Il-Ministeru tal-Ġustizzja, it-Transparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem huwa responsabbli għall-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-impjegati tal-qrati Griegi.
Assoċjazzjoni tal-Avukati ta' Ateni
Assoċjazzjoni tal-Avukati ta' Piraeus
Il-Ministeru tal-Ġustizzja, it-Trasparenza u d-Drittijiet tal-Bniedem
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.