Izvorna jezična inačica ove stranice njemački nedavno je izmijenjena. Naši prevoditelji trenutačno pripremaju jezičnu inačicu koju vidite.
Swipe to change

Tipi ta’ professjonijiet legali

Njemačka

Din il-paġna tagħtik deskrizzjoni ġenerali tal-professjonijiet legali fil-Ġermanja.

Sadržaj omogućio
Njemačka
Službeni prijevod nije dostupan u jezičnoj verziji koju tražite.
Ovdje možete pristupiti strojnom prijevodu ovog sadržaja. Imajte na umu da je svrha tog prijevoda samo pružiti kontekst. Vlasnik ove stranice ne prihvaća nikakvu odgovornost ni obvezu u pogledu kvalitete strojno prevedenog teksta.

Professjonijiet Legali

Prosekutur Pubbliku (Staatsanwalt)

Rwol u dmirijiet

Is-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika (Staatsanwaltschaft) huwa organu indipendenti mill-ġurisdizzjoni kriminali strutturat bl-istess mod bħall-qrati nnifishom. Huwa responsabbli mit-tmexxija ta' investigazzjonijiet preliminari, mill-preżentazzjoni tal-kawżi għall-prosekuzzjoni f'każijiet kriminali, u mill-infurzar ta' kundanni. Sakemm ma jkunx hemm leġiżlazzjoni li tindika l-kuntrarju, is-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika huwa responsabbli wkoll mit-tmexxija ta' prosekuzzjonijiet għar-reati amministrattivi.

Is-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika għandu l-obbligu li jaġixxi kull fejn ikun hemm reat li jista’ jiġi pproċessat, jekk kemm-il darba jkun hemm raġunijiet biżżejjed. Dan ifisser li prosekutur huwa obbligat jakkuża u jħarrek kull suspett jekk il-kundizzjonijiet legali jkunu sodisfatti.

Meta jwettaq investigazzjonijiet għal proċedimenti kriminali, l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jista’ jifittex l-għajnuna minn partijiet oħra. Dawn il-partijiet jinkludu uffiċjali tal-pulizija, investigaturi tat-taxxa u uffiċjali tad-dwana. Dawn tal-aħħar iridu jsegwu l-istruzzjonijiet tas-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika.

Il-proċedimenti tal-qorti li fihom is-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika jintervjeni huma essenzjalment proċedimenti kriminali. Dan jgħodd kemm għall-ewwel Istanza kif ukoll għall-proċedimenti ta’ appell.

Qabel ma każ kriminali jkun jista’ jiġi pproċessat, trid titressaq akkuża kontra l-konvenut. Bi ftit eċċezzjonijiet li jikkonċernaw offiżi żgħar, l-akkuża trid titressaq mill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku. Prosekutur pubbliku jipparteċipa fil-kawża sussegwenti bħala rappreżentant tal-prosekuzzjoni.

Fi proċedimenti tal-Ewwel Istanza, il-prosekutur pubbliku jrid jaqra l-akkuża. Huwa għandu d-dritt li jinterroga lill-konvenut u lil kwalunwe xhud. Fi tmiem il-ġuri, il-prosekutur pubbliku jippreżenta analiżi tal-kundanna, fejn jevalwa l-fatti legali u sostantivi, u jitlob lill-Qorti biex tikkundanna lill-konvenut jew biex tilliberaħ.

Filwaqt li jagħmel dan, il-prosekutur pubbliku jrid jaġixxi b’mod imparzjali. Irid iqis kemm l-evidenza inkriminanti kif ukoll l-evidenza favur il-konvenut. Jekk l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jkun konvint li d-deċiżjoni tal-qorti trid tiġi riveduta fuq bażi ta’ fatt jew ta’ liġi, huwa jista’ jagħmel appell – anki favur il-konvenut.

Organizzazzjoni

Is-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika huwa organizzat b'mod ġerarkiku. Għaldaqstant, l-uffiċjali tas-servizz tal-prosekuzzjoni pubblika jridu jsegwu l-istruzzjonijiet tas-superjuri tagħhom.

Minħabba s-sistema Federali fil-Ġermanja, huwa meħtieġ li wieħed jiddistingwi bejn il-kompetenzi tal-Gvern Federali u l-kompetenzi tal-Istati Federali (Länder).

L-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku Federali

Il-Prosekutur Ġenerali fil-Qorti Federali tal-Ġustizzja (Generalbundesanwalt beim Bundesgerichtshof) huwa l-ogħla grad ta’ awtorità ta’ prosekuzzjoni fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja fil-qasam tas-sigurtà nazzjonali. Il-Prosekutur Ġenerali jaġixxi bħala avukat fil-każijiet kollha ta’ reati serji kontra l-istat li jikkompromettu b’mod sinifikanti is-sigurtà interna jew esterna tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja (jiġifieri reati motivati politikament, b’mod partikolari atti ta’ terroriżmu, tradiment tal-istat, jew spjunaġġ).

Il-Prosekutur Ġenerali Federali fil-Qorti Federali tal-Ġustizzja huwa wkoll responsabbli għall-prosekuzzjoni ta' reati relatati mal-Kodiċi tar-Reati Kontra l-Liġi Internazzjonali (Völkerstrafgesetzbuch) u jintervjeni fi proċedimenti ta’ appell u ta’ lment quddiem id-diviżjoni kriminali tal-Qorti Federali tal-Ġustizzja (Bundesgerichtshof).

Il-Prosekutur Ġenerali Federali jmexxi l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku fil-Qorti Federali tal-Ġustizzja. Huwa jissorvelja u jidderieġi l-prosekuturi pubbliċi Federali (Bundesanwälte), il-prosekuturi pubbliċi superjuri (Oberstaatsanwälte) u l-prosekuturi pubbliċi inferjuri (Staatsanwälte).

Min-naħa l-oħra, il-ħidma tal-Prosekutur Ġenerali Federali hija ssorveljata mill-Ministru Federali tal-Ġustizzja. Il-Ministru Federali ma jeżerċita l-ebda drittjiet ta’ superviżjoni fuq il-prosekuturi pubbliċi tal-Istati Federali, u ma jistax jagħtihom struzzjonijiet.

L-uffiċċji tal-Prosekuturi Pubbliċi tal-Istati Federali (Staatsanwaltschaften der Länder)

Il-każijiet l-oħra kollha (reati ordinarji) jiġu pproċessati mill-Uffiċċji tal-Prosekuturi Pubbliċi fl-Istati Federali. Il-Prosekutur Ġenerali Federali u l-uffiċċji tal-prosekuturi pubbliċi tal-Istati Federali huma distini u separati, u joperaw kull wieħed fil-livell tiegħu. Ma teżisti l-ebda rabta ġerarkika bejn il-livell nazzjonali u l-livell tal-Istati Federali.

Kull wieħed mis-16-il Stat Federali għandu s-servizz tiegħu ta' prosekuzzjoni pubblika, organizzati kif ġej:

Kull qorti reġjonali (Landgericht) għandha l-uffiċċju tagħha ta' prosekutur pubbliku, li huwa wkoll responsabbli għall-qrati lokali (Amtsgerichte) fid-distrett ġudizzjarju ta’ dik il-qorti reġjonali.

Kull wieħed mill-uffiċċji tal-prosekutur pubbliku fil-qrati reġjonali jaqa’ taħt l-awtorità tal-uffiċċju tal-prosekutur ġenerali fil-qorti reġjonali superjuri korrispondenti (Oberlandsgericht), li min-naħa tiegħu jaqa’ taħt il-Ministeru tal-Ġustizzja tal-Istat Federali rispettiv.

L-Uffiċċji tal-Prosekutur-Ġenerali (Generalstaatsanwaltschaften) huma responsabbli għall-appelli u r-reviżjonijiet fil-qrati reġjonali superjuri. Jekk proċedimenti bħal dawn jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tal-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-prosekuzzjoni titmexxa mill-Prosekutur Ġenerali Federali.

Għal aktar informazzjoni dwar il-prosekuzzjoni pubblika, irreferi għat-taqsima dwar il-Qrati u l-prosekuzzjoni pubblika tal-websajt tal-Ministeru Federali tal-Ġustizzja. Ħafna mis-servizzi tal-prosekuzzjoni pubblika għandhom il-websajts tagħhom, li jistgħu jiġu aċċessati mill-portali dwar il-ġustizzja tal-Istati Federali.

Imħallef

Organizzazzjoni

Il-leġiżlazzjoni prinċipali li tirregola l-professjoni ta’ mħallef kemm fil-qrati nazzjonali kif ukoll fil-qrati reġjonali hija l-Att tal-Imħallfin Ġermaniżi (Deutsche Richtergesetz (DRiG)). Jinsabu aktar dispożizzjonijiet fil-liġi Ġermaniż dwar l-imħallfin.

Il-Ministeri tal-Ġustizzja tal-Istati Federali jissorveljaw il-ħidma tal-imħallfin fil-livell tal-Istat Federali. Il-ħidma tal-imħallfin fil-Qrati Federali, bl-eċċezzjoni tal-imħallfin tal-Qorti Kostituzzjonali Federali, hija ssorveljata mill-Ministeru Federali rilevanti.

Rwol u dmirijiet

Imħallfin professjonisti u mħallfin lajċi (Berufsrichter und Laienrichter)

L-imħallfin professjonisti jew tal-karriera (Berufsrichter) iservu jew fil-qrati nazzjonali jew fil-qrati reġjonali. L-imħallfin fil-livell tal-Istat Federali jeżerċitaw dmirhom f’qorti lokali (Amtsgericht), qorti reġjonali (Landgericht) jew qorti reġjonali superjuri (Oberlandesgericht). Il-parti l-kbira tal-imħallfin jaħdmu fil-livell tal-Istat Federali.

L-imħallfin Federali (Bundesrichter) jistgħu jservu fil-Qorti Kostituzzjonali Federali (Bundesverfassungsgericht), fil-Qorti Federali tal-Ġustizzja (Bundesgerichtshof), fil-Qorti Federali tax-Xogħol (Bundesarbeitsgericht), fil-Qorti Federali tal-Finanzi (Bundesfinanzhof), fil-Qorti Soċjali Federali (Bundessozialgericht), fil-Qorti Federali Amministrattiva (Bundesverwaltungsgericht) jew fil-Qorti Federali tal-Brevetti (Bundespatentgericht).

Fi proċedimenti kriminali, l-imħallfin professjonisti jingħaqdu mal-"imħallfin lajċi"(Laienrichter)(Schöffen). L-imħallfin laċji jissejħu minn fost iċ-ċittadini biex jeżerċitaw dan is-servizz bla ma jitħallsu. Teoretikament, persuna tista’ anki tinħatar mingħajr il-kunsens tagħha stess. Ċittadin li jinħatar bħala mħallef lajk jista’ biss jirrifjuta s-servizz f’ċirkustanzi eċċezzjonali. L-imħallfin lajċi (Schöffen) jipparteċipaw fis-seduti tal-qrati lokali u fis-seduti tal-Awla kriminali u l-Awla tal-minorenni fil-qrati reġjonali.

Fil-prinċipju, l-imħallfin lajċi għandhom l-istess drittijiet ta’ vot bħall-imħallfin professjonisti. Dan ifisser li jiddeċiedu flimkien mal-imħallfin professjonisti dwar jekk il-konvenut huwiex ħati u x’sentenza għandha tingħata.

Skont it-Taqsima 36 tal-Att dwar il-Qrati (Gerichtsverfassungsgesetz, (GVG)), l-imħallfin lajċi jiġu eletti kull ħames snin. Ċittadini Ġermaniżi biss jistgħu jagħmluha ta' mħallfin lajċi (it-Taqsima 31 GVG). Il-persuni li ġejjin huma esklużi:

  • persuni taħt is-26 sena jew 'il fuq minn 70 sena fid-data tal-bidu tal-kariga (it-Taqsima 33 GVG)
  • persuni li mhumiex residenti fid-distrett ikkonċernat
  • persuni li mhumiex adattati għall-kariga minħabba problemi ta’ saħħa
  • persuni li mhumiex adattati għall-kariga minħabba nuqqas ta’ għarfien tal-lingwa Ġermaniża
  • persuni fir-riskju ta’ insolvenza finanzjarja
  • persuni li kienu preċedentement ikkundannati jew soġġetti għal investigazzjoni kriminali li tkun għaddejja (it-Taqsima 32, GVG).

L-imħallfin lajċi huma intitolati għall-kumpens ta’ telf ta’ introjtu finanzjarju, l-ammont jiġi determinat mill-Att ta’ Kumpens u Remunerazzjoni Legali ((Justizvergütungs- und –entschädigungsgesetz) (it-Taqsima 55 GVG). L-Istati Federali jipprovdu fuljetti ta’ spjegazzjoni li jinfurmaw lill-imħallfin lajċi dwar id-dmirijiet tagħhom. Dawn il-fuljetti huma ppubblikati wkoll fuq l-internet. L-Istati Federali joffru wkoll it-taħriġ għall-imħallfin lajċi

Uffiċjal ġudizzjarju (Rechtspfleger)

L-uffiċjali ġudizzjarji huma uffiċjali tal-ġudikatura Ġermaniża. Ir-rwol tagħhom – bħala “t-tieni kolonna tat-tielet setgħa” – huwa prinċipalment limitat għal kwistjonijiet mhux kontenzjużi (inklużi s-suċċessjoni, il-kustodja, kwistjonijiet varji li jikkonċernaw lit-tfal u l-adozzjoni, ir-reġistrazzjoni tal-art, il-kummerċ, is-soċjetajiet kooperattivi u s-sħubiji, l-insolvenza, ir-reġistrazzjoni ta’ assoċjazzjonijiet, ta' proprjetà matrimonjali, ta’ bastimenti eċċ.). Ir-responsabbiltajiet tagħhom madankollu jestendu għal għadd ta’ attivitajiet ġudizzjarji oħra, bħal pereżempju fir-rigward ta’ proċedimenti għall-ordnijiet għall-ħlas, l-għajnuna legali, ħlasijiet infurzati, bejgħ bis-subbasta sforzat u riċevituri, it-tassazzjoni tal-ispejjeż, l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi, u proċedimenti quddiem il-Qorti Federali tal-Brevetti u fl-ordni legali internazzjonali.

Attwalment l-għadd ta’ uffiċjali ġudizzjarji huwa akbar mill-għadd ta’ mħallfin fil-qrati lokali. Id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom huma stabbiliti fl-Att tal-Uffiċjali Ġudizzjarji (Rechtspflegergesetz, RPflG). Fit-twettiq tad-dmirijiet u t-teħid ta’ deċiżjonijiet tagħhom, l-uffiċċjali ġudizzjarji, bħall-imħallfin, huma imparzjali u indipendenti u marbuta biss bil-liġi u bl-istatut. Bħala kwistjoni ta' prinċipju, jistgħu jinġiebu l-appelli kontra d-deċiżjonijet tagħhom skont il-liġijiet proċedurali ġenerali fis-seħħ.

Bażijiet ta’ dejta legali

Bażijiet ta’ dejta fuq l-internet dedikati lill-professjonijist ġudizzjarji u li huma aċċessibbli għall-pubblika huma:

L-informazzjoni tista’ tinstab ukoll fil-paġni web tal-Assoċjazzjoni Ġermaniża tal-Imħallfin (Deutscher Richterbund) u tal-(Assoċjazzjoni Ġermaniża tal-Uffiċjali Ġudizzjarji (Bundes Deutscher Rechtspfleger).

Avukat (Rechtsanwalt)

Fil-Ġermanja hemm madwar 160 000 avukat. Dawn isegwu l-istess taħriġ legali bħall-imħallfin u jistgħu jagħtu pariri u jirrappreżentaw lill-klijenti tagħhom fi kwalunkwe forma ta’ kwistjoni legali. Huma jistgħu jeżerċitaw il-professjoni tagħhom kemm fl-Awla tal-Qorti kif ukoll barra mill-Qorti; skont il-liġi Ġermaniża ma teżisti l-ebda kategorija ta’ avukati li huma dedikati speċifikament għar-rappreżentanzi fil-qrati. L-intitolament tagħhom li jaġixxu fil-qorti huwa validu fil-forom tal-qrati kollha fil-Ġermanja. L-unika eċċezzjoni hija meta l-avukati jkunu jixtiequ jirrappreżentaw il-klijent tagħhom f’kawża ċivili quddiem il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, fejn jeżistu prerekwiżiti ta’ ammissjoni speċifiċi.

L-avukati huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet statutorji tal-Att Federali tal-Avukati (Bundesrechtsanwaltsordnung, BRAO). Il-professjoni legali hija wkoll awtoregolata b'aktar regoli marbutin mal-professjoni, jew b’mod aktar speċifiku, bil-Kodiċi ta’ Kondotta Professjonali tal-Avukati (Berufsordnung fur Rechtsanwälte, BORA) u bil-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Avukati Speċjalisti (Fachanwaltsordnung, FAO). Ir-rimunerazzjoni tal-avukati hija ddeterminata permezz tal-Att ta’ Remunerazzjoni tal-Avukati (Rechtsanwaltsvergütungsgesetz, RVG).

L-avukati huma mqassma f'27 Kamra reġjonali tal-Avukati (Rechtsanwaltskammern) kif ukoll fil-Kamra tal-Avukati tal-Qorti Federali tal-Ġustizzja. Il-Kmamar huma responsabbli għall-ammissjoni fil-professjoni legali. Barra minn hekk, huma responsabbli wkoll mill-monitoraġġ tal-avukati biex jiżguraw li dawn jikkonformaw mal-obbligi professjonali tagħhom.

Bażijiet ta’ dejta legali

Informazzjoni komprensiva dwar il-professjoni legali tinstab fuq il-websajt tal-Kamra Federali tal-Avukati (Bundesrechtsanwaltskammer, BRAK). Barra minn hekk, l-Assoċjazzjoni ta’ Avukati Ġermaniżi (Deutsche Anwaltverein, DAV), l-ikbar assoċjazzjoni indipendenti ta’ avukati Ġermaniżi, tipprovdi firxa wiesgħa ta’ informazzjoni dwar il-professjoni legali, li tista’ tinkiseb ukoll bl-Ingliż u bil-Franċiż.

Il-websajts li ġejjin joffru wkoll l-għajnuna biex wieħed isib avukat: id-Direttorju Uffiċjali tal-Avukati Ġermaniżi (Bundesweites Amtliches Anwaltsverzeichnis), li jelenka l-avukati kollha (il-kontenut huwa bil-Ġermaniż u bl-Ingliż), u s-Servizz Federali ta' Informazzjoni dwar l-Avukati (Deutsche Anwaltauskunft).

Konsultenti għall-Brevetti (Patentanwalt

Jeżistu madwar 3 000 konsultent prattikanti fi kwistjonijet dwar il-brevetti fil-Ġermanja. Il-konsulenti f’dan il-qasam ikunu ġeneralment temmew l-istudji f’livell universitarju fix-xjenzi jew fl-affarijiet tekniċi, flimkien ma’ taħriġ legali sussidjarju. L-ambitu tal-attività tagħhom huwa llimitat għall-konsulenza u r-rappreżentanza tal-klijenti tagħhom fil-qasam tad-drittijiet tal-proprjetà industrijali (b'mod partikolari fir-rigward ta’: Brevetti, mudelli ta’ utilità, disinni industrijali u marki kummerċjali (trejdmarks), b’attenzjoni speċifika fuq il-proċeduri ta’ applikazzjoni ta’ monitoraġġ. Dawn il-konsulenti huma intitolati li jirrappreżentaw lill-klijenti tagħhom quddiem l-Uffiċċju Ġermaniż tat-Trejdmarks u l-Brevetti, il-Qorti Federali tal-Brevetti, u, f’ċirkostanzi speċifiċi, quddiem il-Qorti Federali tal-Ġustizzja. Madankollu, fil-Qrati reġjonali u l-qrati reġjonali superjuri, jistgħu biss jagħtu opinjonijiet dwar il-kawżi tal-klijenti tagħhom, u mhux jifformulaw il-konklużjonijiet

Il-konsultenti fi kwistjonijiet dwar il-brevetti huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet statutorji tal-Att tal-Konsulenti għall-Brevetti (Patentanwaltsordnung, PAO). Huma jagħmlu parti mill-Kamra tal-Konsulenti għall-Brevetti (Patentanwaltskammer).

Bażijiet ta’ dejta legali

Il-websajt dwar il-Kamra tal-Konsulenti għall-Brevetti (Patentanwaltskammer) tipprovdi informazzjoni dwar il-professjoni ta’ dawn il-konsulenti. Il-websajt jipprovdi wkoll direttorju tal-Konsulenti għall-Brevetti.

Nutar

Fil-Ġermanja attwalment jeżistu madwar 8 000 nutar prattikanti, li ġeneralment iridu jkunu temmew l-istess taħriġ legali bħall-imħallfin. Huma jipprovdu pariri u appoġġ indipendenti, imparzjali u oġġettivi għal tranżazzjonijiet legali importanti kif ukoll it-trattament ta' kwistjonijiet legali fil-qasam tal-ġustizzja preventiva. L-aktar kompitu importanti tagħhom huwa ċ-ċertifikazzjoni tat-tranżazzjonijiet legali.

Minħabba l-istruttura Federali tal-Ġermanja, jeżistu diversi tipi ta’ nutara: Fil-parti l-kbira tal-Istati Federali, in-nutara jeżerċitaw il-kompiti tagħhom bħala l-impjieg professjonali ewlieni tagħhom (Nutara li jeżerċitaw professjoni unika) (Nurnotariat). Madankollu, f’xi Stati Federali, il-kompiti ta’ nutara jitwettqu flimkien mal-ħidma ta’ avukat (Nutara li jagħmluha ta’ avukati wkoll) (Anwaltsnotariat). Fl-Istat Federali ta’ Baden-Württemberg jeżistu wkoll nutara li huma ħaddiema taċ-ċivil (Amtsnotare; dan japplika sal-2017). In-nutara kollha jinħatru u huma ssorveljati mill-Awtorità Ġudizzjarja Reġjonali rispettiva tagħhom (Landesjustizverwaltung).

Id-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-professjoni tan-nutara jinstabu fl-Att Federali tal-Nutara (Bundesnotarordnung, BNotO). Ir-remunerazzjoni tan-nutara hija ddeterminata mill-Att dwar l-Miżati (Kostenordnung, KostO).

In-nutara huma membri tal-Kamra tan-Nutara reġjonali rispettiva tagħhom.

Bażijiet ta’ dejta legali

Informazzjoni komprensiva dwar diversi suġġetti relatati mal-professjoni tan-nutara tista’ tinstab fil-websajt tal-Kamra Federali tan-Nutara (Bundesnotarkammer). Fuq dan il-websajt, id-Direttorju tan-Nutara huwa wkoll ta' għajnuna meta wieħed ikollu bżonn ifittex nutar. L-informazzjoni tista’ tinkiseb bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bil-Franċiż u bl-Ispanjol.

Professjonijiet Legali Oħra

Professjonijiet legali ddefiniti fl-Att tas-Servizzi Legali (Rechtsdienstleistungsgesetz)

L-Att tas-Servizzi Legali jagħmilha possibbli għall persuni li jiġbru d-djun, għall-konsulenti tal-pensjonijiet u għall-fornituri tas-servizz legali bi speċjalizzazzjoni fil-liġi barranija li jipprovdu servizzi legali ekstraġudizzjarji. F'ċerti każijiet, il-persuni li jiġbru d-djun u l-konsulenti tal-pensjonijiet jistgħu wkoll jirrappreżentaw il-klijenti tagħhom quddiem il-qorti. Il-prerekwiżit għat-twettiq ta’ din l-attività huwa reġistrazzjoni, li l-approvazzjoni għaliha tinkiseb mill-qorti jekk issir talba għaliha. L-ismijiet tal-persuni rreġistrati huma elenkati fir-Reġistru tas-Servizzi Legali.

Ma hemm l-eba rekwiżit legali għal dawn il-fornituri reġistrati tas-servizzi li jridu jappartjenu lil Kamra jew assoċjazzjoni professjonali speċifika. Il-professjonijiet ta’ ġbir ta’ dejn u konsultazzjoni tal-pensjonijiet huma parzjalment koordinati minn firxa ta’ entitajiet professjonali. L-akbar entitiajiet huma l-Assoċjazzjoni Ġermaniża tal-Aġenziji għall-Ġbir ta’ Dejn (Bundesverband Deutscher Inkassounternehmen), l-Assoċjazzjoni Ġermaniża tal-Eżekuttivi Legali/Fornituri tas-Servizzi Legali (Bundesverband Deutscher Rechtsbeistände/Rechtsdienstleister) u l-Assoċjazzjoni Ġermaniża tal-konsulenti tal-pensjonijet (Bundesverband der Rentenberater).

Bażijiet ta’ dejta legali

Huwa possibbli li wieħed jikkonsulta r-Reġistru tas-Servizzi Legali, li jinkludi lista tal-fornituri tas-servizzi legali u l-qorti responsabbli għall-reġistrazzjoni, permezz tal-portal ġudizzjarju Ġermaniż. Tista’ tinkiseb firxa wiesgħa ta’ aktar informazzjoni mis-siti tal-internet tal-organizzazzjonijiet li ġejjin: (l-Assoċjazzjoni Ġermaniża tal-Aġenziji tal-Ġbir tad-Djun (Bundesverband Deutscher Inkassounternehmen), l-Assoċjazzjoni Ġermaniża tal-Eżekuttivi Legali/Fornituri tas-Servizz Legali (Bundesverband Deutscher Rechtsbeistände/Rechtsdienstleister), (l-Assoċjazzjoni Ġermaniża tal-Konsulenti tal-Pensjonijiet (Bundesverband der Rentenberater).

Organizzazzjonijiet li jipprovdu servizzi legali mingħajr ħlas

Fil-Ġermanja, għadd ta’ organizzazjonijiet karitattivi jipprovdu pariri legali mingħajr ħlas (f’konformità mat-Taqsimiet 6 u 8 tal-Att dwar is-Servizzi Legali). Uħud minn dawn l-organizzazzjonijiet l-aktar importanti huma:

Ħoloq Relatati mas-Suġġett

il-Portal Konġunt dwar il-Ġustizzja tal-Gvern Federali u tal-Länder

il-Ministeru Federali tal-Ġustizzja (Bundesministerium der Justiz)

il-Ministeru Federali tal-Ġustizzja Ġermaniż (Deutsches Bundesministerium der Justiz)

il-Ministeru tal-Ġustizzja ta’ Hamburg (Justizministerium Hamburg)<0}

il-Ministeru tal-Ġustizzja ta’ Berlin (Justizministerium Berlin)

il-Ministeru tal-Ġustizzja tal-Bavarja (Justizministerium Bayern)<0}

l-Assoċjazzjoni Ġermaniża tal-Imħallfin (Deutscher Richterbund)

l-Assoċjazzjoni Ġermaniża tal-Avukati (Deutsche Rechtsanwaltskammer)

id-Direttorju Uffiċjali tal-Avukati li jkopri l-Ġermanja kollha (Bundesweites Amtliches Anwaltsverzeichnis)

l-Assoċjazzjoni tal-Avukati Ġermaniżi (Deutscher Anwaltverein)<0}

Servizzi ta’ informazzjoni dwar l-Avukati fil-Ġermanja (Deutsche Anwaltsauskunft)

il-Kamra tal-Avukatura tal-Brevetti (Patentanwaltskammer)

Lista ta’ Nutara

il-Kamra Federali tan-Nutara (Bundesnotarkammer)

Punt ta’ Informazzjoni għall-Fornituri tas-Servizz Legali Reġistrati

l-Assoċjazzjoni tal-Protezzjoni Soċjali tal-Ħaddiema Ġermaniżi (Arbeiterwohlfahrt Bundesverband)

Caritas

Diakonie

Assoċjazzjoni Ċentrali tal-Lhud dwar il-Protezzjoni Soċjali (Zentralwohlfahrtstelle der Juden in Deutschland)

l-Assoċjazzjoni Ġermaniża tas-Salib l-Aħmar (Deutsches Rotes Kreuz)

Assoċjazzjoni ta’ Protezzjoni Soċjali Mhux Denominattiva (Paritätischer Wohlfahrtsverband)

L-aħħar aġġornament: 04/04/2013

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Povratne informacije

Koristite se obrascem u nastavku kako biste podijelili svoje komentare i povratne informacije o našoj novoj internetskoj stranici