Moving/settling abroad with children

Avoid becoming an "abducting" parent by knowing how to move across borders with your children in a lawful way

Experience shows that in many cases, the wrongful removal or failure to return (retention of) a child results from lack of knowledge on the part of the so-called abducting parent. Usually parents do not know the conditions in which they can move across borders with their children or the steps they should take when travelling abroad with their child in a lawful way.

Please select the relevant country's flag to obtain detailed national information.

Last update: 30/05/2023

This page is maintained by the European Commission. The information on this page does not necessarily reflect the official position of the European Commission. The Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice with regard to copyright rules for European pages.

Informazzjoni dwar it-tneħħija legali tal-minuri - Belġju

1 Taħt liema ċirkostanzi jista' ġenitur jitrasferixxi legalment lill-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor?

Skont il-liġi Belġjana, id-dritt li jitbiddel il-post ta’ residenza ta’ minuri jaqa’ taħt l-awtorità tal-ġenituri. Konsegwentement, huwa biss id-detentur(i) tal-awtorità tal-ġenituri fir-rigward tal-minuri li huwa (huma) awtorizzat(i) li jbiddlu l-post tar-residenza tal-minuri.

Fil-prinċipju, irrispettivament mill-istatus tal-ġenituri, kemm jekk jgħixu flimkien u kemm jekk le, huma jeżerċitaw l-awtorità tal-ġenituri b’mod konġunt fl-interess tal-minuri (ara l-Artikoli 373 u 374 tal-Kodiċi Ċivili).

Madankollu, fil-każ ta’ separazzjoni tal-ġenituri, tista’ tintalab ġudizzjarjament deroga mill-prinċipju tal-eżerċizzju konġunt tal-awtorità tal-ġenituri. Konsegwentement, l-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenituri mogħti lil wieħed minnhom abbażi ta’ deċiżjoni ġudizzjarja, għandu jitqies bħala esklużiv. Fil-każ tal-eżerċizzju esklużiv tal-awtorità tal-ġenituri, dan jista’ jwassal biex il-ġenitur li għandu t-tutela jiġi fdat bil-prerogattivi kollha tal-awtorità tal-ġenituri inkluż l-għażla tal-post tar-residenza tal-minuri; b’hekk il-minuri jista’ jiġi ttrasferit fi Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor. F’dan il-każ, il-ġenitur privat li ma jgawdix mill-awtorità tal-ġenituri konġunta jista’ madankollu jingħata dritt għar-relazzjonijiet personali. Madankollu, l-imħallef jista’ jbiddel l-eżerċizzju esklużiv tal-awtorità tal-ġenituri billi jistabbilixxi, għal ċerti deċiżjonijiet relatati mal-minuri, xi eċċezzjonijiet li jeħtieġu l-kunsens tal-ġenitur l-ieħor. L-għażla tar-residenza tal-minuri tista’ tkun waħda minn dawn id-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu b’mod konġunt fil-kuntest ta’ eżerċizzju esklużiv tal-awtorità tal-ġenituri minn wieħed miż-żewġ ġenituri.

Barra minn hekk, għandu jiġi osservat li fil-każ fejn il-minuri jkun is-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ protezzjoni li timplika bidla tal-modalitajiet tal-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenituri, din tal-aħħar għandha tipprevali. B’hekk, jista’ jkun li l-ebda wieħed miż-żewġ ġenituri ma jkun awtorizzat li jittrasferixxi l-minuri fi Stat ieħor.

2 Taħt liema ċirkostanzi hu meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor għat-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor?

Meta l-awtorità tal-ġenituri għandha tiġi eżerċitata b’mod konġunt miż-żewġ ġenituri, il-kunsens taż-żewġ ġenituri huwa meħtieġ biex jinbidel il-post tar-residenza tal-minuri tagħhom.

Meta l-awtorità tal-ġenituri hija eżerċitata b’mod esklużiv minn wieħed mill-ġenituri b’eċċezzjoni madankollu għal ċerti deċiżjonijiet bħal l-għażla tar-residenza tal-minuri, il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor huwa meħtieġ. Madankollu, fir-rigward ta’ partijiet terzi in bona fide, teżisti preżunzjoni favur il-ftehim tal-ġenituri.

3 Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix kunsens għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor, minkejja li jkun meħtieġ, il-minuri kif jistgħu jiġu ttrasferiti b’mod legali lejn Stat ieħor?

Fin-nuqqas ta’ ftehim bejn dawk li għandhom it-tutela tal-awtorità tal-ġenituri dwar il-post tar-residenza tal-minuri tagħhom, se jkun f’idejn il-qorti li hija territorjalment kompetenti sabiex tawtorizza jew le t-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor.

Il-qorti kompetenti tista’ tiġi invokata a priori minn ġenitur li jeżerċita l-awtorità tal-ġenituri b’mod konġunt b’antiċipazzjoni ta’ deċiżjoni li ma tiksibx l-approvazzjoni tiegħu. Rikors a posteriori huwa miftuħ ukoll għal ġenitur li jeżerċita konġuntament l-awtorità tal-ġenituri sabiex jikkontesta deċiżjoni li diġà ttieħdet mill-ġenitur l-ieħor.

4 L-istess regoli japplikaw għat-trasferiment temporanju (eż. vaganza, il-kura tas-saħħa eċċ.) u t-trasferiment permanenti? Jekk applikabbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-formoli ta’ kunsens rilevanti.

Meta l-awtorità tal-ġenituri hija fdata lil ġenitur wieħed, il-ġenitur li għandu t-tutela taħt l-awtorità tal-ġenituri biss jista’ jittrasferixxi temporanjament il-minuri fi Stat ieħor għall-vaganzi.

Il-ġenitur li ma jeżerċitax l-awtorità tal-ġenituri fir-rigward tal-minuri, iżda li għandu dritt għar-relazzjonijiet personali jista’ jittrasferixxi lill-minuri barra mill-pajjiż biss bil-kunsens bil-miktub minn qabel ta’ min għandu t-tutela tal-awtorità tal-ġenituri jew b’awtorizzazzjoni espressa tal-qorti kompetenti.

Meta l-awtorità tal-ġenituri hija konġunta u l-ebda deċiżjoni ma tirregola l-kwistjoni tal-akkomodazzjoni tal-wild, kull wieħed mill-ġenituri huwa intitolat li jivvjaġġa barra mill-pajjiż mal-minuri. Il-post ta’ residenza ta’ dan tal-aħħar ma jistax madankollu jinbidel.

Fl-aħħar nett, meta deċiżjoni ġudizzjarja tirregola l-modalitajiet tal-akkomodazzjoni tal-minuri, kull wieħed mill-ġenituri huwa awtorizzat li jivvjaġġa mal-minuri biss matul il-perjodu ta’ akkomodazzjoni tiegħu salv projbizzjoni espressa tal-qorti.

F’dawn l-aħħar żewġ każijiet, jista’ madankollu jkun xieraq għall-ġenitur li jivvjaġġa mal-minuri li jkollu awtorizzazzjoni ta’ vjaġġar, iffirmata mill-ġenitur l-ieħor, sabiex jiġu evitati kwalunkwe diffikultajiet.

L-aħħar aġġornament: 10/01/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Informazzjoni dwar it-tneħħija legali tal-minuri - Bulgarija

1 Taħt liema ċirkostanzi jista' ġenitur jitrasferixxi legalment lill-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor?

Meta ż-żewġ ġenituri jeżerċitaw id-drittijiet ta’ kustodja flimkien u separatament, huma suppost jiddeċiedu b’mod konġunt dwar it-tneħħija tal-minuri lejn stat ieħor.

Fejn il-ġenituri ma jgħixux flimkien, jistgħu jilħqu ftehim dwar il-post ta’ residenza, il-kustodja u l-aċċess għat-tifel/tifla u javviċinaw lill-qorti distrettwali b’ġuriżdizzjoni dwar l-indirizz preżenti tat-tifel/tifla biex tapprova l-ftehim tagħhom.

Meta l-ġenituri ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim, it-tilwima tiġi deċiża minn qorti distrettwali b’ġuriżdizzjoni fuq l-indirizz preżenti tat-tifel/tifla, li tiddeċiedi dwar il-post ta’ residenza tat-tfal, l-eżerċitar tad-drittijiet tal-kustodja u l-aċċess għat-tfal.

2 Taħt liema ċirkostanzi hu meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor għat-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor?

Irrispettivament minn jekk il-ġenituri jeżerċitawx id-drittijiet ta’ kustodja b’mod konġunt jew jekk il-qorti tkunx approvat ftehim jew tkun ħarġet deċiżjoni li tagħti l-eżerċizzju tagħhom lil wieħed mill-ġenituri biss u li tiddetermina li l-post tar-residenza tat-tfal għandu jkun ma’ dak il-ġenitur, il-kunsens tal-ġenitur li ma jeżerċitax id-drittijiet ta’ kustodja huwa wkoll meħtieġ għat-tneħħija tal-wild mit-territorju tal-Bulgarija, u dan il-kunsens irid jingħata bil-miktub bil-firma notarili tal-ġenituri (il-punt 9 tal-Artikolu 76 tal-Att Bulgaru dwar id-Dokumenti Personali (Zakon za bulgarskite lichni dokumenti)).

3 Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix kunsens għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor, minkejja li jkun meħtieġ, il-minuri kif jistgħu jiġu ttrasferiti b’mod legali lejn Stat ieħor?

Jekk il-ġenituri ma jaqblux mat-tneħħija tal-wild għal stat ieħor, it-tilwima tiġi deċiża skont il-proċedura tal-Artikolu 127a tal-Kodiċi tal-Familja (Semeen kodeks) (SK), u jekk ma jaqblux dwar il-post ta’ residenza tal-minuri, tapplika l-proċedura tal-Artikolu 127(2) jew tal-Artikolu 59 tas-SK.

Meta l-qorti tissostitwixxi l-kunsens tal-ġenitur għall-ħruġ ta’ passaport tal-ivvjaġġar barrani u t-tneħħija ta’ minuri għal stat ieħor (irrispettivament mit-tul tal-vjaġġ), ir-rekwiżit ikun għall-eżistenza ta’ interess protett speċifikament tal-minuri meta jkun hemm il-kollokament tiegħu fi Stat ieħor li, min-naħa tiegħu, jeħtieġ li tali tneħħija tkun permessa għal perijodu ta’ żmien speċifikat, għal stat jew stati speċifikati fi ħdan firxa identifikabbli (eż. l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea), jew għal numru illimitat ta’ vjaġġi matul perjodu ta’ żmien speċifikat, iżda wkoll għal stati speċifikati.

F’konformità mal-istruzzjonijiet vinkolanti għall-interpretazzjoni tal-liġi, mogħtija fid-DEĊIŻJONI INTERPRETATTIVA Nru 1 tal-2016 tat-3 ta’ Lulju 2017 fil-Każ Interpretattiv Nru 1 dwar il-Lista tal-Assemblea Ġenerali tal-Kulleġġ Ċivili tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni għas-Sena 2016, il-qorti ma tistax tissostitwixxi b’mod definittiv il-kunsens tal-ġenitur u tippermetti l-ivvjaġġar għal perjodu illimitat ta’ żmien u territorju.

4 L-istess regoli japplikaw għat-trasferiment temporanju (eż. vaganza, il-kura tas-saħħa eċċ.) u t-trasferiment permanenti? Jekk applikabbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-formoli ta’ kunsens rilevanti.

L-Att Bulgaru dwar id-Dokumenti Personali jeħtieġ kunsens mill-ġenitur li ma jakkumpanjax il-minuri fuq il-vjaġġ permezz ta’ dikjarazzjoni notarizzata irrispettivament miċ-ċirkostanzi speċifiċi tat-tneħħija tal-minuri lejn stat ieħor.

Tali tneħħija tista’ tkun temporanja, u wara il-minuri j/tirritorna lejn il-Bulgarija mingħajr ma j/tittrasferixxi r-residenza tiegħu/tagħha lejn stat ieħor. Meta l-minuri jivvjaġġaw barra mill-pajjiż għal eskursjoni, vaganza, żjarat lil qraba, studju, avvenimenti kulturali jew sportivi, kompetizzjonijiet, kura tas-saħħa, eċċ. u l-partijiet ma jaqblux, il-qorti tagħmel valutazzjoni tar-raġunament għat-talba. Jekk ma jkun hemm l-ebda raġuni biex wieħed jemmen li l-minuri huma f’riskju speċifiku u reali, il-qorti tiddetermina l-parametri tal-permess. F’każijiet ta’ tneħħija temporanja ta’ minuri lejn Stat ieħor, ftit li xejn huwa probabbli li d-dritt tal-minuri li jivvjaġġaw ikun f’kunflitt mad-dritt ta’ aċċess tal-ġenitur, u anki jekk iseħħ dan il-kunflitt, jekk l-ivvjaġġar tal-minuri jkun fl-aħjar interess tagħhom, il-ġenitur affettwat ikollu jittollera tali restrizzjoni temporanja tad-drittijiet tiegħu jew tagħha.

L-għan ta’ din it-tneħħija jista’ jkun ukoll it-trasferiment tar-residenza tal-minuri lejn stat ieħor. Meta jiġu eżaminati l-kwistjonijiet li jikkonċernaw it-tneħħija ta’ minuri lejn stat ieħor u, għaldaqstant, il-ħruġ tad-dokumenti personali meħtieġa, jenħtieġ li l-permess għat-tneħħija tal-qorti ma jagħtix lok għal trasferiment tar-residenza tal-minuri sakemm it-talba għal permess ma tkunx akkumpanjata minn talba għal trasferiment tar-residenza tal-minuri. Id-determinazzjoni ta’ post ta’ residenza għall-minuri tirrifletti l-aħjar interess tal-minuri li jiġu integrati f’ambjent familjari u soċjali u tippresupponi karattru dewwiemi tal-istabbiliment.

L-aħħar aġġornament: 22/07/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Informazzjoni dwar it-tneħħija legali tal-minuri - Iċ-Ċekja

1 Taħt liema ċirkostanzi jista' ġenitur jitrasferixxi legalment lill-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor?

Jenħtieġ li ġenitur li ma għandux il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor għat-trasferiment tal-minuri jkollu l-kunsens tal-qorti.

Jekk, fl-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri, il-ġenituri jonqsu mill-jaqblu dwar kwistjoni ta’ importanza għall-minuri, speċjalment fid-dawl tal-interessi tal-minuri, tittieħed deċiżjoni mill-qorti dwar rikors minn wieħed mill-ġenituri (Artikolu 877 tal-Att Nru 89/2012, il-Kodiċi Ċivili, kif emendat). It-trasferiment ta’ minuri lejn pajjiż ieħor huwa meqjus ukoll bħala kwistjoni importanti.

2 Taħt liema ċirkostanzi hu meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor għat-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor?

It-trasferiment fit-tul tal-minuri (jiġifieri mhux għal okkażjonijiet bħall-vaganzi) jirrikjedi dejjem il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor, sakemm dak il-ġenitur ma jiġix imċaħħad parzjalment jew totalment mir-responsabbiltà tal-ġenituri. Il-kunsens tal-ġenituri huwa meħtieġ irrispettivament minn jekk il-qorti tkun diġà iddeċidiet dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri (l-arranġamenti ta' indukrar ta’ minuri) jew jekk għadha trid tittieħed deċiżjoni dwar l-arranġamenti ta' indukrar ta’ minuri. Ma ssir ebda distinzjoni bejn ġenituri miżżewġin u mhux miżżewġin.

3 Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix kunsens għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor, minkejja li jkun meħtieġ, il-minuri kif jistgħu jiġu ttrasferiti b’mod legali lejn Stat ieħor?

Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix il-kunsens tiegħu għat-trasferiment, trid tittieħed deċiżjoni mill-qorti dwar it-tali kunsens tal-ġenituri (Artikolu 877 tal-Att Nru 89/2012, il-Kodiċi Ċivili, kif emendat).

4 L-istess regoli japplikaw għat-trasferiment temporanju (eż. vaganza, il-kura tas-saħħa eċċ.) u t-trasferiment permanenti? Jekk applikabbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-formoli ta’ kunsens rilevanti.

Le, it-trasferiment temporanju, pereż. sabiex il-minuri jkun jista’ iqatta’ il-vaganzi ma’ wieħed mill-ġenituri, mhuwiex ġeneralment meqjus bħala kwistjoni importanti kif deskritta mill-Artikolu 877 tal-Att Nru 89/2012, il-Kodiċi Ċivili, kif emendat.

L-aħħar aġġornament: 09/11/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Informazzjoni dwar it-tneħħija legali tal-minuri - Ġermanja

1 Taħt liema ċirkostanzi jista' ġenitur jitrasferixxi legalment lill-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor?

Il-kwistjoni ta' fejn għandu joqgħod il-minuri b'mod permanenti hija soġġetta għar-regoli ġuridiċi dwar id-dritt ta' determinazzjoni tal-post ta' residenza tal-minuri, u għalhekk huwa parti mill-kura de facto tal-minuri (l-Artikolu 1631(1) tal-Kodiċi Ċivili (Bürgerliches Gesetzbuch, BGB). Bl-istess mod għall-proprjetà tal-minuri, dan jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-responsabbiltà tal-ġenitur fl-Artikolu 1626(1) tal-Kodiċi Ċivili.

Ir-residenza permanenti hija “kwistjoni ta’ sinifikanza importanti” (Angelegenheit von erheblicher Bedeutung) fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1687(1), l-ewwel sentenza tal-Kodiċi Ċivili - mhux bħal, pereżempju, vaganza qasira lejn pajjiż Ewropew fil-viċinat, li għaliha hemm bżonn il-ftehim reċiproku ta’ żewġ ġenituri jekk il-ġenituri għandhom il-kustodja konġunta. Ġenitur għalhekk għandu bżonn tal-kunsens tal-ġenitur l-ieħor biex isiefer bit-tfal, sakemm ma jkollux il-kustodja esklussiva jew tal-inqas id-dritt waħdieni li jiddeċiedi dwar ir-residenza tiegħu.

2 Taħt liema ċirkostanzi hu meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor għat-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor?

Il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor sabiex il-minuri jmur jgħix barra huwa meħtieġ jekk il-ġenituri jaqsmu r-responsabbiltà tal-ġenituri (id-dritt li jiddeċiedu dwar ir-residenza) (ara wkoll it-tweġiba għall-mistoqsija 1).

3 Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix kunsens għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor, minkejja li jkun meħtieġ, il-minuri kif jistgħu jiġu ttrasferiti b’mod legali lejn Stat ieħor?

Il-minuri jista' jittieħed barra l-pajjiż legalment jekk il-ġenitur li jrid imur jgħix barra mal-minuri għandu l-kustodja esklussiva jew tal-inqas id-dritt waħdieni li jiddeċiedi dwar ir-residenza.

Jekk dan ma jkunx il-każ u jekk hemm nuqqas ta’ ftehim bejn il-ġenituri fuq din il-kwistjoni, fuq talba ta’ wieħed mill-ġenituri, il-qorti tal-familja (Familiengericht) tista’ tawtorizza lil wieħed mill-ġenituri biex jiddeċiedi hu fuq il-kwistjoni, skont l-Artikolu 1628 tal-Kodiċi Ċivili. Il-Qorti trid tiddeċiedi fuq il-bażi tal-aħjar interessi tal-minuri, u tqis iċ-ċirkustanzi partikolari u l-kwistjonijiet prattiċi u l-interessi leġittmi ta' dawk involuti (it-Taqsima 1697a tal-Kodiċi Ċivili).

Barra minn hekk, ġenitur li ma jgħix mal-ġenitur l-ieħor jista' jitlob wkoll lill-qorti tal-familja skont it-Taqsima 1671(1) tak-Kodiċi Ċivili biex jingħata r-responsabbiltà esklużiva tal-ġenituri jew ir-responsabbiltà esklużiva għal kwistjoni partikolari - pereżempju d-dritt li jiddeċiedi dwar il-post ta' residenza tal-minuri. Il-qorti tilqa' t-talba jekk il-ġenitur l-ieħor jaqbel, sakemm il-minuri li għandu mill-inqas 14-il sena ma joġġezzjonax, jew jekk it-tneħħija tar-responsabbiltà konġunta tal-ġenituri jew it-trasferiment parzjali tar-responsabbiltà sħiħa tal-ġenitur lir-rikorrent x'aktarx tkun fl-aħjar interessi tal-minuri. Jekk il-qorti tilqa' t-talba, il-ġenitur jista' jiddeċiedi liberament fejn għandu joqgħod il-minuri.

4 L-istess regoli japplikaw għat-trasferiment temporanju (eż. vaganza, il-kura tas-saħħa eċċ.) u t-trasferiment permanenti? Jekk applikabbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-formoli ta’ kunsens rilevanti.

Ġenitur bir-responsabbiltà esklużiva huwa liberu li jsiefer mal-minuri għal perjodi qosra meta jogħġbu.

Min-naħa l-oħra, il-ġenituri bir-responsabbiltà konġunta fil-prinċipju jridu jieħdu din id-deċiżjoni flimkien (l-Artikolu 1627 tal-Kodiċi Ċivili). Jekk il-ġenituri b’responsabbiltà konġunta jgħixu separatament, it-tnejn iridu jiddeċiedu flimkien jekk il-vjaġġ ippjanat mhux ħaġa ta’ kuljum, iżda kwistjoni ta’ importanza sinifikanti (l-Artikolu 1687(1), l-ewwel sentenza, tal-Kodiċi Ċivili). Il-ġenitur li miegħu normalment jgħix ta' kuljum il-minuri għandu dritt jiddeċiedi dwar il-kwistjonijiet ta' ‑kuljum tiegħu (l-Artikolu 1687(1), it-tieni sentenza, tal-Kodiċi Ċivili). Il-ġenitur l-ieħor jista’ jiddeċiedi waħdu biss fi kwistjonijiet ta’ kura attwali skont l-Artikolu 1687(1), ir-raba’ sentenza tal-Kodiċi Ċivili). Il-leġiżlazzjoni ma tispeċifikax liema kwistjonijiet huma ta' importanza sinifikanti u liema huma dawk ta' kuljum jew ta’ kura attwali. Din il-kwistjoni trid tiġi deċiża skont iċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ. Fil-prinċipju, kemm il-ġenitur li miegħu jgħix il-minuri u l-ġenitur li għandu dritt ta’ aċċess jistgħu jiddeċiedu fuq trasferiment temporanju għal vaganzi barra l-pajjiż, sakemm il-vjaġġ mhux lejn post remot jew f’post fejn hemm inkwiet politiku. Madankollu, il-ġenitur li għandu dritt ta’ aċċess irid jinforma lill-ġenitur l-ieħor li għandu l-kustodja bil-quddiem dwar dan il-vjaġġ. Il-ġenitur li għandu l-kustodja jista’ jieħu deċiżjonijiet waħdu dwar trattament mediku ta’ kuljum. Madankollu, jekk il-minuri se jittieħed f’pajjiż ieħor għal trattament mediku, bħala regola dan ma għandux jibqa’ jitqies bħala kwistjoni ta’ trattament normali.

Ġenitur li ma għandux ir-responsabbiltà tal-ġenitur ma għandux dritt jiddeċiedi fejn għandu joqgħod il-minuri. Matul il-perjodu ta’ kuntatt, dan il-ġenitur għandu l-istess setgħat skont l-Artikolu 1687a tal-Kodiċi Ċivili daqs il-ġenitur li għandu l-kustodja konġunta tal-minuri li miegħu il-minuri normalment ma jgħix (l-Artikolu 1687(1), ir-raba’ sentenza).

L-aħħar aġġornament: 02/11/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Informazzjoni dwar it-tneħħija legali tal-minuri - Estonja

1 Taħt liema ċirkostanzi jista' ġenitur jitrasferixxi legalment lill-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor?

B’mod ġenerali, il-ġenituri għandhom responsabbiltà konġunta tal-ġenituri, li jfisser li ż-żewġ ġenituri jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri konġuntament u b’mod unanimu, b’mod li jqisu l-benesseri ġenerali tal-minuri. Prinċipju importanti huwa li l-ġenituri jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri b’mod ugwali, jiġifieri li huma għandhom drittijiet u obbligi ugwali fir-rigward tat-tfal tagħhom. Ir-responsabbiltà tal-ġenituri tinkludi d-dritt li jiddeċiedu fejn il-minuri għandu jistabbilixxi r-residenza tiegħu, inkluż jekk il-minuri jistax jivvjaġġa barra mill-pajjiż.

Għalhekk, jekk il-ġenituri għandhom responsabbiltà konġunta tal-ġenituri, iż-żewġ ġenituri għandhom dritt ugwali biex jiddeċiedu jekk il-minuri jistax jittieħed f’pajjiż ieħor. Għalhekk, bħala regola ġenerali, minuri ma jistax jittieħed barra mill-pajjiż mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor.

2 Taħt liema ċirkostanzi hu meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor għat-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor?

Jekk il-ġenituri għandhom responsabbiltà konġunta tal-ġenituri, huwa prinċipju ġenerali li l-kunsens tal-ġenitur l-ieħor huwa dejjem meħtieġ.

3 Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix kunsens għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor, minkejja li jkun meħtieġ, il-minuri kif jistgħu jiġu ttrasferiti b’mod legali lejn Stat ieħor?

Jekk, fl-eżerċizzju ta’ responsabbiltà konġunta tal-ġenituri, il-ġenituri jonqsu milli jilħqu ftehim dwar kwistjoni sinifikanti għall-minuri - li jista’ jinkludi wkoll it-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor jekk dan ikun meħtieġ - il-qorti tista’ tagħti d-dritt lil ġenitur wieħed biex jiddeċiedi dwar din il-kwistjoni.

Għalhekk, jekk ġenitur wieħed ma jagħtix il-kunsens tiegħu għat-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor, għalkemm dan huwa meħtieġ, il-ġenitur l-ieħor jista’ jitlob lill-qorti għal permess, f’każ speċifiku, biex tieħu deċiżjoni indipendenti dwar it-teħid tal-minuri fi stat ieħor. B’hekk, il-qorti tista’ timponi obbligi addizzjonali fuq il-ġenitur li ngħata d-dritt li jiddeċiedi f’każ speċifiku.

4 L-istess regoli japplikaw għat-trasferiment temporanju (eż. vaganza, il-kura tas-saħħa eċċ.) u t-trasferiment permanenti? Jekk applikabbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-formoli ta’ kunsens rilevanti.

Jekk il-ġenituri għandhom responsabbiltà konġunta tal-ġenituri, l-istess regoli japplikaw, irrispettivament mid-durata jew mir-raġuni għad-deċiżjoni tal-post tar-residenza ta’ minuri. Sakemm ir-responsabbiltà konġunta tal-ġenituri ma tiġix terminata jew il-qorti pereżempju ma tagħtix id-dritt lil ġenitur wieħed biex jiddeċiedi fejn il-minuri għandu jirrisjedi, iż-żewġ ġenituri jkomplu jkollhom dritt ugwali biex jiddeċiedu dwar it-trasferiment temporanju jew permanenti tal-minuri fi stat ieħor.

L-aħħar aġġornament: 22/02/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Informazzjoni dwar it-tneħħija legali tal-minuri - Irlanda

1 Taħt liema ċirkostanzi jista' ġenitur jitrasferixxi legalment lill-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor?

Meta l-ġenitur l-ieħor ma għandux it-tutela tal-minuri u meta ma jkunx hemm ordnijiet tal-qorti li jipprojbixxu t-trasferiment tal-minuri mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor.

Meta ebda rikors għal tutela, kustodja jew aċċess ma jkun sar quddiem il-qrati qabel it-trasferiment ta’ minur / minuri mill-ġurisdizzjoni.

2 Taħt liema ċirkostanzi hu meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor għat-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor?

Meta l-ġenitur l-ieħor għandu t-tutela tal-minuri

u / jew

Meta t-trasferiment tal-minuri taffettwa d-drittijiet ta’ kustodja u / jew aċċess

u / jew

Meta l-ordni tal-qorti jkun speċifika li l-kunsens tal-ġenitur l-ieħor jew xi parti msemmija oħra huwa meħtieġ qabel it-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor.

3 Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix kunsens għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor, minkejja li jkun meħtieġ, il-minuri kif jistgħu jiġu ttrasferiti b’mod legali lejn Stat ieħor?

Jista’ isir rikors lill-qorti biex jiġi permess it-trasferiment legali tal-minuri.

4 L-istess regoli japplikaw għat-trasferiment temporanju (eż. vaganza, il-kura tas-saħħa eċċ.) u t-trasferiment permanenti? Jekk applikabbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-formoli ta’ kunsens rilevanti.

Iva.

L-aħħar aġġornament: 16/04/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Informazzjoni dwar it-tneħħija legali tal-minuri - Greċja

1 Taħt liema ċirkostanzi jista' ġenitur jitrasferixxi legalment lill-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor?

Ġenitur jista' jittrasferixxi minorenni b'mod leċitu fi Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor, meta l-ġenitur li jkun se jieħu lill-minorenni jkollu r-responsabbiltà esklussiva tal-ġenituri, dejjem sakemm dan ma jiksirx id-dritt tal-minorenni li jikkuntattja lill-ġenitur l-ieħor.

2 Taħt liema ċirkostanzi hu meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor għat-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor?

Meta l-ġenituri jkollhom, it-tnejn li huma, ir-responabbiltà tal-ġenituri.

3 Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix kunsens għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor, minkejja li jkun meħtieġ, il-minuri kif jistgħu jiġu ttrasferiti b’mod legali lejn Stat ieħor?

Jekk it-trasferiment tal-minorenni jkun meħtieġ iżda l-ġenitur l-ieħor ma jagħtix il-kunsens tiegħu għalih, ikollha tidħol il-qorti biex tikkunsidra s-sitwazzjoni fl-interess tal-minorenni, u tiddeċiedi jekk it-trasferiment iridx iseħħ jew le.

4 L-istess regoli japplikaw għat-trasferiment temporanju (eż. vaganza, il-kura tas-saħħa eċċ.) u t-trasferiment permanenti? Jekk applikabbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-formoli ta’ kunsens rilevanti.

Ir-regoli li jirrikjedu l-kunsens tal-konjuġi l-ieħor, deskritti b'mod ġenerali hawn fuq, iridu japplikaw, irrispettivament minn jekk it-trasferiment għal Stat ieħor ikunx wieħed temporanju għal skop ta' vaganza jew ikunx wieħed permanenti.

L-aħħar aġġornament: 06/07/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ispanjol ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliż diġà ġew tradotti.

Informazzjoni dwar it-tneħħija legali tal-minuri - Spanja

1 Taħt liema ċirkostanzi jista' ġenitur jitrasferixxi legalment lill-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor?

Jekk huma jkollhom ir-responsabbiltà tal-ġenituri esklużiva, ir-responsabbiltà tal-ġenituri għandha tinkludi d-drittijiet u l-obbligi tal-ġenituri f’relazzjoni mal-ulied minuri mhux emanċipati tagħhom. Fil-każ ta’ tifrik tar-relazzjoni, dan huwa interament indipendenti minn drittijiet ta’ kustodja u aċċess.

2 Taħt liema ċirkostanzi hu meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor għat-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor?

Jekk il-ġenituri jkollhom responsabbiltà kondiviża tal-ġenituri, irrispettivament minn liema ġenitur ikollu d-drittijiet ta’ aċċess u min liema ġenitur ikollu d-drittijiet ta’ kustodja.

3 Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix kunsens għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor, minkejja li jkun meħtieġ, il-minuri kif jistgħu jiġu ttrasferiti b’mod legali lejn Stat ieħor?

Jekk il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor huwa meħtieġ iżda ma jkunx hemm qbil u dak il-ġenitur jirrifjuta li jagħti l-kunsens tiegħu, it-trasferiment irid jiġi awtorizzat mill-awtorità ġudizzjarja.

4 L-istess regoli japplikaw għat-trasferiment temporanju (eż. vaganza, il-kura tas-saħħa eċċ.) u t-trasferiment permanenti? Jekk applikabbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-formoli ta’ kunsens rilevanti.

Ir-regoli għat-trasferimenti temporanji mhumiex l-istess bħal dawk għat-trasferimenti permanenti. Rigward it-teħid tal-minuri għal kura tas-saħħa normali, fuq vaganza, jew simili, il-ġenitur, li l-wild minuri jkun jinsab miegħu f’dak il-ħin, jieħu d-deċiżjonijiet, kemm jekk ikollu l-kustodja u kemm jekk ikollu drittijiet ta’ aċċess, filwaqt li xorta jirrispetta l-ħin ta’ kuntatt jew żjarat li l-wild minuri jrid ikollu ma’ kull ġenitur. Id-deċiżjonijiet importanti biss dwar ħajjet it-tfal, bħal pereżempju, trasferiment permanenti, għandhom ikunu awtorizzati mid-detenturi ta’ responsabbiltà tal-ġenituri.

Iċ-ċertifikat ta’ kunsens reċiproku taż-żewġ ġenituri biex il-minuri jitlaq mit-territorju nazzjonali jista’ jiġi ppreżentat f’għassa tal-gwardja ċivili (Puesto de la Guardia Civil) jew għassa tal-pulizija nazzjonali (Comisaría de Policía Nacional). Irid jintuża wieħed mill-mudelli li ġejjin:

(Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.guardiacivil.es/documentos/pdfs/autorizacion_menor_extranjero/PRC_197953_Formulario_declaracixn_firmada_permiso_viaje_fuer.pdf o Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://sede.policia.gob.es/portalCiudadano/_es/tramites_ciudadania_documentacionviajar.php).

L-aħħar aġġornament: 11/03/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Informazzjoni dwar it-tneħħija legali tal-minuri - Franza

1 Taħt liema ċirkostanzi jista' ġenitur jitrasferixxi legalment lill-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor?

Jekk il-ġenituri jeżerċitaw l-awtorità tal-ġenituri konġunta, kull wieħed minnhom jista’ jivvjaġġa mal-wild minuri mingħajr il-kunsens espliċitu tal-ieħor, ħlief f’ċirkostanzi partikolari. Jekk, madankollu, xi ħadd miż-żewġ ġenituri espressament jirrifjuta li jagħti l-kunsens tiegħu u ma jkunx jista’ jintlaħaq ftehim, għandu jiġi ppreżentat rikors quddiem il-qorti tal-familja bil-ħsieb li din issolvi t-tilwima.

Jekk il-ġenituri jeżerċitaw l-awtorità tal-ġenituri konġunta, wieħed mill-ġenituri ma jistax jieħu deċiżjoni waħdu li jiċċaqlaq b’mod permanenti lejn pajjiż ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor.

Jekk ġenitur wieħed biss għandu l-awtorità tal-ġenituri, il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor ma huwiex meħtieġ, kemm jekk dan ikun għall-vaganzi kif ukoll sabiex wieħed jiċċaqlaq lejn pajjiż ieħor. Madankollu, huwa għandu jżomm lill-ġenitur l-ieħor informat skont l-Artikolu 373(2)(1) tal-Kodiċi Ċivili, li jipprovdi li l-ġenitur li ma jeżerċitax l-awtorità tal-ġenituri jeħtieġlu li jinżamm informat bl-għażliet importanti li jaffettwaw il-ħajja tal-wild minuri.

2 Taħt liema ċirkostanzi hu meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor għat-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor?

Oġġezzjoni għal jew projbizzjoni ta’ tluq mill-pajjiż

Sabiex joġġezzjona għat-teħid tal-wild minuri barra mill-pajjiż minn wieħed mill-ġenituri, il-ġenitur l-ieħor - jekk jeżerċita wkoll l-awtorità tal-ġenituri - jista’ jippreżenta rikors quddiem il-prefettura sabiex il-wild minuri jiġi pprojbit milli jitlaq mil-pajjiż għal perjodu ta’ 15-il jum u/jew jippreżenta rikors quddiem il-qorti tal-familja fejn jitlob il-projbizzjoni tat-tluq tal-wild minuri mill-pajjiż mingħajr il-permess taż-żewġ ġenituri (l-Artikolu (2)(6) tal-Kodiċi Ċivili) sakemm dan jilħaq l-età maġġuri, għal perjodu speċifiku jew sakemm tittieħed deċiżjoni ġdida. Il-miżura ta’ projbizzjoni ta’ ħruġ mit-territorju mingħajr il-kunsens taż-żewġ ġenituri timpedixxi lill-wild minuri milli jitlaq mit-territorju. Madankollu, il-ġenituri jistgħu jagħtu l-kunsens tagħhom għal vjaġġ partikolari tal-wild minuri, waħdu jew ma’ ġenitur wieħed, billi jagħmlu dikjarazzjoni quddiem l-uffiċjal tal-infurzar tal-liġi (normalment magħmula ħamest ijiem qabel il-vjaġġ). Jekk wieħed mill-ġenituri jirrifjuta li jagħti l-kunsens tiegħu, il-ġenitur l-ieħor jista’ jippreżenta rikors quddiem il-qorti sabiex titneħħa l-projbizzjoni ta’ ħruġ mill-pajjiż jew sabiex tingħata l-awtorizzazzjoni eċċezzjonali sabiex il-wild minuri ikun jista’ jitlaq mill-pajjiż.

Vjaġġar bl-għan ta’ bidla tal-post tar-residenza:

Anki jekk ma jkun hemm l-ebda oppożizzjoni għall-ivvjaġġar flimkien mal-wild minuri u l-ebda projbizzjoni ta’ ħruġ mill-pajjiż, il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor xorta jkun meħtieġ jekk l-għan tal-ivvjaġġar flimkien mal-wild minuri ikun it-tibdil tal-post tar-residenza tal-wild minuri, dment li l-ġenitur li jkun jixtieq jiċċaqlaq ma jkunx jeżerċita waħdu l-awtorità tal-ġenituri. F’dak il-każ biss, huwa jkun jista’ jiċċaqlaq mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor, iżda jenħtieġ li jżomm lill-ġenitur l-ieħor informat b’din il-bidla maġġuri għall-wild minuri.

Jekk il-ġenitur ma jkunx irrispetta in-nuqqas ta’ kunsens tal-ġenitur l-ieħor, dan tal-aħħar jista’ jippreżenta rikors għar-ritorn tal-wild minuri billi jinvoka t-tneħħija illegali skont il-Konvenzjoni ta’ The Hague tal-25 ta’ Ottubru 1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali tat-Tfal. Dawn il-proċedimenti għandhom jinfetħu fl-Istat li fih il-wild minuri ittieħed, jekk meħtieġ bl-assistenza tal-awtoritajiet ċentrali stabbiliti mill-Konvenzjoni.

Irrispettivament min-natura tat-tneħħija, u ħlief f’każijiet speċifiċi ta’ projbizzjoni tat-tluq mil-pajjiż u ta’ oġġezzjoni għal ivvjaġġar ’il barra mill-pajjiż, il-ġenitur li jkun ħiereġ mill-pajjiż flimkien mal-wild minuri ma huwiex meħtieġ li jipprova l-kunsens espliċitu tal-ġenitur l-ieħor, li huwa kkunsidrat li ngħata fir-rigward ta’ terzi.

3 Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix kunsens għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor, minkejja li jkun meħtieġ, il-minuri kif jistgħu jiġu ttrasferiti b’mod legali lejn Stat ieħor?

Jekk wieħed mill-ġenituri li jeżerċitaw l-awtorità tal-ġenituri jirrifjuta li jagħti l-kunsens tiegħu għall-vjaġġ, il-ġenitur li jkun jixtieq jivvjaġġa mal-wild minuri għandu dritt li jiftaħ proċedimenti quddiem il-qorti tal-familja, li tista’ tagħti awtorizzazzjoni sabiex il-wild minuri joħroġ mill-pajjiż. L-istess jgħodd jekk il-wild minuri ikun projbit milli jitlaq mill-pajjiż mingħajr il-permess taż-żewġ ġenituri.

Bl-istess mod, jekk it-tneħħija tal-wild minuri effettivament tikkostitwixxi bidla tar-residenza, il-ġenitur li jixtieq iċaqlaq ir-residenza tiegħu flimkien mal-wild minuri jeħtieġlu li jippreżenta talba quddiem il-qorti tal-familja fil-post tar-residenza tal-wild minuri qabel ma jivvjaġġa jekk il-ġenitur l-ieħor jirrifjuta li jagħti l-kunsens tiegħu.

4 L-istess regoli japplikaw għat-trasferiment temporanju (eż. vaganza, il-kura tas-saħħa eċċ.) u t-trasferiment permanenti? Jekk applikabbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-formoli ta’ kunsens rilevanti.

Kif stabbilit hawn fuq, għandha ssir distinzjoni bejn it-tneħħija temporanja u t-tneħħija permanenti. Isir riferiment għall-punti preċedenti.

L-aħħar aġġornament: 08/03/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna Kroat ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Informazzjoni dwar it-tneħħija legali tal-minuri - il-Kroazja

1 Taħt liema ċirkostanzi jista' ġenitur jitrasferixxi legalment lill-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor?

Is-sitwazzjonijiet li ġejjin iridu jiġu differenzjati f’termini taċ-ċirkostanzi li taħthom ġenitur jista’ legalment jieħu l-wild fi Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor;

a) meta l-ġenitur li miegħu jkun qed jgħix il-wild ikun irid li legalment jieħu l-wild fi Stat ieħor, u

b) meta l-ġenitur li miegħu ma jkunx qed jgħix il-wild iżda li miegħu l-wild ikollu relazzjoni personali, ikun irid li legalment jieħu l-wild fi Stat ieħor.

a) Il-ġenitur li miegħu jkun qed jgħix wild jista’, wara d-divorzju, bħala parti mill-kura ta’ kuljum tal-wild fir-responsabbiltà tiegħu ta’ ġenitur, legalment jieħu l-wild fi Stat ieħor (eż. fuq eskursjoni ta’ ġurnata), bil-kundizzjoni li dan ma jipperikolax id-dritt tal-ġenitur l-ieħor li jistabbilixxi relazzjoni personali mal-wild, kif previst fl-Artikoli 95 u 119 tal-Att dwar il-Proċeduri tal-Familja (Obiteljski zakon) (Narodne Novine (NN; Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja), Nru 103/15 u 98/19, minn hawn ’il quddiem: ObZ 2015). Dan ifisser li, irrispettivament minn jekk il-ġenituri humiex responsabbli b’mod individwali jew konġunt għall-kura u t-trobbija tat-tfal, it-tnejn li huma għandhom id-dritt li, b’mod indipendenti minn xulxin, jieħdu deċiżjonijiet relatati mal-ħajja ta’ kuljum tat-tfal meta dawn ikunu fil-kura tagħhom (l-Artikolu 110 tal-ObZ 2015). Jekk, wara d-divorzju, il-ġenituri jkunu responsabbli b’mod konġunt għall-kura u t-trobbija tat-tfal (l-Artikolu 104 tal-ObZ 2015), mela d-deċiżjonijiet li huma importanti għat-tfal iridu jittieħdu b’mod kunsenswali (l-Artikolu 108 tal-ObZ 2015). Meta wieħed iqis li vjaġġ okkażjonali lejn pajjiż ieħor (pereżempju, eskursjoni ta’ ġurnata) ma jinvolvix intenzjoni li tinbidel ir-residenza temporanja jew permanenti tat-tfal u, għalhekk, mhuwiex fost il-lista eżawrjenti ta’ drittijiet individwali sinifikanti tat-tfal kif imsemmi fl-Artikolu 100 tal-ObZ 2015, għandhom jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 99(2) tal-ObZ 2015, kif xieraq. L-istess japplika għal każ fejn il-ġenitur li miegħu jkun qed jgħix il-wild wara d-divorzju jkollu responsabbiltà individwali parzjali għall-kura tal-wild bħala ġenitur (l-Artikolu 105 tal-ObZ 2015). Madankollu, jekk il-ġenitur li miegħu jkun qed jgħix il-wild wara d-divorzju jkollu, abbażi ta’ ordni tal-qorti, responsabbiltà individwali unika għall-kura tal-wild bħala ġenitur, mela tali ġenitur ma jkunx jeħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor sabiex jieħu l-wild temporanjament fi Stat ieħor (l-Artikolu 105(5) tal-ObZ 2015).

b) Jekk il-ġenitur li miegħu ma jkunx qed jgħix il-wild wara d-divorzju, iżda li miegħu l-wild ikollu relazzjoni personali, jiddeċiedi li legalment jieħu l-wild fi Stat ieħor, mela tali ġenitur ikun jista’ jagħmel dan bil-kundizzjoni li dan ikun soġġorn temporanju f’pajjiż ieħor (pereżempju, eskursjoni ta’ ġurnata), li jseħħ matul iż-żmien li l-ġenitur ikollu d-dritt li jżomm relazzjoni personali diretta mal-wild (l-Artikolu 121 tal-ObZ 2015) u bil-kundizzjoni li dan id-dritt ma jkunx ġie pprojbit jew ristrett minn ordni tal-qorti (l-Artikoli 123-126 tal-ObZ 2015). Dan ifisser li, irrispettivament mill-fatt jekk il-ġenituri humiex responsabbli b’mod individwali jew konġunt għall-kura u t-trobbija tat-tfal, it-tnejn li huma għandhom id-dritt li, b’mod indipendenti minn xulxin, jieħdu deċiżjonijiet relatati mal-ħajja ta’ kuljum tat-tfal meta dawn ikunu fil-kura tagħhom (l-Artikolu 110 tal-ObZ 2015). Jekk, wara d-divorzju, il-ġenituri jkunu responsabbli b’mod konġunt għall-kura u t-trobbija tat-tfal (l-Artikolu 104 tal-ObZ 2015), mela d-deċiżjonijiet li huma importanti għat-tfal iridu jittieħdu b’mod kunsenswali (l-Artikolu 108 tal-ObZ 2015). Meta wieħed iqis li soġġorn temporanju fi Stat ieħor matul iż-żmien li l-ġenitur ikollu d-dritt li jżomm relazzjoni personali diretta mat-tfal (pereżempju, eskursjoni ta’ ġurnata) ma jinvolvix intenzjoni li tinbidel ir-residenza temporanja jew permanenti tat-tfal u, għalhekk, mhuwiex fost il-lista eżawrjenti ta’ drittijiet individwali sinifikanti tat-tfal kif imsemmi fl-Artikolu 100 tal-ObZ 2015, għandhom jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 99(2) tal-ObZ 2015, kif xieraq. L-istess japplika għal każ fejn il-ġenitur li miegħu jkun qed jgħix il-wild wara d-divorzju jkollu responsabbiltà individwali parzjali għall-kura tal-wild bħala ġenitur (l-Artikolu 105 tal-ObZ 2015), minħabba li l-ġenitur li jistabbilixxi relazzjoni personali diretta mal-wild għandu l-libertà u d-dritt li jirrappreżenta lill-wild f’materji ta’ kuljum matul iż-żmien li l-wild ikun fil-kura tiegħu jew tagħha (skont l-Artikoli 110 u 112 u flimkien mal-Artikolu 105(1) tal-ObZ 2015).

F’dawn is-sitwazzjonijiet, għandha ssir enfasi fuq l-importanza tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 111 tal-ObZ 2015. Dan ifisser li, iż-żewġ ġenituri, irrispettivament minn jekk humiex responsabbli b’mod individwali jew konġunt għall-kura tal-wild bħala ġenituri, huma obbligati li jiskambjaw b’mod reċiproku informazzjoni dwar il-wild, li tinkludi informazzjoni dwar it-teħid possibbli tal-wild barra l-pajjiż. Minbarra li dan huwa obbligu ġuridiku tal-ġenituri, il-qsim ta’ fruntiera ta’ Stat jirrikjedi dokumenti personali u oħrajn li l-wild, jew kull wieħed mill-ġenituri, għandhom iġibu magħhom.

F’każ li wieħed mill-ġenituri jħoss li l-ġenitur l-ieħor jista’ jabbuża minn tali teħid temporanju tal-wild, tali ġenitur huwa permess li jitlob lill-qorti timponi waħda mill-azzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 418 tal-ObZ 2015 fi proċedura barra l-qorti sabiex jiġi żgurat li d-deċiżjoni dwar l-istabbiliment ta’ relazzjoni personali bejn il-ġenitur u l-wild tiġi infurzata, jew inkella timponi waħda mill-azzjonijiet tal-Artikolu 419 tal-ObZ 2015, li tiżgura r-ritorn sikur ta’ wild.

L-aktar soluzzjoni mixtieqa hija li l-ġenituri jilħqu ftehim kunsenswali dwar dawn il-kwistjonijiet u oħrajn simili, li mbagħad huma jkunu jistgħu jirregolaw fil-ftehim tagħhom dwar ir-responsabbiltà konġunta tal-ġenituri (l-Artikolu 106(3) tal-ObZ 15).

2 Taħt liema ċirkostanzi hu meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor għat-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor?

Kwalunkwe teħid (permanenti) tal-wild fi Stat ieħor, li jservi sabiex tinbidel ir-residenza temporanja jew permanenti tal-wild, jeħtieġ il-kunsens taż-żewġ ġenituri. Irrispettivament minn jekk il-ġenituri humiex responsabbli b’mod konġunt għall-kura u t-trobbija tal-wild, jew jekk wieħed minnhom għandux responsabbiltà individwali parzjali, il-ġenitur li jieħu l-wild fi Stat ieħor u li, b’hekk, ibiddel ir-residenza temporanja jew permanenti tal-wild irid jikseb il-kunsens bil-miktub tal-ġenitur l-ieħor sabiex ikun jista’ jagħmel dan (l-Artikoli 100 u 108 tal-ObZ 2015). Madankollu, jekk il-ġenitur li miegħu jkun qed jgħix il-wild wara d-divorzju jkollu responsabbiltà individwali unika għall-kura tal-wild bħala ġenitur, mela tali ġenitur ma jkunx jeħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor sabiex jieħu l-wild fi Stat ieħor bl-iskop li jbiddel ir-residenza temporanja jew permanenti tal-wild (l-Artikolu 105(5) tal-ObZ 15).

3 Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix kunsens għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor, minkejja li jkun meħtieġ, il-minuri kif jistgħu jiġu ttrasferiti b’mod legali lejn Stat ieħor?

Jekk ġenitur, billi jieħu l-wild fi Stat ieħor, ikun irid ibiddel ir-residenza temporanja jew permanenti ta’ wild, u ma jkunx jista’ jikseb il-kunsens bil-miktub tal-ġenitur l-ieħor, il-qorti trid tiddetermina, fi proċeduri barra l-qorti, min mill-ġenituri jirrappreżenta l-aħjar interessi tal-wild f’din il-kwistjoni (l-Artikoli 100(5) u 478(1) tal-ObZ 2015). Qabel jinbdew dawn il-proċeduri barra l-qorti, trid isseħħ proċedura obbligatorja ta’ counselling barra l-qorti, bl-iskop li esperti mid-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali jipprovaw jgħinu lill-ġenituri jilħqu ftehim dwar il-kwistjoni (l-Artikolu 481 tal-ObZ 2015 - proċeduri barra l-qorti ta’ counselling obbligatorju bħala rekwiżit proċedurali sabiex jinbdew il-proċedimenti tal-Artikolu 100(5) tal-ObZ 2015). Jekk matul il-counselling obbligatorju l-ġenituri ma jkunux jistgħu jilħqu ftehim, il-kwistjoni tiġi deċiża minn qorti tal-ġustizzja fi proċedura barra l-qorti li tiffoka, b’mod partikolari, fuq: l-età u l-opinjoni tal-wild, id-dritt tal-wild li jistabbilixxi relazzjoni personali mal-ġenitur l-ieħor, ir-rieda u d-dispożizzjoni tal-ġenituri li jikkooperaw fl-eżerċitar tad-drittijiet tagħhom bħala ġenituri, iċ-ċirkostanzi personali tal-ġenituri, id-distanza bejn il-postijiet tar-residenza temporanja jew permanenti tal-ġenituri u l-post fejn jista’ jiġi rilokat il-wild, kif ukoll il-konnessjonijiet tat-traffiku bejn dawn il-postijiet u d-dritt tal-ġenitur għal-libertà tal-moviment (l-Artikolu 484 tal-ObZ 2015).

Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li jekk wieħed mill-ġenituri jkollu responsabbiltà individwali unika għall-kura tal-wild bħala ġenitur, mela tali ġenitur ma jkunx jeħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor sabiex jieħu l-wild fi Stat ieħor bl-iskop li jbiddel ir-residenza temporanja jew permanenti tal-wild, jiġifieri f’każ bħal dan, l-oppożizzjoni tal-ġenitur l-ieħor ma jkollha ebda effett legali (l-Artikolu 105(5) tal-ObZ 2015).

4 L-istess regoli japplikaw għat-trasferiment temporanju (eż. vaganza, il-kura tas-saħħa eċċ.) u t-trasferiment permanenti? Jekk applikabbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-formoli ta’ kunsens rilevanti.

Kif ġie ddikjarat fir-risposti għall-mistoqsijiet 1-3, l-ObZ 2015 jirregola d-drittijiet u l-obbligi tal-ġenituri b’mod differenti, skont jekk it-teħid tal-wild fi Stat ieħor ikunx b’mod temporanju (pereżempju, eskursjoni ta’ ġurnata li ma tipperikolax id-drittijiet tal-ġenitur l-ieħor) jew inkella b’mod permanenti bl-iskop li jinbidel il-post tar-residenza temporanja jew permanenti tal-wild.

L-aħħar aġġornament: 14/04/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Informazzjoni dwar it-tneħħija legali tal-minuri - Italja

1 Taħt liema ċirkostanzi jista' ġenitur jitrasferixxi legalment lill-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor?

Ġenitur jista' jieħu lill-minuri fi Stat Membru ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor, jew kontra x-xewqa tal-ġenitur l-ieħor, meta huwa jkollu l-kustodja esklussiva tal-minuri jew fejn ikun hemm digriet tal-qorti li jawtorizza dan it-trasferiment.

2 Taħt liema ċirkostanzi hu meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor għat-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor?

Meta ż-żewġ ġenituri jkollhom is-setgħa tal-ġenitur u l-kustodja konġunta tal-minuri, huwa meħtieġ il-kunsens tat-tnejn li huma għat-trasferiment tal-minuri fi Stat Membru ieħor.

3 Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix kunsens għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor, minkejja li jkun meħtieġ, il-minuri kif jistgħu jiġu ttrasferiti b’mod legali lejn Stat ieħor?

Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix il-kunsens tiegħu għat-trasferiment, jew jopponih, il-ġenitur li jixtieq jieħu l-minuri fi Stat Membru ieħor irid jitlob l-awtorizzazzjoni tal-awtorità ġudizzjarja kompetenti; din tista’ tkun il-qorti li qiegħda tissorvelja l-post ta’ residenza tal-minuri jew il-qorti li qed tisma’ l-proċedimenti dwar is-setgħa tal-ġenituri.

4 L-istess regoli japplikaw għat-trasferiment temporanju (eż. vaganza, il-kura tas-saħħa eċċ.) u t-trasferiment permanenti? Jekk applikabbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-formoli ta’ kunsens rilevanti.

Għat-trasferiment temporanju tal-minuri barra l-pajjiż, għandhom jiġu eżaminati r-raġunijiet għal dan it-trasferiment. Jekk se tkun biss safra qasira, il-kwistjoni għandha titqies bħala kwistjoni ta’ kuljum li tista’ tiġi deċiża mingħajr l-awtorizzazzjoni taż-żewġ ġenituri.

Jekk it-trasferiment temporanju qiegħed isir minħabba raġunijiet iktar importanti, bħal pereżmpju kura medika għall-minuri, tkun meħtieġa l-awtorizzazzjoni taż-żewġ ġenituri li għandhom is-setgħa tal-ġenituri. Jekk ikun nuqqas ta’ qbil, il-kwistjoni trid tiġi riżolta l-qorti.

L-aħħar aġġornament: 21/07/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Informazzjoni dwar it-tneħħija legali tal-minuri - Ċipru

1 Taħt liema ċirkostanzi jista' ġenitur jitrasferixxi legalment lill-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor?

Ġenitur b'kustodja waħdu jista' legalment jieħu lit-tifel tiegħu fi Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor.

2 Taħt liema ċirkostanzi hu meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor għat-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor?

Meta ż-żewġ ġenituri jkollhom kustodja konġunta ta' minuri, hemm bżonn tal-kunsens tal-ġenitur l-ieħor biex dak il-minuri jkun jista' jittieħed lejn Stat ieħor. Skont il-Kapitolu 154 tal-Kodiċi Kriminali, huwa reat kriminali li ġenitur jieħu minuri lejn Stat ieħor mingħajr dak il-kunsens.

3 Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix kunsens għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor, minkejja li jkun meħtieġ, il-minuri kif jistgħu jiġu ttrasferiti b’mod legali lejn Stat ieħor?

Minuri jista' jinħareġ mill-pajjiż mingħajr il-kunsens ta' wieħed mill-ġenituri b'kustodja konġunta fuq il-bażi ta' sentenza rilevanti mill-qorti tal-familja.

4 L-istess regoli japplikaw għat-trasferiment temporanju (eż. vaganza, il-kura tas-saħħa eċċ.) u t-trasferiment permanenti? Jekk applikabbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-formoli ta’ kunsens rilevanti.

Fin-nuqqas ta' kunsens għal teħid ta' minuri temporanju jew permanenti lejn Stat ieħor, hemm bżonn ta' sentenza tal-qorti. Fil-każ ta' kunsens, ma hemm l-ebda dokument speċifiku użat biex jagħti dak il-kunsens.

L-aħħar aġġornament: 07/12/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Informazzjoni dwar it-tneħħija legali tal-minuri - Latvja

1 Taħt liema ċirkostanzi jista' ġenitur jitrasferixxi legalment lill-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor?

Jekk qorti ddeċidiet li l-post tar-residenza tal-minuri huwa fi stat ieħor, il-ġenitur li jittrasferixxi l-minuri għar-residenza permanenti f’dak l-istat ma jeħtieġx il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor.

Ġenitur jista’ legalment jittrasferixxi minuri għal residenza permanenti fi Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor meta l-ġenitur li jittrasferixxi l-minuri għandu drittijiet ta’ kustodja uniċi stabbiliti abbażi ta’ ftehim bejn il-ġenituri jew deċiżjoni mill-qorti.

Ġenitur jista’ legalment jittrasferixxi minuri għal residenza permanenti fi Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor meta d-drittijiet ta’ kustodja tal-ġenitur l-ieħor ikunu ġew sospiżi permezz ta’ deċiżjoni tal-qorti tal-familja (bāriņtiesa) jew ikunu ġew irtirati permezz ta’ deċiżjoni mill-qorti.

2 Taħt liema ċirkostanzi hu meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor għat-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor?

Ġenitur li d-drittijiet ta’ kustodja tiegħu ma jkunux ġew sospiżi jew irtirati jista’ legalment jittrasferixxi minuri għar-residenza permanenti fi Stat ieħor bil-kunsens tal-ġenitur l-ieħor li għandu drittijiet ta’ kustodja (konġunti jew uniċi).

3 Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix kunsens għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor, minkejja li jkun meħtieġ, il-minuri kif jistgħu jiġu ttrasferiti b’mod legali lejn Stat ieħor?

Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix il-kunsens tiegħu għat-trasferiment tal-minuri, il-ġenitur li jixtieq jittrasferixxi l-minuri għar-residenza permanenti fi stat ieħor jista’ jitlob lill-qorti sabiex tistabbilixxi li l-post tar-residenza tal-minuri jkun fl-istat li fih dak il-ġenitur irid jittrasferixxi l-minuri.

Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix il-kunsens tiegħu għat-trasferiment tal-minuri, il-ġenitur li jixtieq jittrasferixxi l-minuri f’residenza permanenti fi stat ieħor jista’ jitlob lill-qorti sabiex tistabbilixxi drittijiet ta’ kustodja uniċi għalih.

Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix il-kunsens tiegħu għat-trasferiment tal-minuri, il-ġenitur li jixtieq jittrasferixxi l-minuri f’residenza permanenti fi stat ieħor jista’ jitlob lill-qorti tal-familja sabiex tissospendi d-drittijiet ta’ kustodja tal-ġenitur l-ieħor (fejn ikun hemm raġunijiet oġġettivi) jew jista’ jitlob lill-qorti sabiex tirtira d-drittijiet ta’ kustodja tal-ġenitur l-ieħor (meta jkun hemm raġunijiet oġġettivi).

4 L-istess regoli japplikaw għat-trasferiment temporanju (eż. vaganza, il-kura tas-saħħa eċċ.) u t-trasferiment permanenti? Jekk applikabbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-formoli ta’ kunsens rilevanti.

Għal trasferiment permanenti ara r-risposti għad-domandi preċedenti.

Fil-każ ta’ trasferiment temporanju l-kunsens tal-ġenitur l-ieħor mhuwiex rikjest.

L-aħħar aġġornament: 05/04/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Informazzjoni dwar it-tneħħija legali tal-minuri - Litwanja

1 Taħt liema ċirkostanzi jista' ġenitur jitrasferixxi legalment lill-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor?

It-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor huwa possibbli biss fuq bażi temporanja (pereż. għal vaganza). It-tibdil tal-istat ta’ residenza jirrikjedi l-kunsens mill-ġenitur l-ieħor jew deċiżjoni mill-qorti li tkun stabbiliet il-post tar-residenza tal-minuri fl-istat barrani.

2 Taħt liema ċirkostanzi hu meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor għat-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor?

Jekk il-ġenituri huma miżżewġin, u mhux divorzjati, kemm jekk jgħixu flimkien jew separatament, il-kunsens tat-tnejn li huma huwa meħtieġ sabiex jinbidel il-pajjiż tar-residenza tal-minuri.

Jekk il-ġenituri huma divorzjati u l-post tar-residenza tal-minuri jkun ġie stabbilit ma’ wieħed mill-ġenituri, il-fatt ta’ trażlok mal-minuri biex igħix b’mod permanenti fi stat barrani b’mod permanenti jirrikjedi wkoll il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor ukoll, għaliex l-istabbiliment ta’ residenza ma’ wieħed mill-ġenituri ma jagħtix lil dak il-ġenitur aktar drittijiet fir-rigward tal-minuri, salv jekk il-qorti ma tkunx determinat mod ieħor.

Jekk il-ġenituri mhumiex miżżewġin u l-post tar-residenza tal-minuri ma jkunx ġie stabbilit ma’ wieħed minnhom, huwa preżunt li d-drittijiet tal-ġenituri huma ugwali u l-kunsens taż-żewġ ġenituri huwa rikjest sabiex jinbidel l-istat ta’ residenza tal-minuri.

3 Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix kunsens għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor, minkejja li jkun meħtieġ, il-minuri kif jistgħu jiġu ttrasferiti b’mod legali lejn Stat ieħor?

Jekk huwa impossibbli li jinkiseb il-kunsens mill-ġenitur l-ieħor, il-ġenitur li qiegħed jittrażloka lejn stat ieħor irid jitlob lill-qorti sabiex tistabbilixxi l-post ta’ residenza tal-minuri u l-arranġamenti għal aċċess tal-minuri. Fejn jiġi stabbilit il-post ta’ residenza, il-ġenitur irid japplika għal tibdil tal-arranġamenti għal aċċess tal-minuri.

4 L-istess regoli japplikaw għat-trasferiment temporanju (eż. vaganza, il-kura tas-saħħa eċċ.) u t-trasferiment permanenti? Jekk applikabbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-formoli ta’ kunsens rilevanti.

Il-leġiżlazzjoni Litwana ma tirrikjedix kunsens addizzjonali minn ġenitur għat-trasferiment temporanju ta’ minuri lejn Stat ieħor.

L-aħħar aġġornament: 21/10/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Informazzjoni dwar it-tneħħija legali tal-minuri - Lussemburgu

1 Taħt liema ċirkostanzi jista' ġenitur jitrasferixxi legalment lill-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor?

Fil-prinċipju, il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor mhux meħtieġ sabiex il-minuri jittieħed temporanjament fi Stat Membru ieħor. Jekk iż-żewġ ġenituri jeżerċitaw flimkien is-setgħa tal-ġenitur, kull wieħed minnhom jista' jivvjaġġa mal-minuri mingħajr il-kunsens espliċitu tal-ieħor. Jekk, b'mod eċċezzjonali, ġenitur jeżerċità s-setgħa tal-ġenitur waħdu, il-kunsens, preżunt jew espliċitu, tal-ġenitur l-ieħor mhux meħtieġ.

F'dak li għandu x'jaqsam mal-ġenitur li ma għandux is-setgħa tal-ġenitur, huwa jista', matul l-eżerċizzju tad-dritt ta' aċċess u ta' akkomodazzjoni tiegħu, jieħu lill-minuri għal żjarat temporanji fi Stat Membru ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor.

Il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor mhux meħtieġ għal żjarat temporanji għal perjodu qasir (pereżempju biex jaqsmu l-fruntiera biex immorru jixtru fil-ħwienet) jew żjarat temporanji għal perjodi itwal (pereżempju għal vaganzi) sakemm dawn iż-żjarat isiru fil-qafas tad-dritt ta' aċċess u akkomodazzjoni.

Il-karta tal-identità jew dokumenti oħra meħtieġa f'każ ta' żjarat temporanji jvarjaw skont ir-rekwiżiti ġuridiċi fis-seħħ fil-pajjiż fejn se jittieħed il-minuri.

2 Taħt liema ċirkostanzi hu meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor għat-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor?

Ċaqliq permanenti jew temporanju tal-minuri għal raġunijiet serji ħafna (pereż. trattament mediku serju) jeħtieġ b'mod obbligatorju il-kunsens taż-żewġ ġenituri, jekk is-setgħa tal-ġenitur tkun konġunta.

Trasferiment ta' domiċilju jew residenza lejn pajjiż barrani jitqies bħala ċaqliq permanenti u jeħtieġ il-kunsens taż-żewġ ġenituri. F'każ ta' setgħa tal-ġenitur esklussiva, il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor mhux meħtieġ. Madankollu, fuq talba tal-ġenitur l-ieħor, id-dritt ta' aċċess jista' jiġi adattat.

Għal raġunijiet ta' provi, il-kunsens tal-ġenituri jrid ikun bil-miktub. Id-dokument jista' jiġi mfassal mill-ġenituri. Il-ġenituri jistgħu jistaqsu qorti sabiex tirreġistra l-kunsens tagħhom, jekk ikun meħtieġ hekk mill-Istat ospitanti.

3 Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix kunsens għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor, minkejja li jkun meħtieġ, il-minuri kif jistgħu jiġu ttrasferiti b’mod legali lejn Stat ieħor?

Jekk ġenitur minnhom jirrifjuta li jagħti l-kunsens tiegħu għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor, huwa l-imħallef tal-qorti tal-familja li jrid jiddeċiedi dwar talba għat-trasferiment tal-minuri lejn pajjiż ieħor.

4 L-istess regoli japplikaw għat-trasferiment temporanju (eż. vaganza, il-kura tas-saħħa eċċ.) u t-trasferiment permanenti? Jekk applikabbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-formoli ta’ kunsens rilevanti.

Kif imsemmi fit-Taqsimiet minn 1 sa 3, id-dispożizzjonijiet ivarjaw skont jekk it-trasferiment tal-minuri hux se jkun temporanju jew permanenti.

Għal kull ċaqliq temporanju lejn pajjiż ieħor, li jsir mill-minuri mhux akkumpanjat mill-ġenituri tiegħu, il-minuri jrid ikun awtorizzat li joħroġ mit-territorju tal-pajjiż (permezz ta' dokument li fih ġenitur jawtorizza lill-minuri jħalli l-Lussemburgu).

Il-ġenituri jistgħu jiksbu formola ta' awtorizzazzjoni mill-uffiċċji muniċipali. Bosta muniċipalitajiet jitolbu l-ħlas ta' taxxa biex ikopru l-ispejjeż amministrattivi għall-ħruġ ta' dawn il-formoli. L-ammont tat-tariffa jvarja minn muniċipalità għall-oħra.

Għalkemm din il-formola mhix obbligatorja, ħafna awtoritajiet barranin jeħtieġuhom biex jaċċettaw lill-minuri jidħol fit-territorju tagħhom.

Jekk il-minuri jkun akkumpanjat minn ġenitur wieħed biss, madankollu tajjeb li wieħed ikollu prova li ngħata l-kunsens tal-ġenitur l-ieħor, għaliex huwa meħtieġ minn ċerti pajjiżi.

Ħoloq

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.legilux.lu/
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://justice.public.lu/fr.html

L-aħħar aġġornament: 11/01/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Informazzjoni dwar it-tneħħija legali tal-minuri - Ungerija

1 Taħt liema ċirkostanzi jista' ġenitur jitrasferixxi legalment lill-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor?

A) B’mod ġenerali, ġenitur jista’ jittrasferixxi l-minuri tiegħu lejn stat ieħor fuq perjodu qasir u mingħajr l-intenzjoni li jibqa’ hemm mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor. It-tali każijiet jistgħu jinkludu li:

  • il-ġenituri jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri konġuntament;
  • wieħed mill-ġenituri jeżerċita r-responsabbiltà tal-ġenituri bbażata fuq ftehim bejn il-ġenituri jew deċiżjoni mill-qorti, iżda r-responsabbiltà tal-ġenituri ta’ parti waħda minnhom ma tkunx ġiet ristretta jew revokata mill-qorti;
  • il-minuri huwa trasferit lejn stat ieħor mill-ġenitur taħt id-dritt ta’ aċċess tiegħu matul iż-żmien speċifikat għall-kuntatt dirett mal-minuri, sakemm ma jkunx jenħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor skont deċiżjoni tal-qorti jew awtorità pubblika għat-tutela.

B) Ġenitur jista’ jittrasferixxi l-minuri lejn stat ieħor anki għal perjodu twil jew bl-intenzjoni li jibqa’ hemm mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor, jekk ir-responsabbiltà tal-ġenituri tal-ġenitur l-ieħor tkun ġiet ristretta jew revokata mill-qorti.

C) Fil-każijiet li ġejjin it-tutur jista’ ukoll jittrasferixxi minuri legalment lejn stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur, sakemm l-awtorità pubblika għat-tutela ma tkunx irrestrinġiet id-dritt tiegħu biex jagħmel dan:

  • għal perjodu qasir u mingħajr l-intenzjoni li jibqa’ hemm, jekk il-minuri jitpoġġa f’familja tar-rispett;
  • jekk il-minuri jitpoġġa ma’ persuna terza u r-responsabbiltà tal-ġenituri tal-ġenitur tkun għalhekk ġiet sospiża.

2 Taħt liema ċirkostanzi hu meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor għat-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor?

A) Jekk ġenitur jittrasferixxi l-minuri lejn stat ieħor għal perjodu twil jew bl-intenzjoni li jibqa’ hemm, il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor huwa meħtieġ. It-tali każijiet jistgħu jinkludu li:

  • il-ġenituri jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri konġuntament;
  • wieħed mill-ġenituri jeżerċita r-responsabbiltà tal-ġenituri bbażata fuq ftehim bejn il-ġenituri jew deċiżjoni mill-qorti, iżda r-responsabbiltà tal-ġenituri ta’ parti waħda minnhom ma tkunx ġiet ristretta jew revokata mill-qorti;

B) Jekk il-minuri jitpoġġa ma’ familja tar-rispett, it-tutur jista’ biss jittrasferixxi l-minuri fi stat ieħor għal perjodu twil jew bl-intenzjoni li jibqa’ hemm bil-kunsens tal-ġenitur.

It-tluq lejn stat ieħor għal studji, xogħol jew skop simili ieħor jista’ jitqies għal perjodu twil.

3 Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix kunsens għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor, minkejja li jkun meħtieġ, il-minuri kif jistgħu jiġu ttrasferiti b’mod legali lejn Stat ieħor?

Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix il-kunsens tiegħu għat-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor, il-ġenitur jista’ jitlob għal deċiżjoni mill-awtorità pubblika għat-tutela f’din il-kwistjoni. Fit-tali każijiet, deċiżjoni mill-awtorità pubblika għat-tutela li tippermetti t-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor tissostitwixxi l-kunsens tal-ġenitur l-ieħor.

Ġenitur li jitlob il-post ta’ residenza fi stat ieħor irid jehmeż mat-talba tiegħu d-dokumenti li jipprovaw li l-edukazzjoni, il-manteniment, il-kura u t-tkomplija tal-istudji tiegħu / tagħha jkunu żgurati fl-istat l-ieħor (għalhekk, b’mod partikolari, valutazzjoni ambjentali maħruġa mill-awtorità għall-affarijiet barranin, ċertifikat tal-attendenza tal-iskola, ċertifikat tad-dħul tal-ġenitur, dikjarazzjoni ta’ aċċettazzjoni). Fuq it-talba ta’ ġenitur, l-awtorità pubblika għat-tutela tirranġa għall-kisba ta’ valutazzjoni ambjentali. Jekk il-ġenitur ma jkunx għadu beda xogħol fl-istat l-ieħor, l-awtorità pubblika għat-tutela tista’ taċċetta dikjarazzjoni mill-ġenitur dwar id-dħul mistenni tiegħu minflok ċertifikat tad-dħul.

Meta tkun qed tiddeċiedi l-każ, l-awtorità pubblika għat-tutela tikkunsidra jekk hux possibbli li tiġi eżegwita deċiżjoni tal-qorti jew tal-awtorità pubblika għat-tutela li tordna ż-żamma ta’ kuntatt dirett bejn il-minuri u l-ġenitur li jgħix separatament fin-nuqqas ta’ trattat internazzjonali jew reċiproċità.

4 L-istess regoli japplikaw għat-trasferiment temporanju (eż. vaganza, il-kura tas-saħħa eċċ.) u t-trasferiment permanenti? Jekk applikabbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-formoli ta’ kunsens rilevanti.

Kif indikat taħt il-punt 1., jekk il-vjaġġ barra mhuwiex għal perjodu twil, il-ġenitur jista’ jittrasferixxi lill-minuri lejn stat ieħor anki mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor. Fit-tali każijiet, jenħtieġ li l-kundizzjonijiet ġenerali għall-qsim tal-fruntiera jiġu sodisfatti biex il-minuri ikun jista’ jivvjaġġa barra mill-pajjiż (pereżempju, il-minuri jrid ikollu passaport validu).

L-aħħar aġġornament: 15/01/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Informazzjoni dwar it-tneħħija legali tal-minuri - Malta

1 Taħt liema ċirkostanzi jista' ġenitur jitrasferixxi legalment lill-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor?

Iċ-ċirkostanzi ivarjaw skont is-sitwazzjoni iżda l-aktar komuni insibu li wieħed m'għandux jitlob kunsens minn għand il-ġenituri l-ieħor meta l-post li dan ta' l-aħħar jgħix ma jkunx magħruf. L-Artikolu 56 (5) tal-Kodiċi Ċivili jipprovdi illi l-Qorti tista' ċċaħħad il-jeddijiet tal-awtorita lil xi ġenitur u għalhekk f'dak il-każ il-ġenitur li għandu l-kura u kustodja tal-minuri m'għandux għalfejn jitlob il-kunsens ta' dak il-ġenitur li ġie mċaħħad mill-jeddijiet tiegħu jew tagħha.

Iżda ġenitur għandu dejjem jaċċerta ruħhu illi jista’ jitrasferixxi minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor billi jitlob l-awtorizzjoni tal-Qorti kompetenti u ċioe Qorti Ċivili (Sezzjoni Familja).

2 Taħt liema ċirkostanzi hu meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor għat-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor?

Taħt il-liġi nazzjonali sabiex ġenitur jagħmel transferiment tal-minuri ikun dejjem meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor aktar u aktar jekk il-ġenitur l-ieħor għandu xi dritt illi ser jiġi leż meta isir it-transferiment tal-minuri. Fost id-drittijiet illi għandu ġenitur wieħed isib id-dritt ta’ aċċess u d-dritt illi jipparteċipa fid-deċiżjonijiet dwar ħajjet il-minuri (u dan jinkludi il-post, l-ambjent u l-kultura fejn ser jitrabba il-minuri). F’din is-sitwazzjoni l-ġenitur li ma jgħatix l-kunsens jista’ jopponi  għat-transferiment għal ħafna raġunijiet, per eżempju li bit-trasferiment huwa sejjer jiġi miċħud mill-aċċess.

3 Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix kunsens għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor, minkejja li jkun meħtieġ, il-minuri kif jistgħu jiġu ttrasferiti b’mod legali lejn Stat ieħor?

Il-minuri ikunu jistgħu jiġu trasferiti lejn Stat ieħor, minkejja nnuqqas ta' kunsens tal-ġenitur l-ieħor, jekk ikun hemm awtorizzazzjoni ta’ dan minn Qorti kompetenti.

4 L-istess regoli japplikaw għat-trasferiment temporanju (eż. vaganza, il-kura tas-saħħa eċċ.) u t-trasferiment permanenti? Jekk applikabbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-formoli ta’ kunsens rilevanti.

Iva, l-istess regoli japplikaw għat-trasferiment temporanju. Il-kunsens ta’ ġenitur jista’ jingħata b’dan il-mod:

I, the undersigned, who is the parent of __________________________________________(name, surname, date of birth, identity card number of minor) authorise that my son/daughter (choose applicable) leaves the Island of Malta for the purpose of _________________ _______________________________________ (reason to leave island) and that the such period shall be for an indefinite period/ for the duration of_______________(time period)(choose applicable).

_________________________________

Signature followed by the name, surname, i.d.card number of parent

L-aħħar aġġornament: 17/07/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Olandiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Informazzjoni dwar it-tneħħija legali tal-minuri - Olanda

1 Taħt liema ċirkostanzi jista' ġenitur jitrasferixxi legalment lill-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor?

Ġenitur jista’ legalment jittrasferixxi l-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor biss jekk il-ġenitur għandu l-kustodja unika tal-minuri.

2 Taħt liema ċirkostanzi hu meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor għat-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor?

Il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor huwa meħtieġ għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor jekk il-ġenituri għandhom il-kustodja konġunta tal-minuri.

3 Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix kunsens għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor, minkejja li jkun meħtieġ, il-minuri kif jistgħu jiġu ttrasferiti b’mod legali lejn Stat ieħor?

Jekk it-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor huwa meħtieġ, iżda l-ġenitur l-ieħor bil-kustodja konġunta tal-minuri ma jagħtix il-kunsens tiegħu, jista’ isir rikors lill-qorti għal kunsens alternattiv (l-Artikolu 253A, il-Ktieb I tal-Kodiċi Ċivili Netherlandiż (Nederlands Burgerlijk Wetboek)).

4 L-istess regoli japplikaw għat-trasferiment temporanju (eż. vaganza, il-kura tas-saħħa eċċ.) u t-trasferiment permanenti? Jekk applikabbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-formoli ta’ kunsens rilevanti.

Iva, fin-Netherlands l-istess regoli japplikaw għal trasferiment temporanju u trasferiment permanenti ta’ minuri. Ikklikkja hawnhekk għall-formularju relevanti: ‘toestemming om te reizen’ (bin-Netherlandiż)PDF(288 Kb)nl. “ittra ta’ kunsens għal minuri li jivvjaġġaw barra mill-pajjiż” (bl-Ingliż)PDF(298 Kb)en

L-aħħar aġġornament: 17/11/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Informazzjoni dwar it-tneħħija legali tal-minuri - Awstrija

1 Taħt liema ċirkostanzi jista' ġenitur jitrasferixxi legalment lill-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor?

1.1 Għandha l-ewwel issir referenza għall-emenda komprensiva tal-liġi li tirregola r-relazzjoni bejn il-ġenituri u l-minuri permezz tal-Att tal-2013 dwar il-liġi li tirregola r-relazzjoni bejn il-ġenituri u l-minuri u l-liġi dwar l-ismijiet (Kindschafts- und Namensrecht-Änderungsgesetz 2013) (BGBl I 2013/15), li daħlet fis-seħħ fl-Awstrija fl-1 ta’ Frar 2013. Minn dak iż-żmien, ir-regoli dwar ir-residenza jistgħu jinsabu fl-Artikolu 162 tal-Kodiċi Ċivili Ġenerali (Allgemeines bürgerliches Gesetzbuch – ABGB), għalkemm dawn ir-regoli ma għandhomx jinqraw waħedhom, iżda fil-kuntest usa’ ta’ dispożizzjonijiet oħra tal-liġi li jirregolaw ir-relazzjoni bejn il-ġenituri u l-minuri.

1.2 Ġenitur jista’ f’kull każ jittrasferixxi lill-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor jekk il-ġenitur li qed jittrasferixxi lill-minuri ikun l-ewwel nett ingħata l-kustodja esklużiva; it-tieni nett, ikun innotifika bil-quddiem lill-ġenitur l-ieħor; u, it-tielet nett, il-ġenitur rimanenti ma jkunx qajjem oppożizzjoni fi żmien raġonevoli u ma kienx talab lill-qorti għall-irtirar jew ir-restrizzjoni ta’ kustodja. Jekk il-ġenitur l-ieħor jagħmel talba lill-qorti, il-qorti trid tiddeċiedi jekk it-trasferiment huwiex legali. Biex tiġi mħarsa d-deċiżjoni dwar it-tibdil ta’ residenza, il-qorti tista’ timponi wkoll projbizzjoni fuq it-tluq mal-minuri (ir-raba’ sentenza tal-Artikolu 107(3) tal-Att dwar ir-Riżoluzzjoni ta’ Kunflitti (Außerstreitgesetz – AußStrG)).

Dikjarazzjoni magħmula mill-ġenitur li ma ngħatax il-kustodja għat-trasferiment barra mill-pajjiż trid tittieħed inkunsiderazzjoni mill-ġenitur l-ieħor jekk ix-xewqa expressa f’dik id-dikjarazzjoni hija iktar konformi mal-aħjar interessi tal-minuri.

Jekk il-ġenitur li jkun ingħata l-kustodja unika tal-minuri ma jkunx innotifika lill-ġenitur l-ieħor tat-trasferiment ippjanat - huwa obbligat li jinnotifika fi kwistjonijiet essenzjali (l-ewwel sentenza tal-Artikolu 189(1) tal-ABGB li f’kull każ tinkludi li tmur tgħix barra) - jew jekk huwa jmur igħix barra minkejja l-oġġezzjoni sinifikanti espressa mill-ġenitur l-ieħor, dan ma jkunx madankollu (fin-nuqqas tal-kustodja legali tal-ġenitur l-ieħor) ksur tal-liġi dwar il-kustodja fl-ambitu tal-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni tal-Aja dwar Ħtif ta’ Minuri, iżda biss ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi Awstrijaka tal-familja dwar ir-relazzjoni interna bejn il-ġenituri, li jista’ iwassal għal konsegwenzi taħt il-liġi tal-familja (minn kawtela sempliċi għal trasferiment ta’ kustodja).

1.3 Jekk il-ġenituri t-tnejn li huma kienu ngħataw il-kustodja, huma jridu, sakemm ikun vijabbli u possibbli, jeżerċitaw il-kustodja bi ftehim reċiproku (l-aħħar sentenza tal-Artikolu 137(2) tal-ABGB).

Trid issir distinzjoni bejn sitwazzjonijiet li fihom il-minuri jiġi trasferit barra mill-pajjiż (a) mill-ġenitur li fid-dar tiegħu l-minuri jiġi mħares l-aktar jew (b) mill-ġenitur l-ieħor li fid-dar tiegħu l-minuri ma jiġix għalhekk imħares l-aktar. Ġenitur li fid-dar tiegħu l-minuri ma jiġix għalhekk imħares l-aktar f’kull każ jaġixxi b’mod illegali fl-ambitu tal-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni tal-Aja dwar Ħtif ta’ Minuri. Għall-ġenitur li fid-dar tiegħu l-minuri jiġi mħares l-aktar, is-sitwazzjoni legali hija aktar kumplessa:

l-ewwel sentenza tal-Artikolu 189(1) tal-ABGB, iċċitata iktar ’il fuq, dwar l-obbligu ta’ notifika tal-ġenitur l-ieħor fi kwistjonijiet essenzjali, tapplika wkoll meta ż-żewġ ġenituri jkunu ngħataw il-kustodja (l-Artikolu 189(5) tal-ABGB). Dwar jekk in-nuqqas ta’ notifika lill-ġenitur l-ieħor, li ngħata wkoll il-kustodja, f’konformità mal-Artikolu 189(5) flimkien mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 189(1), l-ABGB huwiex biżżejjed waħdu biex jikkostitwixxi ksur tal-liġi dwar il-kustodja fl-ambitu tal-Artikolu 3 tal-Konvenzjoni tal-Aja dwar il-Ħtif ta’ Minuri, l-opinjonijiet tal-esperti huma differenti. Il-Qorti Suprema Awstrijaka tal-Ġustizzja reċentement ikkonfermat li dan huwa l-każ (6Ob 170/16t).

Id-dikjarazzjoni tal-ġenitur li fid-dar tiegħu l-minuri ma jiġix imħares trid ukoll tiġi kkunsidrata hawnhekk, jekk ix-xewqa espressa fiha hijiex aktar konformi mal-aħjar interessi tal-minuri. Irrispettivament milli jiġi msejjaħ ksur illegali tad-dritt ta’ kustodja fl-ambitu tal-Konvenzjoni tal-Aja dwar Ħtif ta’ Minuri, in-nuqqas ta’ notifika jista’ tikkostitwixxi attività fir-relazzjoni interna li tkun bi ksur tal-liġi Awstrijaka tal-familja u twassal għall-konsegwenzi msemmija hawn fuq.

1.4 Jekk iż-żewġ ġenituri jkunu ngħataw il-kustodja, mingħajr ma jkun ġie stabbilit fliema unità domestika l-minuri għandu jiġi indukrat l-aktar, irid jinkiseb il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor. Fin-nuqqas tal-kunsens tal-ġenitur ieħor, jista’ isir rikors għal deċiżjoni quddiem il-qorti tat-tutela (Pflegschaftsgericht) li jkollha ġuriżdizzjoni. Fid-deċiżjoni tagħha, il-qorti għandha tqis kemm l-aħjar interessi tal-minuri u d-drittijiet tal-ġenituri għall-protezzjoni mill-vjolenza u għal-libertà ta’ moviment u l-libertà li tiġi eżerċitata attività professjonali (Artikolu 162(3) tal-ABGB). F’dan il-każ ukoll, madankollu, fil-konfront ta’ partijiet terzi, kull ġenitur għandu setgħat ta’ rappreżentazzjoni sakemm il-kustodja (fil-qasam tad-dritt li jiddetermina r-residenza tal-minuri) ma tkunx ġiex definittivament jew proviżorjament revokata.

2 Taħt liema ċirkostanzi hu meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor għat-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor?

F’kull każ, il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor hija meħtieġa jekk il-ġenitur li jittrasferixxi l-minuri jew (a) ma jkunx ingħata l-kustodja jew (b) ikun ingħata l-kustodja tal-minuri, iżda l-minuri ma jkunx qed jiġi mħares l-aktar fid-dar tiegħu.

F’każijiet fejn (a) il-ġenitur li fl-unità domestika tiegħu l-minuri jkun qiegħed jiġi indukrat l-aktar jew (b) il-ġenitur b’kustodja unika jixtieq imur jgħix fi Stat ieħor mal-minuri, huwa jew hija jridu jikkonformaw, fir-relazzjoni interna, mal-obbligu ta’ notifika skont l-Artikolu 189 ABGB (ara t-tweġiba għall-mistoqsija 1) u jikkunsidra l-fehma tal-ġenitur notifikat, jekk din tkun aktar konformi mal-aħjar interessi tal-minuri.

3 Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix kunsens għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor, minkejja li jkun meħtieġ, il-minuri kif jistgħu jiġu ttrasferiti b’mod legali lejn Stat ieħor?

3.1. Jekk il-ġenituri t-tnejn li huma jkunu ngħataw il-kustodja, mingħajr ma jkun ġie stabbilit fliema unità domestika tiegħu l-minuri għandu jiġi indukrat, il-ġenitur li jkun jixtieq jittrasferixxi r-residenza tiegħu barra mill-pajjiż, mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor, irid jagħmel talba f’dan is-sens lill-qorti tat-tutela b’ġuriżdizzjoni. Fid-deċiżjoni tagħha dwar l-awtorizzazzjoni, il-qorti għandha tqis kemm l-aħjar interessi tal-minuri u d-drittijiet tal-ġenituri għall-protezzjoni mill-vjolenza u għal-libertà ta’ moviment u l-libertà li tiġi eżerċitata attività professjonali (l-Artikolu 162(3) tal-ABGB).

3.2. Jekk il-ġenitur li jixtieq imur igħix barra mill-pajjiż mal-minuri ma jkunx ingħata l-kustodja jew jekk il-minuri ma jkunx imħares l-aktar fid-dar tiegħu, huwa jrid jitlob lill-qorti għall-irtirar jew għar-restrizzjoni tal-kustodja tal-ġenitur l-ieħor (u - possibbilment anki biss parzjali - għat-trasferiment tal-kustodja lilu). Speċjalment bħala rimedju inqas sever meta mqabbel mar-revoka ta’ kustodja, il-qorti tista’ ukoll tirtira d-drittijiet legalment meħtieġa tal-kunsens u l-approvazzjoni jew tissostitwixxi kunsens jew approvazzjoni legalment meħtieġa, jekk mhemm ebda raġunijiet ġustifikati għar-rifjut (l-Artikolu 181(1) tal-ABGB).

3.3. Il-ġenitur li jkun ingħata l-kustodja, u f’liema dar il-minuri jiġi mħares l-aktar, irid jinnotifika lill-ġenitur l-ieħor u jagħtih iċ-ċans jesprimi l-opinjoni tiegħu (l-Artikolu 189 tal-ABGB), iżda n-notifika lil parti l-oħra jew il-kunsens ma jikkostitwixxux prerekwiżit għat-tluq.

4 L-istess regoli japplikaw għat-trasferiment temporanju (eż. vaganza, il-kura tas-saħħa eċċ.) u t-trasferiment permanenti? Jekk applikabbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-formoli ta’ kunsens rilevanti.

Fir-rigward ukoll ta’ trasferiment temporanju fil-każ ta’ kustodja konġunta, il-ġenituri jridu, sakemm ikun vijabbli u possibbli, jeżerċitaw il-kustodja bi ftehim reċiproku (l-aħħar sentenza tal-Artikolu 137(2) tal-ABGB). Madankollu, l-evidenza ta’ dan il-ftehim reċiproku mhuwiex prerekwiżit għat-tluq.

Madankollu, ir-rekwiżit għal ftehim reċiproku jista’ legalment ma japplikax, pereżempju jekk kellha ssir żjara spontanja fi tmiem il-ġimgħa lin-nanniet barra mill-pajjiż u l-ġenitur l-ieħor f’kull każ ma kellux l-intenzjoni li jkollu xi kuntatt mal-minuri matul dan iż-żmien (f’dan il-każ mhuwa fattibbli xejn li jintlaħaq ftehim reċiproku).

L-istess jgħodd f’każijiet fejn il-ġenitur l-ieħor għandu biss jiġi informat (l-Artikolu 189(1) tal-ABGB), iżda jiddependi miċ-ċirkustanzi tal-każ individwali (pereżempju d-durata, id-destinazzjoni u l-għan tal-vjaġġ) jekk it-trasferiment temporanju għandux jitqies bħala kwistjoni essenzjali.

L-aħħar aġġornament: 05/06/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Informazzjoni dwar it-tneħħija legali tal-minuri - Polonja

1 Taħt liema ċirkostanzi jista' ġenitur jitrasferixxi legalment lill-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor?

L-awtorità tal-ġenituri tiġi eżerċitata b’mod inerenti konġuntament miż-żewġ ġenituri. Dan jirriżulta mill-Artikolu 97(2) tal-Kodiċi tal-Familja u tal-Kustodja tal-Polonja (kodeks rodzinny i opiekuńczy), li jistipula li l-ġenituri jieħdu d-deċiżjonijiet b’mod konġunt fi kwistjonijiet essenzjali li jikkonċernaw wild minuri u, jekk jonqsu milli jilħqu ftehim, tkun il-qorti tal-kustodja li tieħu deċiżjoni dwarhom (sąd opiekuńczy). Kull ġenitur jiddeċiedi indipendentement, mingħajr il-ħtieġa li jikkonsulta lill-ġenitur l-ieħor u li jikseb il-kunsens tiegħu jew tagħha, biss fi kwistjonijiet inqas importanti li jikkonċernaw lill-wild minuri. Skont il-ġurisprudenza Pollakka, il-ħruġ ta’ wild minuri barra mill-pajjiż, kemm b’mod permanenti kif ukoll temporanju, anke għal btala, huwa kkunsidrat bħala kwistjoni essenzjali.

Fid-dawl tal-Artikolu 97(2) tal-Kodiċi tal-Familja u tal-Kustodja, ġenitur jista’ joħroġ lil wild minuri barra l-pajjiż mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor biss jekk:

  1. il-ġenitur l-ieħor ikun ġie mċaħħad mill-awtorità tal-ġenituri fuq il-wild minuri permezz ta’ deċiżjoni ta’ qorti Pollakka (l-Artikolu 111 tal-Kodiċi tal-Familja u tal-Kustodja);
  2. l-awtorità tal-ġenituri tal-ġenitur l-ieħor tkun ġiet sospiża b’deċiżjoni ta’ qorti Pollakka (l-Artikolu 110 tal-Kodiċi tal-Familja u tal-Kustodja);
  3. il-ġenitur l-ieħor ikollu awtorità tal-ġenituri limitata fuq il-wild minuri (l-Artikolu 109 tal-Kodiċi tal-Familja u tal-Kustodja). Il-qorti tiddeċiedi dwar kif l-awtorità tal-ġenituri għandha tkun limitata billi tapplika l-miżura li tkun l-iktar waħda li tipproteġi l-benessri tal-wild minuri. B’mod partikolari, il-ġenitur li l-awtorità tal-ġenituri tiegħu tkun ġiet limitata jista’ jiġi mċaħħad mid-dritt li jikkodeċiedi dwar kwistjonijiet essenzjali li jikkonċernaw lill-wild minuri jew fi wħud minn dawn il-kwistjonijiet. Jekk ġenitur ikun ġie mċaħħad mid-dritt li jikkodeċiedi dwar ir-residenza abitwali tal-wild minuri permezz ta’ tali sentenza, f’dak il-każ, il-ġenitur ma jkunx jista’ jopponi bidla fir-residenza abitwali tal-wild minuri fil-Polonja għal residenza abitwali barra l-pajjiż.
  4. id-drittijiet u l-obbligi tal-ġenituri lejn il-wild minuri jistgħu jinbidlu wara sentenza mogħtija fil-proċedimenti għad-divorzju (l-Artikolu 58(1) u (1a) tal-Kodiċi tal-Familja u tal-Kustodja), għall-annullament taż-żwieġ (l-Artikolu 58(1), moqri flimkien mal-Artikolu 21 tal-Kodiċi tal-Familja u tal-Kustodja) jew għas-separazzjoni (l-Artikolu 61(3)(1) tal-Kodiċi tal-Familja u tal-Kustodja). Dan japplika wkoll għal deċiżjonijiet maħruġa fil-proċedimenti għall-paternità (l-Artikolu 93(2) tal-Kodiċi tal-Familja u tal-Kustodja), fil-proċedimenti għall-emendar ta’ sentenza dwar l-awtorità tal-ġenituri u l-mod ta’ kif din l-awtorità tiġi eżerċitata mogħtija fi proċedimenti għad-divorzju, għas-separazzjoni, għall-annullament taż-żwieġ jew biex tiġi stabbilita l-filjazzjoni (l-Artikolu 106 tal-Kodiċi tal-Familja u tal-Kustodja) u fil-proċedimenti għall-affidament tal-eżerċitar tal-awtorità tal-ġenituri lil wieħed mill-ġenituri f’każijiet li fihom dawn ma jgħixux flimkien (l-Artikolu 107(1) u (2) tal-Kodiċi tal-Familja u tal-Kustodja). B’mod partikolari, il-qorti tista’ f’tali każijiet tafda l-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenituri lil wieħed mill-ġenituri, u tillimita d-drittijiet tal-ġenitur l-ieħor għal drittijiet u obbligi speċifiċi fir-rigward tal-wild minuri. Jekk qorti tad-divorzju tafda l-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenituri lil wieħed mill-ġenituri u tillimita l-awtorità tal-ġenituri tal-ġenitur l-ieħor, imbagħad, minkejja li tali sentenza ma ċċaħħadx lill-ġenitur l-ieħor mill-awtorità tal-ġenituri fuq il-wild minuri, dak il-ġenitur jista’ jeżerċita d-drittijiet u l-obbligi tiegħu biss sa fejn il-qorti tippermettilu jagħmel dan. Jekk il-qorti ma tagħtix id-dritt tal-kodeċiżjoni fir-rigward tar-residenza tal-wild minuri lill-ġenitur l-ieħor, allura, bħala prinċipju, il-ġenitur li jkun ġie fdat bl-awtorità tal-ġenituri jiddeċiedi waħdu dwar ir-residenza tal-wild minuri (ara, madanakollu, il-punt 2).
  5. il-ġenitur l-ieħor ikun ġie mċaħħad mid-dritt ta’ kodeċiżjoni dwar il-bidliet fir-residenza tal-wild minuri permezz ta’ sentenza ta’ qorti barranija rikonoxxuta fil-Polonja.

2 Taħt liema ċirkostanzi hu meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor għat-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor?

Il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor huwa meħtieġ fil-każijiet kollha li ma humiex elenkati fil-punt preċedenti, jiġifieri f’każijiet li fihom ġenitur ikollu l-awtorità tal-ġenituri sħiħa, jew l-awtorità tal-ġenituri tiegħu ġiet limitata iżda ma ġiex imċaħħad mid-dritt għal kodeċiżjoni dwar ir-residenza tal-wild minuri. Il-ġurisprudenza Pollakka tmur pass lil hinn minn hekk f’dan ir-rigward. Kif spjegat il-Qorti Suprema (Sąd Najwyższy) fis-sentenza tagħha tal-10 ta’ Novembru 1971 fil-Kawża III CZP 69/71, sabiex wild minuri imur f’pajjiż barrani b’mod permanenti ma’ wieħed mill-ġenituri tiegħu li ġie fdat bl-eżerċizzju tal-awtorità tal-ġenituri fi proċedimenti tad-divorzju, huwa meħtieġ il-kunsens tal-qorti tal-kustodja jekk il-ġenitur l-ieħor, fdat bis-superviżjoni tat-trobbija tal-wild minuri, ma jkunx issottometta dikjarazzjoni li tesprimi l-kunsens għat-tluq tal-wild minuri. Għalhekk, fid-dawl ta’ din is-sentenza, jekk il-qorti ma tkunx ikkonċediet lill-ġenitur l-ieħor, pereżempju fi proċedimenti tad-divorzju, id-dritt tal-kodeċiżjoni fuq ir-residenza abitwali tal-wild minuri, dak il-ġenitur jista’ jitlob ir-ritorn tal-wild minuri jekk ma jkunx jista’ jeżerċita d-dritt tiegħu li jidħol f’kuntatt mal-wild minuri. Fid-deċiżjoni tagħha tas-6 ta’ Marzu 1985 fil-Kawża III CRN 19/85 il-Qorti Suprema ddeċidiet li ġaladarba vjaġġ tal-wild minuri lejn pajjiż barrani għal btala huwa kkunsidrat bħala kwistjoni essenzjali, dan jeħtieġ il-qbil taż-żewġ ġenituri li jeżerċitaw l-awtorità tal-ġenituri, jew fejn tali qbil ma jkunx jista’ jintlaħaq, tkun meħtieġa sentenza tal-qorti tal-kustodja.

3 Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix kunsens għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor, minkejja li jkun meħtieġ, il-minuri kif jistgħu jiġu ttrasferiti b’mod legali lejn Stat ieħor?

F’tali każijiet, għandu jiġi ppreżentat rikors lill-qorti tal-kustodja fil-Polonja għal kunsens ta’ sostituzzjoni sabiex wild minuri ikun jista’ jinħareġ barra mill-pajjiż.  
Rikorsi għal kunsens ta’ din ix-xorta jistgħu jiġu ppreżentati mill-ġenituri li ma jkunux ġew imċaħħda mill-awtorità tal-ġenituri jew li l-awtorità tal-ġenituri tagħhom ma tkunx ġiet sospiża. Ir-rikorsi jistgħu jiġu ppreżentati mir-rikorrenti nfushom: f’każijiet bħal dawn, il-liġi Pollakka ma tirrikjedix li l-partijiet ikunu rappreżentati minn avukat quddiem il-qorti. Il-qorti b’ġuriżdizzjoni ratione materiae li tieħu konjizzjoni ta’ dawn ir-rikorsi hija l-qorti distrettwali (sąd rejonowy) (id-diviżjoni tal-familja u tal-minorenni) bħala l-qorti tal-prim’istanza, filwaqt li l-qorti b’ġuriżdizzjoni territorjali hija l-qorti tal-post li fih il-wild minuri ikun jirrisjedi jew qiegħed joqgħod.

4 L-istess regoli japplikaw għat-trasferiment temporanju (eż. vaganza, il-kura tas-saħħa eċċ.) u t-trasferiment permanenti? Jekk applikabbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-formoli ta’ kunsens rilevanti.

Kif indikat aktar ’il fuq, il-ħruġ ta’ wild minuri barra mill-pajjiż għal perjodu qasir ta’ żmien jirrikjedi l-kunsens tal-ġenitur l-ieħor.

Il-formoli tal-kunsens sabiex wild minuri jinħareġ barra mill-pajjiż (fuq bażi permanenti jew temporanja) ma jintużawx fil-Polonja. Għaldaqstant, il-kunsens jista’ jingħata fi kwalunkwe forma. Madankollu, jidher li jkun aħjar jekk jinkiseb kunsens bil-miktub, li jista’ jservi ta’ evidenza fi kwalunkwe proċedimenti għar-ritorn ta’ wild minuri abbażi tal-Konvenzjoni ta’ The Hague tal-1980. L-assistenza ta’ avukat, prokuratur legali jew nutar Pollakk tista’ tkun utli fit-tħejjija ta’ tali kunsens.

L-aħħar aġġornament: 29/12/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Portugiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliż diġà ġew tradotti.

Informazzjoni dwar it-tneħħija legali tal-minuri - Portugall

1 Taħt liema ċirkostanzi jista' ġenitur jitrasferixxi legalment lill-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor?

Iż-żewġ ġenituri huma responsabbli biex jieħdu ħsieb kwistjonijiet ta’ importanza partikolari (l-Artikoli 1901, 1902, 1911 u 1912 tal-Kodiċi Ċivili (Código Civil)).

Meta l-ġenituri jinfirdu (divorzju jew separazzjoni), it-tnejn li huma jibqgħu responsabbli għal kwistjonijiet ta’ importanza partikolari (l-Artikolu 1906(1) tal-Kodiċi Ċivili), sakemm il-qorti ma tiddeċidix, abbażi ta’ deċiżjoni motivata, li r-responsabbiltà għandha tkun eżerċitata minn ġenitur wieħed waħdu, jew meta l-eżerċizzju konġunt tar-responsabbiltà jitqies li ma jkunx fl-aħjar interessi tal-wild minuri (l-Artikolu 1906(2) tal-Kodiċi Ċivili).

Ma hemm l-ebda definizzjoni speċifika ta’ “kwistjonijiet ta’ importanza partikolari”. Dawn jirreferu għal firxa limitata ta’ aspetti fil-ħajja ta’ wild minuri jew għal kwistjonijiet eżistenzjali serji u mhux komuni relatati mad-drittijiet ewlenin tal-wild minuri.

Il-post jew l-għażla ta’ fejn se tkun iċċentrata l-ħajja ta’ wild minuri, fi kliem ieħor, l-għażla ta’ fejn se jgħix hija kwistjoni ta’ importanza partikolari. Iż-żewġ ġenituri huma responsabbli għal din id-deċiżjoni; f’każ ta’ diżgwid bejn il-ġenituri dwar din il-kwistjoni, il-post ta’ residenza tal-wild minuri jiġi ddeterminat mill-qorti (l-Artikolu 1906(5) tal-Kodiċi Ċivili).

Għaldaqstant, ġenitur wieħed jista’ jittrasferixxi legalment lil wild minuri lejn stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor biss meta jkollu r-responsabbiltà tal-ġenituri esklużiva jew jekk il-post ta’ residenza tal-wild minuri ikun ġie determinat jew mibdul minn qorti, b’tali mod li jkun permess it-trasferiment lejn stat ieħor.

2 Taħt liema ċirkostanzi hu meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor għat-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor?

Il-kunsens huwa meħtieġ kull meta ż-żewġ ġenituri jeżerċitaw ir-responsabbiltà, kif inhi r-regola ġenerali attwali skont l-Artikolu 1906(1) tal-Kodiċi Ċivili.

3 Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix kunsens għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor, minkejja li jkun meħtieġ, il-minuri kif jistgħu jiġu ttrasferiti b’mod legali lejn Stat ieħor?

Jekk wieħed mill-ġenituri ma jagħtix il-kunsens tiegħu għat-trasferiment ta’ wild minuri lejn stat ieħor u ż-żewġ ġenituri jeżerċitaw ir-responsabbiltà, tali trasferiment ta’ wild minuri lejn stat ieħor jista’ jseħħ biss permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja (l-Artikolu 1906(5) tal-Kodiċi Ċivili).

F’każ bħal dan, il-proċedimenti għandhom jitressqu quddiem il-qorti jew id-diviżjoni tal-qorti b’ġuriżdizzjoni territorjali u b’ġuriżdizzjoni għal kwistjonijiet relatati mal-familji u l-minorenni (ara l-Artikoli 122 sa 125 tal-Liġi Nru 62/2013 dwar l-Organizzazzjoni tas-Sistema Ġudizzjarja); il-proċedimenti jsegwu l-forma stabbilita fir-regoli li jirregolaw il-proċedimenti dwar il-kustodja ċivili approvati mil-Liġi Nru 141/2015 (ara l-Artikoli 3, 9 u 67 ta’ din tal-aħħar).

4 L-istess regoli japplikaw għat-trasferiment temporanju (eż. vaganza, il-kura tas-saħħa eċċ.) u t-trasferiment permanenti? Jekk applikabbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-formoli ta’ kunsens rilevanti.

Fid-duttrina legali u l-ġurisprudenza, it-tneħħija temporanja għall-btajjel jew divertiment ma tqisitx bħala kwistjoni ta’ importanza partikolari meta t-tneħħija ma tirrikjedix bidliet fil-post li fih hija ċċentrata l-ħajja tal-wild minuri. L-eċċezzjonijiet jinkludu t-trasferiment lejn pajjiżi f’kunflitt armat, pajjiżi li notevolment ma humiex sikuri jew pajjiżi milquta minn pandemiji, billi jkunu qegħdin jitpoġġew f’riskju s-saħħa u s-sikurezza tal-wild minuri.

Madankollu, il-kura tas-saħħa tqieset bħala kwistjoni ta’ importanza partikolari, li tirrikjedi l-qbil taż-żewġ ġenituri, skont il-kura tas-saħħa speċifika inkwistjoni u r-riperkussjonijiet li tali kura jista’ jkollha fuq id-drittijiet ewlenin tal-wild minuri. Dan jista’ jinvolvi trattament mediku sinifikanti (kimoterapija, terapiji sperimentali) jew il-ħtieġa li l-wild minuri jkun akkumpanjat għaliex ma jkunx jifhem il-lingwa użata mill-persunal mediku jew għaliex il-persunal mediku jaf isibha diffiċli jew impossibbli biex jikseb l-informazzjoni preċiża mill-wild minuri dwar is-sintomi, u b’hekk tkun meħtieġa traduzzjoni.

Meta l-kura tas-saħħa ta’ tali importanza li teħtieġ it-tneħħija temporanja tal-wild minuri, jekk iż-żewġ ġenituri jaqblu mat-trattament, dan il-ftehim ikun ikopri wkoll it-tneħħija tal-wild minuri.

Formoli

Id-Dipartiment għall-Barranin u l-Fruntieri (SEF) għandu mudelli ta’ formoli għat-trasferiment ta’ minorenni.

Dawn jinsabu fil-links li ġejjin: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.sef.pt/pt/pages/conteudo-detalhe.aspx?nID=73

Leġiżlazzjoni applikabbli

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaRegoli li jirregolaw proċedimenti ta’ kustodja ċivili

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi Ċivili

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar l-Organizzazzjoni tas-Sistema Ġudizzjarja

Nota:

Il-Punt ta’ Kuntatt NĠE-Ċivili, il-qrati jew l-entitajiet u l-awtoritajiet l-oħrajn ma humiex marbutin bl-informazzjoni li tinsab f’din l-iskeda informattiva. Għalkemm l-informazzjoni hawnhekk tiġi aġġornata regolarment, it-testi legali fis-seħħ għandhom dejjem jiġu kkonsultati u l-interpretazzjoni tal-ġurisprudenza tista’ tinbidel maż-żmien.

L-aħħar aġġornament: 09/03/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Informazzjoni dwar it-tneħħija legali tal-minuri - Rumanija

1 Taħt liema ċirkostanzi jista' ġenitur jitrasferixxi legalment lill-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor?

Skont l-Artikolu 30(1)(c) tal-Liġi Nru 248/2005 dwar il-moviment liberu taċ-ċittadini Rumeni barra minn pajjiżhom, minuri li jkun detentur ta’ dokument tal-ivvjaġġar individwali jew, fejn xieraq, karta tal-identità (karta tal-identità sempliċi jew karta tal-identità elettronika) u li jkun qiegħed jivvjaġġa barra minn pajjiżu flimkien ma’ wieħed mill-ġenituri jista’ joħroġ mir-Rumanija mingħajr ma tkun meħtieġa d-dikjarazzjoni ta’ kunsens tal-ġenitur l-ieħor, dment li l-ġenitur li jkun qiegħed jakkumpanja lill-wild jagħti prova li l-wild ġie fdat lilu b’sentenza tal-qorti finali u irrevokabbli jew li l-ġenitur jeżerċita l-awtorità esklużiva tal-ġenituri b’sentenza tal-qorti finali u/jew irrevokabbli, għall-kawżi li nbdew mill-15 ta’ Frar 2013 ’il quddiem.

Dikjarazzjoni ta’ kunsens ukoll ma tkunx meħtieġa jekk il-ġenitur l-ieħor ikun ġie mċaħħad mid-drittijiet tiegħu ta’ ġenitur jew, skont il-każ, ikun ġie ddikjarat nieqes f’konformità mal-liġi, jekk il-ġenitur li jkun qiegħed jakkumpanja lill-wild jagħti prova f’dan ir-rigward.

Bl-istess mod, skont l-Artikolu 30(6)(1) tal-Liġi Nru 248/2005, id-dikjarazzjoni ta’ kunsens mill-ġenitur l-ieħor, miż-żewġ ġenituri jew, skont il-każ, mill-ġenitur li jkun fdat bil-minuri, mill-ġenitur li jeżerċita l-awtorità esklużiva tal-ġenituri, mill-ġenitur li jkun għadu ħaj jew mir-rappreżentant legali tiegħu, biex il-wild joħroġ mir-Rumanija ma tkunx meħtieġa jekk il-minuri Rumen ikun domiċiljat jew residenti fil-pajjiż ta’ destinazzjoni hemmhekk akkumpanjat, kif definit bil-Liġi Nru 248/2005.

Il-pulizija tal-fruntieri jippermettu lill-minuri akkumpanjati li joħorġu mir-Rumanija jekk il-ġenitur li jkun qiegħed jakkumpanjahom jiġġustifika l-bżonn ta’ vjaġġar barra l-pajjiż bil-fatt li l-wild minuri se jirċievi trattament mediku li mhuwiex disponibbli fir-Rumanija, li fin-nuqqas tiegħu, ħajjet jew saħħet il-minuri tkun ipperikolata serjament, dment li l-ġenitur jippreżenta evidenza f’dan ir-rigward, li tkun nħarġet jew ġiet approvata mill-awtoritajiet tal-kura tas-saħħa Rumeni u li fiha jkun iddikjarat il-perjodu ta’ żmien li matulu jkun se jingħata dak it-trattament mediku kif ukoll l-istat(i) li fih se jsir, anki jekk il-kunsens ma jkunx ingħata miż-żewġ ġenituri, mill-ġenitur l-ieħor, mill-ġenitur li jkun għadu ħaj jew mir-rappreżentant legali. Bl-istess mod, il-pulizija tal-fruntieri jippermettu lill-minuri akkumpanjati li joħorġu mir-Rumanija jekk il-ġenitur li jkun qiegħed jakkumpanjahom jagħti prova li l-wild minuri qiegħed jivvjaġġa għal studji jew kompetizzjonijiet uffiċjali billi jippreżenta d-dokumenti xierqa li jindikaw il-perjodu ta’ żmien li matulu se jsiru dawk l-istudji jew kompetizzjonijiet kif ukoll l-istat(i) li fih(om) se jsiru, anki jekk ġenitur wieħed biss ikun ta l-kunsens tiegħu.

2 Taħt liema ċirkostanzi hu meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor għat-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor?

Huwa meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor sabiex wild ikun trasferit lejn Stat Membru ieħor, meta l-awtorità tal-ġenituri tkun eżerċitata miż-żewġ ġenituri b’mod konġunt.

Għaldaqstant, il-ġenituri jeżerċitaw l-awtorità tal-ġenituri b’mod konġunt u ugwali, irrispettivament minn jekk il-minuri jkunx twieled fiż-żwieġ jew barra ż-żwieġ (l-Artikolu 503(1) tal-Kodiċi Ċivili).

Fil-każ ta’ xoljiment taż-żwieġ permezz ta’ divorzju, il-ġenituri jkollhom awtorità tal-ġenituri konġunta, sakemm il-qorti ma tiddeċidix mod ieħor. Jekk ikun hemm raġunijiet validi u b’kunsiderazzjoni tal-aħjar interessi tal-wild, il-qorti tista’ tiddeċiedi li l-awtorità tal-ġenituri għandha tkun eżerċitata biss minn wieħed mill-ġenituri (l-Artikoli 397 u 398 (1) tal-Kodiċi Ċivili).

F’konformità mal-Artikolu 30(1)(b) tal-Liġi Nru 248/2005, sabiex jieħu minuri Rumen barra mill-pajjiż, il-ġenitur li jkun qiegħed jakkumpanjah irid jippreżenta, lill-awtoritajiet tal-pulizija tal-fruntieri, dikjarazzjoni ta’ kunsens tal-ġenitur l-ieħor biex il-minuri jivvjaġġa barra mill-pajjiż, għall-perjodu ta’ mhux aktar minn 3 snin mid-data minn meta tkun tfasslet.

Id-dikjarazzjoni trid tiġi awtentikata minn nutar pubbliku fir-Rumanija, u mir-rappreżentanzi diplomatiċi u l-uffiċċji konsulari jekk barra r-Rumanija. Alternattivament, jekk tkun ġiet ippreżentata lil awtoritajiet barranin, id-dikjarazzjoni trid tissodisfa l-kundizzjonijiet għal-legalizzazzjoni skont il-liġi jew ikollha fuqha l-apostille f’konformità mal-Konvenzjoni li tabolixxi r-rekwiżit ta’ legalizzazzjoni għad-dokumenti pubbliċi barranin, adottata fl-Aja fil-5 ta’ Ottubru 1961, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li joriġinaw minn Stat li miegħu r-Rumanija kkonkludiet trattati, konvenzjonijiet jew ftehimiet relatati mal-assistenza legali, fi kwistjoni ċivili jew familjari, li jipprevedu eżenzjoni mill-awtentifikazzjoni. Id-dikjarazzjoni trid tinħareġ lill-partijiet f’żewġ kopji, waħda minnhom għandha tinżamm mill-persuna li tkun qiegħda takkumpanja u l-oħra għandha takkumpanja l-passaport tal-minuri.

3 Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix kunsens għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor, minkejja li jkun meħtieġ, il-minuri kif jistgħu jiġu ttrasferiti b’mod legali lejn Stat ieħor?

Kull meta jkun hemm xi nuqqas ta’ ftehim bejn il-ġenituri fir-rigward tal-eżerċitar tad-drittijiet tagħhom jew il-qadi ta’ dmirijiethom bħala ġenituri, il-qorti tal-familja għandha tieħu deċiżjoni fl-aħjar interessi tal-wild, wara li tkun semgħet lill-ġenituri u kkunsidrat il-konklużjonijiet tar-rapport dwar l-investigazzjoni psikosoċjali (l-Artikolu 486 tal-Kodiċi Ċivili). Għaldaqstant, il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor għall-ivvjaġġar barra l-pajjiż tal-wild jista’ jiġi sostitwit bis-sentenza tal-qorti.

4 L-istess regoli japplikaw għat-trasferiment temporanju (eż. vaganza, il-kura tas-saħħa eċċ.) u t-trasferiment permanenti? Jekk applikabbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-formoli ta’ kunsens rilevanti.

Il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor ikun meħtieġ jekk l-għan tal-ivvjaġġar barra mill-pajjiż mal-wild jkun li jibdel il-post tar-residenza tal-wild, sakemm il-ġenitur li jixtieq jgħix f’pajjiż ieħor ma jeżerċitax l-awtorità esklużiva tal-ġenituri.

Għalhekk, il-Kodiċi Ċivili jipprovdi li, jekk l-eżerċizzju tal-awtorità jew id-drittijiet tal-ġenituri jiġu affettwati, il-bidla fir-residenza tal-wild, flimkien mal-ġenitur li jgħix miegħu, tista’ sseħħ biss bil-kunsens minn qabel tal-ġenitur l-ieħor. Il-qorti tal-familja għandha tieħu deċiżjoni jekk ikun hemm xi nuqqas ta’ ftehim bejn il-ġenituri (l-Artikolu 497 tal-Kodiċi Ċivili).

Il-Liġi Nru 248/2005 ma tagħmel l-ebda distinzjoni bejn moviment temporanju u moviment permanenti barra mill-pajjiż.

F’konformità mal-Artikolu 34 tad-Deċiżjoni tal-Gvern Nru 94/2006 li tapprova r-regoli ta’ implimentazzjoni tal-Liġi Nru 248/2005, il-mudell tad-dikjarazzjonijiet meħtieġa għat-tluq tal-minuri mill-pajjiż għandu jiġi stabbilit permezz ta’ dispożizzjoni tal-Ispettur Ġenerali tal-Ispettorat Ġenerali tal-Pulizija tal-Fruntiera.

It-test tal-Liġi Nru 248/2005 jinsab Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk.

Fajls rilevanti

Mudell tal-Formola ta’ Dikjarazzjoni għall-Kunsens tal-Ġenituri għall-Ħruġ Barra mill-Pajjiż ta’ Wild Minuri Akkumpanjat mill-Ġenitur l-Ieħor. PDF(100 Kb)ro

Mudell tal-Formola ta’ Dikjarazzjoni għall-Kunsens tal-Ġenituri għall-Ħruġ Barra mill-Pajjiż ta’ Wild Minuri Akkumpanjat minn Adult Ieħor. PDF(194 Kb)ro

L-aħħar aġġornament: 14/12/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Informazzjoni dwar it-tneħħija legali tal-minuri - Slovenja

1 Taħt liema ċirkostanzi jista' ġenitur jitrasferixxi legalment lill-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor?

Ġenitur jista' legalment iġorr bi wliedu miegħu lejn pajjiż ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor meta dak il-ġenitur ikun itteħidlu d-dritt tal-ġenituri jew il-kapaċità kuntrattwali tiegħu. Meta ġenitur jitteħidlu d-dritt tal-ġenituri jew il-kapaċità kuntrattwali tiegħu, id-dritt tal-ġenituri jkun b'hekk esklussivament tal-ġenitur l-ieħor (l-Artikolu 115 tal-Att dwar iż-Żwieġ u r-Relazzjonijiet Familjari/Zakon o zakonski zvezi in družinskih razmerjih).

2 Taħt liema ċirkostanzi hu meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor għat-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor?

Il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor biex tfal iġorru minn pajjiż għall-ieħor huwa dejjem meħtieġ. ħlief f'każijiet fejn id-dritt tal-ġenituri jkun esklussivament tal-ġenitur l-ieħor.

Skont l-Att dwar iż-Żwieġ u r-Relazzjonijiet Familjari, id-dritt tal-ġenituri jappartjeni lill-missier u lill-omm flimkien (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 4).

Il-ġenituri jeżerċitaw id-dritt tal-ġenituri b'kunsens komuni skont l-interessi tat-tfal (l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 113 tal-Att dwar iż-Żwieġ u r-Relazzjonijiet Familjari). L-eżerċizzju tad-dritt tal-ġenituri jinkludi deċiżjoni dwar f'liema pajjiż jirrisjedu t-tfal.

Meta l-ġenituri ma jkunux joqogħdu flimkien u mhumiex inkarigati t-tnejn mill-kura u t-trobbija tat-tfal, huma jiddeċiedu b'kunsens komuni, skont l-interessi ta' wliedhom (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 113 tal-Att dwar iż-Żwieġ u r-Relazzjonijiet Familjari), dwar kwistjonijiet li jinfluwenzaw b'mod sinifikanti l-iżvilupp tat-tfal; dawn il-kwistjonijiet jinkludu l-ġarr tat-tfal minn pajjiż għall-ieħor.

3 Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix kunsens għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor, minkejja li jkun meħtieġ, il-minuri kif jistgħu jiġu ttrasferiti b’mod legali lejn Stat ieħor?

Jekk il-ġenituri ma jilħqux ftehim dwar l-eżerċizzju tad-dritt tal-ġenituri, Ċentru għall-Ħidma Soċjali jgħinhom biex jilħqu dan il-ftehim. Ċentru għall-Ħidma Soċjali jgħin ukoll lill-ġenituri biex jilħqu ftehim meta ma jkunux jistgħu jiftiehmu dwar kwistjonijiet li jinfluwenzaw b'mod sinifikanti l-iżvilupp tat-tfal, u meta ma jkunux jgħixu flimkien u ma jkunux it-tnejn li huma inkarigati mill-kura u t-trobbija tat-tfal.

Jekk, lanqas bl-għajnuna taċ-Ċentru għall-Ħidma Soċjali ma jirnexxilhom jaqblu fuq kwistjonijiet li jinfluwenzaw b'mod sinifikanti l-iżvilupp tat-tfal, il-qorti tiddeċiedi l-kwistjoni fi proċedura mhux litiġjuża fuq talba ta' ġenitur minnhom jew tat-tnejn li huma. Il-proposta trid tkun akkumpanjata bi prova minn Ċentru għall-Ħidma Soċjali kompetenti li tistqarr li l-ġenituri ppruvaw jilħqu ftehim dwar l-eżerċizzju tad-dritt tal-ġenituri bl-għajnuna tiegħu. Qabel ma l-qorti tagħti d-deċiżjoni tagħha, hija obbligata titlob l-opinjoni ta' Ċentru għall-Ħidma Soċjali dwar l-interessi tat-tfal. Il-qorti tqis ukoll l-opinjoni tat-tifel jekk tingħad mit-tifel stess, jew minn ġenitur li t-tifel jafda u li jintgħażel mit-tifel stess, u bil-kundizzjoni li t-tifel ikun kapaċi jifhem s-sinifikat u l-konsegwenzi tagħha.

Dan jinsab spjegat fl-Artikolu 113 tal-Att dwar iż-Żwieġ u r-Relazzjonijiet Familjari.

4 L-istess regoli japplikaw għat-trasferiment temporanju (eż. vaganza, il-kura tas-saħħa eċċ.) u t-trasferiment permanenti? Jekk applikabbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-formoli ta’ kunsens rilevanti.

Meta l-kwistjoni ta' influwenza sinifikanti fuq l-iżvilupp tat-tfal tqum fir-rigward tal-ġarr temporanju ta' tifel, jgħoddu l-istess regoli għall-ġarr temporanju bħal ta' għall-ġarr għal perjodu itwal.

L-aħħar aġġornament: 05/03/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Informazzjoni dwar it-tneħħija legali tal-minuri - Slovakkja

1 Taħt liema ċirkostanzi jista' ġenitur jitrasferixxi legalment lill-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor?

Meta dan jikkonċerna biss soġġorn qasir bl-għan ta’ studju qasir, żjara lill-qraba, kamp jew vaganza, eċċ. Li hu importanti huwa li la l-minuri u lanqas il-ġenitur ma għandu l-intenzjoni li l-minuri jistabbilixxi ruħu b’mod permanenti fl-istat l-ieħor.

2 Taħt liema ċirkostanzi hu meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor għat-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor?

Meta dan jikkonċerna trasferiment permanenti barra mill-pajjiż.

3 Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix kunsens għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor, minkejja li jkun meħtieġ, il-minuri kif jistgħu jiġu ttrasferiti b’mod legali lejn Stat ieħor?

Huwa essenzjali li ssir talba lill-qorti tat-tutela (poručenský súd), li tiddeċiedi dwar din il-kwistjoni importanti ta’ responsabbiltà tal-ġenituri. B’mod speċifiku, il-qorti tista’ tagħti l-kunsens tagħha għat-trasferiment permanenti barra mill-pajjiż tal-minuri.

4 L-istess regoli japplikaw għat-trasferiment temporanju (eż. vaganza, il-kura tas-saħħa eċċ.) u t-trasferiment permanenti? Jekk applikabbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-formoli ta’ kunsens rilevanti.

Ara iktar ’il fuq. Mhemm ebda formularju bħal dan.

L-aħħar aġġornament: 22/04/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Informazzjoni dwar it-tneħħija legali tal-minuri - Finlandja

1 Taħt liema ċirkostanzi jista' ġenitur jitrasferixxi legalment lill-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor?

It-tuturi tal-minuri u t-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar il-minuri huma rregolati bl-Att dwar il-Kustodja tal-Minuri u d-Dritt ta' Aċċess (laki lapsen huollosta ja tapaamisoikeudesta) (361/1983).

Jekk ġenitur wieħed biss għandu l-kustodja, dak il-ġenitur jiddeċiedi dwar kwistjonijiet relatati mal-minuri, inkluż fejn igħix dak il-minuri, u jista’ għalhekk essenzjalment jieħu lill-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor.

Jekk il-ġenituri għandhom il-kustodja konġunta tal-minuri, huma responsabbli konġuntament għall-obbligi inerenti tal-kustodja u għat-teħid flimkien ta’ deċiżjonijiet dwar il-minuri.

Jekk il-ġenituri għandhom il-kustodja konġunta tal-minuri, il-qorti tista’ tiddeċiedi dwar id-distribuzzjoni tar-responsabbiltajiet bejniethom. Fi kliem ieħor, hija tista’ tagħti deċiżjoni dwar l-għoti tas-setgħa ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet f’relazzjoni mal-obbligi speċifiċi tal-kustodja lil ġenitur wieħed biss. Il-qorti tista’ tordna fid-deċiżjoni ta’ kustodja li wieħed mill-ġenituri biss jista’ jiddeċiedi fejn imur igħix il-minuri.

Jekk il-qorti tkun ordnat fid-deċiżjoni tagħha li tutur wieħed biss jista’ jeżerċita s-setgħa fejn imur igħix il-minuri, dak it-tutur jista’ jieħu dak il-minuri fi Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor.

2 Taħt liema ċirkostanzi hu meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor għat-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor?

Jekk il-ġenituri għandhom kustodja konġunta tal-minuri, ebda ġenitur ma jista’ essenzjalment jieħu l-minuri f’dak l-Istat mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor.

Ara r-risposta għad-domanda preċedenti.

3 Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix kunsens għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor, minkejja li jkun meħtieġ, il-minuri kif jistgħu jiġu ttrasferiti b’mod legali lejn Stat ieħor?

Jekk ġenitur wieħed ma jagħtix il-kunsens tiegħu sabiex il-minuri jittieħed fi Stat ieħor, il-kwistjoni tista’ tinġieb quddiem il-qorti għal deċiżjoni.

4 L-istess regoli japplikaw għat-trasferiment temporanju (eż. vaganza, il-kura tas-saħħa eċċ.) u t-trasferiment permanenti? Jekk applikabbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-formoli ta’ kunsens rilevanti.

Mhemm ebda regola speċjali fil-Finlandja dwar trasferiment temporanju, pereż. għal vaganzi, u mhemm ebda formularju li jiġi użat biex jingħata l-kunsens.

Deċiżjoni mill-qorti dwar id-dritt ta' aċċess lill-minuri tista’ ikollha fiha provvedimenti dwar jekk ġenitur jistax jivvjaġġa barra mill-pajjiż matul it-tali aċċess.

L-aħħar aġġornament: 19/04/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Informazzjoni dwar it-tneħħija legali tal-minuri - Svezja

1 Taħt liema ċirkostanzi jista' ġenitur jitrasferixxi legalment lill-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor?

Jekk il-minuri qiegħed fil-kustodja konġunta tal-ġenituri, hija meħtieġa deċiżjoni konġunta fuq kwistjonijiet marbuta mal-affarijiet personali tal-minuri, inklużi kemm żjarat temporanji barra l-pajjiż u kull trasferiment permanenti. Jekk il-minuri jgħix ma wieħed mill-ġenituri, madankollu, il-ġenitur ma' min jgħix il-minuri jitqies li għandu d-dritt jiddeċiedi fejn se jgħix il-minuri fil-ħin liberu tiegħu, inklużi żjarat qosra barra l-pajjiż, sakemm dan ma jiksirx xi drittijiet li jista' jkollu l-minuri biex jikkuntattja lit-tutur l-ieħor.

Ġenitur li għandu l-kustodja esklussiva għandu d-dritt jieħu lill-minuri miegħu barra l-pajjiż, jew li jieħdu l-barra mill-pajjiż b'mod permanenti, mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor. Jekk il-minuri għandu dritt jikkuntattja lill-ġenitur l-ieħor, madankollu, dan għandu jitqies mill-ġenitur li għandu l-kustodja tal-minuri. Il-ġenitur l-ieħor, li miegħu l-minuri għandu dritt għal kuntatt, jista' japplika għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta' kuntatt fil-pajjiż ta' residenza l-ġdid tal-minuri, fejn huwa possibbli skont ir-regoli l-ġodda tal-pajjiż ta' residenza l-ġdid. Il-ġenitur l-ieħor jista' japplika wkoll għall-aċċess skont il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980, jekk il-Konvenzjoni tapplika fil-pajjiż fejn jgħix il-minuri. Jekk il-ġenitur bil-kustodja esklussiva ma jħarisx id-deċiżjoni ta' aċċess, u b'hekk ma jissodisfax il-bżonn tal-minuri għal kuntatt tajjeb u mill-viċin maż-żewġ ġenituri, dan normalment għandu impatt fuq kif tevalwa l-kwistjoni tal-kustodja l-Qorti Svediża f'każ ta' xi tilwima sussegwenti. Il-ġenituri b'hekk għandhom responsabbiltà konġunta biex jaraw li l-aċċess jaħdem sew.

2 Taħt liema ċirkostanzi hu meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor għat-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor?

Kif huwa muri mit-tweġiba għall-mistoqsija Nru 1, il-ġenituri b'kustodja konġunta jistgħu jieħdu deċiżjonijiet konġunti fuq kwistjonijiet dwar il-minuri, inkluż kull żjara barra l-pajjiż. Isegwi wkoll mit-tweġiba għall-mistoqsija Nru 1 li, anki jekk ġenitur wieħed biss għandu l-kustodja, hemm ċerti sitwazzjonijiet fejn dak il-ġenitur irid jadatta ż-żjarat qosra jew permanenti barra l-pajjiż skont il-minuri kif deċiż skont id-dritt tal-minuri għal kuntratt mal-ġenitur l-ieħor. It-trasferiment illegali ta' minuri jista' jikkostitwixxi reat skont il-liġi Svediża.

3 Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix kunsens għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor, minkejja li jkun meħtieġ, il-minuri kif jistgħu jiġu ttrasferiti b’mod legali lejn Stat ieħor?

Meta ġenitur għandu l-kustodja konġunta tal-minuri mal-ġenitur l-ieħor, l-ewwel ġenitur jista' jieħu deċiżjoni waħdu f'ċerti sitwazzjonijiet fir-rigward tal-kustodja tal-minuri. Din l-opportunità hija kundizzjonali jekk il-ġenitur l-ieħor, minħabba raġunijiet ta' assenza, mard jew oħrajn ma kienx involut fit-teħid tad-deċiżjonijiet li ma setgħux jiġu posposti mingħajr xkiel kbir. L-anqas ma jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet ta' importanza kruċjali dwar il-futur tal-minuri b'dan il-mod, sakemm mhux meħtieġa fl-aħjar interessi tal-minuri. Il-kumitat tas-servizzi soċjali tal-awtorità lokali jista' jiddeċiedi dwar trattament psikjatriku jew psikoloġiku, anki jekk wieħed mill-ġenituri biss jagħti l-kunsens, jekk ikun meħtieġ fl-aħjar interessi tal-minuri.

4 L-istess regoli japplikaw għat-trasferiment temporanju (eż. vaganza, il-kura tas-saħħa eċċ.) u t-trasferiment permanenti? Jekk applikabbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-formoli ta’ kunsens rilevanti.

L-istess dispożizzjonijiet japplikaw għall-ġenitur li għandu l-kustodja esklussiva. Jekk il-minuri jgħix biss ma wieħed mill-ġenituri, madankollu, il-ġenitur ma min jgħix il-minuri jitqies li għandu d-dritt jiddeċiedi fejn se jgħix il-minuri fil-ħin liberu tiegħu, inklużi żjarat qosra barra l-pajjiż (ara t-tweġiba għall-mistoqsija Nru 1). Ġenitur bil-kustodja konġunta mal-ġenitur l-ieħor jista' wkoll, wara deċiżjoni mill-kumitat tas-servizzi soċjali tal-awtorità lokali, isiefer lill-minuri għal trattament psikjatriku jew psikoloġiku mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor (ara t-tweġiba għall-mistoqsija Nru 3).

L-aħħar aġġornament: 05/07/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Informazzjoni dwar it-tneħħija legali tal-minuri - L-Ingilterra u Wales

1 Taħt liema ċirkostanzi jista' ġenitur jitrasferixxi legalment lill-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor?

Il-liġi tal-Ingilterra u Wales tipprovdi għat-tneħħija legali tal-wild minuri mir-Renju Unit. Ordni ta’ arranġamenti għat-tfal hija ordni mill-qorti li tiddetermina ma’ min il-wild minuri għandu jgħix jew iqatta’ l-ħin. L-Artikolu 13(2) tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tal-1989 dwar it-Tfal (Children Act 1989) jippermetti lil persuna b’ordni ta’ arranġamenti għat-tfal (li qabel kienet magħrufa kemm bħala ordni ta’ residenza kif ukoll bħala ordni ta’ kuntatt) fir-rigward tal-wild minuri, li tneħħi lill-wild minuri mir-Renju Unit għal perjodu ta’ anqas minn xahar (pereżempju għal btala).

Dan huwa konsistenti mal-Artikolu 1(4) tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt tal-1984 dwar il-Ħtif ta’ Minuri (Child Abduction Act 1984) li jistipula li persuna ma twettaq l-ebda reat billi tieħu jew tibgħat il-wild minuri barra mir-Renju Unit jekk tkun persuna li favur tagħha jkun hemm fis-seħħ ordni ta’ arranġamenti għat-tfal u t-tneħħija tkun għal anqas minn xahar.

Fejn ma jkun hemm fis-seħħ l-ebda ordni ta’ arranġamenti għat-tfal, ġenitur b’responsabbiltà unika tal-ġenituri jista’ jneħħi legalment wild minuri mir-Renju Unit mingħajr il-permess mill-ġenitur l-ieħor. Madankollu, il-ġenitur l-ieħor li ma jkollux ir-responsabbiltà tal-ġenituri jista’ jipprevjeni t-tneħħija ta’ wild minuri mill-ġurisdizzjoni billi jippreżenta rikors lill-qrati fl-Ingilterra u f’Wales għal ordni mill-qorti li tipprojbixxi t-twettiq ta' ċerti atti (Prohibited Steps Order). Huma jistgħu jressqu wkoll rikors għal ordni tal-qorti relatata mar-responsabbiltà tal-ġenituri. “Responsabbiltà tal-ġenituri” hija definita fl-Artikolu 3(1) tal-Att tal-1989 dwar it-Tfal (Children Act 1989).

2 Taħt liema ċirkostanzi hu meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor għat-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor?

L-Artikolu 13 tal-Att tal-1989 dwar it-Tfal (Children Act 1989) jirrikjedi li meta jkun hemm fis-seħħ ordni ta’ arranġamenti għat-tfal fir-rigward ta’ wild minuri, ħadd ma jista’ jneħħi lill-wild minuri mir-Renju Unit mingħajr il-kunsens bil-miktub ta’ kull persuna li jkollha r-responsabbiltà tal-ġenituri għall-wild minuri, jew mingħajr il-permess tal-qorti.

Barra minn hekk, l-Artikolu 1 tal-Att tal-1984 dwar il-Ħtif ta’ Minuri (Child Abduction Act 1984) jistipula li ġenitur (u persuni oħra speċifikati li jinkludu persuna li tkun it-tutur tal-wild minuri, persuna li favur tagħha jkun hemm fis-seħħ ordni ta’ arranġamenti għat-tfal fir-rigward tal-wild minuri jew persuna li magħha jkun jgħix il-wild minuri) iwettaq reat (ħtif ta’ wild minuri) jekk jieħu jew jibgħat wild minuri barra mir-Renju Unit mingħajr il-kunsens xieraq (li jfisser il-kunsens ta’ omm il-wild minuri u ta’ missier il-wild minuri jekk huwa jkollu r-responsabbiltà tal-ġenituri – jew il-kunsens ta’ persuni oħra speċifikati msemmija hawn fuq).

Meta ma jkunx hemm fis-seħħ ordni ta’ arranġamenti għat-tfal iżda aktar minn persuna waħda jkollha r-responsabbiltà tal-ġenituri għall-wild minuri, l-ebda persuna b’responsabbiltà tal-ġenituri għal dak il-wild minuri ma hija permessa tneħħi lill-wild minuri mir-Renju Unit mingħajr il-kunsens tad-detenturi l-oħra tar-responsabbiltà tal-ġenituri jew mingħajr il-permess tal-qorti.

3 Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix kunsens għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor, minkejja li jkun meħtieġ, il-minuri kif jistgħu jiġu ttrasferiti b’mod legali lejn Stat ieħor?

Ġenitur b’ordni ta’ arranġamenti għat-tfal fir-rigward tal-wild minuri u li jkun qiegħed ifittex li jneħħi lill-wild minuri b’mod permanenti mir-Renju Unit jista’ jirriloka legalment mal-wild minuri mingħajr l-intervent tal-qorti jekk ikollu l-kunsens bil-miktub tal-ġenitur l-ieħor b’responsabbiltà tal-ġenituri jew ta’ xi ħadd ieħor b’responsabbiltà tal-ġenituri. Jekk il-kunsens jiġi miċħud, ikun irid jitressaq rikors quddiem il-qorti għall-permess biex il-wild minuri jitneħħa mill-Ingilterra u Wales fuq bażi permanenti (l-Artikolu 13(1) tal-Att tal-1989 dwar it-Tfal (Children Act 1989)).

Jekk ma jkunx hemm fis-seħħ ordni ta’ arranġamenti għat-tfal, persuna li jkollha r-responsabbiltà tal-ġenituri għall-wild minuri u li tkun qed tfittex li tneħħi l-wild minuri mir-Renju Unit b’mod permanenti trid tressaq rikors quddiem il-qorti għall-permess jekk il-kunsens minn kwalunkwe persuna oħra b’responsabbiltà tal-ġenituri jiġi miċħud.

Fl-Ingilterra u Wales, il-konsiderazzjoni ewlenija u l-fattur determinanti f’kawżi dwar rilokazzjoni internazzjonali dejjem ikunu l-benesseri tal-wild minuri. L-imħallfin li jipprejedu fil-Qrati tal-Familja (Family Courts) iqisu l-informazzjoni kollha disponibbli għalihom f’kull kawża qabel ma jaslu għal sentenza indipendenti. L-ewwel u qabel kollox huma jfittxu li jieħdu deċiżjonijiet li jkunu fl-aħjar interessi tal-wild minuri kkonċernat. Il-benesseri tal-wild minuri dejjem ikun il-konsiderazzjoni ewlenija fid-determinazzjoni ta’ kawżi bħal dawn. L-Att tal-1989 dwar it-Tfal (Children Act 1989) jipprovdi protezzjoni statutorja għas-salvagwardja tal-benessri tat-tfal f’kawżi ta’ rilokazzjoni mill-Ingilterra u Wales.

4 L-istess regoli japplikaw għat-trasferiment temporanju (eż. vaganza, il-kura tas-saħħa eċċ.) u t-trasferiment permanenti? Jekk applikabbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-formoli ta’ kunsens rilevanti.

It-tweġiba għall-mistoqsija 1 hawn fuq tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għat-tneħħija legali ta’ wild minuri mir-Renju Unit għal perjodu ta’ anqas minn xahar. Persuna b’ordni ta’ arranġamenti għat-tfal favur il-wild minuri tista’ tieħu l-wild minuri barra mill-pajjiż għal anqas minn xahar u għalhekk ma jkollhiex bżonn il-permess tal-ġenitur l-ieħor biex tieħu l-wild minuri għal btala.

L-aħħar aġġornament: 10/08/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Informazzjoni dwar it-tneħħija legali tal-minuri - L-Irlanda ta’ fuq

1 Taħt liema ċirkostanzi jista' ġenitur jitrasferixxi legalment lill-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor?

Il-liġi tal-Irlanda ta’ Fuq tipprevedi t-tneħħija legali tal-wild minuri mir-Renju Unit. L-Artikolu 13(1) tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOrdni (tal-Irlanda ta’ Fuq) tal-1995 dwar it-Tfal (Children (Northern Ireland) Order 1995) jippermetti lil persuna b’ordni ta’ residenza (kustodja) (residence (custody) order) fir-rigward ta’ wild minuri li tneħħi lill-wild minuri mir-Renju Unit għal perjodu ta’ anqas minn xahar.

Dan huwa konsistenti mal-Artikolu 3(2A) tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOrdni (tal-Irlanda ta’ Fuq) tal-1985 dwar il-Ħtif ta’ Minuri (Child Abduction (Northern Ireland) Order 1985) li jipprevedi li persuna ma twettaqx reat billi tieħu jew tibgħat lill-wild minuri barra mir-Renju Unit jekk tkun persuna li jkun hemm ordni ta’ residenza favuriha (residence order) fis-seħħ u t-tneħħija tkun għal anqas minn xahar (sakemm ma jkunx hemm ordni li tipprojbixxi t-tneħħija tal-wild minuri).

Jekk ma jkunx hemm ordni ta’ residenza fis-seħħ u l-omm ikollha r-responsabbiltà unika tal-ġenituri, hija tkun tista’ tneħħi lill-wild minuri mir-Renju Unit legalment mingħajr il-permess tal-missier. Madankollu, missier li ma jkollux ir-responsabbiltà tal-ġenituri jista’ jipprevjeni t-tneħħija tal-wild minuri tiegħu mill-ġuriżdizzjoni billi jippreżenta rikors quddiem il-qrati fl-Irlanda ta’ Fuq għal ordni dwar passi pprojbiti (prohibited steps order). Huwa jista’ jippreżenta wkoll rikors quddiem il-qrati għal ordni li tagħti r-responsabbiltà tal-ġenituri (“ir-responsabbiltà tal-ġenituri” (“parental responsibility”) hija ddefinita fl-Artikolu 6(1) tal-Ordni (tal-Irlanda ta’ Fuq) tal-1995 dwar it-Tfal jew ordni ta’ residenza (jekk il-qorti tagħti ordni ta’ residenza favurih, din trid tagħti wkoll ordni ta’ responsabbiltà tal-ġenituri).

2 Taħt liema ċirkostanzi hu meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor għat-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor?

L-Artikolu 13 tal-Att (tal-Irlanda ta’ Fuq) tal-1995 dwar it-Tfal jistabbilixxi li jekk tkun fis-seħħ ordni ta’ residenza fir-rigward ta’ wild minuri, ħadd ma jkun jista’ jneħħi lill-wild minuri mir-Renju Unit għal aktar minn xahar mingħajr il-kunsens bil-miktub ta’ kull persuna li jkollha r-responsabbiltà tal-ġenituri għall-wild minuri, jew mingħajr il-permess tal-qorti.

Barra minn hekk, l-Artikolu 3(1) tal-Ordni (tal-Irlanda ta’ Fuq) tal-1985 dwar il-Ħtif ta’ Minuri (Child Abduction (Northern Ireland) Order 1985) jistipula li persuna li tkun konnessa ma’ wild minuri twettaq reat (ħtif ta’ wild minuri) jekk tieħu jew tibgħat lill-wild minuri barra mir-Renju Unit mingħajr il-kunsens xieraq.

Meta ma jkunx hemm ordni ta’ residenza fis-seħħ iżda aktar minn persuna waħda jkollha r-responsabbiltà tal-ġenituri għall-wild minuri, l-ebda persuna bir-responsabbiltà tal-ġenituri għal dak il-wild minuri ma jkollha permess li tneħħi lill-wild minuri mir-Renju Unit mingħajr il-kunsens tal-persuni l-oħra li jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri jew mingħajr il-permess tal-qorti.

3 Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix kunsens għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor, minkejja li jkun meħtieġ, il-minuri kif jistgħu jiġu ttrasferiti b’mod legali lejn Stat ieħor?

Ġenitur b’ordni ta’ residenza rigward il-wild minuri u li qed ifittex li jneħħi lill-wild minuri b’mod permanenti mir-Renju Unit jista’ jirriloka legalment mal-wild minuri mingħajr l-intervent tal-qorti jekk ikollu l-kunsens bil-miktub tal-ġenitur l-ieħor bir-responsabbiltà tal-ġenituri jew ta’ xi ħadd ieħor li jkollu r-responsabbiltà tal-ġenituri. Jekk il-kunsens jiġi rrifjutat, ikun meħtieġ li jsir rikors ippreżentat lill-qorti għall-permess sabiex il-wild minuri jitneħħa mill-Irlanda ta’ Fuq fuq bażi permanenti (l-Artikolu 13(1) tal-Ordni (tal-Irlanda ta’ Fuq) tal-1995 dwar it-Tfal).

Fir-Renju Unit, il-kunsiderazzjoni u l-fattur ta’ determinazzjoni assoluti f’każijiet ta’ rilokazzjoni internazzjonali dejjem ikunu l-aħjar interessi tal-wild minuri. L-imħallfin li jippresjedu l-Qrati tal-Familja (Family Courts) fl-Irlanda ta’ Fuq iqisu l-informazzjoni kollha disponibbli għalihom f’kull każ qabel ma jaslu għal ġudizzju indipendenti. L-ewwel u qabel kollox ifittxu li jieħdu deċiżjonijiet li jkunu fl-aħjar interess tal-wild minuri ikkonċernat.

Jekk ma jkunx hemm ordni ta’ residenza fis-seħħ, persuna li jkollha r-responsabbiltà tal-ġenituri għall-wild minuri u li tkun qed tfittex li tneħħi lill-wild minuri mir-Renju Unit b’mod permanenti dejjem għandha tfittex il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor jew il-permess tal-qorti sabiex tagħmel hekk. Inkella, tispiċċa twassal għall-preżentazzjoni ta’ denunzja ta’ ħtif ta’ minuri.

4 L-istess regoli japplikaw għat-trasferiment temporanju (eż. vaganza, il-kura tas-saħħa eċċ.) u t-trasferiment permanenti? Jekk applikabbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-formoli ta’ kunsens rilevanti.

It-tweġiba għall-mistoqsija 1 aktar ’il fuq tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għat-tneħħija legali tal-wild minuri mir-Renju Unit għal perjodu ta’ anqas minn xahar. Persuna b’ordni ta’ residenza favur il-wild minuri tista’ tieħu lill-wild minuri barra mill-pajjiż għal anqas minn xahar u, għalhekk, ma jkollhiex bżonn il-permess tal-ġenitur l-ieħor sabiex tieħu lill-wild minuri għal btala.

L-aħħar aġġornament: 10/08/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Informazzjoni dwar it-tneħħija legali tal-minuri - Skozja

1 Taħt liema ċirkostanzi jista' ġenitur jitrasferixxi legalment lill-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor?

Jew b’kunsens speċifiku mill-qrati Skoċċiżi jew inkella f’ċirkostanzi li fihom il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor ma jkunx meħtieġ (ara t-tweġiba għall-mistoqsija 2 aktar ’l isfel)

2 Taħt liema ċirkostanzi hu meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor għat-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor?

Il-kunsens mill-ġenitur l-ieħor ikun meħtieġ meta l-ġenitur “bħalissa jkollu u jkun qed jeżerċita”, fir-rigward tal-wild minuri, wieħed minn dawn id-drittijiet tal-ġenituri li ġejjin:

  • Li l-wild minuri jgħix miegħek jew li tirregola b’xi mod ieħor ir-residenza tal-wild minuri.
  • Jekk il-wild minuri ma jkunx qed jgħix miegħek sabiex jinżammu relazzjonijiet personali u kuntatt dirett mal-wild minuri fuq bażi regolari.

3 Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix kunsens għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor, minkejja li jkun meħtieġ, il-minuri kif jistgħu jiġu ttrasferiti b’mod legali lejn Stat ieħor?

(Ara t-tweġiba għall-Mistoqsija 1).

4 L-istess regoli japplikaw għat-trasferiment temporanju (eż. vaganza, il-kura tas-saħħa eċċ.) u t-trasferiment permanenti? Jekk applikabbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-formoli ta’ kunsens rilevanti.

Iva.

L-aħħar aġġornament: 09/08/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Informazzjoni dwar it-tneħħija legali tal-minuri - Ġibiltà

1 Taħt liema ċirkostanzi jista' ġenitur jitrasferixxi legalment lill-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor?

L-Artikolu 30 tal-Att tal-2009 dwar it-Tfal (Children Act 2009) tippermetti lil persuna b’ordni ta’ residenza (residence order) li tikkonċerna lil wild minuri biex tneħħi lill-wild minuri minn Ġibiltà għal perjodu ta’ anqas minn xahar.

Meta ma jkunx hemm ordni ta’ residenza fis-seħħ, ġenitur b’responsabbiltà unika tal-ġenituri jista’ legalment ineħħi lil wild minuri minn Ġibiltà mingħajr il-permess tal-ġenitur l-ieħor. Madankollu, il-ġenitur l-ieħor li ma jkollux ir-responsabbiltà tal-ġenituri jista’ jipprevjeni t-tneħħija ta’ wild minuri mill-ġuriżdizzjoni billi jippreżenta rikors quddiem il-qorti għal ordni dwar passi pprojbiti (prohibited steps order).

2 Taħt liema ċirkostanzi hu meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor għat-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor?

L-Artikolu 30 tal-Att tal-2009 dwar it-Tfal jeħtieġ li fejn tkun fis-seħħ ordni ta’ residenza fir-rigward ta’ wild minuri, ħadd ma jkun jista’ jneħħi lill-wild minuri minn Ġibiltà (għajr għal perjodu sa xahar) mingħajr il-kunsens bil-miktub ta’ kull persuna li jkollha r-responsabbiltà tal-ġenituri għall-wild minuri, jew mingħajr il-permess tal-qorti.

Barra minn hekk, l-Artikolu 184 tal-Att tal-2011 dwar ir-Reati (Crimes Act 2011) jipprovdi li ġenitur (u persuni oħra speċifikati li jinkludu persuna li tkun tutur tal-wild minuri, persuna li tkun fis-seħħ ordni ta’ residenza favur tagħha fir-rigward tal-wild minuri jew persuna li jkollha l-kustodja tal-wild minuri) twettaq reat (ħtif ta’ wild minuri) jekk tieħu jew tibgħat lill-wild minuri barra minn Ġibiltà mingħajr il-kunsens xieraq (li jfisser il-kunsens ta’ omm il-wild minuri u ta’ missier il-wild minuri jekk ikollu r-responsabbiltà tal-ġenituri – jew il-kunsens ta’ nies oħra speċifikati msemmija aktar ’il fuq).

Fejn ma jkunx hemm ordni ta’ residenza fis-seħħ iżda aktar minn persuna waħda jkollha r-responsabbiltà tal-ġenituri għall-wild minuri, l-ebda persuna bir-responsabbiltà tal-ġenituri għal dak il-wild minuri ma jkollha permess li tneħħi lill-wild minuri minn Ġibiltà mingħajr il-kunsens tal-persuni l-oħra li jeżerċitaw ir-responsabbiltà tal-ġenituri jew mingħajr il-permess tal-qorti.

3 Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix kunsens għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor, minkejja li jkun meħtieġ, il-minuri kif jistgħu jiġu ttrasferiti b’mod legali lejn Stat ieħor?

Ġenitur b’ordni ta’ residenza rigward il-wild minuri u li qed ifittex li jneħħi lill-wild minuri b’mod permanenti minn Ġibiltà jista’ jirriloka legalment mal-wild minuri mingħajr l-intervent tal-qorti jekk ikollu l-kunsens bil-miktub tal-ġenitur l-ieħor bir-responsabbiltà tal-ġenituri jew ta’ xi ħadd ieħor li jkollu r-responsabbiltà tal-ġenituri. Jekk il-kunsens jiġi rrifjutat, ikun meħtieġ li jsir rikors ippreżentat lill-qorti għall-permess sabiex il-wild minuri jitneħħa minn Ġibiltà fuq bażi permanenti (l-Artikolu 30 tal-Att tal-2009 dwar it-Tfal).

Il-kunsiderazzjoni u l-fattur ta’ determinazzjoni assoluti f’każijiet ta’ rilokazzjoni internazzjonali dejjem ikunu l-aħjar interessi tal-wild minuri. L-imħallfin iqisu l-informazzjoni kollha disponibbli għalihom f’kull każ qabel ma jaslu għal ġudizzju indipendenti. L-ewwel u qabel kollox ifittxu li jieħdu deċiżjonijiet li jkunu fl-aħjar interess tal-wild minuri ikkonċernat.

Barra minn hekk, meta ma jkun hemm l-ebda ordni ta’ residenza fis-seħħ, persuna li jkollha r-responsabbiltà tal-ġenituri għall-wild minuri u li tkun qed tfittex li tneħħi lill-wild minuri minn Ġibiltà b’mod permanenti trid tippreżenta rikors quddiem il-qorti għall-permess jekk il-kunsens minn kwalunkwe persuna oħra bir-responsabbiltà tal-ġenituri jiġi rrifjutat.

4 L-istess regoli japplikaw għat-trasferiment temporanju (eż. vaganza, il-kura tas-saħħa eċċ.) u t-trasferiment permanenti? Jekk applikabbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-formoli ta’ kunsens rilevanti.

It-tweġiba għall-mistoqsija 1 aktar ’il fuq tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għat-tneħħija legali tal-wild minuri minn Ġibiltà għal perjodu ta’ anqas minn xahar. Persuna b’ordni ta’ residenza favur il-wild minuri tista’ tieħu lill-wild minuri barra mill-pajjiż għal anqas minn xahar u, għalhekk, ma jkollhiex bżonn il-permess tal-ġenitur l-ieħor sabiex tieħu lill-wild minuri għal btala.