Jogszerű letelepedés külföldön gyermekekkel

Svezja
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
Network Ġudizzjarju Ewropew (f'materji ċivili u kummerċjali)

1 Taħt liema ċirkostanzi jista' ġenitur jitrasferixxi legalment lill-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor?

Jekk il-minuri qiegħed fil-kustodja konġunta tal-ġenituri, hija meħtieġa deċiżjoni konġunta fuq kwistjonijiet marbuta mal-affarijiet personali tal-minuri, inklużi kemm żjarat temporanji barra l-pajjiż u kull trasferiment permanenti. Jekk il-minuri jgħix ma wieħed mill-ġenituri, madankollu, il-ġenitur ma' min jgħix il-minuri jitqies li għandu d-dritt jiddeċiedi fejn se jgħix il-minuri fil-ħin liberu tiegħu, inklużi żjarat qosra barra l-pajjiż, sakemm dan ma jiksirx xi drittijiet li jista' jkollu l-minuri biex jikkuntattja lit-tutur l-ieħor.

Ġenitur li għandu l-kustodja esklussiva għandu d-dritt jieħu lill-minuri miegħu barra l-pajjiż, jew li jieħdu l-barra mill-pajjiż b'mod permanenti, mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor. Jekk il-minuri għandu dritt jikkuntattja lill-ġenitur l-ieħor, madankollu, dan għandu jitqies mill-ġenitur li għandu l-kustodja tal-minuri. Il-ġenitur l-ieħor, li miegħu l-minuri għandu dritt għal kuntatt, jista' japplika għall-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta' kuntatt fil-pajjiż ta' residenza l-ġdid tal-minuri, fejn huwa possibbli skont ir-regoli l-ġodda tal-pajjiż ta' residenza l-ġdid. Il-ġenitur l-ieħor jista' japplika wkoll għall-aċċess skont il-Konvenzjoni tal-Aja tal-1980, jekk il-Konvenzjoni tapplika fil-pajjiż fejn jgħix il-minuri. Jekk il-ġenitur bil-kustodja esklussiva ma jħarisx id-deċiżjoni ta' aċċess, u b'hekk ma jissodisfax il-bżonn tal-minuri għal kuntatt tajjeb u mill-viċin maż-żewġ ġenituri, dan normalment għandu impatt fuq kif tevalwa l-kwistjoni tal-kustodja l-Qorti Svediża f'każ ta' xi tilwima sussegwenti. Il-ġenituri b'hekk għandhom responsabbiltà konġunta biex jaraw li l-aċċess jaħdem sew.

2 Taħt liema ċirkostanzi hu meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor għat-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor?

Kif huwa muri mit-tweġiba għall-mistoqsija Nru 1, il-ġenituri b'kustodja konġunta jistgħu jieħdu deċiżjonijiet konġunti fuq kwistjonijiet dwar il-minuri, inkluż kull żjara barra l-pajjiż. Isegwi wkoll mit-tweġiba għall-mistoqsija Nru 1 li, anki jekk ġenitur wieħed biss għandu l-kustodja, hemm ċerti sitwazzjonijiet fejn dak il-ġenitur irid jadatta ż-żjarat qosra jew permanenti barra l-pajjiż skont il-minuri kif deċiż skont id-dritt tal-minuri għal kuntratt mal-ġenitur l-ieħor. It-trasferiment illegali ta' minuri jista' jikkostitwixxi reat skont il-liġi Svediża.

3 Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix kunsens għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor, minkejja li jkun meħtieġ, il-minuri kif jistgħu jiġu ttrasferiti b’mod legali lejn Stat ieħor?

Meta ġenitur għandu l-kustodja konġunta tal-minuri mal-ġenitur l-ieħor, l-ewwel ġenitur jista' jieħu deċiżjoni waħdu f'ċerti sitwazzjonijiet fir-rigward tal-kustodja tal-minuri. Din l-opportunità hija kundizzjonali jekk il-ġenitur l-ieħor, minħabba raġunijiet ta' assenza, mard jew oħrajn ma kienx involut fit-teħid tad-deċiżjonijiet li ma setgħux jiġu posposti mingħajr xkiel kbir. L-anqas ma jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet ta' importanza kruċjali dwar il-futur tal-minuri b'dan il-mod, sakemm mhux meħtieġa fl-aħjar interessi tal-minuri. Il-kumitat tas-servizzi soċjali tal-awtorità lokali jista' jiddeċiedi dwar trattament psikjatriku jew psikoloġiku, anki jekk wieħed mill-ġenituri biss jagħti l-kunsens, jekk ikun meħtieġ fl-aħjar interessi tal-minuri.

4 L-istess regoli japplikaw għat-trasferiment temporanju (eż. vaganza, il-kura tas-saħħa eċċ.) u t-trasferiment permanenti? Jekk applikabbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-formoli ta’ kunsens rilevanti.

L-istess dispożizzjonijiet japplikaw għall-ġenitur li għandu l-kustodja esklussiva. Jekk il-minuri jgħix biss ma wieħed mill-ġenituri, madankollu, il-ġenitur ma min jgħix il-minuri jitqies li għandu d-dritt jiddeċiedi fejn se jgħix il-minuri fil-ħin liberu tiegħu, inklużi żjarat qosra barra l-pajjiż (ara t-tweġiba għall-mistoqsija Nru 1). Ġenitur bil-kustodja konġunta mal-ġenitur l-ieħor jista' wkoll, wara deċiżjoni mill-kumitat tas-servizzi soċjali tal-awtorità lokali, isiefer lill-minuri għal trattament psikjatriku jew psikoloġiku mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor (ara t-tweġiba għall-mistoqsija Nru 3).

L-aħħar aġġornament: 05/07/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna