Jogszerű letelepedés külföldön gyermekekkel

Greċja
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
Network Ġudizzjarju Ewropew (f'materji ċivili u kummerċjali)

1 Taħt liema ċirkostanzi jista' ġenitur jitrasferixxi legalment lill-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor?

Ġenitur jista' jittrasferixxi minorenni b'mod leċitu fi Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor, meta l-ġenitur li jkun se jieħu lill-minorenni jkollu r-responsabbiltà esklussiva tal-ġenituri, dejjem sakemm dan ma jiksirx id-dritt tal-minorenni li jikkuntattja lill-ġenitur l-ieħor.

2 Taħt liema ċirkostanzi hu meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor għat-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor?

Meta l-ġenituri jkollhom, it-tnejn li huma, ir-responabbiltà tal-ġenituri.

3 Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix kunsens għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor, minkejja li jkun meħtieġ, il-minuri kif jistgħu jiġu ttrasferiti b’mod legali lejn Stat ieħor?

Jekk it-trasferiment tal-minorenni jkun meħtieġ iżda l-ġenitur l-ieħor ma jagħtix il-kunsens tiegħu għalih, ikollha tidħol il-qorti biex tikkunsidra s-sitwazzjoni fl-interess tal-minorenni, u tiddeċiedi jekk it-trasferiment iridx iseħħ jew le.

4 L-istess regoli japplikaw għat-trasferiment temporanju (eż. vaganza, il-kura tas-saħħa eċċ.) u t-trasferiment permanenti? Jekk applikabbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-formoli ta’ kunsens rilevanti.

Ir-regoli li jirrikjedu l-kunsens tal-konjuġi l-ieħor, deskritti b'mod ġenerali hawn fuq, iridu japplikaw, irrispettivament minn jekk it-trasferiment għal Stat ieħor ikunx wieħed temporanju għal skop ta' vaganza jew ikunx wieħed permanenti.

L-aħħar aġġornament: 06/07/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.