Informazzjoni dwar it-tneħħija legali tal-minuri

Iċ-Ċekja
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
Network Ġudizzjarju Ewropew (f'materji ċivili u kummerċjali)

1 Taħt liema ċirkostanzi jista' ġenitur jitrasferixxi legalment lill-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor?

Jenħtieġ li ġenitur li ma għandux il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor għat-trasferiment tal-minuri jkollu l-kunsens tal-qorti.

Jekk, fl-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri, il-ġenituri jonqsu mill-jaqblu dwar kwistjoni ta’ importanza għall-minuri, speċjalment fid-dawl tal-interessi tal-minuri, tittieħed deċiżjoni mill-qorti dwar rikors minn wieħed mill-ġenituri (Artikolu 877 tal-Att Nru 89/2012, il-Kodiċi Ċivili, kif emendat). It-trasferiment ta’ minuri lejn pajjiż ieħor huwa meqjus ukoll bħala kwistjoni importanti.

2 Taħt liema ċirkostanzi hu meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor għat-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor?

It-trasferiment fit-tul tal-minuri (jiġifieri mhux għal okkażjonijiet bħall-vaganzi) jirrikjedi dejjem il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor, sakemm dak il-ġenitur ma jiġix imċaħħad parzjalment jew totalment mir-responsabbiltà tal-ġenituri. Il-kunsens tal-ġenituri huwa meħtieġ irrispettivament minn jekk il-qorti tkun diġà iddeċidiet dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri (l-arranġamenti ta' indukrar ta’ minuri) jew jekk għadha trid tittieħed deċiżjoni dwar l-arranġamenti ta' indukrar ta’ minuri. Ma ssir ebda distinzjoni bejn ġenituri miżżewġin u mhux miżżewġin.

3 Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix kunsens għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor, minkejja li jkun meħtieġ, il-minuri kif jistgħu jiġu ttrasferiti b’mod legali lejn Stat ieħor?

Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix il-kunsens tiegħu għat-trasferiment, trid tittieħed deċiżjoni mill-qorti dwar it-tali kunsens tal-ġenituri (Artikolu 877 tal-Att Nru 89/2012, il-Kodiċi Ċivili, kif emendat).

4 L-istess regoli japplikaw għat-trasferiment temporanju (eż. vaganza, il-kura tas-saħħa eċċ.) u t-trasferiment permanenti? Jekk applikabbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-formoli ta’ kunsens rilevanti.

Le, it-trasferiment temporanju, pereż. sabiex il-minuri jkun jista’ iqatta’ il-vaganzi ma’ wieħed mill-ġenituri, mhuwiex ġeneralment meqjus bħala kwistjoni importanti kif deskritta mill-Artikolu 877 tal-Att Nru 89/2012, il-Kodiċi Ċivili, kif emendat.

L-aħħar aġġornament: 09/11/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.