Jogszerű letelepedés külföldön gyermekekkel

Bulgarija
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
Network Ġudizzjarju Ewropew (f'materji ċivili u kummerċjali)

1 Taħt liema ċirkostanzi jista' ġenitur jitrasferixxi legalment lill-minuri lejn Stat ieħor mingħajr il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor?

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 123(2) tal-Kodiċi tal-Familja jistipulaw proċedura f’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn il-ġenituri. F’dawn il-każijiet, huma jistgħu jfittxu medjatur jew iressqu talba quddiem il-qorti distrettwali fil-post fejn il-minuri huwa attwalment domiċiljat, li tiddeċiedi l-kawża, wara li tisma’ l-partijiet, sabiex tiddeċiedi jekk id-dritt tal-minuri li jivvjaġġa barra mill-pajjiż għandux jiġi eżerċitat bl-għan ta’ bżonn speċifiku. Skont il-ġurisprudenza stabbilita, meta l-qorti tagħti kunsens ta’ sostituzzjoni għal ħruġ ta’ passaport jew għal vjaġġ mill-minuri, il-permess jista’ jingħata meta dan ikun fl-interessi tal-minuri, u l-permess għat-tluq mill-pajjiż jingħata għal perjodu fiss u għal pajjiż partikolari jew għal firxa identifikabbli ta’ pajjiżi. Skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni, ebda permess għal vjaġġ illimitat minn minuri barra mir-Repubblika tal-Bulgarija ma jista’ jingħata lil ebda mill-ġenituri.

2 Taħt liema ċirkostanzi hu meħtieġ il-kunsens tal-ġenitur l-ieħor għat-trasferiment tal-minuri lejn stat ieħor?

Dikjarazzjoni notarili għal ivvjaġġar mill-minuri barra mill-pajjiż jew kunsens ta’ sostituzzjoni mill-qorti skont l-Artikolu 123(2) tal-Kodiċi tal-Familja huma prerekwiżiti meħtieġa sabiex il-minuri jitħalla jħalli temporanjament it-territorju tal-Bulgarija akkumpanjat minn wieħed mill-ġenituri biss. Dawn il-prerekwiżiti ma jistgħux jiġu interpretati bħala kunsens għal rilokazzjoni tal-minuri lejn pajjiż ieħor.

Sabiex il-ġenitur l-ieħor jagħti l-kunsens tiegħu għal bidla tal-post tar-residenza abitwali tal-minuri, għandu jkun hemm ftehim bejn il-ġenituri, ikkonfermat mill-qorti, jew deċiżjoni li tagħti d-drittijiet ta' kustodja lill-ġenitur li jibda r-rilokazzjoni tal-minuri, b’mod li dan il-ftehim / din id-deċiżjoni j/tispeċifika fejn se jkun il-post tar-residenza tal-ġenitur u l-minuri, u j/tindika l-pajjiż u j/tiddefinixxi pattern ta’ relazzjonijiet personali mal-ġenitur l-ieħor, peress li l-ġenitur u l-minuri se jgħixu f’pajjiżi differenti. L-eżistenza ta’ ftehim approvat mill-qorti jew deċiżjoni tiżġura li l-aħjar interessi tal-minuri jkunu protetti u li r-rilokazzjoni ma timpedixxix lill-minuri milli jżomm kuntatt mal-ġenitur l-ieħor.

3 Jekk il-ġenitur l-ieħor ma jagħtix kunsens għat-trasferiment tal-minuri lejn Stat ieħor, minkejja li jkun meħtieġ, il-minuri kif jistgħu jiġu ttrasferiti b’mod legali lejn Stat ieħor?

Ara r-risposta għall-ewwel domanda.

4 L-istess regoli japplikaw għat-trasferiment temporanju (eż. vaganza, il-kura tas-saħħa eċċ.) u t-trasferiment permanenti? Jekk applikabbli, jekk jogħġbok ipprovdi l-formoli ta’ kunsens rilevanti.

Fl-ewwel każ, tenħtieġ dikjarazzjoni b’test liberu ta’ kunsens għall-ivvjaġġar barra mill-pajjiż. Fit-tieni każ, għandu jkun hemm ftehim bejn il-ġenituri, ikkonfermat mill-qorti, jew deċiżjoni li tagħti d-drittijiet ta' kustodja lill-ġenitur li jibda r-rilokazzjoni tal-minuri, b’mod li dan il-ftehim / din id-deċiżjoni j/tispeċifika fejn se jkun il-post tar-residenza tal-ġenitur u l-minuri, u j/tindika l-pajjiż u j/tiddefinixxi pattern ta’ relazzjonijiet personali mal-ġenitur l-ieħor, peress li l-ġenitur u l-minuri se jgħixu f’pajjiżi differenti.

L-aħħar aġġornament: 13/06/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna