Pubblikazzjonijiet tan-NĠE

Dokumenti u gwidi għaċ-ċittadini u l-prattikanti tal-UE mħejjija min-NĠE

In-NĠE pproduċa firxa wiesgħa ta’ gwidi għaċ-ċittadini u l-prattikanti, kif ukoll xi materjal ta’ promozzjoni (posters u fuljetti). Fil-gwidi disponibbli fil-lingwi kollha tal-UE, issib informazzjoni utli dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti Regolamenti, biex tittratta aħjar il-każijiet transfruntiera. Dawn jistgħu jitniżżlu mil-links ta’ hawn taħt, u kopji stampati jistgħu jiġu ordnati fuq is-sit web tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE.

Gwida għall-prattikanti

  • Kwistjonijiet tal-familja

Brussell IIb: Gwida Prattika għall-applikazzjoni tar-Regolament Brussell IIb (2022)

Brussell IIa: Gwida Prattika għall-applikazzjoni tar-Regolament Brussell IIa (2014)  PDF (2985 Kb) en

L-obbligi ta’ manteniment: Gwida dwar l-użu tal-Annessi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment

Gwida prattika dwar l-applikazzjoni tar-Regolament nru 4/2009 dwar obbligi ta’ manteniment

  • Proċeduri Ewropej

Talbiet Żgħar: Gwida Prattika għall-Applikazzjoni tal-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar (2019)  PDF (2237 Kb) en

L-Ordni ta’ Ħlas Ewropea: Gwida prattika għall-applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Ordni ta' Ħlas Ewropea (2012)  PDF (5809 Kb) en

Innota li din il-gwida ma tindirizzax l-emenda li daħlet fis-seħħ fl-14 ta’ Lulju 2017 li żżid l-għażla ta’ kontinwazzjoni tal-proċedimenti fil-każ tal-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni f’konformità mar-regoli li jinsabu fir-Regolament (KE) Nru 861/2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar għal talbiet ta’ valur sa EUR 5 000.

Għal aktar informazzjoni f’dan ir-rigward, ikkonsulta t-test il-ġdid tal-Artikolu 17 tar-Regolament kif ukoll l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) 861/2007, kif emendat bir-Regolament (UE) 2015/2421.

Ordni ta’ infurzar f’talbiet mhux ikkontestati (Ordni Ewropea ta’ Infurzar): Gwida prattika għall-applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Ordni Ewropea ta’ Infurzar (2009)  PDF (1310 Kb) en

  • Il-Kumpilazzjoni ta’ Xhieda barra mill-pajjiż

Gwida prattika dwar l-użu tal-vidjowkonferenzi biex tinġabar l-evidenza fil-materji ċivili u kummerċjali (2009)  PDF (724 Kb) en

Gwida prattika għall-applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Kumpilazzjoni ta’ Xhieda (2011)  PDF (74 Kb) en

  • Liġi tax-xogħol transfruntiera

Gwida Prattika - Ġuriżdizzjoni u liġi applikabbli f’tilwim internazzjonali bejn l-impjegat u l-impjegatur (2020)

  • Ġbir ta’ data dwar kawżi transfruntiera f’materji ċivili

NĠE Prattiki tajba għall-ġbir tad-data  PDF (619 Kb) EN

Gwidi għaċ-ċittadini

Ġabra ta’ leġiżlazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja transfruntiera

Kompendju tal-Leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-Kooperazzjoni Ġudizzjarja f’Materji Ċivili u Kummerċjali - Edizzjoni tal-2018

Dokumenti ewlenin tan-NĠE

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Mejju 2001 li tistabbilixxi Network Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali (2001/470/KE) (verżjoni konsolidata)

Ir-Rapport tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Marzu 2016 dwar l-attivitajiet tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali (COM(2016) 129 final)

Studju tal-2014:Evalwazzjoni tal-attivitajiet tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f’materji ċivili u kummerċjali

Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-2016 dwar in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali

Materjal promozzjonali

Poster tan-NĠE  PDF (162 Kb) en (disponibbli għad-disseminazzjoni)

Fuljett - Bżonn ta’ għajnuna f’kawża transfruntiera?  PDF (740 Kb) EN

Arkivju: Pubblikazzjonijiet antiki / skaduti tan-NĠE

Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili fl-Unjoni Ewropea - Gwida għall-prattikanti legali  PDF (3560 Kb) en
L-aħħar aġġornament: 23/01/2024

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.