Online processing of cases and e-communication with courts

Information on the current status to communicate electronically with national courts.

In recent years more and more Member States have introduced changes in law which allow for the use of modern communication and information technologies in civil judicial proceedings. These changes allow communication between the judicial authorities and the parties concerned with the proceedings by new channels such as the internet.

In some cases procedures may be initiated by an electronic application sent by the claimant via the internet to the court; in other cases courts have the authority to serve judicial documents electronically to the parties; and in other cases all communications are conducted electronically. There are some Member States, where the use of internet for communication purposes is accepted for almost all kind of civil proceedings, while in others it is restricted to certain special types of proceedings.

The use of modern communication technologies in civil proceedings must not jeopardise the fundamental rights of the parties involved. Access to justice may not be prevented by the fact that a certain means of communication technology is not available to a party. In addition to that, national legislation should ensure that communication via the internet does not threaten the appropriate protection of sensitive data used in the course of the proceedings.

Please select the relevant country's flag to obtain detailed national information.

Last update: 18/01/2019

This page is maintained by the European Commission. The information on this page does not necessarily reflect the official position of the European Commission. The Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice with regard to copyright rules for European pages.

Proċessar Awtomatiku - Bulgarija

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Il-liġi Bulgara ma tipprovdix għat-tali opzjoni. Ir-rikorsi huma sottomessi bil-miktub lil reġistru tal-qorti u għandhom jiġu miktuba bil-Bulgaru. Ir-rikorsi jistgħu jintbagħtu bil-posta iżda mhux bil-faks jew bil-posta elettronika.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

Ara r-risposta għad-Domanda 1.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Ara r-risposta għad-Domanda 1.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Ara r-risposta għad-Domanda 1.

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

Ara r-risposta għad-Domanda 1.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Ara r-risposta għad-Domanda 1.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

Ara r-risposta għad-Domanda 1.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Ara r-risposta għad-Domanda 1.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Ara r-risposta għad-Domanda 1.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Ara r-risposta għad-Domanda 1.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

Ara r-risposta għad-Domanda 1.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

Skont il-liġi Bulgara, l-azzjonijiet proċedurali mill-partijiet f’każijiet ċivili u kummerċjali mhumiex meqjusa bħala validi jekk dawn jiġu mwettqa elettronikament u jiġu ffirmati b’firma elettronika. Il-partijiet iressqu każ quddiem il-qorti permezz ta’ rikors miktub bil-Bulgaru u mogħni bil-firem tagħhom. Rikors jista’ jiġi ppreżentat lill-iskrivan tal-Uffiċċju tal-qorti rilevanti jew indirizzat jew mibgħut lill-qorti bil-posta.

L-Artikolu 184 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (GPK) jippermetti dokumenti elettroniċi u kif ukoll dokumenti stampati li jridu jiġu ppreżentati f’każijiet ċivili u kummerċjali. Id-dokument elettroniku jista’ jiġi ppreżentat lill-qorti fuq il-karta. Jekk ikkontestat mill-parti li tkun qed toġġezzjona, id-dokument għandu jiġi ppreżentat fuq mezz elettroniku. Fin-nuqqas tat-tagħmir meħtieġ u l-persunal meħtieġ biex jiġi riprodott id-dokument elettroniku f’seduta tal-qorti, il-parti li ppreżentat id-dokument elettroniku tista’ tintalab mill-qorti biex tipprovdi l-partijiet l-oħra b’kopja elettronika.

Il-proċedura għall-kontestazzjoni ta’ dokument elettroniku, u b’mod partikolari l-firma elettronika li huwa fattur obbligatorju ta’ dokument elettroniku, hija stipulata fl-Att dwar id-Dokument Elettroniku u l-Firma Elettronika.

L-uniku provvediment li jsir mill-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili għal azzjoni proċedurali onlajn huwa s-sekwestru biex jagħmel tajjeb għat-talbiet ta’ debitur fi proċedimenti ta’ infurzar. Dan il-qafas legali huwa parti mill-proċess ta’ infurzar u l-azzjoni tiġi eżegwita minn bailiff.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

L-Artikolu 42(4) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jippermetti li l-komunikazzjonijiet jiġu nnotifikati lil parti f’każ ċivili jew kummerċjali permezz tal-posta elettronika. Il-komunikazzjonijiet jitqiesu li jkunu ġew innotifikati meta jkunu ddaħħlu fis-sistema ta’ informazzjoni speċifikata, u n-notifika hija attestata permezz ta’ kopja tar-rekord elettroniku rilevanti, f’konformità mal-Artikolu 44(3) tal-Kodiċi.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Ara r-risposta għad-Domanda 13.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Ara r-risposta għad-Domanda 13.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Il-liġi Bulgara ma tipprovdix għal dan. Ara l-aħħar subparagrafu tar-risposta għad-Domanda 12.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

L-aċċess pubbliku għal deċiżjonijiet ġudizzjarji huwa disponibbli (mingħajr ma hemm bżonn li tirreġistra) permezz tas-sit web tal-Kunsill Ġudizzjarju Suprem tar-Repubblika tal-Bulgarija: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://legalacts.justice.bg/. Id-deċiżjonijiet ġudizzjarji jistgħu jiġu mfittxija bl-użu ta’ numru ta’ kriterji, b’mod partikolari ‘l-isem’, ‘it-tip ta’ każ’, ‘is-sena’, ‘in-numru tal-każ’ u ‘keywords’. Tiftix avvanzat bl-użu ta’ kriterji aktar speċifiċi huwa wkoll possibbli. B’konsegwenza ta’ dan it-tiftix, parti fil-kawża, jew ir-rappreżentant tagħha, jista’ iniżżel id-deċiżjoni ġudizzjarja f’format ‘doc’. Id-deċiżjonijiet huma ppubblikati hekk kif jittieħdu, suġġett għar-rekwiżiti tal-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data Personali u l-Att dwar il-Protezzjoni ta’ Informazzjoni Klassifikata. Id-deċiżjonijiet huma ppubblikati b’tali mod li l-persuni fiżiċi u ġuridiċi msemmija fihom ma jistgħux jiġu identifikati. Id-deċiżjonijiet f’każijiet li jirrigwardaw l-istatus ċivili jew tas-saħħa ta’ individwi huma ppubblikati mingħajr ma jingħataw ir-raġunijiet għalihom.

Barra minn hekk, is-sit web ta’ kull qorti jippermetti li l-progress tal-każijiet u tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji relatati jiġi ssorveljat. Id-deċiżjonijiet ġudizzjarji u l-informazzjoni dwar il-progress tal-każijiet jistgħu jinsabu bl-użu tal-kriterji ta’ tiftix elenkati hawn fuq, u d-deċiżjonijiet huma ppubblikati bil-mod deskritt. B’konsegwenza ta’ dan it-tiftix, il-parti fil-kawża, jew ir-rappreżentant tagħha, jista’ iniżżel id-deċiżjoni ġudizzjarja adottata f’format ‘doc’.

L-aħħar aġġornament: 25/06/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Proċessar Awtomatiku - Repubblika Ċeka

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Iva, kwalunkwe talba tista’ ssir b’mod elettroniku fir-Repubblika Ċeka.

It-talbiet jistgħu jinħarġu (a) permezz tal-posta elettronika b’firma elettronika ċċertifikata, jew (b) permezz ta’ kaxxa tad-data, jiġifieri repożitorju elettroniku speċjali maħsub għall-konsenja u l-implimentazzjoni tal-atti vis-a-vis awtorità pubblika. Dawn il-proċeduri huma ekwivalenti għall-format bil-miktub standard. Talba tista’ tiġi ppreżentata wkoll permezz tal-posta elettronika normali, mingħajr firma elettronika ċċertifikata, iżda hawnhekk il-preżentata trid tiġi segwita fi żmien tlett ijiem mill-preżentazzjoni ta’ test identiku f’forma standard bil-miktub jew mill-metodi deskritti fil-punti (a) u (b) ta’ hawn fuq. Id-dettalji ta’ dawn il-proċeduri kollha huma stabbiliti fir-risposta għall-mistoqsija nru. 6.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

Talba tista’ tinħareġ b’mezzi elettroniċi għal kwalunkwe każ. Ordni għal pagament elettroniku tista’ ssir biss b’mod elettroniku.

Il-proċedura għal ordni għal pagament elettroniku hija proċedura speċifika mqassra. Il-pretendent jiddepożita talba bl-użu ta’ formola elettronika, mimlija fuq is-sit web ta’ ePodatelna Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://epodatelna.justice.cz/ u jiffirmaha bl-użu ta’ firma elettronika ċċertifikata. Il-pretendent jista’ jitlob ammont sa CZK 1 miljun u l-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta’ ordni għal pagament elettroniku jinkludu l-mili korrett tal-formola u l-ħlas ta’ tariffa tal-qorti. Diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha, il-qorti tista’ toħroġ ordni għal pagament elettroniku. Fiha, hija tordna lill-konvenut iħallas it-talba u l-kostijiet tal-proċedimenti fi żmien 15-il jum mir-riċevuta tagħha, jew inkella jressaq appell lill-qorti li ħarġitha. Ordni għal pagament elettroniku li ma tkunx ġiet appellata għandha l-effett ta’ sentenza finali. Jekk kwalunkwe wieħed mill-konvenuti jappella fiż-żmien permess, l-ordni għal pagament elettroniku tiġi kkanċellata kompletament u l-qorti tordna seduta ta’ smigħ.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Talba elettronika tista’ tinħareġ fi kwalunkwe ħin.

Fil-każ ta’ talba magħmula permezz tal-posta elettronika b’firma elettronika ċċertifikata, jista’ jintuża s-sit web ta’ ePodatelna Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://epodatelna.justice.cz/ (għalkemm dan huwa disponibbli biss biċ-Ċek). Talba tista’ ssir ukoll fl-indirizz tal-posta elettronika tar-reġistru xieraq tal-qorti. L-indirizzi tal-posta elettronika tar-reġistru jistgħu jinstabu fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://portal.justice.cz/Justice2/Uvod/Soudy.aspx.

Fil-każ ta’ talba maħruġa għal kaxxa tad-data tal-qorti, l-identifikaturi għall-kaxxi tad-data tal-qorti rilevanti jistgħu jinstabu fuq il-portal tal-amministrazzjoni pubblika, fil-lista ta’ detenturi tal-kaxxi tad-data (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://seznam.gov.cz/) – fit-taqsima “Korpi tal-Amministrazzjoni tal-Istat”, jew fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.justice.cz/ taħt id-dettalji ta’ kuntatt għal qrati individwali.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Bħala regola ġenerali, it-tranżazzjonijiet jistgħu jiġu eżegwiti fi kwalunkwe format, sakemm ma jkunx ġie preskritt format speċifiku mil-liġi għal ċerti atti. Huwa aktar importanti li l-preżentati jkunu ċari u jistgħu jinftiehmu.

Meta jużaw ċerti proċeduri elettroniċi, il-pretendenti jistgħu jkunu ristretti mill-parametri tekniċi li japplikaw għal mezzi ta’ komunikazzjoni differenti. Pereżempju, meta jintuża l-portal ta’ ePodatelna Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://epodatelna.justice.cz/ (ara l-mistoqsijiet 2, 3 u 6), id-daqs massimu tad-dokumenti mehmuża kollha huwa ristrett għal 10 MB u l-formati tad-dokumenti aċċettabbli huma pdf, rtf, xls, doc u txt. Bl-istess mod, id-daqs tal-messaġġi fil-komunikazzjonijiet għall-kaxxi tad-data huwa limitat għal 10 MB u l-formati aċċettabbli għall-messaġġi tad-data mibgħuta lill-kaxxi tad-data huma pdf, PDF/A, xml (jekk ikun jikkorrespondi għall-iskema XSD disponibbli għall-pubbliku ppubblikata mill-benefiċjarju tal-messaġġ tad-data), fo/zfo, html/htm, odt, ods, odp, txt, rtf, doc/docx, xls/xslx, ppt/pptx, jpg/jpeg/jfif, png, tif/tiff, gif, mpeg1/mpeg2, wav, mp2/mp3, isdoc/isdocx, edi, dwg, shp/dbf/shx/prj/qix/sbn/sbx, dgn u gml/gfs/xsd. Il-preżentati magħmula f’indirizz tal-posta elettronika għandhom jużaw il-format HTML, TEST SEMPLIĊI b’test ikkodifikat - ISO-8559-2, ISO-8559-1(LATIN-1), Unicode jew UTF-8. Id-daqs tal-ittra elettronika, inklużi d-dokumenti mehmuża, huwa limitat għal 5 MB. Is-sistemi operattivi appoġġjati jinkludu: Windows 98, Windows 2000, Windows 2003, Windows XP, Windows Vista (fil-każ ta’ Windows Vista, ġiet identifikata problema b’ċerta ħażna HW ta’ ċertifikati elettroniċi kwalifikati (eż. Smart card reader SCR3320), bħalissa ma tista’ tiġi ffirmata jew mibgħuta ebda preżentata elettronika bl-użu ta’ dan ir-reader – preżentata tista’ tiġi ffirmata u mibgħuta jekk il-fajl f’format pfx (p 12) jiġi speċifikat fil-Java Applet u tiddaħħal password għal ċavetta privata). Pretendent li jiddeċiedi li juża l-portal ta’ ePodatelna jew kaxxa tad-data jista’ jirreferi għall-istruzzjonijiet u l-manwal tal-utenti fuq il-paġni web rilevanti għall-informazzjoni.

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

Il-qrati u l-uffiċjali ġudizzjarji jipproċedu skont il-leġiżlazzjoni li tirregola l-protezzjoni tad-data personali (b’mod partikolari l-Att Nru. 101/2000 Coll. dwar il-protezzjoni ta’ data personali) u regolamenti legali rilevanti oħrajn.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Jistgħu jintużaw tliet proċeduri elettroniċi differenti sabiex tiġi ppreżentata talba fi proċeduri ta’ qorti ċivili ordinarji:

L-ewwel nett, talba tista’ tiġi ddepożitata permezz tal-posta elettronika b’firma elettronika ċċertifikata. Firma elettronika ċċertifikata hija definita fl-Artikolu 11 tal-Att Nru. 227/2000 Coll. dwar il-firem elettroniċi; hija (a) firma garantita bbażata fuq ċertifikat kwalifikat maħruġ minn fornitur akkreditat Ċek ta’ servizzi ta’ ċertifikazzjoni u li fih informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni inekwivoka tal-firmatarju (il-lista ta’ fornituri akkreditati fir-Repubblika Ċeka hija disponibbli fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Intern Ċek Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.mvcr.cz/clanek/prehled-udelenych-akreditaci.aspx) jew (b) firma elettronika garantita bbażata fuq ċertifikat kwalifikat maħruġ minn fornitur ta’ servizzi ta’ ċertifikazzjoni bbażati barra mit-territorju tar-Repubblika Ċeka, fejn jinħareġ iċ-ċertifikat kwalifikat bħala parti mis-servizzi mdaħħlin fil-lista ta’ servizzi ta’ ċertifikazzjoni fdati bħala servizz li l-fornitur ta’ servizzi ċċertifikati huwa akkreditat li jipprovdi, jew bħala servizzi li l-forniment tagħhom huwa ssorveljat f’konformità mar-regolament rilevanti tal-UE. Dan it-tip ta’ preżentata huwa ekwivalenti għall-formola standard bil-miktub. Pretendent li jkun jixtieq jippreżenta b’dan il-mod għandu jikkonsulta s-sit web ta’ ePodatelna Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://epodatelna.justice.cz/. It-talba tista’ tintbagħat ukoll fl-indirizz tal-posta elettronika tar-reġistru xieraq tal-qorti. L-indirizzi tal-posta elettronika tar-reġistru jistgħu jinstabu fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://portal.justice.cz/Justice2/Uvod/Soudy.aspx taħt id-dettalji ta’ kuntatt għal qrati individwali.

It-tieni nett, tista’ tintuża kaxxa tad-data, li hija repożitorju elettroniku speċjali maħsub għall-konsenja u l-implimentazzjoni tal-atti vis-a-vis awtorità pubblika fir-Repubblika Ċeka. Il-kaxxi tad-data huma primarjament irregolati mill-Att Nru. 300/2008 Coll. dwar l-atti elettroniċi u l-konverżjoni tad-dokumenti awtorizzati. Dan it-tip ta’ preżentata huwa ekwivalenti għall-format standard bil-miktub. Id-dettalji tas-sistema tal-kaxxa tad-data jistgħu jinstabu fuq is-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.datoveschranky.info/, u l-aċċess tal-utenti għall-kont isir permezz tal-paġna web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.mojedatovaschranka.cz/. Il-qrati kollha huma mgħammra b’kaxxi tad-data. L-identifikaturi tal-kaxxi tad-data għal qrati individwali jistgħu jinstabu fuq il-portal tal-amministrazzjoni pubblika, fil-lista ta’ detenturi tal-kaxxi tad-data (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://seznam.gov.cz/) – fit-taqsima “Korpi tal-Amministrazzjoni tal-Istat”, jew fuq is-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.justice.cz/ fid-dettalji ta’ kuntatt għall-qrati individwali.

It-tielet nett, talba tista’ tiġi ppreżentata wkoll bl-użu ta’ ittra elettronika mingħajr firma vverifikata. Madankollu, preżentata ta’ dan it-tip trid tiġi segwita fi żmien tlett ijiem mill-preżentazzjoni ta’ test identiku f’formola standard bil-miktub jew mill-metodi deskritti hawn fuq, inkella l-qorti tinjoraha (l-Artikolu 42 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

Iva, il-proċeduri tal-qorti jinvolvu l-ħlas ta’ tariffa. Il-pretendent jista’ jħallas it-tariffa, li hija bbażata fuq skala ta’ tariffi, fil-kont tal-qorti inkwistjoni miżmum fil-Bank Nazzjonali Ċek jew – diment li t-tariffa ma tkunx ta’ aktar minn CZK 5,000 – permezz ta’ timbru fiskali. Jekk it-tariffa ma titħallasx meta tiġi ddepożitata t-talba, il-qorti titlob lill-pretendent sabiex iħallasha, tistabbilixxi data ta’ skadenza speċifika u tinformah bil-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ ħlas. Mal-iskadenza tad-data ta’ skadenza, il-proċedimenti jiġu sospiżi.

It-tariffi u l-metodu tal-ħlas tagħhom għall-proċedimenti mibdija permezz ta’ sottomissjonijiet elettroniċi mhumiex differenti mill-metodu tal-ħlas għall-proċedimenti mibdija b’mod standard. L-eċċezzjoni hija l-proċedura tal-ordni għal pagament elettroniku, fejn it-tariffa tal-qorti hija kemmxejn aktar baxxa minn dik għall-proċeduri ta’ qorti ċivili ordinarji.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Iva. Preżentata li tkun saret fuq l-internet tista’ tiġi rtirata bl-istess mod bħal preżentata li saret bil-mod standard. L-irtirar jista’ jsir b’mod elettroniku jew bil-mod standard.

F’dak li għandu x’jaqsam ma’ talba, il-pretendent jista’ jirtiraha kompletament jew parzjalment sakemm id-deċiżjoni tal-qorti tkun saret finali. Jekk ir-rikors jiġi rtirat, il-qorti tissospendi l-proċedimenti, kompletament jew fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikors irtirat. Jekk ir-rikors għall-bidu tal-proċedimenti jiġi rtirat wara li l-qorti tkun iddeċidiet dwar il-kawża, iżda d-deċiżjoni tkun għadha mhijiex finali, il-qorti tiddeċiedi wkoll fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-rikors irtirat jekk għandhiex tirtira d-deċiżjoni. Jekk il-partijiet l-oħrajn ma jaqblux mal-irtirar tar-rikors għal raġuni tajba, il-qorti tiddeċiedi li l-irtirar tar-rikors mhuwiex effettiv, ħlief f’ċerti proċedimenti speċifiċi. (l-Artikolu 96 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali)

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Konvenut jista’ jikkomunika billi juża l-internet, iżda mhuwiex obbligatorju li jagħmel dan.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Jekk il-konvenut jirrispondi għal ordni għal pagament elettroniku fiż-żmien statutorju permess, l-ordni għal pagament elettroniku tiġi kkanċellata kompletament, il-qorti tordna seduta ta’ smigħ u l-proċeduri tal-qorti jipproċedu bil-mod normali, jiġifieri bħala proċeduri tal-qorti ċivili standard fil-prim’istanza.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

Jekk il-konvenut ma jirrispondix għal ordni għal pagament elettroniku fiż-żmien statutorju permess, l-ordni għal pagament elettroniku tikseb il-forza ta’ sentenza finali.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

Id-dokumenti jistgħu jiġu nnotifikati lill-qorti f’format elettroniku għal kwalunkwe tip ta’ proċediment. Id-dettalji tekniċi huma stabbiliti fir-risposta għall-mistoqsija nru. 4.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Il-qorti tikkonsenja fil-kaxxi tad-data tal-entitajiet li stabbilixxewhom. Għal aktar tagħrif dwar il-kaxxi tad-data, ara r-risposta għall-mistoqsija nru. 6.

Il-qorti tista’ wkoll tikkonsenja d-dokumenti u s-sentenzi permezz tal-posta elettronika b’firma ċċertifikata f’indirizz tal-posta elettronika li d-destinatarju jkun ipprovda lill-qorti, diment li d-destinatarju jkun talab jew ta l-kunsens tiegħu għall-konsenja tal-materjali mill-qorti b’dan il-mod u diment li huwa jkun identifika fornitur akkreditat ta’ servizzi ta’ ċertifikazzjoni, li jkun ħareġ iċ-ċertifikazzjoni kwalifikata tiegħu u jżomm rekords tagħha, jew inkella jkun ippreżenta ċ-ċertifikazzjoni kwalifikata valida tiegħu stess. Għad-dettalji taċ-ċertifikati kkwalifikati, ara r-risposta għall-mistoqsija nru. 6. Sabiex il-konsenja jkollha effett, id-destinatarju jrid jikkonferma r-riċevuta permezz ta’ messaġġ ta’ data fi żmien tlett (3) ijiem minn meta jkun intbagħat id-dokument (eż. fl-indirizz tal-posta elettronika tal-qorti rilevanti) bil-firma elettronika garantita tiegħu.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Id-deċiżjonijiet ġudizzjarji jiġu kkonsenjati fil-kaxxi tad-data tal-entitajiet li jkunu stabbilixxewhom. Għal aktar tagħrif dwar il-kaxxi tad-data, ara r-risposta għall-mistoqsija nru. 6.

Id-deċiżjonijiet ġudizzjarji jistgħu jiġu kkonsenjati wkoll permezz tal-posta elettronika b’firma ċċertifikata f’indirizz tal-posta elettronika li d-destinatarju jkun ipprovda lill-qorti, diment li d-destinatarju jkun talab jew ta l-kunsens tiegħu għall-konsenja tal-materjali mill-qorti b’dan il-mod u diment li huwa jkun identifika fornitur akkreditat ta’ servizzi ta’ ċertifikazzjoni, li jkun ħareġ iċ-ċertifikazzjoni kwalifikata tiegħu u jżomm rekords tagħha, jew inkella jkun ippreżenta ċ-ċertifikazzjoni kwalifikata valida tiegħu stess. Għad-dettalji taċ-ċertifikati kkwalifikati, ara r-risposta għall-mistoqsija nru. 6. Sabiex il-konsenja jkollha effett, id-destinatarju jrid jikkonferma r-riċevuta permezz ta’ messaġġ ta’ data fi żmien 3 ijiem minn meta jkun intbagħat id-dokument (eż. fl-indirizz tal-posta elettronika tal-qorti rilevanti) bil-firma elettronika garantita tiegħu.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Iva, appell jista’ jsir b’mod elettroniku, bl-istess mod bħal talba. Ara l-mistoqsija nru. 6.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Iva, il-proċedimenti tal-infurzar jistgħu jinbdew b’mod elettroniku, bl-istess mod bħal talba.

Meta pretendent jagħżel li jinforza pagament permezz ta’ uffiċjal ġudizzjarju, ir-risposta għall-mistoqsija nru. 6 tapplika mutatis mutandis. Il-lista ta’ uffiċjali ġudizzjarji u l-indirizzi tal-posta elettronika tagħhom u l-identifikaturi tal-kaxxi tad-data jistgħu jinstabu fuq is-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.ekcr.cz/.

Fil-każ ta’ infurzar ġudizzjarju, tista’ ssir referenza għar-risposta għall-mistoqsija nru. 6.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

L-uffiċċji tal-qrati Ċeki ġeneralment jikkomunikaw mal-partijiet u mar-rappreżentanti legali tagħhom permezz tal-posta elettronika jew bit-telefon sabiex jittrattaw il-mistoqsijiet rigward l-istatus tal-kawżi tagħhom.

Informazzjoni bażika dwar kwistjonijiet li seħħew matul il-proċedimenti (mingħajr dettalji personali) hija disponibbli wkoll online fuq is-sit web ta’ InfoSoud: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://infosoud.justice.cz/InfoSoud/public/search.jsp (disponibbli biss biċ-Ċek). L-informazzjoni dwar il-proċedimenti li jmiss hija disponibbli fuq is-sit web ta’ InfoJednání: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://infojednani.justice.cz/InfoSoud/public/searchJednani.jsp. Sabiex jinkiseb aċċess għas-sistema, għandhom jiddaħħlu l-isem tal-qorti u n-numru tal-fajl tal-kawżi.

L-aħħar aġġornament: 06/03/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Proċessar Awtomatiku - Irlanda

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Iva.  Huwa possibbli li jinbdew ċerti proċedimenti, jiġifieri dawk li jinvolvu Talbiet Żgħar permezz tal-Internet.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

Il-pretendenti li jsegwu Talba Żgħira (jiġifieri ċerti talbiet għal valur massimu ta’ EUR 2 000) jistgħu jagħżlu li jipproċessaw it-talba tagħhom b’mod elettroniku. Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaproċedura għal Talbiet Żgħar hija metodu alternattiv ta’ kif tinbeda u tiġi ttrattata proċedura ta’ qorti ċivili fir-rigward ta’ talba żgħira. Dan huwa servizz ipprovdut mill-uffiċċji tal-Qrati Distrettwali u huwa maħsub biex jittratta t-talbiet tal-konsumaturi bl-irħis mingħajr l-involviment ta’ konsulent legali.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Il-faċilità hija disponibbli l-ħin kollu.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Le. L-unika dispożizzjoni hija li d-dettalji tat-talba ma għandhomx jaqbżu l-1,500 kelma.

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

L-informazzjoni tinżamm sigura permezz tal-użu ta’ firewalls, SSL (Secure Socket Layer) għall-komunikazzjoni, Sistema ta’ Detezzjoni ta’ Intrużjoni fil-web-hosting u s-sigurtà tal-kontijiet tal-utenti, eċċ.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Le.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

It-Tariffi tal-Qrati għal Talba Żgħira jitħallsu b’karta ta’ kreditu jew debitu u t-tariffa (EUR 25 fl-2012) hija l-istess għall-proċedimenti kemm elettroniċi kif ukoll mhux elettroniċi għal Talbiet Żgħar.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Iva. Jekk it-talba tkun għadha ma ġietx elenkata għall-qorti, talba tista’ tiġi rtirata billi tintbagħat ittra elettronika lir-Reġistratur tat-Talbiet Żgħar, fejn jintalab l-irtirar tat-talba.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Iva, huwa possibbli għall-konvenut li jirrispondi bl-użu tal-Internet.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Ir-Reġistratur tat-Talbiet Żgħar irid jagħmel l-aħjar sforzi tiegħu sabiex isolvi t-talba qabel tiġi elenkata għas-smigħ quddiem l-Imħallef

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

It-talba tiġi ttrattata bħala mhux ikkontestata u l-pretendent jista’ jitlob għal sentenza fin-nuqqas ta’ komparuzzjoni

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

Le. Mhuwiex possibbli li tippreżenta dokumenti quddiem qorti b’mod elettroniku.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Le.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Le.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Le.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Le.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

Il-partijiet li jressqu t-talba jistgħu jsegwu l-istatus tat-talba tagħhom fuq l-internet.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.csol.ie/ccms/welcome.html

L-aħħar aġġornament: 06/11/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Proċessar Awtomatiku - Greċja

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Ġiet stabbilita u qiegħed isir rikors għall-preżentazzjoni elettronika ta’ dokumenti legali lill-Kunsill tal-Istat Grieg u lill-Qorti tal-Prim’Istanza ta’ Ateni. Dawn li ġejjin għadhom qegħdin jiġu pprovduti: (a) monitoraġġ tal-informazzjoni dwar id-dokumenti legali ppreżentati b’mod elettroniku u b’mod konvenzjonali lill-Qorti tal-Prim’Istanza ta’ Ateni, (b) l-għażla li l-progress ta’ dokument legali jiġi mmonitorjat b’mod elettroniku, anki jekk dan jiġi ppreżentat bl-użu ta’ metodi konvenzjonali, fuq is-siti web tal-Qrati tal-Prim’Istanza ta’ Piraeus u Tessalonika. Barra minn hekk, ġie stabbilit rikors għall-preżentazzjoni elettronika ta’ dokumenti legali lill-qrati amministrattivi (dioikitika dikastiria), filwaqt li dalwaqt jiġi stabbilit rikors simili għall-Awtorità tal-Awditjar (Elenktiko Synedrio).

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

Id-dokumenti legali jistgħu jiġu ppreżentati b’mod elettroniku għall-kawżi li jirrigwardjaw il-proċeduri ċivili kollha, li qegħdin jiġu inklużi b’mod progressiv fil-funzjoni online. Il-progress tad-dokumenti għall-proċeduri kollha jista’ jiġi mmonitorjat b’mod elettroniku. Fil-preżent, ma hemmx proċeduri li jistgħu jinbdew biss permezz tal-internet.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Il-progress tad-dokumenti legali jista’ jiġi mmonitorjat b’mod elettroniku 24 siegħa kuljum. Bħalissa, id-dokumenti legali jistgħu jiġu ppreżentati b’mod elettroniku lill-Qorti tal-Prim’Istanza ta’ Ateni matul il-jiem u s-sigħat tax-xogħol, madankollu, din l-għażla dalwaqt tkun disponibbli 24 siegħa kuljum.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Sabiex jippreżenta dokument legali b’mod elettroniku, utent ta’ sistema (avukat) jimla formola elettronika u jippreżentaha lill-qorti flimkien mat-test komplet tat-talba f’fajl WORD. Mat-tlestija tal-proċedura ta’ preżentazzjoni, dan jintbagħat lura lill-ispeditur fl-istess format ‘imsakkar’, immarkat ‘ippreżentat’.

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

Jintużaw passwords speċjali u firem elettroniċi sabiex jinkiseb aċċess għas-sistema, kemm kif inhi bħalissa kif ukoll meta tkun operattiva b’mod sħiħ.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

L-użu tal-firem elettroniċi ġie inkluż fis-sistema.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

It-tariffi tal-qrati normalment jitħallsu b’mod elettroniku, li huwa pass inkluż fir-rikors elettroniku għall-preżentazzjoni tad-dokument legali. It-tariffi huma l-istess bħal dawk imħallsin għal preżentazzjoni konvenzjonali.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Le. L-irtirar ta’ dokument legali huwa possibbli biss f’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli għad-dokumenti legali ppreżentati b’mod konvenzjonali, abbażi tar-regoli tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Id-Digriet Presidenzjali 142/2013 ippreveda l-preżentazzjoni elettronika tal-proposti u tad-dokumenti relatati quddiem il-qrati ċivili. Din l-għażla għadha mhijiex teknikament disponibbli. Bħalissa hemm grupp ta’ ħidma li qed jaħdem fuq it-twaqqif tal-qafas tekniku xieraq. Mhuwiex obbligatorju għall-konvenuti li jirrispondu biss permezz tal-internet.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Id-dokumenti legali u d-dokumenti l-oħra kollha ta’ kawża jsiru disponibbli għall-qorti matul is-seduta ta’ smigħ.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

Jekk il-konvenut jonqos milli jippreżenta xi proposti, bi kwalunkwe mod, il-proċess tiegħu jsir in absentia.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

Id-Digriet Presidenzjali 142/2013 ippreveda (minbarra l-preżentazzjoni elettronika tal-proposti) l-preżentazzjoni elettronika tad-dokumenti relatati quddiem il-qrati ċivili.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Mhux għalissa. Din il-kwistjoni qed tiġi eżaminata.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Mhux għalissa. Din il-kwistjoni qed tiġi eżaminata.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Mhux għalissa. Din il-kwistjoni qed tiġi eżaminata.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Le.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 1.

L-aħħar aġġornament: 03/05/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ispanjol ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Proċessar Awtomatiku - Spanja

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Iva.

Dan huwa rekwiżit obbligatorju għar-rappreżentanti proċedurali tal-qorti (procuradores) u għal rappreżentanti legali oħrajn.

Għal partijiet privati (individwi u entitajiet ġuridiċi), dan ilu fakultattiv mill-1 ta’ Jannar 2017 u qed jiġi implimentat b’mod sħiħ matul l-2017. Il-Ministeru tal-Ġustizzja jżomm reġistru, disponibbli b’mod elettroniku, li fih id-dettalji tar-riżorsi u l-indirizzi rilevanti.

Firma elettronika hija meħtieġa sabiex tiggarantixxi l-awtentiċità tal-kontenut u tipprovdi prova tal-għotja u tar-riċevuta.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

Huwa disponibbli għall-proċedimenti ta’ qorti ċivili kollha.

Madankollu, l-aċċess għall-partijiet privati jinsab fil-proċess li jiġi stabbilit għalkemm, f’xi partijiet tal-pajjiż, jista’ jkun temporanjament limitat għall-proċeduri tal-ordni ta’ ħlas.

Ir-rappreżentanti proċedurali tal-qorti u rappreżentanti legali oħrajn iridu jibdew il-proċedimenti permezz tal-internet; għall-partijiet privati, l-użu huwa fakultattiv.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Huwa disponibbli 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa. Madankollu, billi xi jiem huma jiem mhux tax-xogħol, jekk proċedura tinbeda f’jum mhux tax-xogħol, hija tkun tista’ tiġi ffinalizzata biss fil-jum tax-xogħol li jkun imiss.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Ma hemm ebda format obbligatorju. Jekk id-dokument elettroniku jkun kbir wisq u jimblokka s-sistema, dan ikun irid jiġi ppreżentat f’kopja stampata.

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

L-awtoritajiet amministrattivi pubbliċi kompetenti huma responsabbli sabiex jistabbilixxu s-sistemi elettroniċi xierqa. Is-sigurtà tiġi żgurata permezz ta’ sistema ta’ awtentikazzjoni minn qabel tal-firem elettroniċi għall-professjonisti legali, filwaqt li l-aċċess għal uffiċjali awtorizzati jsir permezz ta’ karti kriptografiċi u ċertifikati diġitali. Is-sistema trid tiggarantixxi l-awtentiċità tal-kontenut u tipprovdi prova tat-trażmissjoni u tar-riċevuta.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Iva, permezz ta’ sistema ta’ awtentikazzjoni minn qabel.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

It-tariffi jitħallsu għar-rikorsi minn entitajiet ġuridiċi iżda mhux minn individwi. Għar-rikorsi kollha, kemm jekk ippreżentati b’mod elettroniku jew b’mezzi oħrajn, il-pagament irid isir b’mod elettroniku permezz tal-internet u jkun akkumpanjat minn prova tal-pagament. (Nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-rekwiżit jista’ jiġi kkoreġut f’data aktar tard.)

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Ir-rikorsi elettroniċi jistgħu jiġu rtirati uffiċjalment, bl-istess termini bħar-rikorsi ppreżentati f’kopja stampata. Ladarba jkun ġie ppreżentat rikors, huwa ma jistax jiġi kkanċellat.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Le: kull parti tirrispondi bl-użu tal-proċedura xierqa, li tiddependi fuq jekk tali parti hijiex professjonist legali jew le. Għall-partijiet privati, preżentata elettronika hija fakultattiva.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Xejn: il-proċedura elettronika tapplika biss għall-preżentazzjoni tad-dokumenti u tal-avviżi nnotifikati lir-rappreżentanti legali tal-partijiet. Il-proċeduri tal-qorti ma jiġux ipproċessati awtomatikament. Il-qorti tforni d-dokument f’format elettroniku u/jew kopja stampata u dan jiġi nnotifikat b’mod elettroniku jew fiżikament, skont liema regoli japplikaw u dak li jkunu għażlu l-partijiet.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

Xejn: il-proċedura elettronika tapplika biss għall-preżentazzjoni tad-dokumenti u tal-avviżi nnotifikati lir-rappreżentanti legali tal-partijiet. Il-proċedimenti tal-qorti ma jiġux ipproċessati awtomatikament. Il-qorti tforni d-dokument f’format elettroniku u/jew kopja stampata u dan jiġi nnotifikat b’mod elettroniku jew fiżikament, skont liema regoli japplikaw u dak li jkunu għażlu l-partijiet.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

Iva. Il-qrati huma mgħammra sabiex jirċievu d-dokumenti b’mod elettroniku. Id-dokumenti jistgħu jiġu ppreżentati b’mod elettroniku permezz tar-rappreżentanti legali tal-partijiet.

Il-preżentazzjoni elettronika hija disponibbli għall-proċedimenti kollha.

Hija meħtieġa awtentikazzjoni minn qabel bil-firma elettronika tal-professjonist legali.

Il-partijiet privati jistgħu wkoll jippreżentaw id-dokumenti b’mod elettroniku kif deskritt hawn fuq jekk huma jkunu għażlu din ir-rotta.

Id-dokument oriġinali jrid jiġi pprovdut meta jintalab mill-qorti, f’liema każ jista’ jintbagħat bil-posta.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Iva. Dan huwa obbligatorju għar-rappreżentanti legali tal-partijiet. Għall-partijiet privati, dan huwa fakultattiv, wara awtentikazzjoni minn qabel.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Iva. Dan huwa obbligatorju għar-rappreżentanti legali tal-partijiet. Għall-partijiet privati, dan huwa fakultattiv, wara awtentikazzjoni minn qabel.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Iva. Dan huwa obbligatorju għar-rappreżentanti legali tal-partijiet. Għal individwi privati, dan huwa fakultattiv, wara awtentikazzjoni minn qabel.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Iva. Dan huwa obbligatorju għar-rappreżentanti legali tal-partijiet. Għal individwi privati, dan huwa fakultattiv, wara awtentikazzjoni minn qabel.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

Le, la l-professjonisti legali u lanqas il-partijiet infushom ma jistgħu jikkonsultaw il-kawżi online, minħabba li l-għażla li wieħed jara kawża online fi proċedimenti ta’ qorti ċivili mhijiex disponibbli fuq livell nazzjonali. Hija qiegħda tiġi introdotta f’xi partijiet tal-pajjiż.

L-aħħar aġġornament: 04/05/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Proċessar Awtomatiku - il-Kroazja

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Dan mhuwiex possibbli.

Ir-rikorsi, id-difiżi, ir-rimedji legali u dikjarazzjonijiet, suġġerimenti u avviżi oħrajn barra s-seduta ta’ smigħ jiġu ppreżentati bil-miktub (preżentazzjonijiet). Il-parti, jiġifieri r-rappreżentant legali tagħhom, tiffirma l-preżentazzjonijiet fl-aħħar.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

Mhux applikabbli.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Mhux applikabbli.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Mhux applikabbli.

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

Mhux applikabbli.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Mhux applikabbli.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

Mhux applikabbli.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Mhux applikabbli.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Mhux applikabbli.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Mhux applikabbli.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

Mhux applikabbli.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

L-Att dwar l-Emendi fl-Att dwar il-Proċedura Ċivili (Zakon o izmjenama i dopunama Zakona o parničnom postupku) (Narodne Novine (NN; Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja), Nru 25/13), li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ April 2013, jipprevedi l-possibbiltà li d-dokumenti jiġu ppreżentati b’mod elettroniku fi proċedimenti quddiem il-qrati kummerċjali. Minħabba li għadha trid tiġi implimentata sistema tal-IT unifikata, dawn id-dispożizzjonijiet għadhom ma ġewx applikati fil-prattika.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Ġie żviluppat u implimentat servizz ta’ avviżiera elettronika (e-Oglasna ploča), li jagħmilha possibbli li d-dokumenti ġudizzjarji jiġu nnotifikati lill-parteċipanti tal-proċedimenti tal-qorti permezz tal-avviżiera bl-użu ta’ soluzzjonijiet tal-IT.

L-Avviżiera elettronika tippubblika s-sentenzi f’konformità mal-kundizzjonijiet tal-Artikolu 335 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili (Zakon o parničnom postupku) (Narodne Novine (NN; Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja), Nri. 53/91, 91/92, 112/99, 129/00, 88/01, 117/03, 88/05, 2/07, 96/08, 84/08, 123/08, 57/11, 25/13 u 89/14) u d-dokumenti kollha skont l-Artikolu 8 tal-Att tal-Infurzar (Ovršni zakon) (Narodne Novine (NN; Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja), Nri. 112/12, 25/13, 93/14 u 55/16).

Barra minn hekk, l-Avviżiera elettronika tippubblika d-dokumenti kollha li jiġu ppubblikati skont ir-regoli proċedurali fuq l-avviżiera tal-qorti.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Dan mhuwiex possibbli.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Mhuwiex possibbli li jsir appell permezz tal-internet u l-parti tista’ tiġi infurmata bid-deċiżjoni tagħha permezz tal-avviżiera elettronika jekk ikunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet legalment meħtieġa.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Dan mhuwiex possibbli.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

Mhux applikabbli.

L-aħħar aġġornament: 23/08/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Proċessar Awtomatiku - Ċipru

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Le.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

Mhux applikabbli.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Mhux applikabbli.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Mhux applikabbli.

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

Mhux applikabbli.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Mhux applikabbli.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

Mhux applikabbli.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Mhux applikabbli.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Mhux applikabbli.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Mhux applikabbli.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

Mhux applikabbli.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

Mhux applikabbli.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Mhux applikabbli.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Mhux applikabbli.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Mhux applikabbli.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Mhux applikabbli.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

Mhux applikabbli.

L-aħħar aġġornament: 12/03/2018

Proċessar Awtomatiku - Latvja

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Fil-Latvja mhemmx qafas speċjali sabiex jinfteħu proċedimenti u l-kawżi ċivili fuq l-Internet. Mhemmx proċedura speċjali awtomatika jew sit elettroniku maħsub għat-twettiq ta' dawn il-proċeduri f'ambjent elettroniku.

Id-dokumenti elettroniċi jistgħu jintbagħtu bl-Internet.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

Mhemmx proċedura speċjali awtomatika jew sit elettroniku maħsub għat-twettiq ta' dawn il-proċeduri f'ambjent elettroniku.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Mhemmx proċedura speċjali awtomatika jew sit elettroniku maħsub għat-twettiq ta' dawn il-proċeduri f'ambjent elettroniku.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Mhemmx proċedura speċjali awtomatika jew sit elettroniku maħsub għat-twettiq ta' dawn il-proċeduri f'ambjent elettroniku.

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

Mhemmx proċedura speċjali awtomatika jew sit elettroniku maħsub għat-twettiq ta' dawn il-proċeduri f'ambjent elettroniku.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Mhemmx proċedura speċjali awtomatika jew sit elettroniku maħsub għat-twettiq ta' dawn il-proċeduri f'ambjent elettroniku.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

Mhemmx proċedura speċjali awtomatika jew sit elettroniku maħsub għat-twettiq ta' dawn il-proċeduri f'ambjent elettroniku.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Mhemmx proċedura speċjali awtomatika jew sit elettroniku maħsub għat-twettiq ta' dawn il-proċeduri f'ambjent elettroniku.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Mhemmx proċedura speċjali awtomatika jew sit elettroniku maħsub għat-twettiq ta' dawn il-proċeduri f'ambjent elettroniku.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Mhemmx proċedura speċjali awtomatika jew sit elettroniku maħsub għat-twettiq ta' dawn il-proċeduri f'ambjent elettroniku.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

Mhemmx proċedura speċjali awtomatika jew sit elettroniku maħsub għat-twettiq ta' dawn il-proċeduri f'ambjent elettroniku.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

Fil-Latvja jistgħu jintbagħtu dokumenti elettroniċi.

Skont id-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 dwar kwadru tal-Komunità għall-firem elettroniċi, il-qrati għandhom l-obbligu jaċċettaw dokumenti ffirmati elettronikament.

Il-leġiżlazzjoni domestika tal-Latvja dwar id-dokumenti elettroniċi, il-Liġi Dwar id-Dokumenti Elettroniċi, tgħid illi għall-finijiet tal-awtentikazzjoni, d-dokumenti ffirmati elettronikament għandu jkollhom dejta għall-awtentikazzjoni tad-dokument u l-identità tal-firmatarju; barra minn hekk, sabiex dokument jitqies li ġie ffirmat mill-persuna rilevanti, jrid jiġi ffirmat b'firma elettronika sigura. Fl-użu ta' dokumenti elettroniċi, is-sigurtà tad-dejta hija żgurata mill-fornituri tas-servizzi ta' firmi elettroniċi siguri skont id-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar id-Dokumenti Elettroniċi u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta personali fil-Latvja. Għall-korrispondenza mal-qorti permezz ta' firma elettronika jinħtieġ il-kunsens speċjali tal-persuna. Dan ifisser illi l-qorti tibgħat id-dokumenti min-naħa tagħha f'forma elettronika.

Għandu jingħad ukoll illi jistgħu jiġu mressqa kull tip ta' talbiet permezz ta' dokumenti ċertifikati b'firma elettronika sigura ħlief fejn il-liġi tistabbilixxi proċedura speċjali għall-bidu tal-proċedimenti. Il-proċedura għall-iskambju tad-dokumenti elettroniċi ma tapplikax għal ċerti tipi ta' kuntratt dwar il-propjetà immobbli, il-familja u l-liġi tas-suċċessjoni, u ċerti tipi ta' kuntratti ta' garanzija.

Il-leġiżlazzjoni xi kultant tispeċifika illi minbarra r-rekwiżiti l-oħra, dokument partikolari jkollu effett legali biss jekk ikollu siġill: f'każ ta' dokument elettroniku dan ir-rekwiżit jiġi sodisfat jekk id-dokument elettroniku jkollu firma elettronika sigura u timbru tal-ħin, jew firma elettronika biss jekk il-partijiet ftehmu bil-miktub illi d-dokumenti elettroniċi jistgħu jiġu ffirmati b'firma elettronika skont il-proċeduri stabbiliti fil-Liġi dwar id-Dokumenti Elettroniċi.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Mhemmx sit elettroniku speċjali maħsub għat-twettiq ta' dawn il-proċeduri f'ambjent elettroniku bi proċess uniformi.

Id-dokumenti tal-qorti jistgħu jiġu nnotifikati elettronikament jekk ir-rikorrent indika fir-rikors illi huwa lest juża l-posta elettronika kif ukoll posta oħra għall-korrispondenza mal-qorti.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Id-dokumenti tal-qorti, inklużi s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati elettronikament jekk ir-rikorrent ikun indika fir-rikors illi huwa lest juża l-posta elettronika kif ukoll posta oħra għall-korrispondenza mal-qorti.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Mhemmx sit elettroniku speċjali maħsub għat-twettiq ta' dawn il-proċeduri f'ambjent elettroniku bi proċess uniformi.

Għall-korrispondenza mal-qorti permezz ta' firma elettronika jinħtieġ il-kunsens speċjali tal-persuna. Dan ifisser illi l-qorti tibgħat id-dokumenti min-naħa tagħha f'forma elettronika.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Mhemmx sit elettroniku speċjali maħsub għat-twettiq ta' dawn il-proċeduri f'ambjent elettroniku bi proċess uniformi.

Għall-korrispondenza ma' bailiff jistgħu jintużaw dokumenti b'forma elettronika.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

Mhemmx sit elettroniku speċjali maħsub għat-twettiq ta' dawn il-proċeduri f'ambjent elettroniku bi proċess uniformi. Il-progress tal-kawża jista' jiġi segwit permezz tal-portal tal-qrati fuq l-internet, li joffri informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

Il-partijiet fil-kawża jistgħu jisimgħu rikording bl-awdjo tas-seduta tal-qorti permezz tal-portal tal-qrati Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.tiesas.lv/, Taqsima Manas lietas ("Il-kawżi tiegħi"), jekk il-qorti tkun daħħlet il-fajl awdjo fis-sistema ta' informazzjoni tal-qorti: meta l-fajls ikunu fis-sistema ta' informazzjoni tal-qorti, u d-dejta tiġi sinkronizzata, jiġu trasferiti fil-mekkaniżmu ta' distribuzzjoni tad-dejt fuq il-portal Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.tiesas.lv/ darba kull 24 siegħa. Ladarba l-utent ikun reġistrat fuq il-portal, ikun jista' jaċċess l-informazzjoni għal dawk il-kawżi li fihom huwa reġistrat bħala waħda mill-partijiet, u f'dan il-każ jista' jiftaħ u jisma' l-fajls awdjo mehmuża mad-dokumenti tal-kawża. Parti fil-kawża tista' taċċessa t-taqsimaManas lietas ("Il-kawżi tiegħi") fil-portal Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.tiesas.lv/ permezz ta' firma elettronika jew karta tal-identità elettronika, jew billi tibgħat applikazzjoni lill-Uffiċċju tal-Qrati (Tiesu administrācija) biex titlob għall-aċċess għal dawn id-drittijiet.

L-aħħar aġġornament: 07/02/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Proċessar Awtomatiku - Litwanja

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Mill-1 ta’ Lulju 2013, kien possibbli li t-talbiet ċivili jiġu ddepożitati permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-Qorti Litwana (LITEKO), li tista’ tiġi aċċessata permezz tas-Subsistema tas-Servizzi Elettroniċi Pubbliċi (PES) fuq http://www.teismai.lt/ u Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.epaslaugos.lt/ billi tintgħażel il-link għall-Portal tas-Servizzi Elettroniċi tal-Qrati Litwani.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

It-talbiet differenti fi proċeduri ta’ qorti ċivili jew l-ilmenti kontra atti u rikorsi individwali fi proċedimenti amministrattivi jistgħu jiġu ppreżentati b’mod elettroniku. Id-dokumenti elettroniċi jistgħu jiġu ppreżentati lill-qorti fir-rigward tal-fajls stampati kemm ġodda kif ukoll dawk eżistenti. Meta jiġu ppreżentati dokumenti elettroniċi fir-rigward ta’ fajl stampat eżistenti, ir-rikorrent għandu jippreżenta wkoll in-numru meħtieġ ta’ kopji stampati (kopja waħda li trid tiżdied mal-fajl stampat u kopja waħda li trid tintbagħat mill-qorti lil kull parti fil-proċedimenti).

Il-format elettroniku ilu mill-1 ta’ Jannar 2014 jintuża esklussivament f’kawżi ċivili li jinstemgħu minn qrati distrettwali rigward il-ħruġ tal-ordnijiet tal-qrati, meta r-rikors li jagħti bidu għall-proċeduri tal-qorti jkun ġie ppreżentat fi jew wara l-1 ta’ Lulju 2013 bl-użu ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni elettronika;

1.2. kawżi ċivili li jinstemgħu minn qrati distrettwali, meta d-dokument proċedurali li fuqu jkunu bbażati l-proċeduri tal-qorti jkun ġie ppreżentat fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2014 bl-użu ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni elettronika;

1.3. kawżi ċivili li jinstemgħu minn qrati reġjonali bħala qrati tal-prim’istanza, kawżi amministrattivi li jinstemgħu minn qrati amministrattivi bħala qrati tal-prim’istanza, meta d-dokument proċedurali li fuqu jkunu bbażati l-proċeduri tal-qorti jkun ġie ppreżentat fi jew wara l-1 ta’ Lulju 2013 bl-użu ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni elettronika;

1.4. il-proċedimenti kollha quddiem il-qrati ta’ ġurisdizzjoni ġenerali u l-qrati speċjalizzati li jisimgħu kawżi ta’ appell jew kassazzjoni abbażi tal-appelli ppreżentati fi jew wara l-1 ta’ Jannar 2014 kontra sentenzi jew deċiżjonijiet f’kawżi li kienu pproċessati esklussivament f’format elettroniku.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Dan is-servizz huwa disponibbli l-ħin kollu.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Id-dokumenti proċedurali jistgħu jiġu ppreżentati billi jimtlew il-mudelli disponibbli fuq is-subsistema PES ta’ LITEKO jew billi d-dokumenti eżistenti jittellgħu fil-formati appoġġjati mis-sistema: formati ta’ dokumenti testwali: doc, docx, odt, rtf, txt.; formati ta’ spreadsheet: xls, xlsx, ods; formati ta’ preżentazzjoni: ppt, pptx, ppsx, odp; formati ta’ test u immaġini ta’ grafika ta’ vettur: pdf, applikazzjoni/pdf, ADOC; formati ta’ immaġini dot matrix: tif, tiff, jpg, jpeg, jfif, png, gif, bmp; formati ta’ vidjo: avi, mpg, 3gp, 3g2, asf, asx, swx, swf, flv, vob, wmv, mov, rm.; formati ta’ awdjo: wav, aif, mp3, mid, wma, flac, aac.

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

Id-data elettronika relatata mal-proċeduri tal-qorti tiġi pproċessata, kontabilizzata u maħżuna bl-użu ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni elettronika f’konformità mal-arranġamenti stabbiliti mill-Kunsill Ġudizzjarju (Teisėjų taryba) u miftiehma mal-Arkivist Ewlieni tal-Litwanja (Lietuvos vyriausiasis archyvaras).

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Il-portal tas-servizzi elettroniċi jista’ jiġi aċċessat bl-użu tal-għodod disponibbli fil-portal tal-gvern elettroniku: bl-użu tas-servizzi bankarji elettroniċi, karta ta’ identifikazzjoni personali jew firma elettronika. Is-sistema għandha wkoll funzjoni ta’ kronogramma.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

Ir-residenti li jippreżentaw dokumenti elettroniċi jgawdu minn skont ta’ 25 % fuq it-tariffa tal-qorti; huma ma għandhom bżonn jipprintjaw ebda dokument proċedurali u lanqas għandhom bżonn jibagħtuhom bil-posta lill-qorti, imorru l-bank biex iħallsu t-tariffa jew jipprovdu prova tal-ħlas.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

It-talbiet ippreżentati permezz tal-internet huma soġġetti għall-istess regoli ta’ proċedura ċivili bħat-talbiet regolari. L-Artikolu 139(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Civilinio proceso kodeksas) jistipula li pretendent huwa intitolat li jirtira t-talba tiegħu sakemm il-qorti ma tkunx bagħtet kopja tagħha lill-konvenut. It-talba tista’ tiġi rtirata fi stadju aktar tard biss jekk il-konvenut jaqbel ma’ dan u t-talba tiġi rtirata qabel ma l-qorti tal-prim’istanza tadotta d-deċiżjoni tagħha. Sa dak iż-żmien li tiġi rreġistrata, talba tista’ tiġi rtirata billi sempliċiment titħassar. Wara r-reġistrazzjoni, it-talba tista’ tiġi rtirata mis-sistema biss billi jiġi ppreżentat rikors għall-irtirar.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Jistgħu jiġu ppreżentati kemm dokumenti elettroniċi kif ukoll dokumenti stampati lill-qorti.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

L-użu ta’ komunikazzjoni elettronika matul proċeduri ta’ qorti ċivili ma jaffettwax ir-regoli dwar il-proċedura ċivili.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

L-użu ta’ komunikazzjoni elettronika matul proċeduri ta’ qorti ċivili ma jaffettwax ir-regoli dwar il-proċeduri ċivili.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

Id-dokumenti elettroniċi jistgħu jiġu ppreżentati fir-rigward tal-fajls stampati u l-fajls elettroniċi eżistenti;

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Iva.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Il-kawżi li jirrigwardaw il-ħruġ tal-ordnijiet tal-qrati, kawżi oħrajn speċifikati mill-Kunsill Ġudizzjarju u l-informazzjoni relatata mal-proċeduri tal-qorti jistgħu jiġu pproċessati b’mod elettroniku. Meta jkun inħoloq fajl elettroniku, kwalunkwe informazzjoni stampata riċevuta jew mibgħuta mill-qorti tiġi diġitalizzata, filwaqt li d-dokumenti stampati jiġu pproċessati, maħżuna jew inkella meqruda f’konformità mal-arranġamenti stabbiliti mill-Kunsill Ġudizzjarju u miftiehma mal-Arkivist Ewlieni tal-Litwanja.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Iva, appell jista’ jsir permezz tal-internet fi proċedimenti kemm ċivili kif ukoll amministrattivi. Id-deċiżjonijiet ġudizzjarji jistgħu jitwasslu kemm b’mod elettroniku kif ukoll b’mezzi oħrajn previsti skont liġijiet speċifiċi.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Fl-1 ta’ Lulju 2013 iddaħħlet fis-seħħ emenda fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili li tirregola l-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni elettronika fl-attivitajiet tal-uffiċjali ġudizzjarji, iżda l-possibbiltà tal-bidu tal-proċedimenti ta’ eżekuzzjoni permezz tal-internet għadha ma ġietx implimentata. Is-sistema ta’ informazzjoni elettronika għall-uffiċjali ġudizzjarji għandha tkun operattiva minn April 2015.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

Mill-1 ta’ Lulju 2013, l-avukati u l-assistenti tal-avukati jistgħu jirċievu dokumenti proċedurali tal-qorti billi jużaw komunikazzjonijiet elettroniċi.

L-aħħar aġġornament: 15/06/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Proċessar Awtomatiku - Lussemburgu

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Le, fil-liġi Lussemburgiża l-atti li jiftħu l-proċedimenti jridu jiġu ppreżentati kollha fuq karta.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

Mhux applikabbli.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Mhux applikabbli.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Mhux applikabbli.

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

Mhux applikabbli.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Mhux applikabbli.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

Mhux applikabbli.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Mhux applikabbli.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Mhux applikabbli

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Mhux applikabbli.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

Mhux applikabbli.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

Le.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Le, skont il-każ, in-notifiki jsiru minn bailiff (personalment jew bil-posta) jew minn uffiċjal tal-qorti (bil-posta).

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Le, id-deċiżjonijiet ġudizzjarji jiġu kkomunikati lill-partijiet permezz tal-avukati rispettivi tagħhom. B'regola ġenerali, din il-komunikazzjoni ssir mill-uffiċjal tal-qorti billi jiddepożita d-deċiżjoni fil-garżella tal-uffiċċju tal-avukati kkonċernat. Kull uffiċċju tal-avukati għandu garżella fil-forma ta' kaxxa postali msakkra biċ-ċwievet fis-sit tas-Cité judiciaire. Id-deċiżjoni tista' tiġi kkomunikata direttament lill-partijiet bil-posta.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Le.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Le.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

Le.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.legilux.lu/

L-aħħar aġġornament: 21/01/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Proċessar Awtomatiku - Malta

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Iva tista’, b’dan pero, jiddependi quddiem liema qorti/tribunal ser jinbdew il-proċeduri.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

Il-proċeduri li jistgħu jinbdew permezz ta’ applikazzjoni bl-internet huma is-segwenti:

  • Proċeduri quddiem it-Tribunal Ghal Talbiet Zghar;
  • Proċeduri quddiem Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva; u
  • Proċeduri quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Malta) u Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) fil-kompetenza inferjuri tagħha.

Ma hemmx proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Din il-faċilita’ hija disponibbli 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgha, pero t-talba/rikors, tigi pproċessata fil-ħinijiet ta’ ftuħ tal-Qorti jiġifieri mid-9am sat- 3pm (mill-1 t’Ottubru sal-15 ta’ Gunju) u mit-8am sal-12pm (mis-16 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru).  Jekk it-talba/rikors tkun ġiet ippreżentata barra dawn il-ħinijiet, din tiġi meqjusa bħala preżentata fil-ġurnata tax-xogħol sussegwenti fil-ħinijiet hawn fuq imsemmija.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

F’każ ta’ Talba fit-Tribunal Għal Talbiet Żgħar din issir billi timtela’ l-formola apposita li tinsab onlajn u fiha jimtlew id-dettalji kollha rikjesti sabiex tiġi sottomessa għall-ipproċessar.

F’każ ta’ Rikors quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva u kif ukoll quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Malta) u quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) fil-kompetenza inferjuri tagħha, l-ewwel iridu jimtlew id-dettalji kif rikjest mill-eform u sussegwentement irid jiġi anness kopja skenjata tar-rikors fil-format kif provdut fil-Liġi flimkien mad-dokumenti, jekk ikun hemm.

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

It-trasferiment tad-dejta ssir b’mod encrypted u ż-żamma tagħha huwa regolat mill-politika tal-Gvern.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Biex tibda talba quddiem it-Tribunal Għal Talbiet Żgħar, mhux meħtieġ li tintuża xi tip ta’ firma elettronika.  Pero’ fir-rigward tar-risposta, risposta għall-kontro talba, u l-appell quddiem dan it-Tribunal, din tiġi ffirmata b’mod elettroniku awtomatiku peress li wieħed irid jillogja bl-e-id tiegħu.

Fil-każ ta’ kawżi quddiem it-Tribunal Reviżjoni Amministrattiva u quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Malta) u l-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) fil-kompetenza inferjuri tagħha, din tiġi ffirmata b’mod elettroniku awtomatiku peress illi dan huwa servizz offrut biss lill-avukati u lill-prokuraturi legali wara li jkunu rreġistraw għal tali servizz permezz tal-e-id.

Fir-rigward tal-ħin, hekk kif it-talba/rikors jiġu sottomessi jiġi ġenerat il-ħin u d-data tas-sottomissjoni b’mod awtomatiku.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

Iva, it-tariffi relatati mall-att li jkun ġie ppreżenta onlajn, jitħallas onlajn ukoll. It-tariffi huma l-istess ħlas daqs li kieku qed jiġu ppreżentati mhux elettronikament.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Din ma tistgħax ssir onlajn, iżda l-persuna tkun trid tiġi personalment biex iċċedi l-kawża fir-reġistru tal-Qorti.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Fil-każ ta’ proċeduri quddiem it-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva, il-Qorti tal-Maġistrati (Malta) u l-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) fil-kompetenza inferjuri tagħha, is-servizz provdut għall-onlajn huwa biss biex tinbeda l-proċedura. S’issa għadu mhux possibbli li wiehed jirrispondi dawn it-tip ta’ proċeduri permezz tal-internet.

Fil-każ ta’ proċeduri quddiem it-Tribunal Għal Talbiet Żgħar, apparti biex tinbeda il-kawża wiehed jista’ wkoll jippreżenta r-risposta, ir-risposta għall-kontro talba u l-appell onlajn.

M'huwiex obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Indipendentement milli jekk ikunx hemm risposta għat-talba jew le, il-kawża tigi appuntata għas-smigħ.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

Indipendentement milli jekk ikunx hemm risposta għat-talba jew le, u la darba jkun għalaq iż-żmien għal dik ir-risposta l-kawża tiġi appuntata għas-smigħ.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

Huwa possibbli li jitressqu d-dokumenti b’mod elettroniku meta dawn jiġu ppreżentati flimkien mat-talba oriġinali li tkun qed issir b’mod elettroniku wkoll.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Skont il-liġi Maltija, m'hijiex meħtiega notifika ta’ sentenzi.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Kull sentenza preliminari jew finali tinqara fil-miftuħ mill-Qorti u kopja tagħha tingħata lill-partijiet jew r-rappreżentant legali li jkunu preżenti għas-seduta, iżda wieħed jista’ jikseb kopja tas-sentenza b’mod elettroniku kif ser jiġi spjegat aktar ‘l isfel.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Appell permezz tal-internet huwa biss possibbli fil-kaz t’Appell minn deċiżjoni tat-Tribunal Għal Talbiet Żgħar, pero s-sentenza ma tistgħax tiġi notifikata permezz tal-internet.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Dan m’huwiex possibli.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

Is-sit elettroniku Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaJustice Services jipprovdi servizz ta’ deċiżjonijiet onlajn li huma aċċessibli mingħajr ħlas mir-rappreżentanti legali kif ukoll mill-pubbliku in ġenerali.

Apparti minn dan is-sit, il-professjonisti legali jistgħu jabbonaw permezz tal-e-id tagħhom, għas-servizz li jġib l-isem ta’ eCourts fis-sit Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://ecourts.gov.mt/onlineservices fejn hawn hekk għandhom aċċess għall-każijiet, atti gudizzjarji u mandati

L-aħħar aġġornament: 12/03/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Proċessar Awtomatiku - Olanda

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Il-Parlament Netherlandiż adotta leġiżlazzjoni li tippermetti u saħansitra teżiġi li l-proċedimenti ċivili u amministrattivi jitmexxew b’mod elettroniku. Din il-leġiżlazzjoni għandha tiddaħħal gradwalment mill-2017 sal-2021. Fl-2017, il-proċedimenti elettroniċi huma possibbli f’kawżi tal-ażil u ta’ kustodja, kif ukoll f’talbiet ċivili b’rappreżentanza legali obbligatorja, imressqa quddiem il-qrati Netherlands Ċentrali u Gelderland.

Il-proċedimenti tal-qorti amministrattiva huma possibbli b’mod elettroniku permezz tal-Uffiċċju ta’ Servizz Diġitali għal-Liġi Amministrattiva (Digitaal loket bestuursrecht) u l-amministraturi/ir-riċevituri jistgħu jippreżentaw ir-rendikonti u r-rilaxxi b’mod elettroniku permezz tal-Uffiċċju ta’ Servizz Diġitali Subdistrettwali (Digitaal loket kanton) (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.rechtspraak.nl/).

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

Minn Settembru 2017, il-proċedimenti elettroniċi mressqa quddiem il-qrati tan-Netherlands Ċentrali u Gelderland huma obbligatorji għal talbiet ċivili b’rappreżentanza legali obbligatorja. Fir-rebbiegħa tal-2018, dan mistenni japplika madwar in-Netherlands għal dan it-tip ta’ każ. Għall-proċedimenti l-oħrajn kollha, il-leġiżlazzjoni li tippermetti li l-proċedimenti jitmexxew b’mod elettroniku għandha tiddaħħal gradwalment sal-2021.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Il-proċeduri elettroniċi huma disponibbli 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa. Il-helpdesk fiċ-ċentru ta’ servizz ġudizzjarju (rechtsspraakservicecentrum) jista’ jiġi aċċessat b’mod elettroniku u bit-telefon bejn it-8:00 u t-20:00.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Iva. Azzjoni tinbeda billi jiġi ppreżentat dokument oriġinarju (procesinleiding) permezz tal- portal web tas-servizz ġudizzjarju.

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Iva, l-identifikazzjoni elettronika hija meħtieġa għall-preżentazzjoni tad-dokumenti. L-avukati jużaw il-pass tagħhom bħala avukati għal dan il-għan, filwaqt li l-għażliet disponibbli għaċ-ċittadini jinkludu l-użu tal-kodiċi tal-login DigiD jew l-ID elettronika (negozji) tagħhom. Il-liġi tiddikjara liema mezzi ta’ identifikazzjoni huma permessi.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

Iva, it-tariffi tal-qrati jitħallsu fil-proċedimenti kollha. L-avukati jżommu kont kurrenti mas-sistema ġudizzjarja. Fil-każ tal-proċeduri elettroniċi, it-tariffi tal-qrati jitħallsu b’mod elettroniku. Fin-nuqqas ta’ ħlas, ma jkunx jista’ jsir progress (ulterjuri) fil-bidu tal-proċeduri.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Iva, il-liġi u r-regoli ta’ proċedura tas-sistema ġudizzjarja jistipulaw kif għandha tiġi rtirata t-talba.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Iva. Jekk tapplika l-leġiżlazzjoni dwar il-proċeduri elettroniċi, il-konvenut ikun jista’ jirrispondi online. Jekk il-konvenut ikollu avukat, ir-risposta trid tingħata online. Jekk il-konvenut ikollu d-dritt li jaġixxi għan-nom tiegħu stess, ikun permess ukoll li r-risposta tingħata bil-miktub.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Il-proċeduri elettroniċi jitmexxew kompletament online. Il-konvenut jirċievi notifika bil-posta elettronika ta’ kull dokument ġdid li jiġi ddepożitat fil-fajl tal-kawżi elettroniċi. Il-konvenuti jistgħu jżidu d-dokumenti tagħhom u jikkonsultaw il-kawża tagħhom b’mod elettroniku. Is-sentenza tal-qorti tiġi kkomunikata b’mod elettroniku.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

Jekk il-kawża tkun ġiet innotifikata b’mod korrett lill-parti l-oħra, il-kawża tkun tista’ tiġi ġġudikata b’kontumaċja għan-nuqqas ta’ dehra. Il-parti l-oħra tiġi infurmata dwar il-passi proċedurali bil-miktub.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 1. Il-preżentazzjoni tal-messaġġi u tad-dokumenti bil-posta elettronika mhijiex permessa minħabba li ma tistax tiġi garantita sigurtà adegwata.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Le, id-dokumenti ġudizzjarji ma jistgħux jiġu nnotifikati permezz tal-internet. Madankollu, ħafna sentenzi jiġu ppubblikati fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.rechtspraak.nl/ u jiġu assenjati numru LJN, li jippermettilhom jiġu rkuprati faċilment. Il-president tas-seduta ġeneralment jiddeċiedi jekk is-sentenza għandhiex titqiegħed fuq is-sit web imsemmi qabel. Mhux is-sentenzi kollha għandhom jitqiegħdu fuq l-internet, iżda biss għażla b’rilevanza ġudizzjarja jew li fihom hemm interess sinifikanti (mill-midja).

L-ismijiet tal-persuni li jidhru f’sentenza huma anonimizzati għal raġunijiet ta’ privatezza. In-negozji u l-individwi involuti fil-qorti f’kapaċità professjonali mhumiex anonimizzati.

F’każijiet fejn il-proċedimenti jistgħu jew iridu jkunu elettroniċi, is-sentenza titqiegħed fil-fajl tal-kawżi elettroniċi. B’dan il-mod, is-sentenza tiġi nnotifikata lill-partijiet.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Le, il-pubblikazzjoni fuq l-internet issir wara n-notifika lill-partijiet u, għalhekk, wara d-data tas-sentenza. Ara wkoll it-tweġiba għall-mistoqsija 13.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Dan huwa possibbli biss f’każijiet fejn il-proċedimenti jistgħu jew iridu jkunu elettroniċi.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Le.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

Iva, f’każijiet fejn il-proċedimenti jistgħu jew iridu jkunu elettroniċi, il-partijiet jistgħu jikkonsultaw id-dokumenti tal-kawżi fi kwalunkwe ħin. Il-partijiet iridu jkunu ġew awtorizzati sabiex jagħmlu dan permezz ta’ kodiċi tal-login rikonoxxut.

Xi formoli jistgħu jitniżżlu mis-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.rechtspraak.nl/ f’format PDF, iżda dawn id-dokumenti jridu jintbagħtu wkoll bil-posta ordinarja lill-qrati sabiex jiġu inklużi fil-proċedimenti. Dawn id-dokumenti jinkludu formoli għas-separazzjoni tal-proprjetà u d-diviżjoni tal-pensjoni tal-irtirar, formoli għall-modifika tal-awtorità tal-ġenituri, it-tutela ta’ adult, l-amministrazzjoni fiduċjarja ta’ proprjetà u mentoraġġ, formoli ta’ dikjarazzjoni għall-esperti u l-interpreti, formoli ta’ insolvenza, formoli għall-ordni Ewropea għall-proċeduri ta’ ħlas, formoli għall-proċeduri għal talbiet żgħar Ewropej u formoli tal-ilmenti fi proċedimenti ta’ appell.

L-informazzjoni li tista’ tkun rilevanti fi proċedimenti legali, kif ukoll l-informazzjoni li tiggarantixxi l-indipendenza tal-imħallfin tiġi rreġistrata ċentralment u hija disponibbli online għall-pubbliku ġenerali permezz tas-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.rechtspraak.nl/. Dan jirreferi għar-Reġistru Ċentrali tat-Tutela tal-Adulti (Centraal Curateleregister), ir-Reġistru Ċentrali tal-Insolvenza (Centraal Insolventieregister), ir-reġistru tal-proprjetà matrimonjali (huwelijksgoederenregister) u r-reġistru ta’ karigi addizzjonali okkupati mill-ġudikatura (register met nevenfuncties Rechterlijke Macht), li kollha jistgħu jiġu kkonsultati online.

L-aħħar aġġornament: 11/06/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Proċessar Awtomatiku - Awstrija

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Iva, il-proċedimenti tal-qorti jistgħu jinbdew onlajn permezz tal-pjattaforma elettronika Awstrijaka tal-Ġustizzja (ERV). Madankollu, dan jeħtieġ reġistrazzjoni ma’ waħda minn diversi għażliet ta’ kmamar tal-ikklerjar, li jgħaddu l-input għas-sistema ġudizzjarja. Ir-reġistrazzjoni hija bil-ħlas. Hemm ħlas bażiku ta’ madwar EUR 20.00 kull xahar, flimkien ma’ tariffa ta’ madwar EUR 0.30 għal kull ħaġa li titniżżel. Ittra reġistrata tiswa madwar EUR 3.00 fl-Awstrija.

Servizz ta' uplowd bla ħlas permezz ta’ kard taċ-ċittadini huwa wkoll disponibbli għall-uplowds. Madankollu, għall-kuntrarju tal-pjattaforma elettronika Awstrijaka tal-Ġustizzja, is-servizz bil-kard jipprovdi servizz f’direzzjoni waħda biss.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

Il-pjattaforma elettronika Awstrijaka tal-Ġustizzja tippermetti l-komunikazzjoni onlajn bejn il-qrati u l-uffiċċji tal-prosekuturi pubbliċi fuq naħa waħda, u l-partijiet fuq in-naħa l-oħra, bl-istess mod bħal fil-forma stampata. Tista’ tintuża għat-tipi kollha ta’ proċedimenti. Ma hemm l-ebda proċedimenti li għandhom dejjem jinbdew onlajn.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Is-servizz huwa disponibbli 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Ir-raġunijiet tal-pretensjoni u d-dejta proċedurali kollha għandhom jittellgħu fi struttura preskritta XML (jew bħala PDF mehmuż ma’ din l-istruttura).

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

It-trażmissjoni tad-dejta permezz tal-pjattaforma elettronika Awstrijaka tal-Ġustizzja hija assigurata permezz tal-protokoll https. Iċ-ċertifikati huma użati sabiex jawtentikaw il-partijiet kollha involuti. Il-komunikazzjoni bejn is-servers hija wkoll imsejsa fuq iċ-ċertifikati. Il-ħtieġa għall-utenti li jirreġistraw b'punt ta’ aċċess (ara l-punt 1 iktar ’il fuq) tipprovdi sigurtà addizzjonali.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Ara l-punt 5 hawn fuq (ċertifikati). Firem elettroniċi mhumiex meħtieġa. Servizz ta' kronogramma ċentrali huwa disponibbli għall-annotazzjonijiet fir-Reġistru tal-Artijiet biss, li jikkonferma li tkun waslet sottomissjoni valida.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

It-tariffi tal-qorti għal uplowds onlajn jitħallsu permezz ta’ debitu dirett. Bħala regola ġenerali, it-tariffi biex jinbdew il-proċedimenti onlajn huma l-istess bħal dawk għal proċedimenti li jinbdew fil-forma stampata. F’ċerti każijiet, jeżisti roħs għal sottomissjoni li ssir elettronikament.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Ma hemm l-ebda differenza bejn il-varjanti onlajn u offlajn. Ir-regoli tal-liġi dwar il-proċedura ċivili japplikaw ugwalment għal proċedimenti mmexxija permezz tal-pjattaforma Awtrijaka elettronika tal-Ġustizzja. Anki jekk ma ġewx iffajljati onlajn, il-pretensjonijiet jistgħu jiġu rtirati onlajn.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Iva, l-internet jista’ jintuża biex jiġu difiżi l-pretensjonijiet, biex jiġu ffajljati appelli eċċ. L-użu tal-pjattaforma elettronika Awstrijaka tal-Ġustizzja ġeneralment mhuwiex obbligatorju; madankollu, l-avukati, n-nutara, il-banek, il-kumpaniji tal-assigurazzjoni, il-fondi tas-sigurtà soċjali, l-Aġenzija Federali tal-Finanzi (Finanzprokuratur) kif ukoll l-assoċjazzjonijiet tal-avukatura għandhom jużaw il-pjattaforma elettronika Awstrijaka tal-Ġustizzja.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Ir-regoli tal-liġi dwar il-proċedura ċivili japplikaw ugwalment għal proċedimenti li jsiru onlajn.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

Ir-regoli tal-liġi dwar il-proċedura ċivili japplikaw ugwalment għal proċedimenti li jsiru onlajn.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

Iva, it-tipi kollha ta’ dokumenti jistgħu jintbagħtu lill-qrati permezz tal-pjattaforma elettronika Awstrijaka tal-Ġustizzja. L-atti oriġinali jistgħu anki jitressqu elettronikament fir-Reġistru tal-Artijiet u fir-reġistru tal-proċedimenti tal-kumpaniji.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Iva, permezz tal-pjattaforma elettronika Awstrijaka tal-Ġustizzja.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Iva, permezz tal-pjattaforma elettronika Awstrijaka tal-Ġustizzja.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Iva, permezz tal-pjattaforma elettronika Awstrijaka tal-Ġustizzja.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Iva permezz tal-pjattaforma elettronika Awstrijaka tal-Ġustizzja.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

Iva, il-partijiet u r-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jispezzjonaw ir-reġistru tal-każijiet fil-proċedimenti kollha ta’ infurzar ċivili onlajn permezz ta’ kmamar tal-ikklerjar, iżda biss għal każijiet tagħhom stess. Id-drittijiet ta’ spezzjoni huma verifikati bl-użu ta’ kodiċi ta' indirizz uniku allokat lil kull persuna bi drittijiet ta’ spezzjoni.

L-aħħar aġġornament: 21/09/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Pollakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Proċessar Awtomatiku - Polonja

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Huwa possibbli li tinbeda proċedura magħrufa bħala proċedura elettronika permezz ta’ ċitazzjoni tal-ħlas (elektroniczne postępowanie upominawcze, EPU) permezz tal-internet. L-ewwel stadju ta’ din il-proċedura jitmexxa mingħajr il-parteċipazzjoni tad-debitur. Id-debituri jistgħu jiddefendu ruħhom biss wara li tkun inħarġet l-ordni għall-ħlas u ġiet innotifikata lilhom.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

Tista’ tinbeda proċedura elettronika permezz ta’ ċitazzjoni tal-ħlas f’każijiet li jikkonċernaw talbiet monetarji, irrispettivament mill-valur tas-suġġett tat-tilwima.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Dikjarazzjoni ta’ talba fi proċedura elettronika permezz ta’ ċitazzjoni tal-ħlas tista’ tiġi ddepożitata mal-e‑court (e-sąd) fi kwalunkwe ħin.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Softwer speċjalizzat maħluq għall-e‑court jikkonverti awtomatikament il-fajl testwali li jkun fih id-dikjarazzjoni tat-talba fil-format u l-istruttura tad-data meħtieġa mill-e‑court.

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

Id-data tiġi żgurata permezz ta’ numru ta’ soluzzjonijiet tal-IT avvanzati, inkluża s-sistema CAPTCHA (Test tat-Turing Pubbliku Kompletament Awtomatizzat li Jiddistingwi bejn il-Kompjuters u l-Bnedmin “Completely Automated Public Turing test to tell Computers and Humans Apart”). CAPTCHA hija tip ta’ teknoloġija li tintuża bħala karatteristika tas-sigurtà tas-siti web, li tippermetti biss li tiġi trażmessa d-data mdaħħla mill-bnedmin. F’dan il-każ, il-CAPTCHA jipproteġi l-portal web kontra l-ħolqien ta’ kontijiet minn magni. Is-sistema tivverifika dan billi titlob lill-utent jittajpja t-test muri fi stampa. It-test ikun imgerfex b’mod intenzjonali, sabiex ma jkunx jista’ jinqara bl-użu tat-teknoloġija OCR (Rikonoxximent Ottiku tal-Karattri, Optical Character Recognition) (sett ta’ teknoloġiji jew Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasoftwer li jintuża sabiex jirrikonoxxi l-karattri u testi sħaħ f’Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidafajl Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidagrafiku f’forma Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaraster), iżda xorta jkun leġibbli biżżejjed għall-bnedmin. Il-kodiċi li jinqara mill-istampa għandu jiġi ttajpjat fl-ispazju bl-użu ta’ ittri minuskoli jew kapitali.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Trid tintuża firma elettronika sabiex jiġu ffirmati d-dikjarazzjonijiet tat-talbiet u tat-trattazzjonijiet fi proċedura elettronika permezz ta’ ċitazzjoni tal-ħlas. Jistgħu jintużaw it-tipi ta’ firma li ġejjin:

a) Firma elettronika ordinarja li tista’ tinkiseb mis-sit web tal-EPU mingħajr ħlas. Qabel isir dan, l-ewwel trid toħloq kont. Ladarba l-kont ikun ġie attivat, għandek tapplika għal ċertifikat li jinħareġ miċ-Ċentru ta’ Ċertifikazzjoni tal-EPU u mbagħad tistenna għal konferma li ċ-ċertifikat inħareġ (madwar sagħtejn). Imbagħad trid tniżżel iċ-ċertifikat. Sabiex iċ-ċertifikat jiġi installat b’mod korrett fis-sistema operattiva, għandek bżonn password taċ-ċertifikat. Il-password jintbagħat permezz tal-posta elettronika. Jekk titlef iċ-ċertifikat wara li tniżżlu, trid tiġġenera applikazzjoni oħra għal ċertifikat. Firma elettronika ordinarja tista’ tintuża biss fil-proċeduri elettroniċi. Iċ-ċertifikat għal firma elettronika ordinarja huwa validu għal sena waħda.

b) Firma elettronika kwalifikata, ivverifikata bl-użu ta’ ċertifikat kwalifikat validu. Wara li tirreġistra kont ta’ utent, awtomatikament tkun tista’ tuża firma elettronika kwalifikata. Madankollu, l-ewwel trid tikseb firma elettronika kwalifikata waħdek.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

Tariffa tal-qorti dovuta fi proċedura elettronika permezz ta’ ċitazzjoni tal-ħlas tista’ titħallas biss bl-użu ta’ mezzi elettroniċi, permezz ta’ fornitur ta’ servizz ta’ ħlas. Hija tammonta għal kwart (¼) tat-tariffa pagabbli fi proċedura tradizzjonali permezz ta’ ċitazzjoni tal-ħlas.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Fi proċedura elettronika permezz ta’ ċitazzjoni tal-ħlas, il-pretendent jista’ jirtira d-dikjarazzjoni tat-talba sakemm il-proċedura tiġi konkluża b’deċiżjoni finali. Għaldaqstant, trid tiġi ppreżentata trattazzjoni. Tali trattazzjoni għandha tinkludi d-dikjarazzjoni tal-irtirar tat-talba mill-pretendent u tispeċifika n-numru tal-kont tal-bank. Il-pretendent jista’ jirtira d-dikjarazzjoni tat-talba kollha kemm hi – f’dan il-każ, il-pretendent jirrinunzja għall-protezzjoni legali tat-talbiet kollha (fl-ammonti sħaħ tagħhom) imsemmija fid-dikjarazzjoni tat-talba. Dikjarazzjoni tat-talba tista’ tiġi rtirata wkoll parzjalment biss, magħruf bħala l-irtirar parzjali ta’ talba. Meta jirtira d-dikjarazzjoni tat-talba, il-pretendent jista’ fl-istess ħin jirrinunzja għat-talba segwita. It-trattazzjoni li tirtira d-dikjarazzjoni tat-talba trid tispeċifika numru ta’ kont tal-bank għar-ripagament tat-tariffa tal-qorti. It-tariffa tal-qorti titħallas lura jekk id-dikjarazzjoni tat-talba tiġi rtirata qabel tinħareġ l-ordni għall-ħlas.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Fi proċedura elettronika permezz ta’ ċitazzjoni tal-ħlas, il-konvenut ma jkunx jista’ jwieġeb permezz tal-internet. L-ewwel dokument li jrid jiġi nnotifikat lill-konvenut fi proċedura elettronika permezz ta’ ċitazzjoni tal-ħlas huwa ordni għall-ħlas. Il-konvenut jista’ jappella kontriha billi jippreżenta dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni (f’forma tradizzjonali jew elettronika).

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Fi proċedura elettronika permezz ta’ ċitazzjoni tal-ħlas, il-konvenut ma jkunx jista’ jwieġeb għad-dikjarazzjoni tat-talba. L-unika forma ta’ appell kontra l-ordni għall-ħlas hija permezz tal-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni lill-qorti (f’forma tradizzjonali jew elettronika). F’dak il-każ, l-ordni għall-ħlas titlef il-forza tagħha u ma jkollha ebda effett legali. Il-kwistjoni tiġi riferuta mill-e‑court lill-qorti fil-ġurisdizzjoni territorjali fejn il-konvenut huwa domiċiljat u jinstema’ fi proċedimenti oħrajn.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

Ordni għall-ħlas maħruġa fi proċedura elettronika permezz ta’ ċitazzjoni tal-ħlas issir finali ġimgħatejn wara li tiġi nnotifikata lill-konvenut. Ordni finali għall-ħlas maħruġa fi proċedura elettronika permezz ta’ ċitazzjoni tal-ħlas u inkluża fis-sistema tal-IT ikun mandat ta’ eżekuzzjoni. Ordni għall-ħlas maħruġa fi proċedura elettronika permezz ta’ ċitazzjoni tal-ħlas tiġi ddikjarata infurzabbli mill-qorti permezz ta’ titolu elettroniku li jista’ jkun infurzat.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

Fi proċedura elettronika permezz ta’ ċitazzjoni tal-ħlas, id-dokumenti ma jistgħux jiġu mehmuża mat-trattazzjonijiet ippreżentati permezz ta’ mezzi elettroniċi.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Fi proċedura elettronika permezz ta’ ċitazzjoni tal-ħlas, il-proċess tal-qorti jiġi nnotifikat lill-pretendent permezz ta’ mezzi elettroniċi. Malli tinbeda l-proċedura permezz tal-iddepożitar ta’ dikjarazzjoni ta’ talba permezz tas-sit web tal-e‑court, il-pretendenti jiksbu aċċess għal taqsima ddedikata tas-sit web tal-e‑court, li tippermettilhom jirċievu korrispondenza mill-qorti. Il-proċess tal-qorti jiġi nnotifikat lill-pretendent permezz tas-sistema ta’ trażmissjoni tad-data li tappoġġja l-proċedura elettronika permezz ta’ ċitazzjoni tal-ħlas (notifika elettronika tal-proċess tal-qorti). Il-proċess tal-qorti jiġi nnotifikat lill-konvenut b’mod elettroniku biss jekk il-konvenut ikun qabel ma’ din il-forma ta’ notifika tal-proċess tal-qorti.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Fi proċedura elettronika permezz ta’ ċitazzjoni tal-ħlas, id-deċiżjonijiet ġudizzjarji huma elettroniċi.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Iva, fi proċedura elettronika permezz ta’ ċitazzjoni tal-ħlas biss.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Jekk it-titolu li jista’ jkun infurzat ikopri deċiżjoni ġudizzjarja maħruġa fi proċedura elettronika permezz ta’ ċitazzjoni tal-ħlas, rikors għall-bidu tal-proċedimenti ta’ infurzar jista’ jiġi ppreżentat permezz ta’ mezzi elettroniċi. Dan irid jiġi ppreżentat permezz tas-sistema ta’ trażmissjoni tad-data li tappoġġja l-proċedura elettronika permezz ta’ ċitazzjoni tal-ħlas.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

Matul proċedura elettronika permezz ta’ ċitazzjoni tal-ħlas, il-partijiet ikollhom aċċess sħiħ għall-fajls tal-proċedura mmexxija fil-kawża tagħhom. Tali aċċess jiġi pprovdut permezz tas-sistema ta’ trażmissjoni tad-data li tappoġġja l-proċedura. Huwa possibbli wkoll li jiġu stampati d-dokumenti aċċessibbli. Dan mhuwiex possibbli fi proċeduri oħrajn għajr il-proċedura elettronika permezz ta’ ċitazzjoni tal-ħlas.

L-aħħar aġġornament: 15/06/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Proċessar Awtomatiku - Rumanija

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Skont l-Artikolu 199(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, rikors jista’ jiġi mressaq personalment jew permezz ta’ rappreżentant, bil-posta, permezz ta’ kurrier, bil-fax jew inkella jiġi skennjat u jintbagħat bil-posta elettronika jew bħala dokument elettroniku.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

Ir-rikorsi jistgħu jiġu mressqa billi jiġu skennjati u jintbagħtu bil-posta elettronika jew bħala dokumenti elettroniċi f’kawżi ċivili. Ma hemmx proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Din il-faċilità hija disponibbli l-ħin kollu.

Skont l-Artikolu 199(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, rikors imressaq personalment jew permezz ta’ rappreżentant, bil-posta, permezz ta’ kurrier, bil-fax jew inkella billi jiġi skennjat u jintbagħat bil-posta elettronika jew bħala dokument elettroniku, għandu jiġi rreġistrat u attribwit data speċifika permezz tal-applikazzjoni tat-timbru tad-dħul. Wara r-reġistrazzjoni, ir-rikors u d-dokumenti ta’ akkumpanjament, flimkien ma’, fejn xieraq, evidenza ta’ kif dawn intbagħtu lill-qorti, għandhom jiġu mgħoddija lill-President tal-Qorti jew lill-persuna nnominata minn tal-aħħar, li min-naħa tagħhom jieħdu passi immedjati sabiex jistabbilixxu b’mod każwali l-qorti speċjalizzata, skont il-liġi.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili ma jipprevedix l-użu ta’ xi formoli standardizzati għal talbiet legali. Ir-regoli tal-liġi komuni dwar il-proċedura ċivili jistabbilixxu l-kontenut ta’ uħud mit-talbiet tal-liġi ċivili (eż. rikors, difiża, kontrotalba).

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

It-trażmissjoni u l-ħażna siguri tad-data jitwettqu bl-għajnuna ta’ għodod tal-IT endemiċi tas-sistema tal-posta elettronika, bħal firewalls, ċertifikati, anti-viruses, kontrolli tal-aċċess ibbażati fuq ir-rwoli, eċċ., akkumpanjati mill-applikazzjoni ta’ prattika tajba fil-qasam.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Skont l-Artikolu 148(2) u (5) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, ir-rikorsi li jintbagħtu lill-qrati jistgħu jiġu ddepożitati wkoll bħala dokumenti elettroniċi, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet legali. Ir-rikors għandu jinkludi wkoll firma. Il-firma tista’ tiġi applikata fuq dokument skennjat u mibgħut permezz tal-posta elettronika. Il-firma tista’ tkun elettronika meta r-rikors ikun dokument elettroniku mibgħut permezz tal-posta elettronika.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

Iva, it-tariffi ġudizzjarji jitħallsu f’konformità mal-Ordni ta’ Emerġenza tal-Gvern Nru 80/2013 rigward it-tariffi tal-boll tal-qorti, iżda l-ammont tagħhom ma jvarjax. It-taxxi tal-boll ġudizzjarji jitħallsu mill-persuna li għandha tħallas it-taxxa fi flus kontanti, permezz ta’ trasferiment bankarju jew online, f’kont separat ta’ introjtu mill-baġit lokali “Taxxa tal-boll ġudizzjarja u taxxi tal-boll oħrajn” miftuħ fl-isem tal-unità amministrattiva territorjali fejn il-persuna fiżika għandha d-domiċilju jew ir-residenza tagħha jew, fejn xieraq, fejn l-entità ġuridika għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha. Jekk il-persuna li għandha tħallas it-taxxa tal-boll ġudizzjarja la jkollha d-domiċilju jew ir-residenza tagħha u lanqas, skont kif jista’ jkun il-każ, l-uffiċċju rreġistrat tagħha fir-Rumanija, it-taxxa tal-boll titħallas lill-baġit lokali tal-unità amministrattiva territorjali fejn tinsab il-qorti li quddiemha jitressqu l-azzjoni jew ir-rikors.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Iva, taħt l-istess kundizzjonijiet li l-pretendent jista’ jirtira mill-azzjoni tal-qorti. Skont l-Artikolu 406 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, il-pretendent jista’ fi kwalunkwe ħin jabbanduna l-azzjoni tal-qorti bil-fomm matul seduta ta’ smigħ fil-qorti jew inkella permezz ta’ petizzjoni bil-miktub.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Mhuwiex obbligatorju għall-konvenut li juża l-internet.

Skont l-Artikolu 149(4) u l-Artikolu 154(6) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, il-komunikazzjoni tat-taħrikiet u tad-dokumenti proċedurali kollha għandha ssir ex officio mill-uffiċjali tal-qorti, jew minn kwalunkwe impjegat ieħor tagħha, kif ukoll minn aġenti jew impjegati ta’ qrati oħrajn f’distretti fejn tinsab il-persuna li lilha jkun qed jiġi kkomunikat l-att. Il-komunikazzjoni tat-taħrikiet u ta’ dokumenti proċedurali oħrajn tista’ titwettaq mill-iskrivan tal-qorti wkoll permezz ta’ telefax, bil-posta elettronika jew b’mezzi oħrajn li jiżguraw li t-test tad-dokument jintbagħat u l-irċevuta tiegħu tiġi kkonfermata, diment li l-parti tkun tat lill-qorti d-dettalji xierqa għal dan il-għan. Għal konferma, il-qorti għandha, flimkien mad-dokument proċedurali, tibgħat formola li tinkludi: l-isem tal-qorti, id-data tal-komunikazzjoni, l-isem tal-iskrivan responsabbli għall-komunikazzjoni u informazzjoni dwar id-dokumenti kkomunikati. Il-formola timtela mill-benefiċjarju bid-data tal-irċevuta, l-isem muri b’mod ċar u l-firma tal-persuna responsabbli sabiex tirċievi l-korrispondenza, u tintbagħat lill-qorti permezz ta’ telefax, bil-posta elettronika jew b’mezzi oħrajn. Meta l-applikazzjoni tkun intbagħtet, skont il-liġi, b’fax jew bil-posta elettronika, l-iskrivan tal-qorti huwa obbligat li jħejji kopji tar-rikors ex officio. L-ispiża ta’ dan trid titħallas mill-parti li għandha l-obbligu li tipprovdi l-kopji.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Id-difiża għandha tiġi nnotifikata bl-istess metodi li jintużaw għan-notifika ta’ dokument proċedurali. Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 9.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

F’konformità mal-Artikolu 208 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, is-sanzjonar ta’ nuqqas ta’ preżentazzjoni ta’ difiża fil-perjodu stabbilit mil-liġi huwa l-istess, irrispettivament mill-mod tal-preżentazzjoni. Nuqqas ta’ preżentazzjoni ta’ difiża jwassal sabiex il-konvenut jitlef id-dritt tiegħu li jipprovdi aktar evidenza jew iressaq oġġezzjonijiet oħrajn minbarra dawk relatati mal-ordni pubbliku, sakemm il-liġi ma tistabbilixxix mod ieħor.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 9.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 9.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 9.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Ara t-tweġiba għall-mistoqsijiet 1 u 9

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Id-dokumenti ġudizzjarji maħruġa fi proċedimenti tal-infurzar huma soġġetti għall-istess dispożizzjonijiet applikabbli b’mod ġenerali bħall-komunikazzjoni ta’ dokumenti proċedurali. Ara t-tweġiba għall-mistoqsija 1.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

Mhux applikabbli.

Madankollu, il-paġni elettroniċi tal-qrati ( Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://portal.just.ro/SitePages/acasa.aspx) jew l-Uffiċċji ta’ Informazzjoni li jinsabu f’xi qrati jipprovdu aċċess għal sommarju ta’ deċiżjonijiet, abbażi tan-numru tal-każ, il-materja tal-każ u l-ismijiet tal-partijiet. Qiegħed jiġi ppjanat ukoll li, fil-ġejjieni, il-fajls tal-qrati jkunu jistgħu jiġu kkonsultati mid-dar, bil-ħlas ta’ tariffa.

L-aħħar aġġornament: 04/05/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Proċessar Awtomatiku - Slovakkja

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Il-proċeduri tal-qorti jistgħu jinbdew permezz tal-internet, jew, b’mod aktar preċiż, it-talbiet u sottomissjonijiet oħrajn jistgħu jiġu ppreżentati b’mod elettroniku, diment li jkollhom firma elettronika ċċertifikata.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

Is-sottomissjoni elettronika hija disponibbli għat-tipi kollha ta’ talbiet u għas-sottomissjonijiet kollha. Jekk sottomissjoni f’kawża ssir f’forma elettronika mingħajr awtorizzazzjoni (firma elettronika ċċertifikata), sussegwentement hija trid tiġi kkonsenjata f’forma stampata jew f’forma elettronika b’firma elettronika ċċertifikata fi żmien 10 ijiem, inkella l-qorti tinjora s-sottomissjoni. Il-qorti ma tistedinx espliċitament lill-preżentatur sabiex jagħmel konsenja sussegwenti.

Fi kwistjonijiet mhux kontradittorji, sottomissjoni tista’ ssir lil kwalunkwe qorti distrettwali, li hija obbligata tirreġistra s-sottomissjoni fir-reġistru tagħha u tibgħatha mingħajr dewmien lill-qorti li għandha ġurisdizzjoni. Tali sottomissjoni għandha l-istess effetti daqs li kieku kienet ippreżentata lill-qorti li għandha ġurisdizzjoni.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Il-ħin kollu.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Ma huwa meħtieġ ebda format speċifiku; it-talbiet jiġu ġġudikati skont il-kontenut tagħhom. Jekk talba ma jkollhiex dettall partikolari, il-qorti tiddeċiedi li titlob lill-parti tikkoreġi jew tissupplimenta t-talba tagħha f’perjodu li ma għandux ikun ta’ inqas minn 10 ijiem.

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

Il-kundizzjonijiet għall-ħażna u t-trażmissjoni tad-data huma stabbiliti fl-Att Nru 543/2005 dwar ir-regoli tal-ipproċessar u tal-uffiċċju għall-qrati distrettwali, il-qrati reġjonali, il-Qorti Speċjali u l-qrati militari, kif emendati (zák. č. 543/2005 Z. z. v znení neskorších zmien doplnení – Spravovacom a kancelárskom poriadku pre okresné súdy, krajské súdy, Špeciálny súd a vojenské súdy) (minn hawn ’il quddiem “PaOR”)

a) Il-proċedura tal-aċċettazzjoni tas-sottomissjonijiet permezz tal-internet b’firma elettronika ċċertifikata hija rregolata mill-Att Nru 215/2002 dwar il-firma elettronika u li jemenda ċerti atti, kif emendat mill-Att Nru 679/2004 (zák. č. 215/2002 Z. z. o elektronickom podpise a o zmene a doplnení niektorých zákonov v znení zákona č. 679/2004 Z .z.) u mir-Regolament tal-NBU Nru 542/2002 dwar il-metodu u l-proċess tal-użu ta’ firem elettroniċi fir-relazzjonijiet amministrattivi u kummerċjali (vyhláška NBÚ č. 542/2002 z. z. o spôsobe a postupe používania elektronického podpisu v obchodnom). Sottomissjoni riċevuta b’dan il-mod tintbagħat lill-kamra tal-posta, li tipproċedi ulterjorment skont it-Taqsima 129 tal-PaOR. Kamra tal-posta fil-qorti tuża applikazzjoni ta’ softwer sabiex iżżomm rekord tas-sottomissjonijiet;

b) Is-sottomissjonijiet riċevuti mingħajr firma elettronika ċċertifikata jintbagħtu minnufih lill-kamra tal-posta sabiex din tkun tista’ tipproċedi skont it-Taqsima 129 tal-PaOR.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Sottomissjoni li ssir permezz tal-internet mingħajr firma elettronika ċċertifikata sussegwentement trid tiġi kkonsenjata f’forma stampata jew f’forma elettronika b’firma elettronika ċċertifikata fi żmien 10 ijiem, inkella l-qorti tinjoraha. Jekk sottomissjoni jkollha firma elettronika ċċertifikata, din ma jkollhiex bżonn tiġi ssupplimentata. Il-ħin eżatt tal-kunsinna tas-sottomissjoni jiġi nnotat u rreġistrat.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

Iva, it-tariffi tal-qorti huma pagabbli, sabiex issir kopja tat-talba u tal-appendiċijiet tagħha li jikkostitwixxu l-fajl tal-qorti u kopja tat-talba u tal-appendiċijiet tagħha li jiġu kkonsenjati lill-partijiet jekk it-talba tkun ġiet ippreżentata b’mezzi elettroniċi u ffirmata b’firma elettronika ċċertifikata skont l-Att Nru 215/2002 dwar il-firma elettronika u li jemenda ċerti atti, kif emendat mill-Att Nru 679/2004 u Regolament tal-NBU Nru 542/2002 dwar il-metodu u l-proċess tal-użu ta’ firem elettroniċi fir-relazzjonijiet amministrattivi u kummerċjali, ta’ EUR 0,1 għal kull paġna, iżda mill-inqas EUR 10 għal kull sottomissjoni li tikkostitwixxi talba jew rikors għall-bidu tal-proċedimenti, u l-appendiċijiet tiegħu, u mill-inqas EUR 3 għas-sottomissjonijiet l-oħrajn kollha u l-appendiċijiet tagħhom (l-entrata 20a tal-Anness għall-Att Nru 71/1992, dwar it-tariffi tal-qorti, kif emendat (zákon č. 71/1992 Zb. o súdnych poplatkoch v znení neskorších zmien a doplnení)).

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Iva, kull sottomissjoni tista’ tiġi rtirata, irrispettivament mill-metodu li permezz tiegħu ġiet ippreżentata – irtirar ta’ talba – parzjalment jew b’mod sħiħ.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Il-konvenut għandu l-għażla, iżda mhuwiex obbligat li jużaha.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Il-proċedura applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi hija stabbilita mill-Att Nru 543/2005, kif emendat, dwar ir-regoli tal-ipproċessar u tal-uffiċċju għall-qrati distrettwali, il-qrati reġjonali, il-Qorti Speċjali u l-qrati militari.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

Il-proċedura applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi hija stabbilita mill-Att Nru 543/2005, kif emendat, dwar ir-regoli tal-ipproċessar u tal-uffiċċju għall-qrati distrettwali, il-qrati reġjonali, il-Qorti Speċjali u l-qrati militari.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

L-evidenza tikkostitwixxi kwalunkwe u kull mezz li permezz tiegħu jista’ jiġi aċċertat l-istat tal-kwistjoni, mezz ta’ prova jista’ jkun kwalunkwe mezz li permezz tiegħu jista’ jiġi aċċertat l-istat tal-kwistjoni. Huma permessi fit-tipi kollha ta’ proċedura. Id-dokumenti jistgħu jiġu ppreżentati lil qorti soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 125 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Civilný sporový poriadok).

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Skont it-tifsira tal-Artikolu 105 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, id-dokumenti bil-miktub jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet. Dokument minn qorti jitqies bħala li ġie kkonsenjat fil-ħames jum wara li jintbagħat, anki jekk dan ma jkunx inqara mid-destinatarju.

Madankollu, in-notifika permezz tal-internet hija eskluża fin-notifika tas-sentenzi, f’deċiżjonijiet oħrajn tal-qrati, fit-taħrika għall-proċedimenti u f’dokumenti oħrajn bil-miktub li għalihom hija prevista mil-liġi notifika personali. Sentenza tista’ tiġi nnotifikata biss personalment; mhuwiex permess li n-notifika ssir permezz tal-internet.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Le. L-għoti ta’ sentenza jsir bl-użu ta’ teknoloġija tal-kompjuter u mudell bi stemma araldika statali stampata minn qabel tar-Repubblika Slovakka u t-test li ġej: “Sentenza f’isem ir-Repubblika Slovakka”. Sentenza bil-miktub tiġi ffirmata mill-president tal-qorti speċjalizzata jew mill-imħallef li jisma’ l-kawża waħdu.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Appell jista’ jitressaq permezz tal-internet. Jekk appell jiġi ppreżentat f’forma elettronika mingħajr firma elettronika ċċertifikata, sussegwentement huwa jrid jiġi kkonsenjat f’forma stampata jew f’forma elettronika b’firma elettronika ċċertifikata fi żmien 10 ijiem. Jekk il-parti tonqos milli tagħmel dan, is-sottomissjoni tiġi injorata. Deċiżjoni dwar appell ma tistax issir permezz tal-internet; hija trid issir esklussivament f’forma stampata.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Rikors għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni jista’ jiġi ppreżentat permezz tal-internet. Jekk jiġi ppreżentat b’mod elettroniku mingħajr firma elettronika ċċertifikata, sussegwentement huwa jrid jiġi kkonsenjat f’forma stampata jew f’forma elettronika b’firma elettronika ċċertifikata fi żmien 10 ijiem. Jekk il-parti tonqos milli tagħmel dan, is-sottomissjoni tiġi injorata.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

Il-partijiet u r-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-fajls tal-kawżi personalment biss, esklussivament fil-preżenza ta’ membru tal-persunal tal-qorti.

Is-sit web tal-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Slovakka (Ministerstvo spravodlivosti Slovenskej republiky) jiffaċilita t-tfittxijiet f’bażi ta’ data ta’ deċiżjonijiet tal-qrati. Kulħadd jista’ jfittex u jikkonsulta d-deċiżjonijiet tal-qrati, billi jkun jista’ jfittex deċiżjoni skont id-data tal-ħruġ, il-qorti emittenti, in-numru tal-fajl, il-forma tad-deċiżjoni, in-natura tad-deċiżjoni, il-qasam tar-regolamentazzjoni legali, id-dispożizzjonijiet statutorji applikati, u l-isem u l-kunjom tal-imħallef jew tal-uffiċjal ġudizzjarju li ħareġ id-deċiżjoni, jew billi jfittex skont il-kliem użat fid-deċiżjoni (l-hekk imsejjaħ test sħiħ).

L-aħħar aġġornament: 14/01/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Proċessar Awtomatiku - Finlandja

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Iva.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

L-ipproċessar awtomatiku jista' jintuża biex jiġi ppreżentat rikors għal ċitazzjoni fir-rigward ta' pretensjonijiet mhux ikkontestati, biex tintalab l-għajnuna legali (u biex tintalab il-ħatra ta' avukat difensur jew ta' avukat tal-għajnuna legali, u meta l-avukati jitolbu r-rimborż tal-ispejjeż u tad-drittijiet mill-Istat) u biex tintalab l-eżekuzzjoni (fil-każ ta' talbiet fil-qasam tad-dritt privat għall-eżekuzzjoni ta' djun, ibbażati fuq xi deċiżjoni jew sentenza mogħtija minn Qorti Distrettwali (käräjäoikeus).

Fil-Finlandja, ma jeżistux proċedimenti li jistgħu jsiru esklussivament bl-internet.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Dan is-servizz huwa disponibbli l-ħin kollu.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Fl-ipproċessar awtomatiku hemm fajl standard XML għall-korporazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet li ta' spiss jippreżentaw rikors għal ċitazzjoni. Għaċ-ċittadini u n-negozji hemm formola onlajn separata.

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

Is-servizz tal-ipproċessar awtomatiku tal-qrati Finlandiżi huwa protett permezz ta' protokoll għat-trasferiment ta' fajls https kriptati. Id-dejta ttrasferita mill-qrati tinżamm f'server sigur li jkun aċċessibbli għall-partijiet interessati biex iniżżlu d-dokumenti tagħhom minn fuqu.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Sabiex ikunu jistgħu jniżżlu d-dokumenti mis-server sigur, l-utenti jridu jirreġistraw mas-sistema.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

L-ispejjeż marbuta mal-proċeduri elettroniċi huma l-istess bħal dawk marbuta ma' proċeduri mhux elettroniċi.  Fi tmiem kull proċedura, il-Qrati Distrettwali jitolbu lill-atturi u lir-rikorrenti biex iħallsu xi spejjeż. L-ammont tal-ispiża jiddependi min-natura tal-każ u mill-kumplessità tal-proċedura.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Il-prinċipji li jirregolaw il-pretensjonijiet imressqa permezz ta' mezzi tradizzjonali, mhux elettroniċi japplikaw ukoll għall-proċeduri elettroniċi.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

L-intimat jista' jwieġeb bl-internet, iżda l-użu tal-internet mhuwiex obbligatorju.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Fil-kawżi ċivili ma ssir l-ebda distinzjoni bejn il-proċeduri elettroniċi u dawk mhux elettroniċi.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

Fil-kawżi ċivili ma ssir l-ebda distinzjoni bejn il-proċeduri elettroniċi u dawk mhux elettroniċi.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

Iva.  Ir-rikorsi għal ċitazzjoni, it-tweġibiet u dokumenti ġudizzjarji oħra jistgħu jintbagħtu lill-qrati permezz tal-posta elettronika wkoll.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Id-dokumenti li ma jirrikjedux konferma tar-riċevuta (bħat-tweġibiet, iċ-ċitazzjoni għas-smigħ preliminari u għas-seduta ta' smigħ ewlenija u s-sommarji tal-qorti) jistgħu jintbagħtu lill-partijiet interessati bil-posta elettronika.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Fuq talba tal-partijiet interessati, id-deċiżjonijiet ġudizzjarji jistgħu jintbagħtulhom ukoll elettronikament.  Il-parti kkonċernata jew ir-rappreżentant tagħha jrid jirreġistra mas-sistema biex ikun jista' jniżżel id-deċiżjonijiet ġudizzjarji onlajn.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Attwalment ma jistgħux jitressqu appelli elettronikament.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Huwa possibbli li jitressqu talbiet għall-eżekuzzjoni ta' sentenzi dwar djun elettronikament. Permezz tal-ipproċessar awtomatiku jistgħu jintbagħtu talbiet fil-qasam tad-dritt privat għall-eżekuzzjoni ta' djun, ibbażati fuq xi deċiżjoni jew sentenza mogħtija minn Qorti Distrettwali.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

Iva. Jekk il-proċedimenti jkunu nbdew permezz tal-internet, ir-rikorrent ikollu l-possibbiltà li jivverifika l-andament tal-kawża tiegħu billi jirreġistra mas-servizz disponibbli onlajn.

L-aħħar aġġornament: 14/03/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Proċessar Awtomatiku - Svezja

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Fl-Isvezja, rikors għal ċitazzjoni f'kawża kontenzjuża jrid isir bil-miktub u jkun iffirmat personalment mir-rikorrent jew mir-rappreżentant tiegħu. Ir-rekwiżit tal-firma tfisser li rikors ma jistax jintbagħat elettronikament.

L-istess jgħodd għal talbiet għal ordni ta' ħlas li jintbagħtu lill-Awtorità ta' Eżekuzzjoni Svediża. Fil-każ ta' ordni ta' ħlas, madankollu, hemm xi possibilitajiet għall-Awtorità ta' Eżekuzzjoni Svediża biex teżenta lil dawk li jressqu għadd kbir ta' talbiet għal ordni ta' ħlas.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

Kif intqal fit-tweġiba għall-mistoqsija nru 1, dan hu possibbli biss f'każijiet eċċezzjonali fil-proċess sommarju.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Ma hemm l-ebda servizz fuq l-Internet biex tiftaħ kawża.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Ma hemm l-ebda servizz fuq l-Internet biex tiftaħ kawża.

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

Ma hemm l-ebda servizz fuq l-Internet biex tiftaħ kawża.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Ma hemm l-ebda servizz fuq l-Internet biex tiftaħ kawża.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

Ma hemm l-ebda servizz fuq l-Internet biex tiftaħ kawża.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Ma hemm l-ebda servizz fuq l-Internet biex tiftaħ kawża.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Ma hemm l-ebda servizz fuq l-Internet biex tiftaħ kawża. Kif intqal fit-tweġiba għall-mistoqsija nru 12, madankollu, huwa ġeneralment possibbli li tressaq nota tal-eċċezzjonijiet u dokumenti proċedurali oħrajn bl-Internet jekk ma jkunux hemm il-ħtieġa li jkunu ffirmati personalment.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Ma hemm l-ebda servizz fuq l-Internet biex tiftaħ kawża.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

Ma hemm l-ebda servizz fuq l-Internet biex tiftaħ kawża.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

Dokumenti li ma hemmx bżonn li jiġu ffirmati personalment jistgħu jintbagħtu elettronikament. Dan ifisser li huwa possibbli, fil-prinċipju, li d-dokumenti kollha għajr ir-rikors taċ-ċitazzjoni jintbagħtu elettronikament. Il-qorti tista', madankollu, tiddeċiedi kawża individwali li dokument oriġinali mhux iffirmat li jkun intbagħat elettronikament irid ikun ikkonfermat mill-mittent permezz ta' dokument oriġinali ffirmat.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Ma hemm xejn li jipprevjeni awtorità milli tibgħat dokument elettronikament u li l-wasla tad-dokument tkun ikkonfermata b'email, pereżempju, jekk dan jitqies bżonnjuż skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ li jikkonċernaw id-dejta personali, eċċ.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Sentenza tintbagħat bil-posta, sakemm ma jkunx hemm parti li titlob biex ma jsirx hekk. Fejn xieraq, pereżempju fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar id-dejta personali fis-seħħ, id-dokumenti jistgħu minflok jintbagħtu b'faks jew email, jew ikunu disponibbli f'forma elettronika oħra.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Tista' tiftaħ appell b'email. Fejn ikun hemm bżpnn, il-qorti tista' titlob li dak l-appell ikun ikkonfermat mir-rikorrent permezz ta' dokument oriġinali ffirmat.

Fir-rigward taċ-ċitazzjonijiet, ara t-tweġiba għall-mistoqsija nru 13.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Talba għall-eżekuzzjoni tista' ssir mill-parti intitolata jew ir-rappreżentant tagħha, verbalment jew bil-miktub. Talba verbali tirrikjedi li l-parti li qed titlob l-eżekuzzjoni tikkuntattja lill-Awtorità tal-Eżekuzzjoni Svediża. Talba bil-miktub trid tkun iffirmata mill-parti li qed titlob l-eżekuzzjoni jew mir-rappreżentant tagħha. L-Awtorità ta' Eżekuzzjoni Svediża tista', madankollu, tippermetti li parti li tkun qed tibgħat għadd kbir talbiet li tagħmel dan elettronikament.