Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ispanjol ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.
Swipe to change

Ipproċessar onlajn ta’ każijiet u komunikazzjoni elettronika mal-qrati

Spanja
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
Network Ġudizzjarju Ewropew (f'materji ċivili u kummerċjali)

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Iva.

Dan huwa rekwiżit obbligatorju għar-rappreżentanti proċedurali tal-qorti (procuradores) u għal rappreżentanti legali oħrajn.

Għal partijiet privati (individwi u entitajiet ġuridiċi), dan ilu fakultattiv mill-1 ta’ Jannar 2017 u qed jiġi implimentat b’mod sħiħ matul l-2017. Il-Ministeru tal-Ġustizzja jżomm reġistru, disponibbli b’mod elettroniku, li fih id-dettalji tar-riżorsi u l-indirizzi rilevanti.

Firma elettronika hija meħtieġa sabiex tiggarantixxi l-awtentiċità tal-kontenut u tipprovdi prova tal-għotja u tar-riċevuta.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

Huwa disponibbli għall-proċedimenti ta’ qorti ċivili kollha.

Madankollu, l-aċċess għall-partijiet privati jinsab fil-proċess li jiġi stabbilit għalkemm, f’xi partijiet tal-pajjiż, jista’ jkun temporanjament limitat għall-proċeduri tal-ordni ta’ ħlas.

Ir-rappreżentanti proċedurali tal-qorti u rappreżentanti legali oħrajn iridu jibdew il-proċedimenti permezz tal-internet; għall-partijiet privati, l-użu huwa fakultattiv.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Huwa disponibbli 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa. Madankollu, billi xi jiem huma jiem mhux tax-xogħol, jekk proċedura tinbeda f’jum mhux tax-xogħol, hija tkun tista’ tiġi ffinalizzata biss fil-jum tax-xogħol li jkun imiss.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Ma hemm ebda format obbligatorju. Jekk id-dokument elettroniku jkun kbir wisq u jimblokka s-sistema, dan ikun irid jiġi ppreżentat f’kopja stampata.

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

L-awtoritajiet amministrattivi pubbliċi kompetenti huma responsabbli sabiex jistabbilixxu s-sistemi elettroniċi xierqa. Is-sigurtà tiġi żgurata permezz ta’ sistema ta’ awtentikazzjoni minn qabel tal-firem elettroniċi għall-professjonisti legali, filwaqt li l-aċċess għal uffiċjali awtorizzati jsir permezz ta’ karti kriptografiċi u ċertifikati diġitali. Is-sistema trid tiggarantixxi l-awtentiċità tal-kontenut u tipprovdi prova tat-trażmissjoni u tar-riċevuta.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Iva, permezz ta’ sistema ta’ awtentikazzjoni minn qabel.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

It-tariffi jitħallsu għar-rikorsi minn entitajiet ġuridiċi iżda mhux minn individwi. Għar-rikorsi kollha, kemm jekk ippreżentati b’mod elettroniku jew b’mezzi oħrajn, il-pagament irid isir b’mod elettroniku permezz tal-internet u jkun akkumpanjat minn prova tal-pagament. (Nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-rekwiżit jista’ jiġi kkoreġut f’data aktar tard.)

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Ir-rikorsi elettroniċi jistgħu jiġu rtirati uffiċjalment, bl-istess termini bħar-rikorsi ppreżentati f’kopja stampata. Ladarba jkun ġie ppreżentat rikors, huwa ma jistax jiġi kkanċellat.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Le: kull parti tirrispondi bl-użu tal-proċedura xierqa, li tiddependi fuq jekk tali parti hijiex professjonist legali jew le. Għall-partijiet privati, preżentata elettronika hija fakultattiva.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Xejn: il-proċedura elettronika tapplika biss għall-preżentazzjoni tad-dokumenti u tal-avviżi nnotifikati lir-rappreżentanti legali tal-partijiet. Il-proċeduri tal-qorti ma jiġux ipproċessati awtomatikament. Il-qorti tforni d-dokument f’format elettroniku u/jew kopja stampata u dan jiġi nnotifikat b’mod elettroniku jew fiżikament, skont liema regoli japplikaw u dak li jkunu għażlu l-partijiet.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

Xejn: il-proċedura elettronika tapplika biss għall-preżentazzjoni tad-dokumenti u tal-avviżi nnotifikati lir-rappreżentanti legali tal-partijiet. Il-proċedimenti tal-qorti ma jiġux ipproċessati awtomatikament. Il-qorti tforni d-dokument f’format elettroniku u/jew kopja stampata u dan jiġi nnotifikat b’mod elettroniku jew fiżikament, skont liema regoli japplikaw u dak li jkunu għażlu l-partijiet.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

Iva. Il-qrati huma mgħammra sabiex jirċievu d-dokumenti b’mod elettroniku. Id-dokumenti jistgħu jiġu ppreżentati b’mod elettroniku permezz tar-rappreżentanti legali tal-partijiet.

Il-preżentazzjoni elettronika hija disponibbli għall-proċedimenti kollha.

Hija meħtieġa awtentikazzjoni minn qabel bil-firma elettronika tal-professjonist legali.

Il-partijiet privati jistgħu wkoll jippreżentaw id-dokumenti b’mod elettroniku kif deskritt hawn fuq jekk huma jkunu għażlu din ir-rotta.

Id-dokument oriġinali jrid jiġi pprovdut meta jintalab mill-qorti, f’liema każ jista’ jintbagħat bil-posta.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Iva. Dan huwa obbligatorju għar-rappreżentanti legali tal-partijiet. Għall-partijiet privati, dan huwa fakultattiv, wara awtentikazzjoni minn qabel.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Iva. Dan huwa obbligatorju għar-rappreżentanti legali tal-partijiet. Għall-partijiet privati, dan huwa fakultattiv, wara awtentikazzjoni minn qabel.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Iva. Dan huwa obbligatorju għar-rappreżentanti legali tal-partijiet. Għal individwi privati, dan huwa fakultattiv, wara awtentikazzjoni minn qabel.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Iva. Dan huwa obbligatorju għar-rappreżentanti legali tal-partijiet. Għal individwi privati, dan huwa fakultattiv, wara awtentikazzjoni minn qabel.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

Le, la l-professjonisti legali u lanqas il-partijiet infushom ma jistgħu jikkonsultaw il-kawżi online, minħabba li l-għażla li wieħed jara kawża online fi proċedimenti ta’ qorti ċivili mhijiex disponibbli fuq livell nazzjonali. Hija qiegħda tiġi introdotta f’xi partijiet tal-pajjiż.

L-aħħar aġġornament: 04/05/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna