Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Latvjan ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliż diġà ġew tradotti.
Swipe to change

Ipproċessar onlajn ta’ każijiet u komunikazzjoni elettronika mal-qrati

Latvja
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
Network Ġudizzjarju Ewropew (f'materji ċivili u kummerċjali)

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Fil-Latvja mhemmx qafas speċjali sabiex jinfteħu proċedimenti u l-kawżi ċivili fuq l-Internet. Mhemmx proċedura speċjali awtomatika jew sit elettroniku maħsub għat-twettiq ta' dawn il-proċeduri f'ambjent elettroniku.

Id-dokumenti elettroniċi jistgħu jintbagħtu bl-Internet.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

Mhemmx proċedura speċjali awtomatika jew sit elettroniku maħsub għat-twettiq ta' dawn il-proċeduri f'ambjent elettroniku.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Mhemmx proċedura speċjali awtomatika jew sit elettroniku maħsub għat-twettiq ta' dawn il-proċeduri f'ambjent elettroniku.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Mhemmx proċedura speċjali awtomatika jew sit elettroniku maħsub għat-twettiq ta' dawn il-proċeduri f'ambjent elettroniku.

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

Mhemmx proċedura speċjali awtomatika jew sit elettroniku maħsub għat-twettiq ta' dawn il-proċeduri f'ambjent elettroniku.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Mhemmx proċedura speċjali awtomatika jew sit elettroniku maħsub għat-twettiq ta' dawn il-proċeduri f'ambjent elettroniku.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

Mhemmx proċedura speċjali awtomatika jew sit elettroniku maħsub għat-twettiq ta' dawn il-proċeduri f'ambjent elettroniku.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Mhemmx proċedura speċjali awtomatika jew sit elettroniku maħsub għat-twettiq ta' dawn il-proċeduri f'ambjent elettroniku.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Mhemmx proċedura speċjali awtomatika jew sit elettroniku maħsub għat-twettiq ta' dawn il-proċeduri f'ambjent elettroniku.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Mhemmx proċedura speċjali awtomatika jew sit elettroniku maħsub għat-twettiq ta' dawn il-proċeduri f'ambjent elettroniku.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

Mhemmx proċedura speċjali awtomatika jew sit elettroniku maħsub għat-twettiq ta' dawn il-proċeduri f'ambjent elettroniku.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

Fil-Latvja jistgħu jintbagħtu dokumenti elettroniċi.

Skont id-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 dwar kwadru tal-Komunità għall-firem elettroniċi, il-qrati għandhom l-obbligu jaċċettaw dokumenti ffirmati elettronikament.

Il-leġiżlazzjoni domestika tal-Latvja dwar id-dokumenti elettroniċi, il-Liġi Dwar id-Dokumenti Elettroniċi, tgħid illi għall-finijiet tal-awtentikazzjoni, d-dokumenti ffirmati elettronikament għandu jkollhom dejta għall-awtentikazzjoni tad-dokument u l-identità tal-firmatarju; barra minn hekk, sabiex dokument jitqies li ġie ffirmat mill-persuna rilevanti, jrid jiġi ffirmat b'firma elettronika sigura. Fl-użu ta' dokumenti elettroniċi, is-sigurtà tad-dejta hija żgurata mill-fornituri tas-servizzi ta' firmi elettroniċi siguri skont id-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar id-Dokumenti Elettroniċi u r-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta personali fil-Latvja. Għall-korrispondenza mal-qorti permezz ta' firma elettronika jinħtieġ il-kunsens speċjali tal-persuna. Dan ifisser illi l-qorti tibgħat id-dokumenti min-naħa tagħha f'forma elettronika.

Għandu jingħad ukoll illi jistgħu jiġu mressqa kull tip ta' talbiet permezz ta' dokumenti ċertifikati b'firma elettronika sigura ħlief fejn il-liġi tistabbilixxi proċedura speċjali għall-bidu tal-proċedimenti. Il-proċedura għall-iskambju tad-dokumenti elettroniċi ma tapplikax għal ċerti tipi ta' kuntratt dwar il-propjetà immobbli, il-familja u l-liġi tas-suċċessjoni, u ċerti tipi ta' kuntratti ta' garanzija.

Il-leġiżlazzjoni xi kultant tispeċifika illi minbarra r-rekwiżiti l-oħra, dokument partikolari jkollu effett legali biss jekk ikollu siġill: f'każ ta' dokument elettroniku dan ir-rekwiżit jiġi sodisfat jekk id-dokument elettroniku jkollu firma elettronika sigura u timbru tal-ħin, jew firma elettronika biss jekk il-partijiet ftehmu bil-miktub illi d-dokumenti elettroniċi jistgħu jiġu ffirmati b'firma elettronika skont il-proċeduri stabbiliti fil-Liġi dwar id-Dokumenti Elettroniċi.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Mhemmx sit elettroniku speċjali maħsub għat-twettiq ta' dawn il-proċeduri f'ambjent elettroniku bi proċess uniformi.

Id-dokumenti tal-qorti jistgħu jiġu nnotifikati elettronikament jekk ir-rikorrent indika fir-rikors illi huwa lest juża l-posta elettronika kif ukoll posta oħra għall-korrispondenza mal-qorti.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Id-dokumenti tal-qorti, inklużi s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati elettronikament jekk ir-rikorrent ikun indika fir-rikors illi huwa lest juża l-posta elettronika kif ukoll posta oħra għall-korrispondenza mal-qorti.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Mhemmx sit elettroniku speċjali maħsub għat-twettiq ta' dawn il-proċeduri f'ambjent elettroniku bi proċess uniformi.

Għall-korrispondenza mal-qorti permezz ta' firma elettronika jinħtieġ il-kunsens speċjali tal-persuna. Dan ifisser illi l-qorti tibgħat id-dokumenti min-naħa tagħha f'forma elettronika.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Mhemmx sit elettroniku speċjali maħsub għat-twettiq ta' dawn il-proċeduri f'ambjent elettroniku bi proċess uniformi.

Għall-korrispondenza ma' bailiff jistgħu jintużaw dokumenti b'forma elettronika.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

Mhemmx sit elettroniku speċjali maħsub għat-twettiq ta' dawn il-proċeduri f'ambjent elettroniku bi proċess uniformi. Il-progress tal-kawża jista' jiġi segwit permezz tal-portal tal-qrati fuq l-internet, li joffri informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

Il-partijiet fil-kawża jistgħu jisimgħu rikording bl-awdjo tas-seduta tal-qorti permezz tal-portal tal-qrati https://tiesas.lv, Taqsima Manas lietas ("Il-kawżi tiegħi"), jekk il-qorti tkun daħħlet il-fajl awdjo fis-sistema ta' informazzjoni tal-qorti: meta l-fajls ikunu fis-sistema ta' informazzjoni tal-qorti, u d-dejta tiġi sinkronizzata, jiġu trasferiti fil-mekkaniżmu ta' distribuzzjoni tad-dejt fuq il-portal https://tiesas.lv darba kull 24 siegħa. Ladarba l-utent ikun reġistrat fuq il-portal, ikun jista' jaċċess l-informazzjoni għal dawk il-kawżi li fihom huwa reġistrat bħala waħda mill-partijiet, u f'dan il-każ jista' jiftaħ u jisma' l-fajls awdjo mehmuża mad-dokumenti tal-kawża. Parti fil-kawża tista' taċċessa t-taqsimaManas lietas ("Il-kawżi tiegħi") fil-portal https://tiesas.lv permezz ta' firma elettronika jew karta tal-identità elettronika, jew billi tibgħat applikazzjoni lill-Uffiċċju tal-Qrati (Tiesu administrācija) biex titlob għall-aċċess għal dawn id-drittijiet.

L-aħħar aġġornament: 24/03/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.