Ipproċessar onlajn ta’ każijiet u komunikazzjoni elettronika mal-qrati

Irlanda
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
Network Ġudizzjarju Ewropew (f'materji ċivili u kummerċjali)

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Iva.  Huwa possibbli li jinbdew ċerti proċedimenti, jiġifieri dawk li jinvolvu Talbiet Żgħar permezz tal-Internet.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

Il-pretendenti li jsegwu Talba Żgħira (jiġifieri ċerti talbiet għal valur massimu ta’ EUR 2 000) jistgħu jagħżlu li jipproċessaw it-talba tagħhom b’mod elettroniku. Il-proċedura għal Talbiet Żgħar hija metodu alternattiv ta’ kif tinbeda u tiġi ttrattata proċedura ta’ qorti ċivili fir-rigward ta’ talba żgħira. Dan huwa servizz ipprovdut mill-uffiċċji tal-Qrati Distrettwali u huwa maħsub biex jittratta t-talbiet tal-konsumaturi bl-irħis mingħajr l-involviment ta’ konsulent legali.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Il-faċilità hija disponibbli l-ħin kollu.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Le. L-unika dispożizzjoni hija li d-dettalji tat-talba ma għandhomx jaqbżu l-1,500 kelma.

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

L-informazzjoni tinżamm sigura permezz tal-użu ta’ firewalls, SSL (Secure Socket Layer) għall-komunikazzjoni, Sistema ta’ Detezzjoni ta’ Intrużjoni fil-web-hosting u s-sigurtà tal-kontijiet tal-utenti, eċċ.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Le.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

It-Tariffi tal-Qrati għal Talba Żgħira jitħallsu b’karta ta’ kreditu jew debitu u t-tariffa (EUR 25 fl-2012) hija l-istess għall-proċedimenti kemm elettroniċi kif ukoll mhux elettroniċi għal Talbiet Żgħar.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Iva. Jekk it-talba tkun għadha ma ġietx elenkata għall-qorti, talba tista’ tiġi rtirata billi tintbagħat ittra elettronika lir-Reġistratur tat-Talbiet Żgħar, fejn jintalab l-irtirar tat-talba.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Iva, huwa possibbli għall-konvenut li jirrispondi bl-użu tal-Internet.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

Ir-Reġistratur tat-Talbiet Żgħar irid jagħmel l-aħjar sforzi tiegħu sabiex isolvi t-talba qabel tiġi elenkata għas-smigħ quddiem l-Imħallef

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

It-talba tiġi ttrattata bħala mhux ikkontestata u l-pretendent jista’ jitlob għal sentenza fin-nuqqas ta’ komparuzzjoni

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

Le. Mhuwiex possibbli li tippreżenta dokumenti quddiem qorti b’mod elettroniku.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Le.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Le.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Le.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Le.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

Il-partijiet li jressqu t-talba jistgħu jsegwu l-istatus tat-talba tagħhom fuq l-internet.

Links relatati

https://www.csol.ie/ccms/welcome.html

L-aħħar aġġornament: 18/11/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna