Ipproċessar onlajn ta’ każijiet u komunikazzjoni elettronika mal-qrati

Estonja
Il-kontenut ipprovdut minn
European Judicial Network
Network Ġudizzjarju Ewropew (f'materji ċivili u kummerċjali)

1 Huwa possibbli li jinbdew proċeduri fil-qorti permezz tal-internet?

Iva, l-proċedimenti l-qorti jistgħu jinbdew bl-użu tas-sistema ta’ informazzjoni proċedurali e-File (the e-File system).

L-aċċess għas-sistema jinsab fuq https://etoimik.rik.ee/.

Vidjow li jispjega kif għandek tuża s-sistema e-File huwa disponibbli online: https://www.youtube.com/watch?v=Qu9azQs_Ctc&t=3s.

2 Jekk proċedura bħal din teżisti, għal-liema tipi ta' każijiet hija disponibbli? Hemm proċeduri li huma disponibbli biss permezz tal-internet?

Is-sistema e-File tista’ tintuża mill-partijiet fi proċedimenti ċivili u amministrattivi kif ukoll kif proċedimenti kriminali u dwar aġir ħażin. F’każ ta’ proċedimenti ċivili u amministrattivi l-qorti, tista’ tinbeda kawża u jitressqu dokumenti u appelli. Fi proċedimenti kriminali u ta’ aġir ħażin, jistgħu jiġu sottomessi numru limitat ta’ dokumenti għal proċedimenti eżistenti l-qorti.

L-ordnijiet ta’ ħlas għal dejn biex jiġi mħallas malajr jew talbiet ta’ manteniment jistgħu sottomessi biss bl-internet.

3 Din il-faċilità hija disponibbli f'kull ħin (jiġifieri 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-gimgħa) jew f’ħinijiet speċifiċi biss? Jekk hija disponibbli f'ħinijiet speċifiċi biss, x'inhuma dawn il-ħinijiet?

Iva, l-faċilità hija disponibbli l-ħin kollu.

4 Id-dettalji tat-talba għandhom ikunu pprovduti f'xi tip ta' format partikolari?

Sabiex tiftaħ kawża l-qorti, trid timla l-formoli provduti bid-dettalji, u ddaħħal it-testi u d-data. Dawn ivarjaw skont it-tip ta’ proċedimenti u t-talba, iżda kollha jieħdu l-istess forma: trid tipprovdi informazzjoni ġenerali dwar il-każ, dettalji dwar il-partijiet, dokumenti mehmuża mat-talba u dettalji marbuta mal-ħlas tat-tariffa tal-Istat.

Il-formola ta’ applikazzjoni għall-proċedura mħaffa għall-ordni ta’ ħlas hija aktar dettaljata, u t-talba sħiħa trid issir fil-forma ta’ metadata.

5 It-trasferiment u ż-żamma tad-dejta kif isiru b’mod fiż-żgur?

Sabiex is-sistema tagħraf lil persuna li qed taċċessa s-sistema, hija għandha tidħol fis-sistema e-File permezz tal-ID kard jew Mobile-ID. Il-portal huwa sikur. Meta jaċċessaw il-portal (b’ID-kard jew Mobile-ID), l-utenti jingħataw aċċess biss għall-proċedimenti u d-data li jikkonċernawhom. Min mhux involut fil-proċedimenti ma għandux aċċess għall-proċedimenti l-qorti ta’ nies oħra. Id-data tiġi trażmessa permezz tas-saff ta’ skambju tad-data tas-sistema nazzjonali ta’ informazzjoni, X-Road. Huwa ambjent tekniku u organizzazzjonali li jippermetti l-iskambju sigur tad-data bbażat fuq l-Internet bejn is-sistemi ta’ informazzjoni tal-Istat.

6 Huwa meħtieġ li tintuża xi tip ta' firma elettronika u/jew sistema li biha jiġi rreġistrat il-ħin?

Jekk il-liġi teħtieġ li ċerti tipi ta’ dokumenti jkunu ffirmati, dan isir elettronikament b’ID-kard. Id-dokumenti proċedurali jistgħu jintbagħtu permezz tas-sistema e-File b’firma diġitali. Jekk il-każ jitressaq il-qorti, is-sistema e-File awtomatikament iżżomm id-data li fiha nbeda l-każ il-qorti. Persuna li tippreżenta dokument li bih tinfetaħ kawża l-qorti jew dokument proċedurali ieħor lil qorti permezz tas-sistema e-File tintbagħtilha konferma awtomatika tal-wasla tad-dokument bid-data u l-ħin li fih il-qorti rċeviet id-dokument.

7 Għandhom jitħallsu xi tariffi tal-qrati? Jekk iva, kif jistgħu jitħallsu u hemm xi differenzi bejnhom u bejn it-tariffi għall-proċeduri mhux elettroniċi?

It-tariffa tal-Istat trid titħallas għat-twettiq ta’ kull kompitu li skont il-liġi huwa soġġett għal tariffa tal-Istat. B’mod ġenerali, it-tariffa tal-Istat trid titħallas qabel ma jsir rikors biex jitwettaq l-att. It-tariffi tal-Istat jistgħu jitħallsu permezz ta’ ħolqa għal bank fis-sistema e-File, kif ukoll barra s-sistema permezz ta’ servizzi bankarji onlajn jew fil-fergħat tal-bank.

8 Huwa possibbli li wieħed jirtira talba li l-proċeduri dwarha jkunu nbdew permezz tal-internet?

Ir-rikorrent jista’ jirtira talba sa tmiem il-proċedimenti preliminari jekk jippreżenta talba ta’ rtirar lill-qorti. Bil-kunsens tal-konvenut, kawża tista’ tiġi rtirata sakemm ma tkunx għadha daħlet fis-seħħ id-deċiżjoni tal-qorti. Il-qorti jenħtieġ li tiġi infurmata bl-irtirar tal-kawża bil-miktub jew għandha ssir nota fil-minuti. It-talba tista’ tiġi ppreżentata wkoll permezz tas-sistema e-File.

9 Jekk ir-rikorrent jibda proċeduri permezz tal-internet, huwa possibbli u/jew obbligatorju li l-intimat jirrispondi permezz tal-internet ukoll?

Ir-risposta m’hemmx għalfejn issir permezz tal-Internet. Il-konvenut jista’ jwieġeb bl-Internet, elettronikament jew bil-miktub.

10 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat jirrispondi għat-talba?

M’hemmx differenza bejn il-proċedimenti mibdija bl-Internet jew b’mezzi oħra. Kif jiġu trattati l-proċedimenti jiddependi mill-azzjoni sussegwenti li tittieħed mill-korp li qed imexxi l-proċedimenti, u jista’ jvarja skont it-tip ta’ proċedimenti, kif ukoll skont it-tip ta’ talba.

Jekk fil-proċedura mħaffa ta’ ordni għal ħlas id-debitur idaħħal oġġezzjoni, il-qorti tkompli tisma’ l-każ jew ittemm il-proċedimenti. Dan jiddependi mix-xewqat tar-rikorrent.

Il-kwistjonijiet ċivili jistgħu jiġu deċiżi permezz ta’ proċedimenti bil-miktub jekk il-partijiet jippreżentaw talba għal dan il-għan, jew il-qorti tista’ tiddeċiedi li l-kwistjoni għandha tinstema’ waqt seduta quddiemha. Il-proċedura li tiġi segwita tiddependi mit-tip ta’ każ u l-oġġezzjonijiet ippreżentati mill-konvenut.

11 Fir-rigward tal-proċedura elettronika, x'jiġri jekk l-intimat ma jirrispondix għat-talba?

F’każ ta’ ordni għal ħlas fi proċedura mħaffa, jekk il-konvenut ma jweġibx għal propost ta’ ħlas, jiġifieri ma jippreżentax oġġezzjoni, il-qorti toħroġ ordni ta’ ħlas għall-ammont mitlub. Din l-ordni tiġi eżegwita minnufih, għalhekk il-qorti trid tkun żgura li l-konvenut irċieva l-proposta ta’ ħlas.

Fi proċedimenti ċivili oħra, fejn il-qorti tkun ordnat lill-konvenut biex iwieġeb sa data preċiża, iżda huwa jonqos milli jagħmel dan, il-qorti tista’ f’ċerti każijiet tagħti deċiżjoni f’kontumaċja fuq talba tar-rikorrent, Jekk il-qorti ma taħsibx li dan huwa possibbli, tista’ tistabbilixxi skadenza ġdida għat-tweġiba tal-konvenut, jew għal seduta tal-qorti oħra. Talba għal sentenza f’kontumaċja tista’ titressaq flimkien ma’ rikors. Il-qorti ma tagħtix sentenzi f’kontumaċja fil-każijiet stabbiliti mil-liġi.

12 Huwa possibbli li wieħed iressaq dokumenti quddiem il-qorti b'mod elettroniku u jekk dan huwa possibbli f’liema proċeduri u b’liema kundizzjonijiet jista' jsir?

It-talbiet u d-dokumenti jistgħu jiġu ppreżentati l-qorti elettronikament b’email jew permezz is-sistema ta’ informazzjoni (sistema e-File) maħluqa apposta għal dan il-għan.

Id-dokumenti kollha marbuta ma’ proċedimenti ċivili u amministrattivi jistgħu jiġu ppreżentati bis-sistema e-File, kif ukoll numru limitat ta’ dokumenti fi proċedimenti kriminali u dwar aġir ħażin. Id-dokumenti proċedurali jistgħu jintbagħtu permezz tas-sistema e-File b’firma diġitali.

13 Id-dokumenti ġudizzjarji, b'mod partikolari s-sentenzi, jistgħu jiġu nnotifikati permezz tal-internet?

Is-sentenzi tal-qorti, id-deċiżjonijiet u ċ-ċitazzjonijiet jistgħu jiġu nnotifikati lill-parteċipanti fil-proċedimenti elettronikament jew permezz tas-sistema e-File jew permezz tal-indirizz prinċipali tal-posta elettronika tal-parteċipant jew kull indirizz tal-posta elettronika ieħor li bih ġiet mgħarrfa l-qorti. Id-destinatarju ta’ dokument jrid jinnotifika l-qorti tal-wasla tad-dokument jekk ikun intbagħat b’email, filwaqt li jekk dokument ġie notifikat permezz tas-sistema e-File, id-data li fiha d-destinatarju jirċevih u jiftħu tiġi reġistrata awtomatikament.

14 Id-deċiżjoniet ġudizzjarji jistgħu jingħataw b'mod elettroniku?

Fi proċedimenti ċivili u amministrattivi, il-qorti tista’ tagħti deċiżjoni b’mod elettroniku, tipproteġiha bil-firma elettronika tal-imħallef jew b’mod teknikament sikur ieħor.

Fi proċedura mħaffa għal ordni għal ħlas, id-dokumenti tal-qorti kollha, inkluż id-deċiżjonijiet, jinħolqu awtomatikament f’sistema ta’ informazzjoni.

15 Jista' jsir appell permezz tal-internet u d-deċiżjoni li tittieħed fih tista' tiġi nnotifikata permezz tal-internet?

Appell jista’ jiġi ppreżentat permezz tas-sistema e-File kif ukoll l-għoti ta’ deċiżjonijiet rilevanti fi proċedimenti ċivili u amministrattivi.

16 Jistgħu jinbdew proċeduri ta' eżekuzzjoni permezz tal-internet?

Il-proċedimenti l-qorti jistgħu jinbdew permezz tas-sistema e-File. Tista’ ssir tiftixa għal dokumenti addizzjonali msemmija fl-Artikoli 2(1)(1)-(4) tal-Att dwar l-Eżekuzzjoni fis-sistema e-File, mbagħad jimtela r-rikors għall-eżekuzzjoni u jekk ikun meħtieġ xi fajls addizzjonali. Rikors komplut għall-eżekuzzjoni jrid jiġi ffirmat elettronikament mir-rikorrent. Ir-rikors imbagħad jintbagħat flimkien mad-dokument addizzjonali magħżul u l-fajls addizzjonali lill-indirizz tal-posta elettronika lill-marixxall.

17 Il-partijiet jew ir-rappreżentanti legali tagħhom jistgħu jikkonsultaw il-każijiet onlajn? Jekk iva, kif?

Tista’ ssegwi l-każijiet online permezz tas-sistema e-File. L-utent irid jaċċessa s-sistema bl-użu ta’ ID kard jew ID b’app fuq il-mowbajl, biex jiżgura li tiġi vverifikata l-identità tiegħu. Fi proċedimenti ċivili u amministrattivi, id-dokumenti kollha mhux immarkati bħala kunfidenzjali minħabba informazzjoni personali dwar l-identità u li huma disponibbli jarawhom il-partijiet fuq is-sistema.

Il-proċedura mħaffa għal ordnijiet għal ħlas tista’ ssegwiha bi sħiħ permezz tas-sistema e-File.

Għal każijiet kriminal u dwar aġir ħażin, is-sistema e-File turi biss informazzjoni limitata.

Ħoloq relatati

Is-sistema e-File

https://www.e-toimik.ee/

Portal Jurist Aitab - il-preżentata ta’ talbiet fil-qrati

https://v1.juristaitab.ee/et/oigusnoustamine

Is-sistema ġudizzjarja Estonjana

https://www.kohus.ee/en/estonian-courts/estonian-court-system

Riigi Teataja [Gazzetta tal-Gvern]

https://www.riigiteataja.ee

L-aħħar aġġornament: 31/01/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.