Ipproċessar onlajn ta’ każijiet u komunikazzjoni elettronika mal-qrati

Informazzjoni dwar l-istatus attwali għall-komunikazzjoni elettronika mal-qrati nazzjonali.

F’dawn l-aħħar snin iktar u iktar Stati Membri introduċew bidliet fil-liġijiet li jippermettu l-użu ta’ teknoloġiji moderni tal-komunikazzjoni u l-informazzjoni fi proċedimenti ġudizzjarji ċivili. Dawn il-bidliet jippermettu l-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u l-partijiet ikkonċernati mill-proċeduri permezz ta' mezzi ġodda bħalma huwa l-internet.

F’xi każijiet il-proċeduri jistgħu jinbdew permezz ta' applikazzjoni elettronika mibgħuta lill-qorti permezz tal-internet mill-parti li ressqet l-ilment; f’każijiet oħra, il-qrati għandhom l-awtorità li jinnotifikaw dokumenti ġudizzjarji elettronikament lill-partijiet; u f’każijiet oħra l-komunikazzjonijiet kollha jsiru elettronikament. Hemm xi Stati Membri, fejn l-użu tal-internet għall-finijiet ta’ komunikazzjoni huwa aċċettat għal kważi kull tip ta’ proċediment ċivili, filwaqt li f’oħrajn huwa ristrett għal ċerti tipi speċjali ta’ proċedimenti.

L-użu ta’ teknoloġiji moderni ta’ komunikazzjoni fi proċedimenti ċivili ma għandux jipperikola d-drittijiet fundamentali tal-partijiet involuti. L-aċċess għall-ġustizzja ma jistax jiġi evitat permezz tal-fatt li ċertu mezz ta’ komunikazzjoni tat-teknoloġija ma jkunx disponibbli għal parti. Barra minn hekk, il-leġiżlazzjoni nazzjonali għandha tiżgura li l-komunikazzjoni permezz tal-internet ma theddidx il-protezzjoni xierqa ta’ dejta sensittiva użata fil-kors tal-proċedimenti.

Jekk jogħġbok agħżel il-bandiera tal-pajjiż rilevanti biex tikseb informazzjoni nazzjonali dettaljata.

L-aħħar aġġornament: 30/05/2023

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.