Time limits on procedures

When you are involved in a civil dispute and think you may have to litigate, you must be aware that there is certain deadline for taking action.

All modern legal systems including those of the 28 Member States provide for the temporal limitation of civil claims. The laws governing limitation or prescription periods vary greatly with respect to the length of the time limits, when exactly the time limit starts and depending on which act or event suspends or interrupts the time limit. The law applicable to the claim also governs the limitation period affecting the claim.

Please select the relevant country's flag to obtain detailed national information.

Last update: 18/01/2019

This page is maintained by the European Commission. The information on this page does not necessarily reflect the official position of the European Commission. The Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice with regard to copyright rules for European pages.

Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - Bulgarija

1 X’inhuma t-tipi ta' skadenzi rilevanti għall-proċeduri ċivili?

A) Id-dritt għall-protezzjoni ġudizzjarja ta’ drittijiet sostantivi suġġettivi huwa rregolat bil-limitazzjoni u l-perjodi perentorji stabbiliti mil-liġi.

Il-perjodu ta’ limitazzjoni huwa l-perjodu ta’ inattività tad-detentur ta’ dritt suġġettiv, li l-iskadenza tiegħu jillikwida l-abbilità tiegħu / tagħha biex ifittxu protezzjoni legali ta’ dak id-dritt. L-iskadenza tat-tali perjodu ta' limitazzjoni jillikwida mhux biss id-dritt sostantiv, iżda wkoll ud-dritt assoċjat ta’ azzjoni u d-dritt ta’ infurzar. Il-limitazzjoni mhijiex applikata uffiċjalment iżda biss wara oġġezzjoni mid-debitur quddiem il-qorti kompetenti jew bailiff.

Ir-regoli ta’ durata, waqfien u sospensjoni ta’ perijodi ta' limitazzjoni huma stipulati fl-Att dwar l-Obbligi u l-Kuntratti (OCA). Perjodu ta' limitazzjoni ġenerali ta’ ħames snin huwa stabbilit għat-talbiet kollha mingħajr limiti ta’ żmien speċjali. (l-Artikolu 110 OCA)

Perjodu ta' limitazzjoni ta’ tliet snin huwa stabbilit għal tliet gruppi ta’ talbiet (l-Artikolu 111 OCA):

  • talbiet għal remunerazzjoni li għalihom ma hemm previst ebda perjodu ta' limitazzjoni
  • talbiet għal indennizz u kumpens li jirriżultaw minn kuntratt mhux imwettaq
  • talbiet għal kera, imgħax u pagamenti perjodiċi oħra

Perjodu ta' limitazzjoni ta’ tliet snin huwa wkoll stabbilit għad-dritt biex tintalab invalidazzjoni statutorja ta’ kuntratti konklużi bi żball, jew bħala riżultat ta’ frodi jew theddid, kif ukoll kuntratti konklużi minn persuni inkapaċitati jew ir-rappreżentanti tagħhom mingħajr ma jissodisfaw ir-rekwiżiti rilevanti.

Perjodu ta' limitazzjoni ta’ sena huwa stabbilit għad-dritt biex tintalab invalidazzjoni statutorja ta’ kuntratt konkluż minħabba neċessità eċċezzjonali jew kundizzjonijiet ovvjament sfavorevoli (l-Artikolu 33 OCA)

Perjodu ta' limitazzjoni ta’ sitt xhur huwa previst għal pretensjonijiet dwar in-nuqqas ta’ bejgħ ta’ beni immobbli jew nuqqas ta’ ħila fix-xogħol f’kuntratt ta’ manifattura, barra minn xogħlijiet ta' kostruzzjoni fejn il-pretensjoni hija llikwidata fi ħdan it-terminu ġenerali ta’ ħames snin (l-Artikolu 265 OCA)

Il-perijodu ta' limitazzjoni jibda maż-żmien ta’ oriġini tad-dritt għal azzjoni li tiddependi minn natura tad-dritt sostantiv ikkonċernat. Dan jista’ ikun iż-żmien meta l-obbligu kuntrattwali jkun sar pagabbli, jew iż-żmien meta l-att kundannabbli jkun ġie mwettaq, jewiż-żmien ta’ identifikazzjoni ta’ min ikun wettaq ir-reat, jew iż-żmien tar-ritorn tal-oġġett fi pretensjoni għal difetti, eċċ.

Il-perjodu ta' limitazzjoni ma jistax jiġi mqassar jew imtawwal bil-kunsens tal-partijiet.

Il-perjodu ta' limitazzjoni jista’ jiġi mwaqqaf u sospiż.

Il-perjodu ta' limitazzjoni jieqaf milli jiddekorri fil-każijiet stipulati b’mod eżawrjenti fl-Artikolu 115 OCA:

  • bejn it-tfal u l-ġenituri, meta dawn tal-aħħar ikunu qed jeżerċitaw id-drittijiet parentali tagħhom;
  • bejn il-persuni li huma taħt kurazija jew tutela u l-kuraturi jew it-tuturi tagħhom sakemm dik il-kurazija jew it-tutela tippersisti;
  • bejn il-konjuġi;
  • għal pretensjonijiet ta’ persuni li l-proprjetà tagħhom, bil-liġi jew bl-ordni tal-qorti, hija suġġetta għal amministrazzjoni, kontra l-amministratur sakemm tibqa’ dik l-amministrazzjoni;
  • għal pretensjonijiet dwar kumpens ta’ entitajiet ġuridiċi kontra l-maniġers tagħhom filwaqt li dawn tal-aħħar ghadhom fil-kariga;
  • għal pretensjonijiet ta’ minorenni u persuni taħt sistema ta' trażżin għall-perjodu ta’ assenza ta’ rappreżentanza legali jew trustee, u sitt xhur wara l-ħatra tat-tali persuna, jew wara li l-inkapaċità tkun ġiet fit-tmiem tagħha;
  • sakemm il-proċedimenti rigward il-pretensjoni jkunu fis-seħħ.

Fit-tali każijiet, il-parti hija mċaħħda temporanjament u legalment mill-abbilità li teżerċita’ id-dritt għal azzjoni. Il-perjodu ta' limitazzjoni li jiddekorri sakemm is-sospensjoni tibqa’ fis-seħħ u jkompli jiddekorri wara li tkun għaddiet iċ-ċirkustanza li kkawżat is-sospensjoni.

Il-perjodu ta' limitazzjoni huwa sospiż fil-każijiet segwenti:

  • bir-rikonoxximent tad-debitur tal-pretensjoni
  • bi pretensjoni jew oġġezzjoni, jew bi pretensjoni għal konċiljazzjoni; madankollu, jekk il-pretensjoni jew l-oġġezzjoni mhijiex iġġustifikata, il-perjodu ta' limitazzjoni mhuwiex meqjus li jkun ġie interrott
  • billi ssir pretensjoni fil-proċedimenti ta' insolvenza
  • billi jittieħdu azzjonijiet ta’ infurzar

F'dawn il-każijiet, il-perjodu li jiddekorri miż-żmien ta’ oriġini tad-dritt għal azzjoni sas-sospensjoni tal-limitazzjoni jitlef ir-rilevanza legali tiegħu u perjodu ta' limitazzjoni ġdid jibda jiddekorri. Meta s-sospensjoni hija mwettqa permezz ta’ pretensjoni jew oġġezzjoni, il-liġi tistabbilixxi wkoll konsegwenza importanti oħra: il-perjodu ta' limitazzjoni ġdid li jibda jiddekorri wara s-sospensjoni huwa dejjem ta’ ħames snin.

Il-perjodi ta’ żmien assoluti (preklużjoni) huma dawk li mal-iskadenza tagħhom id-drittijiet sostantivi stess jiskadu. Dawn il-perjodi ta’ żmien jibdew jiddekorru minn żmien ta’ oriġini tad-dritt sostantiv, u mhux miż-żmien ta’ oriġini tad-dritt ta’ azzjoni.

Il-perjodi assoluti ma jistgħux jitwaqqfu jew jiġu sospiżi bħal perjodi ta' limitazzjoni.

Huma applikati uffiċjalment mill-qorti jew minn bailiff, u meta ma ssir ebda oġġezzjoni mid-debitur.

It-tali perjodi ta’ żmien jinkludu: il-perjodu ta’ tliet xhur li fih id-detentur ta' pleġġ jew self ipotekarju jista’ joġġezzjona jekk il-pagament ta’ indennizz ta’ assigurazzjoni jsir lis-sid tal-oġġett, u mhux lilu / lilha; il-perjodu ta’ xahrejn li fih koproprjetarju jista’ iressaq azzjoni għax-xiri ta’ oġġett kondiviż jekk il-koproprjetarju l-ieħor biegħ is-sehem tiegħu / tagħha lil parti terza; il-perjodu ta’ sena għat-tressiq ta’ azzjoni biex tiġi kkanċellata donazzjoni, eċċ.

B) Il-perjodi ta’ żmien għall-prestazzjoni ta’ ċerti azzjonijiet proċedurali mill-partijiet u l-qorti fi proċedimenti għal pretensjonijiet, u kif ukoll fi proċedimenti ta’ infurzar, huma stabbiliti mill-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (CPC). It-termini għall-prestazzjoni ta’ azzjonijiet proċedurali fi proċedimenti ta' insolvenza huma stabbili mill-Att dwar il-Kummerċ (CA).

Fir-rigward tal-partijiet, l-ommissjoni tal-iskadenza tirriżulta fil-likwidazzjoni tad-dritt li jwettqu l-azzjoni proċedurali rilevanti. In-nuqqas ta’ osservanza tal-iskadenza mill-qorti ma jikkostitwixxix impediment biex titwettaq l-azzjoni proċedurali aktar tard billi din għadha debita.

It-termini sabiex jitwettqu l-azzjonijiet proċedurali mill-partijiet huma dawk li huma stabbiliti mil-liġi, u dawk stabbiliti mill-qorti.

It-termini stabbiliti mil-liġi (termini legali) jinkludu:

  • it-terminu għal rimedju ta’ irregolaritajiet tad-dikjarazzjoni ta' pretensjoni (ġimgħa mill-komunikazzjoni lill-parti - l-Artikolu 129(2) CPC)
  • it-terminu għar-replika għall-pretensjoni tal-konvenut, għall-ispeċifikar ta’ evidenza, għall-kontestazzjoni tal-veraċità tal-evidenza fid-dikjarazzjoni tal-pretensjoni, sabiex issir kontrotalba, għall-introduzzjoni ta’ parti terzi (aċċessorji) mill-konvenut u t-tressiq ta’ kawżi kontrihom, u għall-oġġezzjoni kontra l-proċedura stabbilità mil-qorti biex tikkunsidra l-proċedimenti. Dan jibda jiddekorri mir-riċeviment tal-kopja tad-dikjarazzjoni tal-pretensjoni mill-konvenut, u huwa xahar jew xahrejn skont jekk il-proċedimenti humiex taħt il-proċedura ġenerali jew il-proċedura speċjali tal-pretensjonijiet (l-Artikolu 131, l-Artikolu 133, l-Artikolu 367 CPC)
  • it-terminu sabiex tintalab dikjarazzjoni addizzjonali mill-pretendent fi proċedimenti dwar disputi kummerċjali - perjodu ta’ ġimagħtejn mir-riċeviment tar-risposta tal-konvenut (l-Artikolu 372 CPC)
  • it-terminu għar-risposta għad-dikjarazzjoni addizzjonali mill-konvenut fi proċedimenti dwar disputi kummerċjali - perjodu ta’ ġimagħtejn mir-riċeviment tad-dikjarazzjoni addizzjonali tal-pretensjoni (l-Artikolu 373 CPC)
  • it-terminu għall-appell kontra d-deċiżjonijiet mogħtija mill-qorti - perjodu ta’ ġimagħtejn min-notifika tad-deċiżjoni lill-parti (l-Artikolu 259 CPC)
  • it-terminu għar-risposta għall-appell mill-parti opposta u għas-sottomissjoni ta’ kontrappell - perjodu ta’ ġimagħtejn mir-riċeviment ta’ kopja tal-appell (l-Artikolu 263 CPC)
  • it-terminu għall-appell ta’ kassazzjoni kontra d-deċiżjonijiet mogħtija mill-qorti - perjodu ta’ ġimgħa min-notifika tad-deċiżjoni lill-parti (l-Artikolu 283 CPC)
  • it-terminu għall-appell kontra deċiżjonijiet mogħtija mill-qorti - perjodu ta’ ġimgħa mill-komunikazzjoni tagħhom lill-parti, u jekk ikunu ngħataw f’seduta ta' smigħ tal-qorti li fiha l-parti tkun preżenti, it-terminu jiddekorri mid-data tas-smigħ (l-Artikolu 275 CPC)
  • it-terminu għas-sottomissjoni ta’ rikors għall-kanċellazzjoni ta’ deċiżjoni infurzata - perjodu ta’ tliet xhur mill-okkorrenza tar-raġunament għall-kanċellazzjoni tagħha (l-Artikolu 305 CPC)
  • it-terminu li fih il-parti tista’ titlob għar-rekuża tal-imħallef - l-ewwel seduta ta' smigħ wara l-okkorrenza tar-raġunament għar-rekuża, jew minn meta l-parti ssir taf dwaru (l-Artikolu 23 CPC)
  • it-terminu li fih il-parti tista’ tressaq oġġezzjoni għal nuqqas ta’ ġuriżdizzjoni esklużiva - sakemm jispiċċaw il-proċedimenti fit-tieni istanza (l-Artikolu 119 CPC)
  • it-terminu li fih parti tista’ tressaq oġġezzjoni għan-nuqqas ta’ ġuriżdizzjoni lokali billi tiġi lokalizzata l-proprjetà immobbli - sakemm tispiċċa l-inkjesta ġudizzjarja fl-ewwel istanza (l-Artikolu 119 CPC), u fil-każijiet l-oħra ta’ ksur tar-regoli ta’ ġuriżdizzjoni lokali, tista’ titressaq oġġezzjoni biss mill-parti konvenuta fi ħdan il-perjodu għar-risposta tar-rikors (l-Artikolu 119 CPC)
  • it-terminu li fih il-pretendent jista’ jirtira’ id-dikjarazzjoni tal-pretensjoni mingħajr il-kunsens tal-parti konvenuta - sakemm jispiċċa s-smigħ tal-ewwel qorti (l-Artikolu 232 CPC)
  • it-terminu li fih parti tista’ tissottometti rikors inċidentali - fl-ewwel seduta ta' smigħ għall-pretendent u fi ħdan il-perjodu għar-risposta għad-dikjarazzjoni tal-pretensjoni mill-parti konvenuta (l-Artikolu 212 CPC)
  • it-terminu għall-kontestazzjoni tal-veraċità ta’ dokument - bir-replika għall-azzjoni legali li hija ppreżentata magħha, l-aktar tard, u jekk ippreżentata mad-dikjarazzjoni tal-pretensjoni, il-parti konvenuta għandha tikkontestaha bir-replika bil-miktub tagħha (l-Artikolu 193 CPC)
  • it-terminu biex issir oġġezzjoni kontra ordni ta' pagament - perjodu ta’ ġimagħtejn min-notifika tal-ordni (l-Artikolu 414 CPC)
  • it-terminu biex jsir appell minn rifjut biex jinħareġ ordni ta' pagament - perjodu ta’ ġimgħa mill-komunikazzjoni lill-petizzjonant (l-Artikolu 413 CPC)
  • it-terminu biex isir appell minn ordni biex jinħareġ mandat ta’ eżekuzzjoni - perjodu ta’ xahrejn li jiddekorri minn notifika tal-ordni għall-petizzjonant, u minn notifika tat-talba għal konformità volontarja għad-debitur (l-Artikolu 407 CPC)
  • it-terminu għal konformità volontarja mid-debitur fil-proċedimenti ta’ infurzar - perjodu ta’ ġimagħtejn minn notifika tat-talba mill-bailiff (l-Artikolu 428 CPC)
  • it-terminu għall-appell mill-azzjonijiet tal-bailiff - perjodu ta’ ġimgħa mill-prestazzjoni tal-azzjoni jekk il-parti kienet preżenti għal dik il-prestazzjoni, jew jekk kienet regolarment imħarrka, u f’każijiet oħra - mid-data tal-avviż formali (l-Artikolu 436 CPC)
  • it-terminu għas-sottomissjoni tal-pretensjoni fi proċedimenti ta' insolvenza - fi żmien xahar, u fi żmien tliet xhur, rispettivament, mill-inklużjoni fir-reġistru kummerċjali tad-deċiżjoni li jinbdew proċedimenti ta' insolvenza (l-Artikolu 685 u l-Artikolu 688 CA)
  • it-terminu biex jiġi applikat pjan ta' rkupru - fi żmien xahar mid-data tal-inklużjoni fir-reġistru kummerċjali tad-deċiżjoni tal-qorti għall-approvazzjoni tal-lista ta’ pretensjonijiet aċċettati (l-Artikolu 696 CA)
  • it-terminu biex isiru l-oġġezzjonijiet kontra l-lista ta’ pretensjonijiet aċċettati - perjodu ta’ sebat ijiem mill-iżvelar tal-lista fir-reġistru kummerċjali (l-Artikolu 690 CA)
  • it-terminu għas-sottomissjoni ta’ oġġezzjonijiet kontra l-kont allokat imħejji mill-amministratur tal-insolvenza - perjodu ta’ erbatax-il jum mill-inklużjoni tal-kont fir-reġistru kummerċjali (l-Artikolu 727 CA)
  • terminu ieħor

It-termini stabbiliti mill-qorti jinkludu:

  • it-terminu għall-ġbir tal-evidenza (l-Artikolu 157 CPC)
  • it-terminu għall-iddepożitar tal-ispejjeż għall-ġbir tal-evidenza (taħrika tax-xhieda, pagament ta’ benefiċċju għal xhieda esperti, eċċ.) - (l-Artikolu 160 CPC)
  • it-terminu għar-rimedju tal-irregolarità ta’ azzjoni proċedurali mwettqa mill-parti (l-Artikolu 101 CPC)
  • terminu ieħor

It-termini huma diviżi wkoll f’żewġ tipi skont jekk dawn jistgħux jiġu estiżi mill-qorti, jew din l-opzjoni hija eskluża.

2 Il-lista tal-jiem varji li mhumiex meqjusa jiem tax-xogħol skont ir-Regolament (KEE, Euratom) nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971.

Il-btajjel pubbliċi jinkludu:

l-1 ta’ Jannar - l-Ewwel tas-Sena

it-3 ta’ Marzu - Jum il-Liberazzjoni - Festa Nazzjonali;

l-1 ta’ Mejju - Jum il-Ħaddiem;

is-6 ta’ Mejju - Jum San Ġorġ, Jum il-Kurraġġ u l-Armata Bulgara;

l-24 ta’ Mejju - Jum l-Edukazzjoni u l-Kultura Bulgara u l-Litteratura Slavonika;

is-6 ta’ Settembru - Jum l-Unifikazzjoni;

it-22 ta’ Settembru - Jum l-Indipendenza;

l-1 ta’ Novembru - Jum il-Mexxejja Nazzjonali - jum ta’ nuqqas ta' dehra għall-istituzzjonijiet edukattivi kollha;

l-24 ta’ Diċembru - Lejlet il-Milied, il-25 u s-26 ta’ Diċembru - il-Milied;

il-Ġimgħa l-Kbira, is-Sibt Qaddis u l-Għid il-Kbir - jumejn (il-Ħadd u t-Tnejn), li huma stabbiliti għal ċelebrazzjoni fis-sena rispettiva.

Il-Kunsill tal-Ministri jista’ jiddikjara wkoll, f’okkażjoni waħda biss, jiem oħra għall-btajjel pubbliċi, jiem għaċ-ċelebrazzjoni ta’ uħud mill-professjonijiet, u kif ukoll bħala jiem ta’ xift mhux tax-xogħol matul is-sena.

3 Liema huma r-regoli ġenerali li japplikaw għall-iskadenzi fir-rigward ta’ proċeduri ċivili differenti?

Ir-regoli ġenerali dwar it-termini għat-twettiq ta’ azzjonijiet proċedurali mill-partijiet u mill-qorti fi proċedimenti għal pretensjonijiet, kif ukoll fi proċedimenti ta’ infurzar, huma stabbiliti mill-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili tal-2007 (CPC). Informazzjoni dettaljata dwar ir-regoli ġenerali stabbiliti fil-Kapitolu Sebgħa tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili “Termini u rkupru ta’ termini” hija ppreżentata fir-risposti għad-Domandi 4, 5 u 6.

Ir-regoli ġenerali dwar il-perjodi ta' limitazzjoni huma stabbiliti fl-Artikolu 110 et seq. tal-Att dwar l-Obbligi u l-Kuntratti. Informazzjoni dettaljata dwarhom tingħata fir-risposta għad-Domanda 1.

Ir-regoli ġenerali dwar it-termini għas-issodisfar tal-obbligi li jirriżultaw minn relazzjonijiet ta’ obbligi huma stabbiliti fl-Artikoli 69-72 tal-Att dwar l-Obbligi u l-Kuntratti.

4 Meta jkun meħtieġ li att jew formalità jitwettqu fi żmien stabbilit minn qabel, dan meta jibda jiddekorri?

Il-punt tat-tluq li minnu t-terminu biex tittieħed xi azzjoni proċedurali jibda jiddekorri huwa ġeneralment id-data li fiha l-parti tiġi informata li hija għandha twettaq dik l-azzjoni, jew tiġi nnotifikata konsegwentement ta’ att deċiż mill-qorti li kontrih jista’ isir ilment.

  • it-terminu għal rimedju ta’ kull irregolarità tad-dikjarazzjoni tal-pretensjoni jiddekorri mid-data li fiha l-istruzzjonijiet tal-qorti huma kkomunikati lill-parti.
  • it-terminu għal replika bil-miktub għad-dikjarazzjoni tal-pretensjoni mill-konvenut jiddekorri mir-riċeviment ta’ kopja tad-dikjarazzjoni tal-pretensjoni u l-evidenza mehmuża magħha, u fl-avviż formali li bih il-qorti tibgħat il-kopji lill-konvenut hija trid tispeċifika t-terminu għar-replika u l-konsegwenzi fin-nuqqas li dan isir.
  • it-terminu biex isir appell mis-sentenza jiddekorri min-notifika tagħha lill-parti.
  • it-terminu biex isir appell minn sentenza deċiża f’kawża kkunsidrata taħt il-proċedura “Proċedimenti Sommarji” (It-Tielet Parti, Kapitolu 25 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili) jiddekorri mid-data li fiha l-qorti tkun iddikjarat li hija se tagħti s-sentenza tagħha.
  • it-terminu għall-appell mis-sentenza jiddekorri mill-komunikazzjoni tagħha lill-parti, u jekk tkun ingħatat f’seduta ta' smigħ tal-qorti li fiha l-parti tkun preżenti, it-terminu jiddekorri mid-data tas-seduta ta’ smigħ.
  • l-appell mill-azzjonijiet ta’ bailiff għandu jitressaq f’perjodu ta’ ġimgħa mill-prestazzjoni tal-azzjoni jekk il-parti kienet preżenti għal dik il-prestazzjoni, jew jekk kienet regolarment imħarrka, u f’każijiet oħra - mid-data tal-komunikazzjoni.
  • it-termini fi proċedimenti ta' insolvenza jiddekorru mid-divulgazzjoni tal-azzjoni rilevanti tal-amministratur tal-insolvenza (pereżempju, it-tlestija ta’ lista ta’ kredituri bi pretensjonijiet aċċettati), jew minn att tal-qorti fir-Reġistru Kummerċjali.

Hemm wkoll termini li jibdew jiddekorru mill-mument tat-tħejjija tal-proċedimenti tal-pretensjonijiet, peress li l-liġi tistabbilixxi biss iż-żmien aħħari għall-prestazzjoni tagħhom.

Pereżempju:

  • il-pretendent jista’ ibiddel ir-raġunijiet jew il-petizzjoni tat-talba tiegħu jew jirtira t-talba mingħajr il-kunsens tal-parti konvenuta sat-tlestija tal-ewwel seduta ta' smigħ fil-kawża,
  • kull werriet fil-proċedimenti ta’ partizzjoni jista’, mal-ewwel seduta ta' smigħ, jitlob permezz ta’ rikors bil-miktub li jkollu proprjetà addizzjonali inkluża bħala suġġetta għall-partizzjoni, eċċ.

5 Il-bidu tad-dekorrenza jista’ jiġi affettwat jew modifikat mill-metodu ta’ trażmissjoni jew ta’ notifika tad-dokumenti (servizz personali minn marixxall jew servizz postali)?

It-terminu jibda jiddekorri minn meta ssir in-notifika lill-parti. Iż-żmien li matulu l-avviż formali lill-parti jkun meqjus li jkun ġie nnotifikat b’mod adegwat jiġi stabbilit b’mod differenti, skont il-mod tan-notifika. Il-Kapitolu VI “Avviżi formali u taħrikiet” tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jistabbilixxi r-regoli dwar il-mod tan-notifika tal-avviżi formali u t-taħrikiet lill-partijiet, u kif ukoll dwar iż-żmien li fih l-avviżi formali huma meqjusa li jkunu ġew innotifikati b’mod adegwat.

Meta l-avviż formali jiġi nnotifikat personalment lid-destinatarju tar-rappreżentant tiegħu, jew lil persuna oħra, rispettivament, li tgħix jew taħdem fl-indirizz, it-taħrika trid issemmi d-data li fiha l-avviż formali jkun ġie riċevut mill-persuna, kemm jekk tkun ġiet innotifikata minn aġent tal-qorti jew ħaddiem tal-posta. Minn dik id-data, it-termini għall-azzjoni proċedurali rilevanti jibdew jiddekorru.

L-avviżi formali jistgħu jiġu nnotifikati wkoll f’indirizz tal-posta elettronika speċifikat mill-parti. Dawn jitqiesu li jkunu ġew innotifikati bl-inklużjoni tagħhom fis-sistema ta' informazzjoni speċifikata.

Fil-preżenza ta’ prekundizzjonijiet legali (pereżempju, meta l-parti tkun bidlet l-indirizz li hija tkun speċifikat għall-każ mingħajr ma tkun innotifikat lill-qorti), il-qorti tista’ tordna li n-notifika ssir billi jiġi mehmuż l-avviż formali mal-każ, imbagħad it-terminu jibda jiddekorri mid-data li fiha dan ikun ġie mehmuż.

Meta parti konvenuta ma tinstabx fl-indirizz stabbilit tagħha u ebda persuna ma tinstab biex tingħata l-avviż formali, is-server irid iwaħħal notifika mal-bieb, jew mal-kaxxa tal-ittri, li tgħid li d-dokumenti tħallew fl-uffiċċju tal-qorti u jistgħu jiġu riċevuti fi żmien ġimagħtejn mid-data tan-notifika. F’dan il-każ, jekk il-konvenut ma jiġix jiġborhom, l-avviż formali u d-dokumenti relatati jkunu meqjusa li jkunu ġew innotifikati mal-iskadenza tat-terminu għar-riċeviment tagħhom.

6 Jekk iż-żmien jibda jiddekorri meta jitwettaq xi avveniment, il-jum li fih jitwettaq l-avveniment ikun jgħodd għall-kalkolu taż-żmien?

It-terminu huwa kkalkulat fi snin, ġimgħat u jiem. Terminu li jingħadd f’jiem huwa kkalkulat mill-jum li jiġi wara l-jum li fih il-perjodu jibda jiddekorri u jiskadi fi tmiem tal-aħħar jum. Pereżempju, jekk il-parti tiġi ordnata tirremedja għall-irregolaritajiet ta’ azzjoni fi żmien sebat ijiem, u avviż formali jiġi nnotifikat fl-1 ta’ Ġunju, din hija d-data li fiha t-terminu jibda jiddekorri, iżda ż-żmien jibda jingħadd mal-jum kalendarju li jmiss, it-2 ta’ Ġunju, u l-perjodu jiskadi fit-8 ta’ Ġunju.

7 Meta skadenza tkun espressa f’jiem, l-għadd ta’ jiem indikat ikun jinkludi l-jiem tal-kalendarju jew il-jiem tax-xogħol?

It-termini huma kkalkulati f’jiem kalendarji.

8 Meta skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin?

Terminu li jingħadd f’ġimgħat jiskadi fil-jum rispettiv tal-aħħar ġimgħa. Pereżempju, jekk il-parti tingħata istruzzjonijiet biex tirrimedja għall-irregolarità tad-dikjarazzjoni tal-pretensjoni fi żmien ġimgħa, u avviż formali relatat jiġi nnotifikat l-Ġimgħa, din hija d-data li minnha l-perjodu jibda jiddekorri, u l-iskadenza se tiskadi l-Ġimgħa tal-ġimgħa d-dieħla.

Terminu li jingħadd f’xhur jiskadi fid-data rispettiva tal-aħħar xahar, u jekk l-aħħar xahar ma għandu ebda tali data, il-perjodu se jiskadi fl-aħħar jum tax-xahar.

Terminu li jingħadd fi snin jiskadi fid-data rispettiva tal-aħħar sena, u jekk l-aħħar sena ma għandha ebda tali data, il-perjodu se jiskadi fl-aħħar jum tas-sena.

9 Jekk skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin, meta tiskadi?

Ara r-risposta għad-Domanda 8.

10 Jekk meta tiskadi d-data tal-iskadenza jkun nhar ta' Sibt, Ħadd jew festa pubblika jew jum mhux tax-xogħol, din tiġi estiża sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss?

Meta l-aħħar jum tal-perjodu huwa wieħed ta’ nuqqas ta' dehra, it-terminu jiskadi dejjem fl-ewwel jum sussegwenti ta’ dehra.

11 Hemm ċirkostanzi li fihom jiġu estiżi l-iskadenzi? X’inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minn dawn l-estensjonijiet?

Biss it-termini għall-appell minn sentenzi u ordnijiet, u għas-sottomissjoni tat-talbiet għall-kanċellazzjoni ta’ deċiżjoni infurzata ma jistgħux jiġu estiżi mill-qorti, kif ukoll l-iskadenza għat-tressiq ta’ oġġezzjoni kontra ordni ta' ħlas.

L-iskadenzi l-oħra legali kollha u dawk iffissati mill-qorti jistgħu jiġu estiżi mill-qorti fuq it-talba tal-parti kkonċernata, li ssir qabel tagħlaq l-iskadenza jekk ikun hemm raġunijiet validi (l-Artikolu 63 CPC). L-iskadenza il-ġdida stabbilita tista’ tkun iqsar minn dik inizjali. L-iskadenza estiża tiddekorri mill-iskadenza ta’ dik inizjali.

12 X’inhuma l-iskadenzi għall-appelli?

Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-appell kontra s-sentenzi u l-ordnijiet fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali kollha billi jipprevedi:

  • perjodu ta’ ġimagħtejn għall-appell kontra s-sentenzi deċiżi mill-qorti, li jiddekorri min-notifika tas-sentenza lill-parti
  • perjodu ta’ ġimgħa għall-appell kontra appell ta’ kassazzjoni mis-sentenzi deċiżi mill-qorti, li jiddekorri min-notifika tas-sentenza lill-parti
  • perjodu ta’ ġimgħa għall-appell mis-sentenzi deċiżi mill-qorti, li jiddekorri mill-komunikazzjoni tagħhom lill-parti, u jekk tkun ingħataw f’seduta ta' smigħ tal-qorti li fiha l-parti tkun preżenti, li jiddekorri mid-data tas-seduta ta’ smigħ.

L-esklużjonijiet għal dawn ir-regoli ġenerali huma stabbiliti b’mod eżawrjenti mil-liġi u huma bbażati fuq il-fatturi speċifiċi tal-proċedimenti rilevanti. It-tali esklużjonijiet huma previsti għal:

  • deċiżjonijiet biex jinbdew proċedimenti ta' insolvenza li huma suġġetti għal appell fi żmien sebat ijiem mid-dħul tagħhom fir-Reġistru Kummerċjali;
  • deċiżjonijiet li jiċħdu rikors għall-bidu ta’ proċedimenti ta’ insolvenza, li huma suġġetti għal appell fi żmien sebat ijiem mid-data tal-avviż skont il-proċedura tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili;
  • deċiżjoni fi proċedimenti ta’ partizzjoni li fiha l-qorti tiddeċiedi dwar il-pretensjonijiet tal-kopartizzjonarji għal kontijiet, deċiżjoni biex tiġi assenjata proprjetà immobbli indiviżibbli għal bejgħ pubbliku, deċiżjoni li tiġi assenjata proprjetà immobbli indiviżibbli għal wieħed mill-kopartizzjonarji, u deċiżjoni biex jiġi żvelat l-aħħar protokoll finali ta’ partizzjoni tista’ tiġi appellata b’ilment konġunt fi ħdan it-terminu għall-appell kontra d-deċiżjoni l-aktar riċenti
  • deċiżjoni ta’ nuqqas ta' dehra mhijiex suġġetta għall-appell, iżda fi żmien xahar min-notifika tagħha l-parti li kontriha tkun ġiet ordnata tista’ titlob lill-qorti tal-appell sabiex tikkanċella d-deċiżjoni jekk hija ma tkunx tista’ tipparteċipa fil-każ
  • deċiżjoni biex jitħalla divorzju kunsenswali mhijiex suġġetta għal appell,
  • għal każijiet oħra ta’ appell previsti espressament mil-liġi.

13 Il-qrati jistgħu jimmodifikaw l-iskadenzi, b'mod partikolari l-iskadenzi għad-dehra jew jiffissaw data speċjali għad-dehra?

Ma hemm ebda provvediment sabiex il-qorti tqassar it-termini stabbiliti minnha jew mil-liġi, iżda biss sabiex testendi t-termini fuq it-talba tal-partijiet. Biss it-termini għall-appell minn sentenzi u ordnijiet, u għas-sottomissjoni tat-talbiet għall-kanċellazzjoni ta’ deċiżjoni infurzata ma jistgħux jiġu estiżi mill-qorti, kif ukoll l-iskadenza għat-tressiq ta’ oġġezzjoni kontra ordni ta' ħlas.

Madankollu, ma hemm ebda ostakolu sabiex il-qorti, ex officio jew fuq it-talba ta’ waħda mill-partijiet, tbiddel id-data tas-seduta ta' smigħ billi tiskedaha f’data li tiġi qabel jew wara, jekk dan ikun meħtieġ minħabba ċirkostanzi importanti. Fit-tali każijiet, madankollu, il-qorti għandha tinnotifika l-partijiet bid-data l-ġdida, u l-avviż formali għandu jiġi nnotifikat mill-inqas fi żmien ġimgħa qabel id-data tas-seduta ta' smigħ.

14 Meta att maħsub għal parti li tkun residenti f’post fejn hija tibbenefika minn estensjoni tal-iskadenza jiġi nnotifikat f’post fejn min jirrisjedi fih ma jibbenefikax minn estensjoni bħal din, il-persuna titlef il-benefiċċju ta’ din l-iskadenza?

Ir-regoli proċedurali tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, inkluż dawk relatati mal-estenżjoni tal-iskadenza, japplikaw għall-parteċipanti kollha fil-proċedimenti, irrispettivament mill-post tar-residenza tagħhom.

15 X’inhuma l-konsegwenzi jekk ma jiġux rispettati l-iskadenzi?

Il-prinċipju komuni huwa li l-azzjonijiet proċedurali mwettqa wara li jagħlqu l-iskadenzi mhumiex meqjusa mill-qorti. Barra minn din ir-regola, ic-CPC jipprevedi espressament li jekk in-nuqqasijiet tad-dikjarazzjoni tal-pretensjoni ma jiġux rimedjati fil-ħin, din tiġi ritornata; jekk appell, talba għal kanċellazzjoni jew oġġezzjoni għal mandat ta’ eżekuzzjoni tiġi ppreżentata wara li tagħlaq l-iskadenza, dawn jiġu ritornati bħala li ilhom li għalqu; jekk il-parti tonqos milli tressaq fiż-żmien dovut l-evidenza disponibbli lilha, din ma tiġix aċċettata fil-każ, sakemm l-ommissjoni mhijiex dovuta għaċ-ċirkustanzi speċjali

16 Jekk id-data ta’ l-iskadenza tkun għaddiet, x’inhuma r-rimedji disponibbli għal dawk li ma jkunux irrispettawha, jiġifieri l-partijiet inadempjenti?

Parti li ma tkunx osservat it-terminu stabbilit mil-liġi jew mill-qorti tista’ titlob li terġa’ tiddaħħal fil-proċedura tal-każ jekk hija tipprova li n-nonosservazzjoni kienet dovuta għal ċirkostanzi speċjali mhux previsti li hija ma setgħetx tikkontrolla. Ebda dħul mill-ġdid fil-proċedura tal-każ mhuwa permess jekk kien possibbli li tingħata estensjoni tat-terminu sabiex tiġi mwettqa l-azzjoni proċedurali.

Talba għal dħul mill-ġdid fil-proċedura tal-każ trid tiġi ppreżentata fi żmien ġimgħa mill-avviż formali ta’ nonosservazzjoni, billi jiġu indikati ċ-ċirkostanzi kollha li jiġġustifikawha u kull evidenza tal-merti tat-talba. It-talba trid tiġi ppreżentata lill-qorti li quddiemha kellha tittieħed l-azzjoni proċedurali rilevanti. Flimkien mat-talba għad-dħul mill-ġdid fil-proċedura tal-każ, għandhom jitressqu wkoll id-dokumenti li għalihom qed jintalab rkupru tat-terminu, u jekk it-terminu huwa għall-pagament tal-ispejjeż, il-qorti tistabbilixxi terminu ġdid għas-sottomissjoni tagħhom.

L-aħħar aġġornament: 28/09/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - Repubblika Ċeka

1 X’inhuma t-tipi ta' skadenzi rilevanti għall-proċeduri ċivili?

B’mod ġenerali, l-iskadenzi li huma rilevanti fi proċeduri ċivili huma proċedurali jew sostantivi.

Hemm żewġ tipi ta’ skadenzi proċedurali: statutorji u ġudizzjarji.

L-iskadenzi statutorji huma stabbiliti bil-liġi. Nuqqas ta’ osservanza ta’ skadenza proċedurali statutorja dejjem jinvolvi xi tip ta’ konsegwenza proċedurali (pereżempju, telf tal-possibbiltà tal-eżekuzzjoni b’suċċess ta’ kompitu partikolari, l-impożizzjoni ta’ multa dixxiplinarja). In-nuqqas ta’ osservanza ta’ skadenza statutorja jista’ jiġi skużat (ara l-Artikolu 58 tal-Att Nru 99/1963, il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (zákon č. 99/1963 Sb., občanský soudní řád, ve znění pozdějších předpisů) (Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili), kif emendat, jekk il-parti jew ir-rappreżentant legali tagħha jkunu naqsu milli josservaw l-iskadenza għal raġuni skużabbli, li b’riżultat tagħha ma setgħux iwettqu azzjoni li kienu intitolati li jeffettwaw. Rikors irid jiġi ppreżentat fi żmien 15-il jum minn dakinhar li l-ostaklu ma baqax fattur, u l-azzjoni li tkun għadha ma tteħditx trid tiġi effettwata fl-istess ħin. Qorti tista’, fuq talba ta’ parti, tagħti effett sospensiv lir-rikors, sabiex b’hekk tiskuża n-nuqqas ta’ osservanza tal-iskadenza.

Jekk ma jiġi stabbilit ebda limitu ta’ żmien għall-eżekuzzjoni ta’ azzjoni direttament mil-liġi, dan jiġi stabbilit mill-president tal-bord ġudizzjarju (jew l-imħallef li jisma’ l-kawża waħdu). Il-president tal-bord ġudizzjarju (jew l-imħallef li jisma’ l-kawża waħdu) jista’ jistabbilixxi skadenza mhux biss f’dawk il-kawżi li huma previsti mil-liġi, iżda wkoll fil-kawżi meta jkun meħtieġ li jiżgura li l-proċedimenti jimxu b’mod effiċjenti u bil-ħeffa li jistħoqqu. Qorti tista’ testendi terminu ġudizzjarju abbażi taċ-ċirkostanzi (ara l-Artikolu 55 tal-Att Nru. 99/1963, il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, kif emendat). Mhuwiex permessibbli li tiġi skużata skadenza li tinqabeż.

L-iskadenzi proċedurali mhumiex skadenzi stabbiliti għall-qorti, pereżempju, għall-ħruġ ta’ deċiżjoni: tali skadenzi huma skadenzi amministrattivi.

2 Il-lista tal-jiem varji li mhumiex meqjusa jiem tax-xogħol skont ir-Regolament (KEE, Euratom) nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971.

Jum it-Tiġdid tal-Istat Ċek Indipendenti, l-Ewwel tas-Sena: L-1 ta’ Jannar

It-Tnejn ta’ Wara l-Għid: il-jum jinbidel, iżda ġeneralment il-btala tiġi fl-aħħar ta’ Marzu jew fil-bidu ta’ April.

Jum il-Ħaddiema: L-1 ta’ Mejju

Jum il-Vitorja: It-8 ta’ Mejju

Il-Jum iddedikat lill-Missjunarji Slavi Ċirillu u Metodju: Il-5 ta’ Lulju

Il-Jum iddedikat lill-Ħruq ta’ Jan Hus: Is-6 ta’ Lulju

Il-Jum iddedikat lis-Sovranità tar-Repubblika Ċeka: It-28 ta’ Settembru

Id-Data tal-Ħolqien ta’ Stat Ċekoslovakk Indipendenti: It-28 ta’ Ottubru

Il-Jum iddedikat lill-Ġlieda għal-Libertà u d-Demokrazija: Is-17 ta’ Novembru

Lejlet il-Milied: L-24 ta’ Diċembru

Jum il-Milied: Il-25 ta’ Diċembru

L-Għada tal-Milied: Is-26 ta’ Diċembru

3 Liema huma r-regoli ġenerali li japplikaw għall-iskadenzi fir-rigward ta’ proċeduri ċivili differenti?

Ir-regoli statutorji għall-metodu li permezz tiegħu jiġu kkalkolati t-termini huma stabbiliti fit-Taqsimiet 55-58 tal-Att Nru 99/1963, il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, kif emendat.

Terminu stabbilit f’jiem jibda fil-jum wara l-fatt li huwa deċiżiv għall-bidu tiegħu.

Nofs xahar ifisser ħmistax-il jum.

It-tmiem ta’ perjodu stabbilit f’ġimgħat, xhur jew snin jaqa’ fil-jum li d-deżinjazzjoni jew in-numru tiegħu jikkorrespondu għall-jum li fih seħħ l-avveniment li minnu jibda jiddekorri l-perjodu. Jekk ma jkun hemm ebda jum bħal dan fl-aħħar xahar, it-tmiem tal-perjodu jaqa’ fl-aħħar jum tax-xahar.

Jekk l-aħħar jum ta’ perjodu jaqa’ nhar ta’ Sibt, Ħadd jew fi btala pubblika, l-aħħar jum tal-perjodu huwa l-jum tax-xogħol li jkun imiss.

Il-perjodi stabbiliti f’sigħat jintemmu mal-iskadenza tas-siegħa li d-deżinjazzjoni tagħha tikkorrespondi għas-siegħa meta seħħ l-avveniment li ddetermina l-bidu tal-perjodu.

Skadenza proċedurali tintlaħaq jekk l-azzjoni tiġi eżegwita f’qorti jew preżentazzjoni tiġi ttrasferita lil awtorità li hija obbligata li twassalha, jiġifieri, ħafna drabi detentur ta’ liċenzja postali, fl-aħħar jum tal-perjodu.

Jekk il-proċedimenti jkunu ġew interrotti, id-dekorrenza tat-termini proċedurali tiġi interrotta wkoll (l-Artikolu 111(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Jekk il-proċedimenti jitkomplew, il-perjodi jerġgħu jibdew jiddekorru.

4 Meta jkun meħtieġ li att jew formalità jitwettqu fi żmien stabbilit minn qabel, dan meta jibda jiddekorri?

Il-jum li fih seħħ l-avveniment li ddetermina l-bidu ta’ terminu ma jiġix inkluż fil-kalkolu tat-terminu. Dan ma japplikax fil-każ ta’ terminu stabbilit f’sigħat. B’hekk, terminu ġeneralment jiddekorri mill-jum wara dak li fih seħħ l-avveniment deċiżiv għad-dekorrenza tat-terminu (ara l-Artikolu 57(1) tal-Att Nru 99/1963, il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, kif emendat).

5 Il-bidu tad-dekorrenza jista’ jiġi affettwat jew modifikat mill-metodu ta’ trażmissjoni jew ta’ notifika tad-dokumenti (servizz personali minn marixxall jew servizz postali)?

Le.

6 Jekk iż-żmien jibda jiddekorri meta jitwettaq xi avveniment, il-jum li fih jitwettaq l-avveniment ikun jgħodd għall-kalkolu taż-żmien?

Il-jum li fih seħħ l-avveniment li ddetermina l-bidu ta’ terminu ma jiġix inkluż fil-kalkolu tat-terminu. Dan ma japplikax fil-każ ta’ terminu stabbilit f’sigħat (ara l-Artikolu 57(1) tal-Att Nru 99/1963, il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, kif emendat).

7 Meta skadenza tkun espressa f’jiem, l-għadd ta’ jiem indikat ikun jinkludi l-jiem tal-kalendarju jew il-jiem tax-xogħol?

Perjodu jiġi kkalkolat f’jiem kalendarji.

8 Meta skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin?

Il-perjodi stabbiliti f’ġimgħat jidhru biss rarament fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (l-Att Nru 99/1963, kif emendat) (pereżempju, l-Artikolu 260(3), l-Artikolu 295(1) u t-Artikolu 295(2)). Huma jidhru aktar ta’ spiss bħala skadenzi ġudizzjarji fil-prattika ġudizzjarja.

Il-perjodi stabbiliti f’xhur jidhru fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili fit-tul ta’ xahar (pereżempju, l-Artikolu 82(3), l-Artikolu 336m(2) u l-Artikolu 338za(2)); xahrejn (pereżempju, l-Artikolu 240(1) u l-Artikolu 247(1)); tliet xhur (pereżempju, l-Artikolu 111(3), l-Artikolu 233(1) u l-Artikolu 234(1)); u sitt xhur (pereżempju, l-Artikolu 77a(2) u l-Artikolu 260g(3)).

Il-perjodi stabbiliti fi snin huma ta’ żewġ tipi fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili: perjodu ta’ sena (pereżempju, l-Artikolu 111(3)) u perjodu ta’ tliet snin (pereżempju, l-Artikolu 99(3), l-Artikolu 233(2) u l-Artikolu 234(2)).

9 Jekk skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin, meta tiskadi?

Il-perjodi stabbiliti f’ġimgħat, xhur jew snin jintemmu fi tmiem il-jum li d-deżinjazzjoni tiegħu tikkorrespondi għall-jum li fih seħħ l-avveniment li ddetermina l-bidu tal-perjodu u, jekk ma jkun hemm ebda jum bħal dan fix-xahar, mela fl-aħħar jum tax-xahar (ara l-Artikolu 57(2) tal-Att Nru 99/163, il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, kif emendat).

10 Jekk meta tiskadi d-data tal-iskadenza jkun nhar ta' Sibt, Ħadd jew festa pubblika jew jum mhux tax-xogħol, din tiġi estiża sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss?

Iva (ara l-Artikolu 57(2) tal-Att Nru 99/1963, il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, kif emendat).

11 Hemm ċirkostanzi li fihom jiġu estiżi l-iskadenzi? X’inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minn dawn l-estensjonijiet?

L-iskadenzi proċedurali statutorji ma jistgħux jinbidlu permezz ta’ deċiżjoni tal-qorti.

Perjodu proċedurali ġudizzjarju jista’ jiġi estiż minn qorti, skont iċ-ċirkostanzi.

12 X’inhuma l-iskadenzi għall-appelli?

Parti tista’ tikkontesta d-deċiżjoni ta’ qorti distrettwali (okresní soud) jew id-deċiżjoni ta’ qorti reġjonali (krajský soud) mogħtija fi proċedimenti tal-prim’istanza permezz ta’ sentenza, sakemm il-liġi ma teskludix dan (ara l-Artikolu 201 tal-Att Nru 99/1963, il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, kif emendat). Appell għandu jitressaq fi żmien ħmistax-il jum mill-għoti ta’ deċiżjoni bil-miktub, fil-qorti li d-deċiżjoni tagħha tkun qed tiġi kkontestata. Il-perjodu għat-tressiq ta’ appell ma jinkludix il-jum li fih id-deċiżjoni ġiet innotifikata lill-parti. Sabiex tiġi osservata din l-iskadenza proċedurali, huwa biżżejjed jekk l-appell jiġi ttrasferit lil awtorità li hija obbligata li tinnotifikah (b’mod partikolari, detentur ta’ liċenzja postali, istituzzjoni ta’ ħabs fil-każ ta’ persuni mitfugħa l-ħabs jew miżmuma f’kustodja, istituzzjoni għat-trobbija protettiva jew istituzzjonali ta’ persuna mqiegħda fiha, eċċ.) jew fil-qorti fl-aħħar jum tal-perjodu.

Jekk tkun inħarġet deċiżjoni korrettiva li tappartjeni għad-deċiżjoni proprja, il-perjodu jiddekorri mid-data effettiva tad-deċiżjoni korrettiva (ara l-Artikolu 204(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Appell imressaq wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ 15-il jum sempliċiment minħabba li l-appellant segwa struzzjoni skorretta mogħtija mill-qorti fir-rigward ta’ appell jitqies bħala li tressaq fil-ħin. Jekk deċiżjoni ma jkunx fiha struzzjonijiet dwar appell, dwar it-terminu għal appell jew dwar il-qorti li fiha għandu jitressaq tali appell, jew jekk ikun fiha struzzjonijiet skorretti li jiddikjaraw li appell mhuwiex permessibbli, appell jista’ jitressaq fi żmien tliet xhur min-notifika tad-deċiżjoni.

Jekk tkun ingħatat ordni għal ħlas f’kawża, dik l-ordni tista’ titwaqqaf milli ssir effettiva biss billi tiġi ppreżentata dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni mill-konvenut, fil-perjodu statutorju ta’ 15-il jum mill-jum tan-notifika tal-ordni, fil-qorti li toħroġ l-ordni (ara l-Artikolu 172(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). L-ordni għall-ħlas tiġi annullata permezz tal-preżentata ta’ dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni, u l-qorti tordna seduta ta’ smigħ. Appell jista’ jitressaq biss kontra d-dikjarazzjoni li tikkonċerna l-ispejjeż tal-proċeduri, iżda dan ma jannullax l-ordni għall-ħlas b’mod awtomatiku.

13 Il-qrati jistgħu jimmodifikaw l-iskadenzi, b'mod partikolari l-iskadenzi għad-dehra jew jiffissaw data speċjali għad-dehra?

Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (l-Att Nru 99/1963, kif emendat) jagħmilha possibbli li tiġi aġġornata seduta ta’ smigħ għal raġunijiet importanti, jekk kwistjoni ma tkunx tista’ tiġi ddeliberata u deċiża f’seduta ta’ smigħ waħda (ara l-Artikolu 119 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Raġuni importanti għal aġġornament tista’ tkun, pereżempju, il-fatt li waħda mill-partijiet għall-proċedimenti tkun naqset milli tattendi l-qorti u ma jkunx possibbli li s-seduta ta’ smigħ issir fl-assenza tagħha (ara l-Artikolu 101 (3) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili), jew jekk waħda mill-partijiet ma kellhiex biżżejjed żmien sabiex tipprepara għas-seduta ta’ smigħ minħabba li t-taħrika ma tkunx waslitilha b’avviż suffiċjenti minn qabel, jew inkella għal raġunijiet importanti oħrajn.

Parti tista’ titlob lill-qorti sabiex taġġorna seduta ta’ smigħ. Qorti tiddeċiedi dwar talba ta’ parti għal aġġornament, li tkun ġiet ippreżentata bil-quddiem, fuq il-bażi tas-serjetà tar-raġuni mitluba. Jekk il-qorti ma tilqax it-talba tal-parti, il-parti tkun trid tidher għas-seduta ta’ smigħ.

14 Meta att maħsub għal parti li tkun residenti f’post fejn hija tibbenefika minn estensjoni tal-iskadenza jiġi nnotifikat f’post fejn min jirrisjedi fih ma jibbenefikax minn estensjoni bħal din, il-persuna titlef il-benefiċċju ta’ din l-iskadenza?

Il-liġijiet tar-Repubblika Ċeka ma jirregolawx espliċitament sitwazzjoni bħal din.

Fil-każ ta’ proċedimenti li jinvolvu element internazzjonali, li matulhom għandu jiġi nnotifikat dokument lil parti li tkun tirrisjedi barra l-pajjiż, jiġu applikati r-regoli proċedurali tal-lex fori, jiġifieri r-regoli proċedurali tal-qorti li fil-ġurisdizzjoni tagħha taqa’ l-kawża.

15 X’inhuma l-konsegwenzi jekk ma jiġux rispettati l-iskadenzi?

Kull nuqqas ta’ osservanza ta’ skadenza proċedurali jkollu konsegwenzi proċedurali.

Jekk il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (l-Att Nru 99/1963, kif emendat) jistabbilixxi skadenza partikolari għall-eżekuzzjoni ta’ azzjoni (pereżempju, it-tressiq ta’ appell jew appell straordinarju), in-nuqqas li tintlaħaq l-iskadenza jirriżulta fit-telf tal-possibbiltà li l-azzjoni tiġi eżegwita b’suċċess. Skadenza li tinqabeż tista’ tiġi skużata jekk il-parti jew ir-rappreżentant tagħha jkunu qabżuha għal raġuni skużabbli (pereżempju, marda f’daqqa, korriment, eċċ.) u għalhekk ma jkunux jistgħu jeżegwixxu l-azzjoni li jkunu intitolati jeffettwaw (ara l-Artikolu 58 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili), sakemm l-iskużar ta’ skadenza speċifika li tinqabeż ma jkunx eskluż mill-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (pereżempju, skont l-Artikolu 235(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, l-iskużar ta’ skadenza li tinqabeż huwa eskluż fil-każ tar-rikorsi għat-tiġdid tal-proċedimenti u għall-konfużjoni). Fil-każ ta’ skadenza stabbilita għal konformità ma’ obbligu partikolari, in-nuqqas li tintlaħaq l-iskadenza jwassal sabiex tiġi imposta sanzjoni partikolari (pereżempju, multa dixxiplinarja).

Kull każ ta’ skadenza proċedurali ġudizzjarja li tinqabeż huwa marbut bil-liġi ma’ ċerti konsegwenzi. Skadenza ġudizzjarja tista’ tiġi estiża mill-president ta’ bord ġudizzjarju (jew minn imħallef li jisma’ l-kawża waħdu). Mhuwiex permessibbli li tiġi skużata skadenza ġudizzjarja li tinqabeż.

Ordni għal ħlas li kontriha ma tkun ġiet iddepożitata ebda dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni għandha l-effetti ta’ sentenza infurzabbli u finali (ara l-Artikolu 174(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

16 Jekk id-data ta’ l-iskadenza tkun għaddiet, x’inhuma r-rimedji disponibbli għal dawk li ma jkunux irrispettawha, jiġifieri l-partijiet inadempjenti?

Seduta ta’ smigħ li tinqabeż għandha konsegwenzi differenti minn skadenza li tinqabeż. Jekk parti debitament imħarrka tonqos milli tidher għal seduta ta’ smigħ u tkun naqset milli titlob aġġornament b’mod f’waqtu u għal raġuni importanti, il-qorti tista’ tiddelibera fuq il-kwistjoni u tiddeċiedi fl-assenza tagħha (ara l-Artikolu 101(3) tal-Att Nru 99/1963, il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, kif emendat) u, jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 153b tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jiġu ssodisfati, hija tista’ tagħti sentenza b’kontumaċja.

Jekk il-konvenut jaqbeż l-ewwel seduta ta’ smigħ fi kwistjoni fejn tkun ingħatat sentenza b’kontumaċja għal raġunijiet skużabbli, il-qorti għandha tannulla s-sentenza fuq talba tal-konvenut u tordna li ssir seduta ta’ smigħ dwar il-kwistjoni. Parti tista’ tippreżenta tali rikors sad-data li fiha tidħol fis-seħħ is-sentenza b’kontumaċja (ara l-Artikolu 153b(4) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Huwa permess ukoll li jitressaq appell dwar il-merti tal-każ kontra sentenza b’kontumaċja. Jekk il-konvenut, minbarra li jkun ippreżenta rikors għall-annullament ta’ sentenza ta’ qorti tal-prim’istanza, ikun ukoll appella s-sentenza, u r-rikors għall-annullament tas-sentenza jkun ingħata permezz ta’ deċiżjoni infurzabbli, l-appell għandu jiġi miċħud (ara l-Artikolu 153b(5) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

L-aħħar aġġornament: 22/07/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - Greċja

1 X’inhuma t-tipi ta' skadenzi rilevanti għall-proċeduri ċivili?

It-termini huma l-perjodi li fihom trid titwettaq azzjoni jew li jridu jgħaddu qabel ma tinstema’ kawża jew qabel ma titwettaq azzjoni. L-introduzzjoni tat-termini għandha l-għan li twassal ġustizzja rapida u li tiggarantixxi d-dritt li persuna tinstema’. Termini proċedurali huma dawk li l-konformità jew in-nuqqas ta’ osservanza tagħhom ikollhom konsegwenzi proċedurali. Huma jiġu distinti f’żewġ kategoriji ewlenin: 1) Il-perjodi preskritti għat-twettiq ta’ AZZJONI huma dawk li fihom irid jitwettaq att proċedurali, bħat-terminu legali għat-tressiq ta’ appell (ara l-Artikolu 318(1) tas-CCP) u 2) it-termini PREPARATORJI huma dawk li wara li jgħaddu jkun irid jitwettaq l-att proċedurali. Minn dawn it-termini, bħat-terminu sabiex jitħarrek il-konvenut (ara l-Artikolu 228 tas-CCP), ġeneralment jibbenifikaw il-konvenuti, minħabba li jingħataw żmien sabiex jippreparaw. Din id-distinzjoni hija sinifikanti minħabba li t-termini għat-twettiq ta’ azzjoni jistgħu jiġu estiżi permezz ta’ ftehim reċiproku tal-partijiet, filwaqt li t-termini preparatorji ma jistgħux jiġu estiżi. It-termini għat-twettiq ta’ azzjoni jiskadu fil-jum tax-xogħol li jkun imiss jekk id-data ta’ skadenza tagħhom tikkoinċidi ma’ jum mhux tax-xogħol legali, filwaqt li t-termini preparatorji jiskadu fid-data ta’ skadenza tagħhom, irrispettivament minn jekk dak il-jum ikunx btala jew jum mhux tax-xogħol. Skont il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (CCP), it-termini proċedurali importanti huma, b’mod indikattiv, dawn li ġejjin:

  1. It-terminu sabiex jitħarrku l-partijiet wara li titressaq azzjoni (sittin [60] jum qabel is-seduta ta’ smigħ, sakemm il-parti ma tkunx tirrisjedi barra l-pajjiż jew id-domiċilju tagħha ma jkunx magħruf, f’liema każ, it-terminu jkun ta’ disgħin [90] jum qabel is-seduta ta’ smigħ - ara l-Artikolu 228 tas-CCP).
  2. L-iskadenza għar-rikors għall-annullament ta’ sentenza (ħmistax-il [15] jum min-notifika tad-deċiżjoni, jekk il-parti ġġudikata in absentia tkun tirrisjedi fil-Greċja, sakemm il-parti li ma dehritx quddiem qorti ma tkunx tirrisjedi barra l-pajjiż jew id-domiċilju tagħha ma jkunx magħruf, f’liema każ, it-terminu jkun ta’ sittin [60] jum wara li tkun ġiet innotifikata s-sentenza - ara l-Artikolu 503 tas-CCP).
  3. It-terminu għal appell (tletin [30] jum wara li tkun ġiet innotifikata s-sentenza finali, jekk il-parti li tressaq l-appell tkun tirrisjedi fil-Greċja, sakemm il-parti li tressaq l-appell ma tkunx tirrisjedi barra l-pajjiż jew id-domiċilju tagħha ma jkunx magħruf, f’liema każ, it-terminu jkun ta’ sittin [60] jum wara li tkun ġiet innotifikata s-sentenza finali. Jekk is-sentenza finali ma tiġix innotifikata, it-terminu għal appell huwa ta’ tliet [3] snin mill-pubblikazzjoni tas-sentenza - ara l-Artikolu 518 tas-CCP).
  4. It-terminu għall-ftuħ mill-ġdid ta’ proċess (sittin [60] jum jekk il-parti li tressaq il-proċedimenti tkun tirrisjedi fil-Greċja, sakemm il-parti li tressaq il-proċedimenti ma tkunx tirrisjedi barra l-pajjiż jew id-domiċilju tagħha ma jkunx magħruf, f’liema każ, it-terminu jkun ta’ mija u għoxrin [120] jum - ara l-Artikolu 545 tas-CCP).
  5. It-terminu għal appell ulterjuri (tletin [30] jum wara li tkun ġiet innotifikata s-sentenza, jekk l-appellant ikun jirrisjedi fil-Greċja, sakemm il-parti li tressaq l-appell ma tkunx tirrisjedi barra l-pajjiż jew id-domiċilju tagħha ma jkunx magħruf, f’liema każ, it-terminu jkun ta’ disgħin [90] jum wara li tkun ġiet innotifikata s-sentenza. Jekk is-sentenza ma tiġix innotifikata, it-terminu għal appell ulterjuri huwa ta’ tliet [3] snin mill-pubblikazzjoni tas-sentenza - ara l-Artikolu 564 tas-CCP).

Is-CCP jistabbilixxi wkoll, b’mod partikolari, termini proċedurali għal proċedimenti oħrajn, bħal dawk relatati ma’ kwistjonijiet matrimonjali (divorzju, annullament taż-żwieġ, eċċ.), rikors għal ordni ta’ ħlas u oppożizzjoni għal tali rikors (ara l-Artikolu 632 tas-CCP), tilwimiet dwar kirjiet, tilwimiet industrijali, miżuri interim, proċedimenti ta’ infurzar u oġġezzjoni għal tali proċedimenti ta’ infurzar.

2 Il-lista tal-jiem varji li mhumiex meqjusa jiem tax-xogħol skont ir-Regolament (KEE, Euratom) nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971.

Fil-Greċja, il-btajjel huma stabbiliti, f’lista mhux eżawrjenti, fil-Liġi Nru. 1157/1981. Il-kriterju sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ btala huwa n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tat-tranżazzjonijiet b’mod ġenerali u, għalhekk, għal professjonijiet jew servizzi speċifiċi, il-btajjel huma irrilevanti. Dawn jistgħu jkunu btajjel nazzjonali, reliġjużi jew oħrajn, anki ta’ natura lokali jew mhux permanenti. Il-btajjel għas-servizzi pubbliċi huma jiem mhux tax-xogħol. Dawn li ġejjin huma meqjusa bħala btajjel: Il-25 ta’ Marzu (btala nazzjonali), it-28 ta’ Ottubru (btala nazzjonali), l-Ewwel tas-Sena, l-Epifanija (is-6 ta’ Jannar), il-Ġimgħa l-Kbira, Sibt il-Għid, l-1 ta’ Mejju, il-15 ta’ Awwissu, il-Milied u l-Għada tal-Milied, it-Tnejn, l-Għid il-Ħamsin, Clean Monday (l-ewwel jum tar-Randan), it-Tnejn ta’ wara l-Għid u l-Ħdud kollha.

3 Liema huma r-regoli ġenerali li japplikaw għall-iskadenzi fir-rigward ta’ proċeduri ċivili differenti?

L-Artikoli 144-151 tas-CCP jirreferu għat-termini proċedurali. Skont is-sors li jiddetermina t-tul ta’ żmien tagħhom, it-termini jiġu distinti f’termini legali (dawk speċifikati mil-liġi, bħat-termini sabiex tittieħed azzjoni), ġudizzjarji (dawk iddeterminati mill-qorti li tisma’ l-kawża, bħat-terminu għad-dehra personali tal-partijiet - ara l-Artikolu 245 tas-CCP), sospensivi (li n-nuqqas ta’ konformità magħhom huwa kastigabbli permezz ta’ aġġornament tas-seduta ta’ smigħ) u mandatorji (li n-nuqqas ta’ konformità magħhom huwa kastigabbli permezz ta’ telf tad-dritt). Il-bidu u l-iskadenza tat-termini se jissemmew hawn taħt. Terminu jiġi interrott jekk parti tmut matulu. Jekk in-notifika ta’ dokument tistabbilixxi d-dekorrenza tat-terminu, it-terminu l-ġdid jibda jiddekorri mid-data tan-notifika ġdida tas-suċċessuri legali lill-persuna deċeduta. Jekk ikun hemm avveniment ieħor li jistabbilixxi d-dekorrenza tat-terminu, it-terminu l-ġdid jibda jiddekorri mid-data tan-notifika tad-dikjarazzjoni rilevanti lill-persuni msemmija hawn fuq. L-interruzzjoni ta’ proċess matul terminu tinterrompi t-terminu u t-terminu l-ġdid jibda jiddekorri mid-data tal-proċess ġdid. Il-perjodu mill-1 sal-31 ta’ Awwissu ma jiġix ikkalkolat għat-termini għat-twettiq ta’ azzjoni li jissemmew fl-Artikolu 147(7) tas-CCP. Dawn jinkludu termini sabiex titressaq azzjoni u termini preskrittivi għall-oppożizzjoni.

Il-liġi tippermetti l-estensjoni ta’ terminu mhux biss permezz ta’ ftehim reċiproku tal-partijiet, iżda wkoll bil-kunsens tal-imħallef. Kemm it-termini legali kif ukoll dawk ġudizzjarji huma soġġetti għal estensjoni, bir-restrizzjoni li din ma tippreġudikax id-drittijiet ta’ partijiet terzi. L-imħallef mhuwiex marbut bir-rikors għall-estensjoni tal-ftehim u huwa jista’ jżommu parzjalment jew saħansitra jirrifjutah, wara li jevalwa ċ-ċirkostanzi fuq bażi ta’ każ b’każ. Dan ifisser li l-partijiet iridu jippreżentaw raġunijiet li jiġġustifikaw l-estensjoni. Fl-aħħar nett, it-terminu jista’ jitqassar permezz ta’ deċiżjoni ġudizzjarja, bi qbil bejn il-partijiet. It-termini legali kollha jistgħu jitqassru, ħlief għat-termini sabiex titressaq azzjoni.

4 Meta jkun meħtieġ li att jew formalità jitwettqu fi żmien stabbilit minn qabel, dan meta jibda jiddekorri?

It-terminu jibda jiddekorri mill-jum wara d-data li fiha seħħ l-avveniment li beda jiddekorri t-terminu (a momento ad momentum).

5 Il-bidu tad-dekorrenza jista’ jiġi affettwat jew modifikat mill-metodu ta’ trażmissjoni jew ta’ notifika tad-dokumenti (servizz personali minn marixxall jew servizz postali)?

Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili ma jipprevedix l-estensjoni jew it-tnaqqis tat-terminu jekk id-dokumenti jiġu trażmessi jew jintbagħtu bil-posta jew b’xi tip ieħor ta’ servizz ta’ trasport

6 Jekk iż-żmien jibda jiddekorri meta jitwettaq xi avveniment, il-jum li fih jitwettaq l-avveniment ikun jgħodd għall-kalkolu taż-żmien?

Il-jum li fih seħħ l-avveniment li beda jiddekorri t-terminu preskrittiv jista’ jiġi inkluż biss jekk ikun previst espressament fil-liġi, fis-sentenza jew fil-kuntratt. Id-dispożizzjoni li terminu speċifikat jibda jiddekorri mid-data tas-servizz ma tikkostitwixxi ebda każ bħal dan. Għalhekk, it-termini preskrittivi kritiċi għar-rimedji legali ta’ appell, appell ulterjuri jew oppożizzjoni jibdew jiddekorru mill-jum wara d-data tan-notifika jew tal-pubblikazzjoni tas-sentenza. Madankollu, meta jiġi stabbilit li t-terminu preskrittiv jibda jiddekorri minn jum partikolari, tali jum jitqies fil-kalkolu. Meta l-avveniment li stabbilixxa d-dekorrenza tat-terminu preskrittiv jkun in-notifika, kwalunkwe mod ieħor ta’ kif jiġi riċevut avviż tal-kontenut tad-dokument li jrid jiġi nnotifikat huwa irrilevanti għall-kalkolu tat-terminu.

7 Meta skadenza tkun espressa f’jiem, l-għadd ta’ jiem indikat ikun jinkludi l-jiem tal-kalendarju jew il-jiem tax-xogħol?

Jekk hemmx btajjel bejniethom huwa irrilevanti. Il-jiem tax-xogħol jitqiesu fil-kalkolu biss jekk dan ikun previst espliċitament (bħal fil-każ tat-terminu għal appell kontra ordni ta’ ħlas).

8 Meta skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin?

Bl-istess mod, jekk it-terminu jiġi espress f’xhur jew snin, huwa irrilevanti jekk ikunx hemm btajjel bejniethom jew le, sakemm il-liġi ma tipprevedix espliċitament li t-terminu jappartjeni għal jiem tax-xogħol.

9 Jekk skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin, meta tiskadi?

Jekk it-terminu jiġi espress fi snin, huwa jiskadi meta tgħaddi d-data korrispondenti tal-aħħar sena. Jekk jogħġbok innota li huwa irrilevanti għall-kalkolu jekk ikunx hemm sena biżestili fin-nofs jew le.

Jekk it-terminu jkun espress f’xhur, huwa jiskadi meta jgħaddi l-jum tal-aħħar xahar li jikkorrespondi għall-jum tal-bidu tiegħu. Jekk ma jkun hemm ebda korrispondenza bħal din, jintuża l-aħħar jum tax-xahar. Jekk jogħġbok innota li n-numru tal-jiem ta’ kull xahar huwa irrilevanti.

It-terminu ta’ nofs sena japplika bħala terminu ta’ sitt (6) xhur u t-terminu ta’ nofs xahar japplika bħala terminu ta’ ħmistax-il (15) jum.

Jekk it-terminu jkun espress f’ġimgħat, huwa jiskadi meta jgħaddi l-jum korrispondenti tal-ġimgħa li jikkorrespondi għall-jum tal-bidu tiegħu; jiġifieri, jekk l-avveniment seħħ it-Tnejn, it-terminu ta’ kull ġimgħa jiskadi t-Tnejn ta’ wara.

10 Jekk meta tiskadi d-data tal-iskadenza jkun nhar ta' Sibt, Ħadd jew festa pubblika jew jum mhux tax-xogħol, din tiġi estiża sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss?

Jekk it-terminu jiskadi nhar ta’ Sibt, Ħadd, fi btala jew f’jum mhux tax-xogħol, huwa jiġi estiż għall-jum tax-xogħol li jkun imiss.

11 Hemm ċirkostanzi li fihom jiġu estiżi l-iskadenzi? X’inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minn dawn l-estensjonijiet?

Il-liġi tippermetti l-estensjoni ta’ terminu mhux biss permezz ta’ ftehim reċiproku tal-partijiet, iżda wkoll bil-kunsens tal-imħallef. Kemm it-termini legali kif ukoll dawk ġudizzjarji huma soġġetti għal estensjoni, bir-restrizzjoni li din ma tippreġudikax id-drittijiet ta’ partijiet terzi. L-imħallef mhuwiex marbut bir-rikors għall-estensjoni tal-ftehim u huwa jista’ jżommu parzjalment jew saħansitra jirrifjutah, wara li jevalwa ċ-ċirkostanzi fuq bażi ta’ każ b’każ.

12 X’inhuma l-iskadenzi għall-appelli?

  1. . L-iskadenza għar-rikors għall-annullament ta’ sentenza (ħmistax-il [15] jum min-notifika tas-sentenza, jekk il-parti ġġudikata in absentia tkun tirrisjedi fil-Greċja, sakemm il-parti li ma dehritx quddiem qorti ma tkunx tirrisjedi barra l-pajjiż jew id-domiċilju tagħha ma jkunx magħruf, f’liema każ, it-terminu jkun ta’ sittin [60] jum wara li tkun ġiet innotifikata s-sentenza - ara l-Artikolu 503 tas-CCP).
  2. It-terminu preskrittiv għal appell huwa stipulat fl-Artikolu 518(1) tas-CCP. Jekk l-appellant ikun jirrisjedi fil-Greċja, tali terminu preskrittiv jkun ta’ tletin (30) jum, filwaqt li, jekk ikun jirrisjedi barra l-pajjiż jew id-domiċilju tiegħu ma jkunx magħruf, ikun ta’ sittin (60) jum. It-terminu ta’ sittin (60) jum ma jikkonċernax lill-persuni li jirrisjedu barra l-pajjiż temporanjament (ivvjaġġar ta’ divertiment, assenza ta’ ftit jiem għal skop speċifiku), iżda għandu ċertu tul ta’ żmien li huwa marbut mal-istat ċivili jew professjonali tagħhom.
  3. It-terminu għall-ftuħ mill-ġdid ta’ proċess (sittin [60] jum jekk il-parti li tressaq il-proċedimenti tkun tirrisjedi fil-Greċja, sakemm il-parti li tressaq il-proċedimenti ma tkunx tirrisjedi barra l-pajjiż jew id-domiċilju tagħha ma jkunx magħruf, f’liema każ, it-terminu jkun ta’ mija u għoxrin [120] jum - ara l-Artikolu 545 tas-CCP).
  4. It-terminu għal appell ulterjuri (tletin [30] jum wara li tkun ġiet innotifikata s-sentenza, jekk l-appellant ikun jirrisjedi fil-Greċja, sakemm il-parti li tressaq l-appell ma tkunx tirrisjedi barra l-pajjiż jew id-domiċilju tagħha ma jkunx magħruf, f’liema każ, it-terminu jkun ta’ disgħin [90] jum wara li tkun ġiet innotifikata s-sentenza. Jekk is-sentenza ma tiġix innotifikata, it-terminu għal appell ulterjuri huwa ta’ tliet [3] snin mill-pubblikazzjoni tas-sentenza - ara l-Artikolu 564 tas-CCP).

13 Il-qrati jistgħu jimmodifikaw l-iskadenzi, b'mod partikolari l-iskadenzi għad-dehra jew jiffissaw data speċjali għad-dehra?

It-talba għal protezzjoni ġudizzjarja skont il-leġiżlazzjoni Griega tkopri, irrispettivament min-natura tat-tilwima, kemm il-protezzjoni ġudizzjarja interim kif ukoll dik permanenti. Il-każijiet fejn, minħabba l-urġenza tal-materja jew fl-interessi tal-prevenzjoni ta’ periklu imminenti, il-qrati jistgħu jordnaw miżuri sabiex jiggarantixxu jew jissalvagwardjaw dritt jew sabiex jirregolaw sitwazzjoni, kif ukoll jirriformawhom jew iħassruhom, jiġu riżolti permezz ta’ proċedura mħaffa (skont l-Artikoli 682-738 tas-CCP). Minħabba l-urġenza tagħhom, l-imħallef, filwaqt li jaġixxi sabiex jiżgura riżoluzzjoni rapida, u wara li jqis id-dritt tal-partijiet li jinstemgħu, għandu ġurisdizzjoni sabiex jiddetermina l-ħin u l-post tas-smigħ tar-rikors għal miżuri interim. B’hekk, l-imħallef għandu diskrezzjoni li jagħżel il-metodu tal-ħruġ ta’ taħrika u t-terminu sabiex il-persuni jidhru quddiem qorti, anki dawk li jirrisjedu barra l-pajjiż jew li d-domiċilju tagħhom mhuwiex magħruf. Is-seduta ta’ smigħ tista’ tiġi ffissata wkoll nhar ta’ Ħadd jew fi btala. It-termini msemmija hawn fuq japplikaw għall-proċeduri kollha ta’ qorti ċivili, minbarra l-miżuri interim, mingħajr ma tiġi prevista l-estensjoni tagħhom.

14 Meta att maħsub għal parti li tkun residenti f’post fejn hija tibbenefika minn estensjoni tal-iskadenza jiġi nnotifikat f’post fejn min jirrisjedi fih ma jibbenefikax minn estensjoni bħal din, il-persuna titlef il-benefiċċju ta’ din l-iskadenza?

Ma hemm ebda dispożizzjoni bħal din fil-leġiżlazzjoni Griega.

15 X’inhuma l-konsegwenzi jekk ma jiġux rispettati l-iskadenzi?

In-nuqqas ta’ konformità mat-termini li jirrigwardjaw azzjoni ġudizzjarja ma għandux konsegwenzi proċedurali. L-eċċess tat-terminu għal azzjoni kontra atti tal-partijiet jirriżulta fit-telf tad-dritt, filwaqt li tipi oħrajn ta’ konsegwenzi, bħall-inammissibbiltà tas-seduta ta’ smigħ, jirriżultaw fil-każ ta’ termini preparatorji (ara l-Artikolu 271(1) tas-CCP).

16 Jekk id-data ta’ l-iskadenza tkun għaddiet, x’inhuma r-rimedji disponibbli għal dawk li ma jkunux irrispettawha, jiġifieri l-partijiet inadempjenti?

Restitutio in integrum huwa rimedju legali previst fil-Kostituzzjoni, li permezz tiegħu parti li, minħabba force majeure jew minħabba l-intenzjoni frodulenti tal-parti l-oħra, tkun naqset milli tikkonforma ma’ terminu, hija intitolata li tapplika sabiex treġġa’ lura l-pożizzjoni tagħha għall-istatus quo qabel skada t-terminu.

Madankollu, b’mod eċċezzjonali, tali rikors ma jistax jiġi ddepożitat jekk jibbaża ruħu (a) fuq żball tal-avukat awtorizzat jew tar-rappreżentant legali tal-applikant, (b) fuq fatti li l-imħallef evalwa matul is-smigħ tar-rikors għal estensjoni jew posponiment ta’ terminu sabiex jingħataw l-estensjoni jew il-posponiment rilevanti. Ir-rikors irid jiddikjara r-raġunijiet li għalihom ma kienx osservat it-terminu, l-evidenza sabiex tiġi aċċertata l-verità u l-att li tħalla barra, jew inkella jiddikjara li dan sar. Ir-rikors għal restitutio in integrum irid jinstema’ fi żmien tletin (30) jum mid-data li fiha jitneħħa l-ostakolu li jikkostitwixxi force majeure jew tiġi nnotifikata l-intenzjoni frodulenti, diment li ma jkunx jista’ jiġi applikat terminu ġdid jekk, għal xi raġuni jew oħra, ma jiġix osservat it-terminu msemmi hawn fuq (ara l-Artikoli 152-158 tas-CCP).

L-aħħar aġġornament: 20/06/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - Franza

1 X’inhuma t-tipi ta' skadenzi rilevanti għall-proċeduri ċivili?

Minbarra t-termini proċedurali hekk imsejħa sewwa (délais de procédure), il-liġi Franċiża tipprevedi dawk li jistgħu jissejħu ‘perjodi ta’ preskrizzjoni’ (délais de prescription) u ‘perjodi ta’ limitazzjoni’ (délais de forclusion).

Il-perjodi ta’ preskrizzjoni (délais de prescription) huma perjodi ta’ żmien li fi tmiemhom persuna tikseb dritt fir-rigward tal-proprjetà (délai de prescription acquisitive) jew id-detentur ta’ dritt jitlef tali dritt billi jonqos li jeżerċitah (délai de prescription extinctive). Il-perjodi ta’ preskrizzjoni jistgħu jiġu sospiżi (suspendu) jew interrotti (interrompu): jekk perjodu jiġi sospiż, u l-kawża tas-sospensjoni mbagħad titneħħa, il-perjodu jkompli jiddekorri għaż-żmien li jifdal; jekk perjodu jiġi interrott, u l-kawża tal-interruzzjoni mbagħad titneħħa, il-perjodu jibda jiddekorri mill-ġdid.

Il-perjodi ta’ limitazzjoni (délais de forclusion) jirrestrinġu t-tul ta’ żmien ta’ dritt ta’ azzjoni. Huma jikkorrespondu għall-kunċett ta’ ‘limitazzjoni tal-azzjoni’ stabbilit fil-liġi komuni Ingliża. Il-perjodi ta’ limitazzjoni ma jistgħux jiġu sospiżi. Bħala regola ġenerali, huma ma jistgħux jiġu interrotti lanqas: madankollu, skont l-Artikoli 2241 u 2244 tal-Kodiċi Ċivili, ċerti passi, bħal taħrika sabiex persuna tidher quddiem il-qorti, jew sekwestru jew miżura ta’ infurzar oħra, jinterrompu dawn it-termini.

It-termini proċedurali (délais de procédure) huma dawk li japplikaw għall-proċeduri tal-qorti ladarba jkunu nbdew il-proċedimenti. Huma jiġu stabbiliti mil-liġi jew imposti mill-qorti. F’kuntrast mal-perjodi ta’ limitazzjoni, huma ma jipprojbixxux l-azzjoni. Dawn it-termini ma jistgħux jiġu sospiżi jew interrotti.

2 Il-lista tal-jiem varji li mhumiex meqjusa jiem tax-xogħol skont ir-Regolament (KEE, Euratom) nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971.

Skont il-leġiżlazzjoni attwali, il-jiem li ġejjin huma btajjel pubbliċi:

  • Il-Ħdud;
  • L-1 ta’ Jannar;
  • It-Tnejn ta’ wara l-Għid;
  • L-1 ta’ Mejju;
  • It-8 ta’ Mejju;
  • Jum Lapsi;
  • It-Tnejn, l-Għid il-Ħamsin;
  • L-14 ta’ Lulju;
  • it-Tlugħ fis-Sema tal-Madonna (il-15 ta’ Awwissu);
  • Jum il-Qaddisin Kollha (l-1 ta’ Novembru);
  • Il-11 ta’ Novembru;
  • Il-Milied (il-25 ta’ Diċembru)

Ġew stabbiliti btajjel pubbliċi f’ċerti postijiet (ċerti dipartimenti (départements) u komunitajiet territorjali (communautés territoriales)) sabiex jikkommemoraw l-abolizzjoni tal-iskjavitù: Is-27 ta’ Mejju għal Guadeloupe, l-10 ta’ Ġunju għal French Guiana, it-22 ta’ Mejju għal Martinique, l-20 ta’ Diċembru għal La Réunion u s-27 ta’ April għal Mayotte.

Fid-dipartimenti ta’ Alsace-Moselle, is-26 ta’ Diċembru u l-Ġimgħa l-Kbira huma btajjel pubbliċi.

3 Liema huma r-regoli ġenerali li japplikaw għall-iskadenzi fir-rigward ta’ proċeduri ċivili differenti?

Minn mindu daħlet fis-seħħ il-Liġi Nru 2008-561 tas-17 ta’ Ġunju 2008 (li tinkludi dispożizzjonijiet tranżitorji), il-perjodu ta’ preskrizzjoni li warajh dritt jintilef, skont il-liġi ordinarja, huwa ta’ ħames snin (qabel kien ta’ 30 sena).

Madankollu, hemm għadd ta’ eċċezzjonijiet għal dan il-prinċipju, speċjalment għall-azzjonijiet ta’ responsabbiltà ċivili li jirriżultaw minn avveniment li jwassal għal ħsara fuq il-persuna, li l-perjodu ta’ preskrizzjoni għalih huwa ffissat għal 10 snin mid-data meta l-ħsara inizjali jew aggravata titqies bħala li ġiet ikkonsolidata, jew għall-azzjonijiet li jinvolvu drittijiet ta’ proprjetà immobbli, li jiskadu wara 30 sena.

It-tul ta’ żmien tal-perjodi ta’ limitazzjoni u tat-termini proċedurali jvarja skont is-suġġett u l-proċedura involuta.

4 Meta jkun meħtieġ li att jew formalità jitwettqu fi żmien stabbilit minn qabel, dan meta jibda jiddekorri?

Għat-termini proċedurali, l-Artikolu 640 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jiddikjara li meta att jew formalità jkunu jridu jitwettqu f’perjodu partikolari, il-perjodu jiġi kkalkolat mid-data tal-att, tal-avveniment, tad-deċiżjoni jew tan-notifika li jwassal sabiex jibda jiddekorri dak il-perjodu.

Għall-perjodi ta’ preskrizzjoni u limitazzjoni tapplika l-istess regola, soġġetta għal kwalunkwe dispożizzjonijiet speċifiċi. Pereżempju, skont l-Artikolu 2226 tal-Kodiċi Ċivili, l-azzjonijiet ta’ responsabbiltà ċivili relatati ma’ ħsara fuq il-persuna huma preskritti 10 snin mid-data meta ssir evidenti l-ħsara inizjali jew aggravata.

5 Il-bidu tad-dekorrenza jista’ jiġi affettwat jew modifikat mill-metodu ta’ trażmissjoni jew ta’ notifika tad-dokumenti (servizz personali minn marixxall jew servizz postali)?

Skont l-Artikolu 664-1 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, meta dokument jiġi nnotifikat minn uffiċjal ġudizzjarju (huissier), id-data tan-notifika tkun id-data tan-notifika personali, fid-dar jew fir-residenza tad-destinatarju, jew fid-data tar-rapport uffiċjali mħejji mill-uffiċjal ġudizzjarju li jelenka l-passi meħuda sabiex jinstab id-destinatarju. Meta dokument jiġi nnotifikat b’mod elettroniku, id-data u l-ħin tan-notifika huma dawk tat-trażmissjoni tad-dokument lid-destinatarju tiegħu.

Meta dokument jiġi nnotifikat bil-posta, skont l-Artikoli 668 u 669 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, id-data tan-notifika tkun, fir-rigward tal-mittent, id-data tad-dispaċċ, u, fir-rigward tad-destinatarju, id-data tal-wasla tal-ittra. Id-data tad-dispaċċ hija d-data li tidher fuq it-timbru tal-posta tal-uffiċċju tad-dispaċċ. Id-data tal-wasla hija d-data tal-irċevuta ffirmata (récipissé) jew tal-firma (émargement) tad-destinatarju. Jekk id-dokument jiġi nnotifikat permezz ta’ ittra rreġistrata b’dikjarazzjoni tal-kunsinna (avis de réception), id-data tal-irċevuta hija dik li tiġi ttimbrata mis-servizz postali meta l-ittra tiġi mgħoddija lid-destinatarju.

Bħala eċċezzjoni, l-Artikolu 647-1 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jistabbilixxi li d-data tan-notifika ta’ taħrika f’komunità barranija, il-Kaledonja Ġdida jew barra l-pajjiż hija, fir-rigward tal-mittent, id-data tad-dispaċċ tat-taħrika mill-uffiċjal ġudizzjarju jew mir-reġistru tal-qorti (greffe), jew fin-nuqqas ta’ din, id-data tal-wasla mill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku responsabbli (parquet).

6 Jekk iż-żmien jibda jiddekorri meta jitwettaq xi avveniment, il-jum li fih jitwettaq l-avveniment ikun jgħodd għall-kalkolu taż-żmien?

Skont l-Artikolu 641 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, meta terminu jiġi espress f’jiem, il-jum tal-att, tal-avveniment, tad-deċiżjoni jew tan-notifika li jwassal sabiex jibda jiddekorri dan it-terminu ma jingħaddx.

Il-punt minn meta jiskatta t-terminu ma jiġix affettwat mill-forma ta’ notifika. Madankollu, meta dokument ma jiġix innotifikat personalment, ċerti dispożizzjonijiet jippermettu li ż-żmien minn meta l-perjodu jibda jiddekorri jiġi differit għad-data meta d-dokument jiġi nnotifikat lill-persuna jew għad-data meta jittieħdu miżuri ta’ infurzar fuq il-bażi tad-dokument.

7 Meta skadenza tkun espressa f’jiem, l-għadd ta’ jiem indikat ikun jinkludi l-jiem tal-kalendarju jew il-jiem tax-xogħol?

Skont l-Artikolu 642 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, terminu li altrimenti jiskadi nhar ta’ Sibt, Ħadd, fi btala pubblika jew f’jum mhux tax-xogħol jiġi estiż sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss.

B’hekk, it-termini jkomplu jiddekorru fil-Ħdud u l-btajjel pubbliċi, iżda jiġu estiżi meta altrimenti jintemmu nhar ta’ Sibt, Ħadd, fi btala pubblika jew f’jum mhux tax-xogħol.

8 Meta skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin?

Skont l-Artikolu 641 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, meta terminu jiġi espress f’xhur jew snin, huwa jiskadi f’dak il-jum tal-aħħar xahar, jew tax-xahar fl-aħħar sena, li jkun iġib l-istess numru fix-xahar bħall-jum tal-att, tal-avveniment, tad-deċiżjoni jew tan-notifika minn meta jibda jiddekorri t-terminu. Meta x-xahar sussegwenti rilevanti ma jkollu ebda jum bl-istess numru, it-terminu jiskadi fl-aħħar jum ta’ dak ix-xahar.

Meta terminu jkun espress f’xhur u f’jiem, ix-xhur jingħaddu l-ewwel, imbagħad il-jiem.

Ir-regola stabbilita fl-Artikolu 642 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (ara l-mistoqsija preċedenti) tapplika għat-termini kollha, irrispettivament minn jekk ikunux espressi f’jiem, xhur jew snin.

9 Jekk skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin, meta tiskadi?

Kif ġie spjegat hawn fuq, skont l-Artikolu 642 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, it-termini kollha jiskadu fl-aħħar jum f’24:00, sakemm it-terminu ma jiġix estiż fuq il-bażi li altrimenti jaqa’ nhar ta’ Sibt, Ħadd, fi btala pubblika jew f’jum mhux tax-xogħol.

Kif ġie spjegat hawn fuq, il-punt minn meta jiskattaw it-termini kollha huwa l-jum tal-att, tal-avveniment, tad-deċiżjoni jew tan-notifika li jwassal sabiex jibda jiddekorri t-terminu.

10 Jekk meta tiskadi d-data tal-iskadenza jkun nhar ta' Sibt, Ħadd jew festa pubblika jew jum mhux tax-xogħol, din tiġi estiża sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss?

Kif ġie spjegat hawn fuq, terminu li altrimenti jiskadi nhar ta’ Sibt, Ħadd, fi btala pubblika jew f’jum mhux tax-xogħol jiġi estiż sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss.

Il-ħin meta jibda jiddekorri terminu huwa neċessarjament determinat jew determinabbli. F’każ ta’ dubju, dan jista’ jiġi stabbilit mill-qorti. L-estensjoni tat-terminu sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss tapplika għas‑suġġetti kollha u fil-proċeduri kollha.

11 Hemm ċirkostanzi li fihom jiġu estiżi l-iskadenzi? X’inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minn dawn l-estensjonijiet?

Skont l-Artikolu 643 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, meta l-azzjoni titressaq quddiem seduta tal-qorti fi Franza metropolitana, it-termini sabiex persuna tidher quddiem il-qorti (comparution), tressaq appell ordinarju (appel), tressaq oġġezzjoni (opposition), titlob li ssir reviżjoni ta’ sentenza (révision) u tressaq appell fuq punti ta' liġi lill-Qorti tal-Kassazzjoni (recours en cassation) jiġu estiżi:

  • b’xahar għall-persuni li jgħixu f’dipartiment barrani, territorju barrani jew komunità barranija;
  • b’xahrejn għall-persuni li jgħixu f’pajjiż barrani.

Skont l-Artikolu 644 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, meta azzjoni titressaq quddiem seduta tal-qorti fil-komunità territorjali barranija li hija tispeċifika, it-termini sabiex persuna tidher quddiem il-qorti, tressaq appell ordinarju, tressaq oġġezzjoni u titlob li ssir reviżjoni ta’ sentenza jiġu estiżi:

  • b’xahar għall-persuni li ma jgħixux fil-komunità territorjali li għaliha s-seduta tal-qorti għandha ġurisdizzjoni;
  • b’xahrejn għall-persuni li jgħixu f’pajjiż barrani.

12 X’inhuma l-iskadenzi għall-appelli?

Fil-prinċipju, skont l-Artikolu 538 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, it-terminu għal appell ordinarju huwa ta’ xahar fi kwistjonijiet kontenzjużi, jew ħmistax‑il jum fi kwistjonijiet mhux kontenzjużi. Madankollu, diversi dispożizzjonijiet oħrajn jagħmlu eċċezzjonijiet għal dan il-prinċipju. Pereżempju, it-terminu għal appell bħal dan huwa ta’ ħmistax-il jum f’każijiet ta’ ordnijiet magħmula fi proċedimenti interim, deċiżjonijiet tal-qorti ta’ infurzar, deċiżjonijiet tal-qorti tal-familja, deċiżjonijiet tal-qorti tal-minorenni fi kwistjonijiet ta’ appoġġ edukattiv, eċċ.

13 Il-qrati jistgħu jimmodifikaw l-iskadenzi, b'mod partikolari l-iskadenzi għad-dehra jew jiffissaw data speċjali għad-dehra?

F’kawżi urġenti, il-qrati jistgħu jqassru t-termini sabiex persuna tidher quddiem il-qorti u jistgħu jippermettu li t-taħrika inizjali tiddikjara jum fiss għal seduta ta’ smigħ dwar il-merti. Bil-maqlub, il-qrati jistgħu jipposponu l-kunsiderazzjoni tagħhom tal-kawża għal data aktar tard sabiex jippermettu lill-partijiet jidhru quddiem il-qorti.

14 Meta att maħsub għal parti li tkun residenti f’post fejn hija tibbenefika minn estensjoni tal-iskadenza jiġi nnotifikat f’post fejn min jirrisjedi fih ma jibbenefikax minn estensjoni bħal din, il-persuna titlef il-benefiċċju ta’ din l-iskadenza?

F’konformità mal-Artikolu 647 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, meta att intenzjonat għal parti residenti f’post fejn tkun se tibbenifika minn estensjoni tat-terminu jiġi nnotifikat lilha personalment f’post fejn ir-residenti lokali ma jibbenifikawx minn tali estensjoni, japplikaw biss it-termini permessi għar-residenti lokali.

15 X’inhuma l-konsegwenzi jekk ma jiġux rispettati l-iskadenzi?

L-iskadenza ta’ perjodu ta’ preskrizzjoni jew limitazzjoni ttemm id-dritt ta’ azzjoni u kwalunkwe proċedimenti jiġu preskritti; rikors jiġi ddikjarat inammissibbli mingħajr ma tiġi kkunsidrata s-sustanza tiegħu.

Fil-każ ta’ terminu proċedurali stabbilit mil-liġi jew impost mill-qorti, il-pieni għal nuqqas ta’ osservanza jvarjaw skont ir-rwol tat-terminu u n-natura tal-pass li jrid jittieħed. In-nuqqas ta’ konformità ma’ terminu sabiex persuna tidher quddiem il-qorti jannulla sentenza mogħtija qabel jiskadi t-terminu jekk il-konvenut ma jkunx deher quddiem il-qorti. In-nuqqas ta’ diliġenza dovuta min-naħa tal-partijiet ġeneralment jiġi ppenalizzat bit-tneħħija mil-lista tal-kawżi. In-nuqqas ta’ twettiq ta’ pass proċedurali fi żmien debitu jrendi l-pass f’wieħed null u bla effett.

16 Jekk id-data ta’ l-iskadenza tkun għaddiet, x’inhuma r-rimedji disponibbli għal dawk li ma jkunux irrispettawha, jiġifieri l-partijiet inadempjenti?

Ma huwa disponibbli ebda rimedju sabiex titreġġa’ lura l-iskadenza tad-dritt li tittieħed azzjoni legali, li huwa effett legali tal-iskadenza tal-perjodu ta’ preskrizzjoni jew limitazzjoni.

Madankollu, meta jkun hekk stabbilit mil-liġi, il-qorti għandha l-għażla li teħles parzjalment lil parti mil-limitazzjoni konsegwenti għan-nuqqas ta’ osservanza ta’ terminu. L-Artikolu 540 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jippermetti tneħħija parzjali tal-preskrizzjoni li tirriżulta minn nuqqas ta’ konformità mat-terminu sabiex tiġi kkontestata sentenza mogħtija f’kontumaċja, jew meqjusa li ngħatat fuq azzjoni difiża, jekk il-parti, mingħajr ebda ħtija min-naħa tagħha, ma kinitx taf bis-sentenza fil-ħin sabiex setgħet tikkontestaha, jew jekk ma setgħetx tieħu azzjoni.

Id-deċiżjoni ta’ qorti li tiddikjara li pass proċedurali huwa null u bla effett tista’ tkun soġġetta għal appell jew rikors għal treġġigħ lura (rétractation). Barra minn hekk, nullità ta’ dan it-tip ittemm il-proċedimenti attwali, iżda tħalli d-dritt li tittieħed azzjoni intatt. Għalhekk, jista’ jsir rikors ġdid sakemm ma tapplika ebda kawża li tkun ta' ostaklu għall-proċedimenti, b’mod partikolari l-iskadenza tal-perjodu ta’ limitazzjoni.

Ma jista’ jitressaq ebda appell kontra d-deċiżjoni li titneħħa kawża mil-lista ta’ kawżi. Madankollu, it-tneħħija tħalli l-azzjoni nnifisha intatta. Il-perjodi ta’ preskrizzjoni jew limitazzjoni jkunu ġew interrotti permezz tan-notifika tat-taħrika, u dak l-effett jibqa’. It-tneħħija mil-lista ta’ kawżi tissospendi l-azzjoni, iżda s-sospensjoni tista’ tintemm permezz tat-twettiq ta’ formalità, rikors sabiex il-kawża terġa’ tiġi rreġistrata fil-lista ta’ kawżi.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSite Legifrance – Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (bil-Franċiż)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSite Legifrance – Il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili bl-Ingliż u bl-Ispanjol

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSite Legifrance – btajjel pubbliċi

L-aħħar aġġornament: 23/07/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - il-Kroazja

1 X’inhuma t-tipi ta' skadenzi rilevanti għall-proċeduri ċivili?

Fir-Repubblika tal-Kroazja, it-termini għall-proċeduri ċivili huma rregolati mid-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 111 - 114 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili (Zakon o parničnom postupku) (Narodne Novine (NN; Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tal-Kroazja), Nri. 53/91, 91/92, 112/99, 129/00, 88/01, 117/03, 88/05, 2/07, 96/08, 84/08, 123/08, 57/11, 25/13 u 89/14; minn hawn ’il quddiem: ZPP).

Terminu huwa perjodu ta’ żmien speċifiku li matulu tista’ tittieħed azzjoni proċedurali, jew li qabel l-iskadenza tiegħu ma tistax tittieħed tali azzjoni.

Il-liġi proċedurali Kroata tirrikonoxxi diversi tipi ta’ termini:

• termini statutorji (zakonski) u ġudizzjarji (sudski) — it-tul ta’ żmien tat-termini statutorji huwa stabbilit mil-liġi u ma jistax jitbiddel mill-qorti jew mill-partijiet, u t-tul ta’ żmien tat-termini ġudizzjarji huwa stabbilit mill-qorti, fid-diskrezzjoni tagħha għal kull każ speċifiku, fuq il-bażi ta’ awtorizzazzjoni legali.

• termini li jistgħu jiġu estiżi (produživi) u li ma jistgħux jiġu estiżi (neproduživi) — it-termini statutorji ma jistgħux jiġu estiżi, filwaqt li t-termini ġudizzjarji jistgħu jiġu estiżi, kif deċiż mill-qorti, iżda biss fuq il-mozzjoni ta’ persuna kkonċernata, fejn ikun hemm bażi raġonevoli sabiex tagħmel dan (l-Artikolu 111(2) taz-ZPP);

• termini suġġettivi (subjektivni) u oġġettivi (objektivni) — termini suġġettivi huma dawk li l-bidu tagħhom jiddependi fuq li l-persuna awtorizzata tikseb għarfien ta’ avveniment li huwa rilevanti għall-kalkolu tat-terminu u t-termini oġġettivi jiġu kkalkolati minn meta jseħħ il-fatt rilevanti, irrispettivament mill-persuna awtorizzata li tikseb għarfien tiegħu;

• termini ta’ preskrizzjoni negattiva (prekluzivni) u termini indikattivi (instruktivni) — in-nuqqas ta’ konformità ma’ terminu ta’ preskrizzjoni negattiva jwassal għat-telf tad-dritt li titwettaq l-azzjoni proċedurali sussegwentement, filwaqt li n-nuqqas ta’ konformità ma’ terminu indikattiv ma jwassalx għal konsegwenzi dannużi u l-azzjoni proċedurali tista’ titwettaq sussegwentement;

• termini minimi (dilatorni) u termini għall-eżekuzzjoni (paricijski) — termini minimi jfissru li azzjoni proċedurali ma tistax tittieħed qabel ikun għadda perjodu ta’ żmien partikolari, filwaqt li t-termini għall-eżekuzzjoni jfissru li l-qorti ma tistax twettaq attività partikolari qabel ma jkun skada t-terminu għall-eżekuzzjoni;

• termini ċivili (građanskopravni) u proċedurali (procesnopravni) — termini ċivili jfissru dawk li jiffissaw perjodu ta’ żmien sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni jew jiġu ssodisfati d-dmirijiet li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet tal-liġi sostantiva ċivili, filwaqt li t-termini proċedurali jiffissaw perjodu ta’ żmien sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni jew jiġu ssodisfati d-dmirijiet li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet tal-liġi proċedurali (ċivili).

2 Il-lista tal-jiem varji li mhumiex meqjusa jiem tax-xogħol skont ir-Regolament (KEE, Euratom) nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971.

Fir-Repubblika tal-Kroazja, il-lista ta’ jiem mhux tax-xogħol hija rregolata mill-Att dwar il-Btajjel, il-Jiem ta’ Tifkira u l-Jiem Mhux tax-Xogħol fir-Repubblika tal-Kroazja (Zakon o blagdanima, spomendanima i neradnim danima u Republici Hrvatskoj) (NN Nri 33/96, 96/01, 13/02, 136/02, 112/05, 59/06, 55/08, 74/11, 130/11).

Il-btajjel pubbliċi fir-Repubblika tal-Kroazja huma dawn li ġejjin:

L-1 ta’ Jannar - L-Ewwel tas-Sena

Is-6 ta’ Jannar - L-Epifanija

Ħadd il-Għid u t-Tnejn ta’ wara l-Għid

Corpus Christi

L-1 ta’ Mejju - Jum il-Ħaddiem

It-22 ta’ Ġunju - Il-Jum tal-Ġlieda Kontra l-Faxxiżmu

Il-25 ta’ Ġunju - Jum is-Sovranità

Il-5 ta’ Awwissu - Jum il-Vitorja u r-Radd il-Ħajr u l-Jum iddedikat lill-Veterani tal-Patrija

Il-15 ta’ Awwissu - L-Assunzjoni

It-8 ta’ Ottubru - Jum l-Indipendenza

L-1 ta’ Novembru - Jum il-Qaddisin Kollha

Il-25 ta’ Diċembru - Il-Milied

Is-26 ta’ Diċembru - L-Għada tal-Milied/Il-Jum iddedikat lil San Stiefnu

Fir-Repubblika tal-Kroazja, il-btajjel pubbliċi huma jiem mhux tax-xogħol.

3 Liema huma r-regoli ġenerali li japplikaw għall-iskadenzi fir-rigward ta’ proċeduri ċivili differenti?

It-termini jiġu kkalkolati f’jiem, xhur u snin.

Ir-regoli dwar il-kalkolu tat-termini japplikaw għat-termini kollha. It-termini jiġu kkalkolati f’jiem sħaħ, minn nofs il-lejl sa nofs il-lejl (computatio civilis, a die ad diem) u mhux minn mument għal mument, billi jiġu kkalkolati s-sigħat u l-minuti (computation naturalis, a momento ad momentum). Għal aktar informazzjoni dwar ir-regoli ġenerali, ara r-risposta taħt 1).

4 Meta jkun meħtieġ li att jew formalità jitwettqu fi żmien stabbilit minn qabel, dan meta jibda jiddekorri?

Id-data tal-bidu hija d-data tal-bidu tal-proċeduri jew ta’ xi azzjoni oħra (pereżempju, notifika, avviż) minn meta jrid jiġi kkalkolat it-tul taż-żmien. Id-data tal-bidu mhijiex inkluża fit-termini espressi f’jiem. L-ewwel jum li jkun imiss jitqies bħala l-bidu tat-terminu.

5 Il-bidu tad-dekorrenza jista’ jiġi affettwat jew modifikat mill-metodu ta’ trażmissjoni jew ta’ notifika tad-dokumenti (servizz personali minn marixxall jew servizz postali)?

Ir-regola ġenerali tan-notifika hija li din trid tiġi effettwata f’jum tax-xogħol u speċifikament mis-sebgħa (7) ta’ filgħodu sat-tmienja (8) ta’ filgħaxija, fir-residenza jew fuq il-post tax-xogħol tal-persuna li għandha tingħata n-notifika, jew fil-qorti meta l-persuna msemmija tkun tinsab hemmhekk. L-eċċezzjoni għar-regola msemmija fuq, jiġifieri li n-notifika għandha tiġi effettwata f’jum tax-xogħol u speċifikament mis-sebgħa (7) ta’ filgħodu sat-tmienja (8) ta’ filgħaxija, ma tapplikax għal notifika bil-posta jew minn nutar pubbliku.

In-notifika tista’ tiġi effettwata wkoll f’ħin u post ieħor bil-kunsens tal-persuna li għandha tingħata n-notifika

Jekk il-qorti tqis li jkun meħtieġ, hija toħroġ ordni sabiex in-notifika tiġi effettwata fi kwalunkwe post ieħor jew fi kwalunkwe ħin ieħor. Fil-każ ta’ din il-forma ta’ notifika, il-persuna li lilha tiġi kkomunikata l-komunikazzjoni għandha tingħata kopja tad-deċiżjoni tal-qorti li biha din tkun ġiet ordnata. Din id-deċiżjoni ma għandhiex bżonn tinkludi spjegazzjoni.

6 Jekk iż-żmien jibda jiddekorri meta jitwettaq xi avveniment, il-jum li fih jitwettaq l-avveniment ikun jgħodd għall-kalkolu taż-żmien?

Jekk terminu jkun ġie kkalkolat f’jiem, il-jum meta saret in-notifika jew il-jum meta seħħ l-avveniment minn meta beda jiddekorri t-terminu ma jiġix inkluż f’tali terminu. Minflok, it-terminu għandu jibda fl-ewwel jum li jkun imiss.

Pereżempju, jekk l-avveniment minn meta beda perjodu ta’ żmien ta’ 15-il jum seħħ fil-5 ta’ Frar, it-terminu ta’ 15-il jum jiskadi f’nofs il-lejl fl-20 ta’ Frar.

Għalhekk, il-kalkolu tat-terminu ma jibdiex f’dak il-jum li jkun seħħ avveniment (dies a quo), iżda fil-jum ta’ wara.

7 Meta skadenza tkun espressa f’jiem, l-għadd ta’ jiem indikat ikun jinkludi l-jiem tal-kalendarju jew il-jiem tax-xogħol?

Meta terminu jiġi espress f’jiem, in-numru ta’ jiem indikat jirreferi għal jiem kalendarji. Madankollu, jekk l-aħħar jum ta’ terminu jaqa’ fi btala pubblika jew nhar ta’ Ħadd jew fi kwalunkwe jum ieħor meta l-qorti ma tkunx miftuħa, tali terminu jiskadi fl-aħħar tal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss.

8 Meta skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin?

It-termini kkalkolati f’xhur jew snin jiġu fi tmiemhom fl-aħħar tal-jum tal-aħħar xahar jew sena li jkollhom l-istess numru bħall-jum li fih beda jiddekorri t-terminu.

Jekk ma jkun hemm ebda data bħal din fl-aħħar xahar, it-terminu jiskadi fl-aħħar jum ta’ dak ix-xahar.

9 Jekk skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin, meta tiskadi?

Ara l-punt 8.

10 Jekk meta tiskadi d-data tal-iskadenza jkun nhar ta' Sibt, Ħadd jew festa pubblika jew jum mhux tax-xogħol, din tiġi estiża sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss?

Iva.

11 Hemm ċirkostanzi li fihom jiġu estiżi l-iskadenzi? X’inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minn dawn l-estensjonijiet?

Terminu ffissat minn qorti jista’ jiġi estiż darba biss fuq il-mozzjoni ta’ persuna kkonċernata jekk ikun hemm raġunijiet leġittimi għal dan.

Il-mozzjoni għandha tiġi ppreżentata qabel l-iskadenza tat-terminu li għalih tintalab estensjoni.

Ma hemm ebda appell kontra deċiżjoni dwar l-estensjoni ta’ terminu.

It-terminu estiż jibda fl-ewwel jum li jkun imiss wara l-iskadenza tat-terminu li għalih intalbet l-estensjoni.

12 X’inhuma l-iskadenzi għall-appelli?

Il-partijiet jistgħu jressqu appell kontra sentenza mogħtija minn qorti tal-prim’istanza fi żmien ħmistax-il jum mid-data meta tiġi nnotifikata kopja tas-sentenza, sakemm dan l-Att ma jipprevedix terminu ieħor. F’tilwimiet li jinvolvu kontrolli u kambjali, dan it-terminu jkun ta’ tmint ijiem.

Barra minn hekk, fi proċeduri għal talbiet żgħar, proċeduri quddiem qrati kummerċjali u tilwimiet relatati mal-impjiegi, it-terminu sabiex jitressaq appell huwa ta’ tmint ijiem.

13 Il-qrati jistgħu jimmodifikaw l-iskadenzi, b'mod partikolari l-iskadenzi għad-dehra jew jiffissaw data speċjali għad-dehra?

Terminu ffissat minn qorti jista’ jiġi estiż darba biss fuq il-mozzjoni ta’ persuna kkonċernata jekk ikun hemm raġunijiet leġittimi għal dan.

14 Meta att maħsub għal parti li tkun residenti f’post fejn hija tibbenefika minn estensjoni tal-iskadenza jiġi nnotifikat f’post fejn min jirrisjedi fih ma jibbenefikax minn estensjoni bħal din, il-persuna titlef il-benefiċċju ta’ din l-iskadenza?

Ir-regoli tal-proċedura ċivili fir-Repubblika tal-Kroazja ma jipprevedu ebda estensjoni tat-terminu skont il-post tar-residenza tal-partijiet.

15 X’inhuma l-konsegwenzi jekk ma jiġux rispettati l-iskadenzi?

Il-konsegwenzi jiddependu fuq in-natura legali tal-iskadenzi, jiġifieri, fil-każ ta’ termini statutorji li ma jistgħux jiġu estiżi u fejn il-parti tonqos milli tieħu azzjoni proċedurali fit-terminu preskritt, tali nuqqas ta’ osservanza tal-iskadenza jirriżulta fit-telf tad-dritt li sussegwentement tittieħed l-azzjoni proċedurali.

Min-naħa l-oħra, hemm termini li n-nuqqas ta’ osservanza tagħhom ma jirriżultax fit-telf tad-dritt li sussegwentement tittieħed azzjoni, u dawn it-termini ssir referenza għalihom bħala indikattivi.

16 Jekk id-data ta’ l-iskadenza tkun għaddiet, x’inhuma r-rimedji disponibbli għal dawk li ma jkunux irrispettawha, jiġifieri l-partijiet inadempjenti?

Jekk parti tonqos milli tidher f’seduta ta’ smigħ jew milli tilħaq skadenza sabiex tieħu azzjoni fil-proċedimenti u, għal dik ir-raġuni, titlef id-dritt li tieħu dik l-azzjoni, il-qorti tista’ tippermetti lil dik il-parti, fuq mozzjoni tagħha stess, li tieħu dik l-azzjoni aktar tard (mozzjoni sabiex jitreġġa’ lura status preċedenti), jekk hija tqis li kien hemm raġunijiet leġittimi għall-ommissjoni.

Il-mozzjoni għandha titressaq fi żmien tmint ijiem mill-jum meta tkun waqfet teżisti r-raġuni għall-ommissjoni; jekk il-parti tkun saret taf bl-ommissjoni aktar tard, il-perjodu ta’ żmien imsemmi fuq jibda jiddekorri minn dakinhar li hija tkun saret taf biha. Wara l-iskadenza ta’ xahrejn mid-data tal-ommissjoni, ma tista’ titressaq ebda mozzjoni sabiex jitreġġa’ lura status preċedenti.

L-aħħar aġġornament: 23/08/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - Litwanja

1 X’inhuma t-tipi ta' skadenzi rilevanti għall-proċeduri ċivili?

Il-Kodiċi Ċivili (Civilinis kodeksas) jipprevedi perijodu ta’ limitazzjoni ġenerali u perjodi ta’ limitazzjoni iqsar. Il-perjodi ta’ limitazzjoni jistgħu jkunu rkupratorji, akkwiżitorji jew riżolutorji.

2 Il-lista tal-jiem varji li mhumiex meqjusa jiem tax-xogħol skont ir-Regolament (KEE, Euratom) nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971.

il-Ħdud;

l-1 ta’ Jannar: l-Ewwel Jum tas-Sena;

is-16 ta’ Frar: Jum ir-Restawr tal-Istat ta’ Litwanja;

il-11 ta’ Marzu: Jum ir-Restawr tal-Indipendenza tal-Litwanja;

L-Għid il-Kbir u t-Tnejn ta’ wara l-Għid (skont it-tradizzjoni tal-punent);

l-1 ta’ Mejju: Jum il-Ħaddiem;

l-Ewwel Ħadd ta’ Mejju: Jum l-Omm;

l-Ewwel Ħadd ta’ Ġunju: Jum il-Missier;

l-24 ta’ Ġunju: Jum f’Nofs is-Sajf, il-Festa ta’ San Ġwann;

is-6 ta’ Lulju: Jum l-Istat (L-ikkurunar tar-Re Mindaugas);

il-15 ta’ Awwissu: Il-Madonna Mtellgħa s-Sema;

l-1 ta’ Novembru Jum l-Erwieħ kollha;

l-24 ta’ Diċembru: Lejlet il-Milied;

il-25 u s-26 ta’ Diċembru: il-Milied

3 Liema huma r-regoli ġenerali li japplikaw għall-iskadenzi fir-rigward ta’ proċeduri ċivili differenti?

Perijodu ta' limitazzjoni stabbilit mil-liġijiet, permezz ta’ kuntratt jew permezz ta’ awtorità ġudizzjarja f’termini ta’ data kalendarja jew numru ta’ snin, xhur, ġimgħat, jiem jew siegħat.

Perijodu ta' limitazzjoni jista’ jiġi ddefinit ukoll f’termini ta’ avveniment li jrid iseħħ b’mod inevittabli. Dan jista’ jkunu rkupratorju, akkwiżitorju jew riżolutorju. Perijodu ta' limitazzjoni ta’ rkupru fuq wieħed li jista’ ikun irkuprat minn qorti wara li jkun skada sakemm l-iskadenza rilevanti tkun seħħet għal raġunijiet importanti. Perijodu ta' limitazzjoni akkwiżitorju huwa perijodu li fit-tmiem tiegħu jirriżulta (jinkiseb) ċerta dritt jew dover ċivili. Perijodu ta' limitazzjoni riżolutorju huwa perijodu li fit-tmiem tiegħu jiskadi ċerta dritt jew dover ċivili. Perijodi ta' limitazzjoni riżolutorju ma jistax jiġi stabbilit mill-ġdid minn qorti jew arbitraġġ.

Il-perijodu ta' limitazzjoni ġenerali huwa għaxar snin.

Il-leġiżlazzjoni Litwana tistipula perijodi ta' limitazzjoni iqsar għal tipi partikolari ta’ pretensjonijiet.

Perijodu ta' limitazzjoni iqsar ta’ xahar jiġi applikat għall-pretensjonijiet li joriġinaw mir-riżultati ta’ proċeduri tal-offerti.

Perijodu ta' limitazzjoni iqsar ta’ tliet xhur jiġi applikat għall-pretensjonijiet sabiex id-deċiżjonijiet ta’ korpijiet ta’ entità ġuridika jiġu ddikjarati invalidi.

Perijodu ta' limitazzjoni iqsar ta’ sitt xhur jiġi applikat għal:

  1. pretensjonijiet dwar l-infurzar ta’ nuqqas (multa, imgħax għal pagament tardiv);
  2. pretensjonijiet dwar difetti ta’ oġġetti mibjugħa.

Perijodu ta' limitazzjoni iqsar ta’ sitt xhur huwa applikat għal pretensjonijiet li jirriżultaw minn relazzjonijiet bejn il-kumpaniji tat-trasport u l-klijenti tagħhom fir-rigward tal-merkanzija mibgħuta minn ġewwa il-Litwanja filwaqt li perijodu ta' limitazzjoni ta’ sena huwa applikat għal merkanzija mibgħuta barra mill-pajjiż.

Perijodu ta' limitazzjoni iqsar ta’ sena jiġi applikat għal pretensjonijiet tal-assigurazzjoni.

Perijodu ta' limitazzjoni iqsar ta’ tliet snin jiġi applikat għal pretensjonijiet għal danni, inkluż pretensjonijiet għal danni li jirriżultaw mill-kwalità inadegwata tal-prodotti.

Perijodu ta' limitazzjoni iqsar ta’ ħames snin jiġi applikat għal pretensjonijiet ta’ infurzar tal-imgħax u pagamenti perjodiċi oħra.

10. Il-pretensjonijiet dwar difetti ta’ xogħlijiet imwettqa huma suġġetti għal perijodi ta' limitazzjoni iqsar.

Il-pretensjonijiet li jirriżultaw mit-trasport ta’ merkanzija, passiġġieri u bagalji huma suġġetti għall-perijodi ta' limitazzjoni stabbiliti fil-kodiċijiet (liġijiet) applikabbli għal modi ta’ trasport speċifiċi.

Il-perijodu ta' limitazzjoni u kif ukoll ir-regoli għall-kalkolu tat-tali perijodu ma jistgħux jinbidlu bi ftehim bejn il-partijiet.

Perijodu ta' limitazzjoni ma japplikax għal:

1) pretensjonijiet li jirriżultaw mill-ksur ta’ drittijiet personali mhux tal-proprjetà, barra minn każijiet stabbiliti mil-liġijiet;

2) pretensjonijiet tad-depożitanti għall-ħlas lura tad-depożiti tagħhom li jinżammu f’bank jew istituzzjoni bankarja oħra;

3) pretensjonijiet oħra għal danni li jirriżultaw mir-reati segwenti li ġejjin speċifikati fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi Kriminali (Baudžiamasis kodeksas):

1) ġenoċidju (l-Artikolu 99);

2) it-trattament ta’ persuni projbit taħt il-liġi internazzjonali (l-Artikolu 100);

3) il-qtil ta’ persuni protetti taħt il-liġi umanitarja internazzjonali (l-Artikolu 101);

4) id-deportazzjoni jew it-trasferiment ta’ ċivili (l-Artikolu 102);

5) l-ikkawżar ta’ offiża fuq il-persuna, it-tortura jew trattament inuman ieħor ta’ persuni protetti taħt il-liġi umanitarja internazzjonali (l-Artikolu 103);

6) l-użu bilfors ta’ ċivili jew priġunieri tal-gwerra fil-forzi armati tal-għedewwa (l-Artikolu 105);

7) qerda ta’ oġġetti protetti jew ħerba ta’ teżori nazzjonali (l-Artikolu 106);

8) aggressjoni (l-Artikolu 110);

9) attakki militari projbiti (l-Artikolu 111);

10) l-użu ta’ mezzi projbiti ta’ armi tal-gwerra (l-Artikolu 112);

11) it-twettiq negliġenti tad-doveri ta’ kmandant.

4) każijiet speċifikati f’liġijiet oħra jew pretensjonijiet oħra.

Termini applikabbli għal seduti ta' smigħ ta’ kawżi ċivili. L-għan tal-qorti jrid ikun li tisma’ kawża ċivili kemm jista’ ikun malajr, tevita d-dewmien u tiżgura li kawża ċivili tinstema’ f’sessjoni unika tal-qorti.

Il-liġijiet jistgħu jistabbilixxu termini speċifiċi għal xi kategoriji ta’ każijiet ċivili li għandhom jinstemgħu. Meta qorti tal-ewwel istanza tonqos milli twettaq l-azzjoni proċedurali li hija meħtieġa taħt il-Kodiċi Ċivili, parti fil-proċedimenti b’interess li dik l-azzjoni titwettaq hija intitolata titlob lill-qorti tal-appell biex tistabbilixxi skadenza għat-twettiq tagħha. It-talba trid issir lill-qorti li qedha tisma’ il-każ, u din tal-aħħar trid tiddeċiedi dwar l-ammissibilità tagħha mhux aktar tard mill-jum tax-xogħol li jiġi wara r-riċeviment tagħha. Jekk il-qorti li naqset milli twettaq l-azzjoni proċedurali li tagħti lok għat-talba twettaq l-azzjonijiet inkwistjoni fi żmien sebat ijiem minn meta tirċievi t-talba, il-parti inkwistjoni hija meqjusa li tkun ħassret it-talba. Inkella t-talba tiġi ttrasferita lill-qorti tal-appell fi żmien sebat ijiem ta’ xogħol mid-data tar-riċeviment tagħha. It-tali talbiet huma ġeneralment eżaminati permezz tal-proċedura bil-miktub mingħajr ma l-partijiet ikunu nnotifikati tal-ħin u l-post tas-sessjoni jew ma jiġu mistiedna għaliha. It-talba trid tiġi eżaminata fi żmien sebat ijiem mir-riċeviment tagħha mill-qorti tal-appell. Din trid tiġi eżaminata u deċiżjoni tittieħed mill-president tal-qorti tal-appell, il-president tat-taqsima tal-każijiet ċivili jew minn imħallef maħtur minnhom. Is-sentenza deċiża ma tistax tiġi kkontestata permezz ta’ appell separat.

4 Meta jkun meħtieġ li att jew formalità jitwettqu fi żmien stabbilit minn qabel, dan meta jibda jiddekorri?

It-terminu jibda jiddekorri minn 0 sigħat 00 minuta fil-jum wara d-data kalendarja jew avveniment li jiddefinixxi minn meta jibda jiddekorri, sakemm ma jiġix previst mod ieħor fil-liġijiet speċifiċi.

5 Il-bidu tad-dekorrenza jista’ jiġi affettwat jew modifikat mill-metodu ta’ trażmissjoni jew ta’ notifika tad-dokumenti (servizz personali minn marixxall jew servizz postali)?

Kull rikors bil-miktub u notifiki mpustati, mibgħuta bit-telegraph jew trażmessi b’mezzi oħra ta’ komunikazzjoni qabel nofsillejl fl-aħħar jum ta’ terminu huma meqjusa li jkunu ġew mibgħuta fil-ħin (l-Artikolu 1.122 tal-Kodiċi Ċivili).

L-Artikolu 123 (3)–(4) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Civilinio proceso kodeksas) jistipula li meta persuna li tkun qed tikkonsenja dokument proċedurali ma jsibx id-destinatarju fil-post tar-residenza jew fuq il-post tax-xogħol tiegħu, id-dokument irid jiġi nnotifikat lil kull membru tal-familja adulta li tirrisjedi miegħu (ulied (ġenituri adottivi), konjuġi, eċċ.), barra minn meta l-membri tal-familja jkollhom interessi legali kunfliġġenti fl-eżitu tal-każ, jew, jekk ikunu assenti wkoll, lill-amministrazzjoni tal-post tax-xogħol.

Meta persuna li tikkonsenja dokument proċedurali ma ssibx id-destinatarju f’uffiċċju reġistrat ta’ entità ġuridika jew f’post ieħor speċifikat mill-entità ġuridika, id-dokument proċedurali jrid jiġi nnotifikat lil kull impjegat tal-entità ġuridika li tkun preżenti fil-post tal-konsenja. Jekk dokument proċedurali ma jiġix ikkonsenjat bil-mod speċifikat f’dan il-paragrafu, dan irid jiġi mpostat fl-indirizz tal-uffiċċju tal-entità ġuridika u huwa meqjus li jkun ġie kkonsenjat fi żmien għaxart ijiem mid-data tal-impostar.

6 Jekk iż-żmien jibda jiddekorri meta jitwettaq xi avveniment, il-jum li fih jitwettaq l-avveniment ikun jgħodd għall-kalkolu taż-żmien?

It-terminu jibda jiddekorri minn 0 sigħat 00 minuta fil-jum wara avveniment li jiddefinixxi minn meta jibda jiddekorri, sakemm ma jiġix previst mod ieħor fil-liġijiet speċifiċi. (l-Artikolu 73 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

7 Meta skadenza tkun espressa f’jiem, l-għadd ta’ jiem indikat ikun jinkludi l-jiem tal-kalendarju jew il-jiem tax-xogħol?

Perijodu ta' limitazzjoni jiġi kkalkolat f’jiem kalendarji. Dan jibda jiddekorri minn 0 sigħat 00 minuta fil-jum wara d-data kalendarja jew avveniment li jiddefinixxi minn meta jibda jiddekorri, sakemm ma jiġix previst mod ieħor fil-liġijiet speċifiċi.

8 Meta skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin?

Terminu proċedurali espress fi snin, xhur, ġimgħat jew jiem jibda jiddekorri minn 0 sigħat 00 minuta fil-jum wara d-data kalendarja jew avveniment li jiddefinixxi minn meta jibda jiddekorri, sakemm ma jiġix previst mod ieħor fil-liġijiet speċifiċi.

9 Jekk skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin, meta tiskadi?

Terminu espress f’ġimgħat jiskadi f’24 siegħa 00 minuti fil-jum adegwat tal-aħħar ġimgħa inkluża fit-terminu. Terminu espress f’xhur jiskadi f’24 siegħa 00 minuti fil-jum adegwat tal-aħħar xahar inkluż fit-terminu. Terminu espress fi snin jiskadi f’24 siegħa 00 minuti fil-jum adegwat tax-xahar adegwat tal-aħħar sena inkluża fit-terminu. Jekk terminu li huwa espress fi snin jew xhur jiskadi f’xahar li ma fihx id-data inkwistjoni, it-terminu jiskadi fl-aħħar jum ta’ dak ix-xahar.

10 Jekk meta tiskadi d-data tal-iskadenza jkun nhar ta' Sibt, Ħadd jew festa pubblika jew jum mhux tax-xogħol, din tiġi estiża sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss?

Il-btajjel uffiċjali u l-jiem ta’ mistrieħ (is-Sibtijiet u l-Ħdud) huma inklużi fit-terminu. Jekk l-aħħar jum tat-terminu jkun jum ta’ mistrieħ jew vaganza pubblika, dan jitqies bħala li jiskadi fil-jum tax-xogħol segwenti.

11 Hemm ċirkostanzi li fihom jiġu estiżi l-iskadenzi? X’inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minn dawn l-estensjonijiet?

L-irkupru ta’ termini proċedurali. Il-persuni li tgħalqilhom l-iskadenza stabbilita minn liġijiet speċifiċi jew minn qorti għal raġunijiet rikonoxxuti mill-qorti bħala importanti jista’ ikollhom it-terminu inkwistjoni rkuprat. Qorti li għandha d-dritt li tirkupra terminu ex officio meta l-fajl tal-każ jindika li l-iskadenza tat-terminu inkwistjoni tkun għaddiet.

Talba biex jiġi rkuprat terminu trid tiġi ppreżentata lill-qorti li quddiemha kellha titressaq l-azzjoni proċedurali. Din tiġi eżaminata permezz ta’ proċedura bil-miktub. L-azzjoni proċedurali (il-preżentata tat-talba, is-sottomissjoni tad-dokumenti u l-eżekuzzjoni ta’ azzjonijiet oħra) li fil-konfront tagħha ma tkunx intlaħqet l-iskadenza trid tiġi eżegwita b’mod parallel mar-rikors. It-talba għall-irkupru ta’ terminu trid tkun motivata. Din trid tkun akkumpanjata minn evidenza li tiġġustifika l-bżonn għall-irkupru.

Terminu proċedurali jiġi rkuprat permezz ta’ sentenza mill-qorti. Ir-rifjut milli jiġi rkuprat terminu proċedurali jinħareġ fil-forma ta’ sentenza motivata mill-qorti. Sentenza mill-qorti li tiċħad talba għall-irkupru ta’ terminu proċedurali skadut tista’ tiġi kkontestata permezz tal-preżentata ta’ appell separat.

12 X’inhuma l-iskadenzi għall-appelli?

Appell minn sentenza tal-qorti reġjonali jista’ jiġi ppreżentat fi żmien 30 jum minn meta tkun ingħatat s-sentenza mill-qorti tal-ewwel istanza.

Jista’ isir appell separat kontra sentenza ta’ qorti reġjonali:

  • fi żmien sebat ijiem minn meta tkun ingħatat is-sentenza f’każijiet li fihom tkun ingħatat is-sentenza tal-qorti tal-ewwel istanza taħt appell fi proċedimenti orali;
  • fi żmien sebat ijiem minn meta tkun ġiet notifikata kopja attestata tas-sentenza f’każijiet li fihom tkun ingħatat is-sentenza tal-qorti tal-ewwel istanza taħt appell fi proċedimenti bil-miktub.

Jistgħu jsiru appelli minn sentenzi ta’ qrati reġjonali li jisimgħu każ fuq il-mertu, filwaqt li jistgħu jsiru appelli separati kontra sentenzi preliminari ta’ qrati reġjonali msemmija espressament fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (pereż. kontra sentenza li tiċħad rikors għall-irkupru ta’ terminu proċedurali (l-Artikolu 78(6) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili), kontra sentenza dwar l-ispejjeż ta’ litigazzjoni (l-Artikolu 100 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili) jew kontra sentenza li tipprekludi proċedimenti ulterjuri).

13 Il-qrati jistgħu jimmodifikaw l-iskadenzi, b'mod partikolari l-iskadenzi għad-dehra jew jiffissaw data speċjali għad-dehra?

Sessjoni tal-qorti trid f’kull każ tiġi mmexxija b’mod kontinwu barra minn meta jitħabbar aġġornament, li ma jistax ikun itwal minn ħamest ijiem ta’ xogħol. Aġġornament jista’ jitħabbar biex jippermetti lill-qorti u lill-partijiet fil-proċedimenti sabiex jistrieħu minn seduta ta' smigħ imtawwla u biex tinġabar kull evidenza nieqsa, b’mod li jiġi żgurat li l-każ huwa riżolt kemm jista’ ikun malajr.

Jekk qorti taġġorna seduta ta' smigħ, id-data tas-seduta ta' smigħ li jmiss tal-qorti trid tiġi ffissata u nnotifikata lill-parteċipanti bil-kontraparti ta’ konferma ta' riċevuta. Il-persuni li ma jkunux dehru l-qorti jew li għadhom kif ġew inklużi fil-proċedimenti huma nnotifikati bid-data tas-seduta ta' smigħ li jmiss tal-qorti f’konformità mal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

F’ċerti sitwazzjonijiet, seduta ta' smigħ tal-qorti tista’ tiġi sospiża. It-tali sospensjoni timplika li kull azzjoni proċedurali li għandha titwettaq bl-għan li jiġi deċiż il-każ fuq il-merti tiegħu hija sospiża temporanjament għal perijodu ta’ żmien indefinit. Każ jista’ jiġi sospiż għal raġunijiet objettivi speċifikati f’liġijiet speċifiċi li jipprekludu s-seduta ta' smigħ ta’ każ ċivili u huma suġġetta għad-diskrezzjoni tal-partijiet jew tal-qorti, jew f’ċirkustanzi li mhumiex previsti f’liġijiet speċfiċi iżda li madankollu jipprekludu l-qorti milli tisma’ l-każ fuq il-merti tiegħu.

Il-qorti trid tissospendi seduta ta' smigħ fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

  • fil-każ tal-mewt ta’ persuna fiżika jew terminazzjoni ta’ entità ġuridika li kienet parti fil-każ meta s-suċċessjoni ta’ drittijiet hija permessa fid-dawl tar-relazzjonijiet legali involuti fil-kontroversja; meta parti titlef il-kapaċità ġuridika tagħha, il-każ irid jiġi sospiż sakemm is-suċċessur tal-persuna fiżika deċeduta jew entità ġuridika terminata jew iċ-ċirkostanzi li jirriżultaw fin-nuqqas ta’ suċċessjoni jkunu ġew iċċarati jew rappreżentant statutorju ta’ persuna fiżika li tkun tilfet il-kapaċità ġuridika tagħha ma jkunx ġie maħtur;
  • meta kawża partikolari ma tistax tinstema’ sakemm kawża oħra ma tkunx ġiet deċiża, kawża fi proċedimenti ċivili, kriminali jew amministrattivi tiġi sospiża sakemm deċiżjoni, sentenza jew riżoluzzjoni tal-qorti tidħol fis-seħħ jew sakemm tingħata sentenza fi proċedimenti amministrattivi;
  • meta jirriżulta f’kawża li tinvolvi pretensjonijiet dwar proprjetà kontra parti konvenuta li l-issodisfar tat-tali pretensjonijiet dwar proprjetà huwa relatat mas-smigħ ta’ kawża kriminali, il-kawża tiġi sospiża sakemm tkun saret it-trattazzjoni tal-kawża kriminali jew ikunu ġew xolti r-restrizzjonijiet dwar drittijiet ta’ proprjetà; ċirkostanzi oħra huma indikati wkoll f’liġijiet speċifiċi.

14 Meta att maħsub għal parti li tkun residenti f’post fejn hija tibbenefika minn estensjoni tal-iskadenza jiġi nnotifikat f’post fejn min jirrisjedi fih ma jibbenefikax minn estensjoni bħal din, il-persuna titlef il-benefiċċju ta’ din l-iskadenza?

Mhux applikabbli.

15 X’inhuma l-konsegwenzi jekk ma jiġux rispettati l-iskadenzi?

L-iskadenza ta’ perijodu ta' limitazzjoni qabel ma ssir talba tirriżulta fiċ-ċaħda tat-talba.

Meta l-qorti tirrikonoxxi li ma tkunx intlaħqet skadenza għal raġuni importanti, id-dritt miksur irid jiġi protett u l-perijodu ta' limitazzjoni inkwistjoni jrid jiġi rkuprat.

Kwistjonijiet dwar il-liġi tal-proprjetà li jkunu relatati mal-irkupru ta’ proprjetà li huwa suġġett għal perijodi ta' limitazzjoni li jkunu skadew għandhom ikunu riżolti f’konformità mal-provvedimenti tal-Volum IV tal-Kodiċi Ċivili.

Id-dritt li ssir azzjoni proċedurali jiskadi meta t-terminu stess, stabbilit mil-liġi jew minn qorti, jiskadi. Kull dokument proċedurali mressaq wara l-iskadenza ta’ terminu jiġi rritornat lir-rikorrenti. Il-fatt li l-iskadenza ma tintlaħaqx għat-twettiq ta’ ċertu obbligu proċedurali ma jeżonerax lill-persuna kkonċernata minn dak l-obbligu.

16 Jekk id-data ta’ l-iskadenza tkun għaddiet, x’inhuma r-rimedji disponibbli għal dawk li ma jkunux irrispettawha, jiġifieri l-partijiet inadempjenti?

Jekk l-iskadenzi ma jintlaħqux għal raġunijiet importanti u ma jkunux għaddew aktar minn tliet xhur minn meta tkun ingħatat is-sentenza tal-qorti, il-qorti tista’ tirkupra t-termini inkwistjoni fuq it-talba tar-rikorrent. Terminu għat-tressiq ta’ appell jista’ jiġi rkuprat meta l-qorti tirrikonoxxi li l-iskadenza inkwistjoni ma tkunx intlaħqet għal raġunijiet importanti. Sentenza tal-qorti li tiċħad talba għall-irkupru ta’ terminu tista’ tiġi kkontestata permezz ta’ appell separat. Jekk il-qorti tal-appell tilqa’ dan l-appell separat u tirkupra t-terminu għall-appell, il-president tat-taqsima tal-kawżi ċivili tal-qorti tal-appell irid jitrasferixxi l-appell, flimkien mal-fajl tal-kawżi, lill-panel ġudizzjarju tal-qorti tal-appell jew jirrinvija l-kwistjoni dwar l-ammissibilità tal-appell lill-qorti tal-ewwel istanza biex tiddeċiedi dwarha. Jekk, f’dawn iċ-ċirkustanzi, il-fajl tal-kawżi huwa rrinvijat lill-panel ġudizzjarju tal-qorti tal-appell, il-qorti tal-appell trid tibgħat kopji tal-appell u l-annessi tiegħu lill-partijiet fil-proċedimenti fi żmien tliet ijiem ta’ xogħol minn meta l-appell ikun ġie permess. Ladarba t-terminu għall-kontestazzjoni ta’ sentenza u għall-kontrappell ikun skada, il-qorti tal-ewwel istanza tibgħat il-każ lill-qorti tal-appell fi żmien sebat ijiem u tinnotifika lill-partijiet. Meta l-każ jintbagħat lill-qorti tal-appell u din tal-aħħar tistabbilixxi li l-iskadenza għall-appell ma tkunx intlaħqet, il-qorti tista’ tirkupra t-terminu fuq l-inizjattiva tagħha stess (ex officio) sakemm il-fajl tal-kawża jindika b’mod ċar li l-iskadenza ma tkunx intlaħqet għal raġunijiet importanti, jew tipproponi lill-parti fil-proċedimenti li hija tressaq talba għall-irkupru tat-terminu għall-appell (l-Artikoli 307(2)–(3), 338 u 78 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Sentenza li tiċħad it-talba tar-rikorrent biex it-terminu jiġi rkuprat tista’ tiġi kkontestata billi jsir appell separat (l-Artikolu 78(6) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

L-aħħar aġġornament: 26/06/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - Lussemburgu

1 X’inhuma t-tipi ta' skadenzi rilevanti għall-proċeduri ċivili?

Skont il-liġi Lussemburgiża, hemm limiti taż-żmien biex tressaq rikors, biex tissodisfa l-formalitajiet proċedurali, biex tidher fl-awla, limiti taż-żmien marbuta mad-distanza u oħrajn.

Il-limiti taż-żmien preskrittivi u li jipprekludu azzjoni mhumiex ta' natura purament proċedurali u għalhekk mhux se jiġu ttrattati hawnhekk.

2 Il-lista tal-jiem varji li mhumiex meqjusa jiem tax-xogħol skont ir-Regolament (KEE, Euratom) nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971.

Is-Sibtijiet u l-Ħdud, flimkien mal-festi pubbliċi statutorji li ġejjin mhumiex meqjusa bħala ġranet tax-xogħol:

  • L-ewwel tas-sena, l-għada tal-Għid, l-ewwel ta' Mejju, it-Tnejn tal-Pentekoste, il-festa nazzjonali li tiġi fit-23 ta' Ġunju,
  • Lapsi, il-Qaddisin Kollha u l-Milied u San Stiefnu.

3 Liema huma r-regoli ġenerali li japplikaw għall-iskadenzi fir-rigward ta’ proċeduri ċivili differenti?

Il-limitu taż-żmien tal-proċedura jista' jvarja skont il-materja u l-proċedura kkonċernata.

4 Meta jkun meħtieġ li att jew formalità jitwettqu fi żmien stabbilit minn qabel, dan meta jibda jiddekorri?

Il-limitu taż-żmien jibda jiskorri minn nofsillejl tal-jum tal-att, avveniment, deċiżjoni jew notifika tal-att.

5 Il-bidu tad-dekorrenza jista’ jiġi affettwat jew modifikat mill-metodu ta’ trażmissjoni jew ta’ notifika tad-dokumenti (servizz personali minn marixxall jew servizz postali)?

Iva, jekk il-liġi titlob notifika minn bailiff jew uffiċjal tal-qorti, in-notifika tista' titqies li saret f'ġurnata oħra minn dakinhar li n-notifika waslet effettivament għand il-persuna kkonċernata (pereż. f'każ li d-dokument jiġi miċħud jew f'każ ta' notifika d-dar,...).

6 Jekk iż-żmien jibda jiddekorri meta jitwettaq xi avveniment, il-jum li fih jitwettaq l-avveniment ikun jgħodd għall-kalkolu taż-żmien?

Il-limitu taż-żmien proċedurali kollha jibda jiskorri minn nofsillejl tal-jum tal-att, avveniment, deċiżjoni jew notifika li tibda l-iskorriment taż-żmien.

7 Meta skadenza tkun espressa f’jiem, l-għadd ta’ jiem indikat ikun jinkludi l-jiem tal-kalendarju jew il-jiem tax-xogħol?

Il-festi pubbliċi statutorji, is-Sibtijiet u l-Ħdud jingħaddu wkoll.

8 Meta skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin?

Il-festi pubbliċi statutorji, is-Sibtijiet u l-Ħdud jingħaddu wkoll.

9 Jekk skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin, meta tiskadi?

Kull limitu taż-żmien proċedurali jiskadi f'nofs il-lejl tal-aħħar jum.

Jekk il-limitu taż-żmien ikun espress f'ġimgħat, jiskadi dakinhar tal-aħħar ġimgħa li l-isem tal-jum ikun jikkorrispondi ma' tal-jum tal-att, avveniment, deċiżjoni jew notifika li tibda l-iskorriment taż-żmien.

Jekk il-limitu taż-żmien ikun espress f'xhur jew snin, jiskadi dakinhar tal-aħħar xahar jew tal-aħħar sena li jkollu l-istess numru tal-jum tax-xahar bħall-jum tal-att, avveniment, deċiżjoni jew notifika li tibda l-iskorriment taż-żmien. Jekk ma jkunx hemm numru tal-jum tax-xahar korrispondenti, jiskadi fl-aħħar jum tax-xahar.

Jekk il-limitu taż-żmien ikun espress f'xhur u jiem jew fi frazzjonijiet ta' xahar. l-ewwel jingħaddu x-xhur sħaħ u mbagħad il-jiem jew il-frazzjonijiet ta' xahar; biex jiġu kkalkulati l-frazzjonijiet ta' xahar, xahar jitqies li fih 30 jum.

10 Jekk meta tiskadi d-data tal-iskadenza jkun nhar ta' Sibt, Ħadd jew festa pubblika jew jum mhux tax-xogħol, din tiġi estiża sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss?

Kull limitu taż-żmien illi kieku jiskadi s-Sibt, il-Ħadd, f'festa pubblika statutorja jew f'jum ferjali li jissotitwixxi festa pubblika, jittawwal sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss. Dan jgħodd ukoll għall-preżentazzjoni ta' dokumentazzjoni f'uffiċċji muniċipali, meta s-servizzi muniċipali jkunu magħluqin għall-pubbliku fl-aħħar jum tal-limitu taż-żmien.

11 Hemm ċirkostanzi li fihom jiġu estiżi l-iskadenzi? X’inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minn dawn l-estensjonijiet?

Min joqgħod barra l-pajjiż jibbenefika minn limitu taż-żmien għad-distanza meta jitressaq rikors kontrih quddiem qorti Lussemburgiża. Dan il-limitu ta' żmien ivarja bejn 15 u 35 jum skont fejn joqgħod l-intimat.

12 X’inhuma l-iskadenzi għall-appelli?

Il-limitu ta' żmien għal appell huwa, bħala regola ġenerali, 40 jum b'żieda fil-limitu ta' żmien għad-distanza għal dawk li jgħixu barra. L-appell minn sentenza li mhix eżegwibbli provviżorjament ma jistax jitressaq qabel ma jgħaddu tmint ijiem.

Il-limitu ta' żmien biex wieħed jikkontesta sentenza li ngħatat b'kontumaċja huwa ta' 15-il jum u jibda jiskorri min-notifika.

Id-digrieti jistgħu jiġu appellati fi żmien 15-il jum min-notifika tagħhom. F'każ ta' kontumaċja, il-limitu ta' żmien biex jiġi kkontestat huwa ta' tmint ijiem li jibdew jiskorru malli jiġi notifikat. Il-limitu taż-żmien biex tiġi kkontestata sentenza mogħtija b'kontumaċja jiskorru simultanjament mal-limiti taż-żmien għall-appell.

13 Il-qrati jistgħu jimmodifikaw l-iskadenzi, b'mod partikolari l-iskadenzi għad-dehra jew jiffissaw data speċjali għad-dehra?

Fil-każ ta' digrieti, tinħareġ ċitazzjoni biex wieħed jitla' għal seduta li ssir għal din il-fini f'jum u ħin normali għal dawn il-proċedimenti. Jekk il-kawża tkun urġenti, madankollu, l-imħallef li jippresjedi jew is-sostitut tiegħu jista' joħroġ ċitazzjoni biex wieħed jitla' għal seduta miftuħa għall-pubbliku fil-qorti jew f'daru f'ħin stipulat, anke fi tmiem il-ġimgħa, fil-festi pubbliċi jew fi ġranet li normalment ma jkunux ġranet tax-xogħol.

14 Meta att maħsub għal parti li tkun residenti f’post fejn hija tibbenefika minn estensjoni tal-iskadenza jiġi nnotifikat f’post fejn min jirrisjedi fih ma jibbenefikax minn estensjoni bħal din, il-persuna titlef il-benefiċċju ta’ din l-iskadenza?

Meta parti residenti barra mil-Lussemburgu tirċievi ċitazzjoni biex tidher personalment fil-Lussemburgu, japplikaw il-limiti taż-żmien ordinarji, sakemm il-qorti ma tiddeċidix li testendihom.

15 X’inhuma l-konsegwenzi jekk ma jiġux rispettati l-iskadenzi?

Jekk rikors ma jitressaqx fil-ħin, dan jiġi preskritt. Jekk il-formalitajiet proċedurali ma jsirux fil-ħin, bħala regola ġenerali, l-azzjonijiet jiskadu jew jiġu soppressi.

16 Jekk id-data ta’ l-iskadenza tkun għaddiet, x’inhuma r-rimedji disponibbli għal dawk li ma jkunux irrispettawha, jiġifieri l-partijiet inadempjenti?

Jekk parti ma tippreżentax rikors fil-ħin, il-preskrizzjoni li tirriżulta mill-iskadenza taż-żmien tista' titneħħa jekk, għal raġunijiet li ma kinux tort dik il-parti, l-att li bih jibda jiskorri l-limitu taż-żmien ma ġiex innotifikat lil dik il-parti fi żmien raġonevoli, jew jekk kien impossibbli li dik il-parti taġixxi. It-talba tkun ammissibbli biss jekk isir fi żmien 15-il jum mill-mument meta l-interessat sar jaf bl-att li bih jibda jiskorri l-limitu taż-żmien jew mill-mument meta ma baqax impossibbli li l-parti taġixxi. It-talba ma tibqax tintlaqa' jekk tkun għaddiet iktar minn sena minn meta jkun skada l-limitu taż-żmien li jiskorri minħabba l-att. Dan il-limitu taż-żmien ma għandux effett sospensiv.

Kull azzjoni tiskadi jekk il-proċedimenti ma jitkomplewx fi żmien tliet snin. Dan il-limitu taż-żmien jiżdied b'sitt xhur fil-każijiet kollha fejn ikun hemm bażi biex issir talba biex il-proċedimenti jitkomplew jew biex jitqabbad avukat ieħor. L-iskadenza tal-proċedimenti ma tissopprimix l-azzjoni, imma testingwi biss il-proċedura. F'dak il-każ persuna li tixtieq taġixxi jkollha tipprova tressaq rikors ġdid biex tfittex drittijietha, dejjem jekk l-azzjoni ma tkunx preskritta.

L-ordni biex azzjoni tiġi soppressa minħabba nuqqas ta’ osservanza tal-limitu taż-żmien mill-avukati, ma tistax tiġi appellata.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.legilux.lu/

L-aħħar aġġornament: 02/05/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - Malta

1 X’inhuma t-tipi ta' skadenzi rilevanti għall-proċeduri ċivili?

Il-proċedura ġenerali skont il-Kap. 12 tal-Liġijiet ta’ Malta hija li wieħed ikollu għoxrin ġurnata mid-data tan-notifika sabiex jippreżenta r-risposta tiegħu. Pero’ hemm liġijiet speċjali li jistipulaw termini differenti. Per eżempju jekk kawża tinfetaħ quddiem it-Tribunal tat-Talbiet Żgħar, il-konvenut ikollu tmintax-il ġurnata minn meta jiġi notifkat bl-avviż tat-talba sabiex jippreżenta r-risposta tiegħu.

2 Il-lista tal-jiem varji li mhumiex meqjusa jiem tax-xogħol skont ir-Regolament (KEE, Euratom) nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971.

L-ewwel ta’ Jannar, l-għaxra ta’ Frar, id-dsatax ta’ Marzu, il-wieħed u tletin ta’ Marzu, il-ġurnata tal-Ġimgħa l-Kbira, l-ewwel ta’ Mejju, is-sebgħa ta’ Ġunju, id-disgħa u għoxrin ta’ Ġunju, il-ħmistax t’Awwissu, it-tmienja ta’ Settembru, il-wieħed u għoxrin ta’ Settembru, it-tmienja ta’ Diċembru, it-tlettax ta’ Diċembru, il-ħamsa u għoxrin ta’ Diċembru.

3 Liema huma r-regoli ġenerali li japplikaw għall-iskadenzi fir-rigward ta’ proċeduri ċivili differenti?

Normalment persuna li kontra tagħha jkunu nfetħu proċeduri ta’ natura ċivili jkollha għoxrin ġurnata sabiex tirrispondi billi tippreżenta r-rispota tagħha fil-Qorti. Pero’ jeżistu liġijiet speċjali li jistipulaw termini li jkunu iqsar jew itwal skont il-każ.

4 Meta jkun meħtieġ li att jew formalità jitwettqu fi żmien stabbilit minn qabel, dan meta jibda jiddekorri?

Mid-data tan-notifika.

5 Il-bidu tad-dekorrenza jista’ jiġi affettwat jew modifikat mill-metodu ta’ trażmissjoni jew ta’ notifika tad-dokumenti (servizz personali minn marixxall jew servizz postali)?

Le, iż-żmien ta’ dekorrenza ma jiġix affetwat mill-metodu ta’ trażmissjoni. Wieħed dejjem jimxi fuq id-data li fih ikun ġie notifikat.

6 Jekk iż-żmien jibda jiddekorri meta jitwettaq xi avveniment, il-jum li fih jitwettaq l-avveniment ikun jgħodd għall-kalkolu taż-żmien?

Ġeneralment ż-żmien jibda jiddekorri mill-għada pero jista’ jagħti l-każ li l-liġi jew il-Qorti tagħti terminu li l-jum tan-notifika jkun jgħodd għall-kalkolu taż-żmien.

7 Meta skadenza tkun espressa f’jiem, l-għadd ta’ jiem indikat ikun jinkludi l-jiem tal-kalendarju jew il-jiem tax-xogħol?

Fil-liġi Maltija jekk ma jkunx hemm espressament indikat li l-liġi qed tirreferi għal jiem tax-xogħol, allura jkun ifisser li l-jiem stipulati fil-liġi għandhom jingħaddu bħala jiem tal-kalendarju.

8 Meta skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin?

Fil-għadd taż-żmien, il-ġurnata tingħadd ta’ erbgħa u għoxrin siegħa, ix-xahar u s-sena jingħaddu skont il-kalendarju.

9 Jekk skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin, meta tiskadi?

Fil-għadd taż-żmien, il-ġurnata tingħadd ta’ erbgħa u għoxrin siegħa, ix-xahar u s-sena jingħaddu skont il-kalendarju.

10 Jekk meta tiskadi d-data tal-iskadenza jkun nhar ta' Sibt, Ħadd jew festa pubblika jew jum mhux tax-xogħol, din tiġi estiża sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss?

Iva, jekk l-iskadenza tiskadi f’jum li mhux tax-xogħol (minħabba li tkun taħbat is-Sibt, il-Ħadd jew f’xi festa pubblika) allura din tiġi estiża sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss skond l-artikolu 108 tal-Kap 12 tal-Liġijiet ta’ Malta.

11 Hemm ċirkostanzi li fihom jiġu estiżi l-iskadenzi? X’inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minn dawn l-estensjonijiet?

L-iskadenza tista’ tiġi estiża biss bl-awtorizzazzjoni tal-Qorti. u l-persuna xorta titħalla tippreżenta r-risposta tagħha jekk tipprova għas-sodisfazzjon tal-Qorti raġuni tajba li għaliha naqset li tippreżenta r-risposta ġuramentata.

12 X’inhuma l-iskadenzi għall-appelli?

Wara li tingħata sentenza mill-ewwel Qorti persuna tista’ tagħmel appell fi żmien għoxrin ġurnata (jiem tal-kalendarju) minn meta tingħata s-sentenza. Il-kontro-parti għandu għoxrin ġurnata sabiex jirrispondi. F’kawża kostituzzjonali jekk il-kawża tkun infetħet b’rikors allura l-appell għandu jsir fi żmien għoxrin ġurnata minn meta tingħata s-sentenza.  Jekk il-kawża tkun marret quddiem Qorti Kostituzzjonali permezz ta’ referenza minn Qorti oħra, allura l-appell għandu jsir fi żmien tmient ijiem tax-xogħol.  Il-kontro-parti f’kawża kostituzzjonali għandha tmint ijiem tax-xogħol sabiex tirrispondi. Fejn hemm lok li digriet jiġi appellat qabel is-sentenza finali, l-appell irid isir fi żmien sitt ijiem mill-jum meta d-digriet ikun inqara fil-qorti bil-miftuħ.  Din hija l-proċedura ġenerali. Pero’ għandu jingħad li jeżistu liġijiet speċjali li jistipulaw termini differenti għall-appell jekk l-appell ikun ser jinstema’ quddiem tribunal differenti minn dawn hawn fuq imsemmija. Per eżempju, quddiem it-Tribunal tat-Talbiet iż-Żgħar, wieħed għandu tmintax-il ġurnata sabiex jappella.

13 Il-qrati jistgħu jimmodifikaw l-iskadenzi, b'mod partikolari l-iskadenzi għad-dehra jew jiffissaw data speċjali għad-dehra?

Fil-kawżi ordinarji ta’ natura ċivili il-kawżi kollha għandhom jiġu appuntati fi żmien xahrejn u s-seduti għandhom jinżammu minn xahrejn għal xahrejn.  Il-qorti tista’ tagħżel li ma tappuntax għas-smigħ, bejn is-16 ta’ Lulju u l-15 ta’ Settembru ta’ kull sena.

Jekk il-kawża tkun waħda kostituzzjonali, il-Qorti għandha tappunta data għas-smigħ li tkun fi żmien tmint ijiem tax-xogħol mil-jum meta jkun ġie ppreżentat ir-rikors, jew minn meta tkun ġiet preżentata risposta mill-appellat fiż-żmien mogħti għal dik ir-risposta jew fil-każ li ma tiġix preżentata ebda risposta, mill-iskadenza ta dak it-terminu.

F’każ ta’ proċedimenti sommarji u speċjali, il-konvenut għandu jiġi mħarrek biex jidher mhux aktar kmieni minn ħmistax-il jum u mhux aktar tard minn tletin jum min-notifika.

14 Meta att maħsub għal parti li tkun residenti f’post fejn hija tibbenefika minn estensjoni tal-iskadenza jiġi nnotifikat f’post fejn min jirrisjedi fih ma jibbenefikax minn estensjoni bħal din, il-persuna titlef il-benefiċċju ta’ din l-iskadenza?

Fil-liġi Maltija ma jeżisti ebda post li min ikun residenti fih jibbenefika minn estensjoni ta’ l-iskadenza.

15 X’inhuma l-konsegwenzi jekk ma jiġux rispettati l-iskadenzi?

Jekk ma jiġux rispettati l-iskadenzi, il-persuna titlef id-dritt li tippreżenta r-risposta u tressaq il-provi tagħha quddiem il-qorti u allura jsir kontumaċi. Madankollu qabel ma tagħti s-sentenza, l-Qorti xorta waħda tagħti lill-konvenut żmien qasir u perentorju biex fih jagħmel is-sottomissjonijiet tiegħu bil-miktub sabiex jiddefendi ruħu kontra t-talba ta’ l-attur.   Il-parti li tkun kontumaci xorta wahda jkollha dritt li tappella mis-sentenza finali f'kaz ta' ezitu negattiv ghaliha.

16 Jekk id-data ta’ l-iskadenza tkun għaddiet, x’inhuma r-rimedji disponibbli għal dawk li ma jkunux irrispettawha, jiġifieri l-partijiet inadempjenti?

Dawn għandhom jippruvaw jiġġustifikaw għalfejn baqgħu inadempjenti. Jekk il-Qorti tiddeċiedi li kellhom raġuni tajba għalfejn baqgħu inadempjenti allura il-Qorti tawtorizza lill-parti kontumaċi sabiex tippreżenta r-risposta tagħha.

L-aħħar aġġornament: 22/03/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - Olanda

1 X’inhuma t-tipi ta' skadenzi rilevanti għall-proċeduri ċivili?

L-iskadenzi li japplikaw fil-liġi proċedurali ċivili jistgħu b’mod ġenerali jinġabru flimkien kif ġej:

a. Perjodi minimi ta’ avviż għat-taħrika tal-parti l-oħra u ta’ kwalunkwe partijiet terzi u xhieda sabiex jidhru fil-proċedimenti. Normalment japplika perjodu ta’ mill-inqas ġimgħa. Fil-prinċipju, japplika wkoll perjodu ta’ mill-inqas ġimgħa għat-taħrika tal-partijiet interessati sabiex jidhru fil-proċedimenti kontenzjużi, sakemm il-qorti ma tispeċifikax mod ieħor (l-Artikoli 114-119 u 276 (it-taħrika tal-partijiet u ta’ partijiet terzi) u l-Artikoli 170 u 284 (it-taħrika tax-xhieda) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Wetboek van Burgerlijke Rechtsvordering)). Huwa importanti li jiġi nnotat li jekk il-konvenut ikollu indirizz magħruf jew ikun magħruf li fil-fatt jirrisjedi barra mill-Pajjiżi l-Baxxi, il-perjodu ta’ avviż għat-taħrika ta’ dik il-parti jkun ta’ mill-inqas 4 ġimgħat (l-Artikolu 115 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

b. Il-perjodi massimi għat-tfittxija ta’ rimedji legali. Ir-rimedju legali ta’ oġġezzjoni (verzet) normalment irid jiġi mfittex fi żmien 4 ġimgħat. Ġeneralment, japplikaw perjodi ta’ 3 xhur għal appell (hoger beroep), appell lill-Qorti Suprema (cassatie) u azzjoni sabiex titħassar sentenza li tkun saret finali (herroeping) (ara l-Artikolu 143 (oġġezzjoni), l-Artikoli 339 u 358 (appell), l-Artikoli 402 u 426 (appell lill-Qorti Suprema) u l-Artikoli 383 u 391 (tħassir ta’ sentenza finali) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

ċ. Termini għat-twettiq ta’ atti proċedurali mill-partijiet u għad-deċiżjonijiet mill-qorti. Dawn ġeneralment ivarjaw minn ġimgħatejn sa 6 ġimgħat. F’ċerti ċirkostanzi, il-qorti tista’ tippermetti li t-twettiq tal-atti proċedurali jiġi differit.

d. Perjodi ta’ limitazzjoni għall-bidu ta’ azzjonijiet legali u għall-eżerċitar ta’ awtorità ta’ infurzar. Il-perjodu ta’ limitazzjoni ġenerali huwa ta’ 20 sena. Madankollu, f’ħafna każijiet japplika perjodu ta’ limitazzjoni iqsar ta’ 5 snin. Il-pagamenti ta’ penali inkrementali jiskadu 6 xhur wara l-jum li fih isiru. Perjodu ta’ limitazzjoni li diġà jkun għaddej jista’ jiġi interrott u warajh ikun jista’ jibda perjodu ta’ limitazzjoni ġdid. Pereżempju, il-perjodu ta’ limitazzjoni li japplika għall-awtorità ta’ infurzar jista’ jiġi interrott permezz tal-iskontar tas-sentenza jew permezz ta’ kwalunkwe att ieħor ta’ infurzar (l-Artikoli 306-325, il-Ktieb 3, tal-Kodiċi Ċivili (Burgerlijk Wetboek).

It-termini statutorji huma soġġetti wkoll għar-regoli stipulati fl-Att dwar l-Estensjoni Ġenerali tat-Termini (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAlgemene Termijnenwet).

2 Il-lista tal-jiem varji li mhumiex meqjusa jiem tax-xogħol skont ir-Regolament (KEE, Euratom) nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971.

Minbarra s-Sibtijiet u l-Ħdud, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida l-Att dwar l-Estensjoni Ġenerali tat-Termini jispeċifika dawn li ġejjin bħala btajjel pubbliċi rikonoxxuti b’mod ġenerali:

  • L-Ewwel tas-Sena: L-1 ta’ Jannar
  • Il-Ġimgħa l-Kbira: Il-Ġimgħa ta’ qabel l-Għid
  • It-Tnejn ta’ wara l-Għid: Il-jum tat-Tnejn ta’ wara l-Għid
  • Jum Lapsi: Il-Ħamis, 40 jum wara l-Għid
  • Jum ir-Rè: Is-27 ta’ April
  • Jum il-Liberazzjoni: Il-5 ta’ Mejju
  • It-Tnejn, l-Għid il-Ħamsin: It-Tnejn wara l-Pentekoste
  • Il-Milied u l-Għada tal-Milied: Il-25 u s-26 ta’ Diċembru.

3 Liema huma r-regoli ġenerali li japplikaw għall-iskadenzi fir-rigward ta’ proċeduri ċivili differenti?

It-termini statutorji huma soġġetti għar-regoli stipulati fl-Att dwar l-Estensjoni Ġenerali tat-Termini. Dan l-Att jistipula li terminu stabbilit f’att li jintemm nhar ta’ Sibt, Ħadd jew fi btala pubblika rikonoxxuta b’mod ġenerali jiġi estiż sal-aħħar tal-jum li jkun imiss li ma jkunx Sibt, Ħadd jew btala pubblika rikonoxxuta b’mod ġenerali. Jekk ikun meħtieġ, terminu li jinkludi mill-inqas tlett (3) ijiem jiġi estiż sabiex b’hekk jinkludi mill-inqas jumejn li ma jkunux Sibtijiet, Ħdud jew btajjel pubbliċi rikonoxxuti b’mod ġenerali.

Fir-regoli ta’ proċedura nazzjonali għal kawżi ċivili mibdija b’taħrika (Landelijk procesreglement voor civiele dagvaardingen bij de rechtbanken) terminu ta’ sitt (6) ġimgħat jitqies bħala punt tat-tluq għat-twettiq ta’ atti proċedurali mill-partijiet u għall-għoti tas-sentenza. F’konformità mar-regoli nazzjonali tal-proċedura ċivili għas-setturi tal-qorti kantonali (Landelijk reglement voor de civiele rol van de kantonsectoren), fil-prinċipju, il-qrati kantonali jużaw termini ta’ erba' (4) ġimgħat (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.rechtspraak.nl/).

4 Meta jkun meħtieġ li att jew formalità jitwettqu fi żmien stabbilit minn qabel, dan meta jibda jiddekorri?

Il-ħin tal-bidu dejjem ikun l-ewwel jum wara l-avveniment deċiżiv.

Taħrika

Mhux applikabbli.

Rimedji legali

It-terminu għar-rimedju legali ta’ oġġezzjoni (possibbli biss kontra sentenzi mogħtija f’kontumaċja) għandu tliet ħinijiet tal-bidu differenti:

  1. il-mument li s-sentenza tiġi nnotifikata personalment lill-parti kkundannata;
  2. f’każ li jintuża metodu ta’ notifika ieħor: il-mument li l-parti kkundannata twettaq att li juri li hija taf bis-sentenza jew bil-bidu tal-infurzar; u
  3. f’każijiet oħrajn: il-mument li jitlesta l-infurzar tas-sentenza.

It-terminu għal appelli u appelli lill-Qorti Suprema kontra s-sentenzi mogħtija jiġi kkalkolat mid-data li fiha tingħata s-sentenza. L-ewwel jum tal-perjodu huwa l-għada tal-jum tas-sentenza. Ara wkoll il-mistoqsija 12.

It-terminu għal appelli u appelli lill-Qorti Suprema kontra d-deċiżjonijiet mogħtija jiġi kkalkolat:

  • mid-data li fiha tingħata d-deċiżjoni, f’każ li l-applikant u l-partijiet interessati jidhru fil-proċedimenti, u
  • wara li tingħata d-deċiżjoni jew tkun ġiet innotifikata b’mod ieħor, fil-każ ta’ partijiet interessati oħrajn.

It-terminu għal azzjoni sabiex titħassar sentenza jew deċiżjoni li tkun saret finali jibda wara li tkun tqajmet ir-raġuni għat-tħassir u l-pretendent jew l-applikant ikun sar jaf biha, iżda fi kwalunkwe każ mhux qabel ma s-sentenza jew id-deċiżjoni tkun saret finali, jiġifieri ma tkunx tista’ tiġi annullata permezz ta’ oġġezzjoni, appell jew appell lill-Qorti Suprema.

Atti proċedurali

It-termini stabbiliti għat-twettiq tal-atti proċedurali ġeneralment jiġu kkalkolati mid-data tal-lista ta’ kawżi preċedenti f’ġimgħat sħaħ. Eżempju: wara seduta ta’ smigħ mil-lista ta’ kawżi nhar ta’ Erbgħa, il-kawża terġa’ titqiegħed fuq il-lista ta’ kawżi nhar l-Erbgħa ta’ erba' (4) ġimgħat wara u l-iskadenza għall-preżentazzjoni tkun l-10 ta’ filgħodu. Jekk il-kawża titneħħa minn fuq il-lista, pereżempju, il-qorti mbagħad tiddetermina d-data li fiha titreġġa’ lura fil-lista.

Perjodi ta’ limitazzjoni

Il-ħin tal-bidu tal-perjodi ta’ limitazzjoni li japplikaw għall-azzjonijiet legali jiddependi fuq in-natura tal-azzjoni. Pereżempju, dritt ta’ azzjoni sabiex tintalab l-eżekuzzjoni ta’ obbligu kuntrattwali sabiex tipprovdi jew tagħmel xi ħaġa jiskadi 5 snin wara l-bidu tal-jum wara dak li fih it-talba tkun saret eżiġibbli. Eżempju: dritt ta’ azzjoni sabiex tintalab it-terminazzjoni ta’ sitwazzjoni illegali jiskadi 5 snin wara l-bidu tal-jum wara dak li fih tkun tista’ tintalab it-terminazzjoni immedjata tas-sitwazzjoni.

Infurzar

Fil-prinċipju, l-awtorità ta’ infurzar tiskadi 20 sena wara l-bidu tal-jum wara dak li fih tingħata s-sentenza.

5 Il-bidu tad-dekorrenza jista’ jiġi affettwat jew modifikat mill-metodu ta’ trażmissjoni jew ta’ notifika tad-dokumenti (servizz personali minn marixxall jew servizz postali)?

Le, Madankollu, f’xi każijiet, il-mod li bih parti ssir taf bis-sentenza jinfluwenza l-bidu tat-terminu sabiex jiġi mfittex rimedju legali, pereżempju, sabiex titressaq oġġezzjoni. Ara wkoll il-mistoqsija 4.

6 Jekk iż-żmien jibda jiddekorri meta jitwettaq xi avveniment, il-jum li fih jitwettaq l-avveniment ikun jgħodd għall-kalkolu taż-żmien?

Le. It-terminu jibda l-għada tal-jum li fih ikun seħħ l-avveniment.

7 Meta skadenza tkun espressa f’jiem, l-għadd ta’ jiem indikat ikun jinkludi l-jiem tal-kalendarju jew il-jiem tax-xogħol?

Sakemm ma jiġix indikat mod ieħor, il-liġi Olandiża tuża l-jiem kalendarji. L-Att dwar l-Estensjoni Ġenerali tat-Termini jistipula li terminu li jintemm nhar ta’ Sibt, Ħadd jew fi btala pubblika rikonoxxuta b’mod ġenerali jiġi estiż sal-aħħar tal-jum li jkun imiss li ma jkunx Sibt, Ħadd jew btala pubblika rikonoxxuta b’mod ġenerali.

Barra minn hekk, jekk ikun meħtieġ, terminu stabbilit f’att li jinkludi mill-inqas 3 ijiem jiġi estiż sabiex b’hekk jinkludi mill-inqas jumejn li ma jkunux Sibtijiet, Ħdud jew btajjel pubbliċi rikonoxxuti b’mod ġenerali.

8 Meta skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin?

Dawn jirreferu wkoll għal xhur kalendarji u snin kalendarji.

9 Jekk skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin, meta tiskadi?

Taħrika

Mhux applikabbli.

Rimedji legali

Fil-proċedimenti permezz ta' taħrika, jiġu mfittxija rimedji legali billi tinħareġ taħrika. Sakemm ma jkunx permess jagħmel dan mill-qorti li l-parti għandha tiġi mħarrka sabiex tikkomparixxi quddiemha, l-uffiċjal ġudizzjarju ma jistax joħroġ in-notifika tal-uffiċjal ġudizzjarju wara t-tmienja (8) ta’ filgħaxija. Għalhekk, it-terminu effettivament jintemm fit-(tmienja) 8 ta’ filgħaxija tal-aħħar jum. Fi proċedimenti bħal dawn, għandu jiġi mfakkar ukoll li la l-jum li fih tinħareġ it-taħrika u lanqas il-jum li fih il-parti tiġi mħarrka sabiex tikkomparixxi quddiem il-qorti (l-ewwel data fil-lista ta’ kawżi) ma jingħadd meta jiġi kkalkolat il-perjodu ta’ avviż għat-taħrika. Għalhekk, il-perjodu ta’ avviż minimu għandu jkun bejn dawn iż-żewġ dati.

Fil-proċedimenti kontenzjużi, jiġu mfittxija rimedji legali billi jiġi ppreżentat rikors mar-reġistru tal-qorti. Dan jista’ jsir bil-posta jew personalment matul il-ħinijiet tal-ftuħ tar-reġistru tal-qorti, jew inkella b’faks sa nofs il-lejl fl-aħħar jum tal-perjodu.

Għall-appelli f’kawżi tal-familja, il-ħin tal-bidu huwa kemmxejn differenti minn dak applikabbli għall-appelli fi proċedimenti oħrajn ta’ rikors (ara wkoll il-mistoqsija 4. ‘Rimedji legali’). L-applikant jista’ jressaq appell fi żmien tlett (3) xhur mill-jum li fih tiġi nnotifikata s-sentenza. Partijiet interessati oħrajn jistgħu jressqu appell fi żmien 3 xhur minn meta tiġi nnotifikata d-deċiżjoni jew tiġi nnotifikata b’mod ieħor lilhom.

Atti proċedurali

Jekk kawża tkun fuq lista ta’ kawżi, dan li ġej japplika għall-preżentazzjoni tad-dokumenti. Fil-prinċipju, dokument intiż għal data fil-lista ta’ kawżi jiġi ppreżentat lir-reġistru tal-qorti sal-iskadenza tal-preżentazzjoni. Dan huwa l-aħħar ħin sa meta kwalunkwe dokumenti, bl-eċċezzjoni tat-taħrika, u r-rapporti jridu jkunu fil-pussess tal-qorti. F’konformità mar-regoli ta’ proċedura nazzjonali, il-jum u l-ħin sa meta jridu jiġu ppreżentati d-dokumenti huma: L-Erbgħa fl-10 ta’ filgħodu. Jekk ma ssir ebda seduta ta’ smigħ minħabba li l-kawża tkun qed tiġi ttrattata bil-miktub, id-dokumenti jiġu ppreżentati lir-reġistru tal-qorti fid-data tal-lista ta’ kawżi jew qabel. Is-settur kantonali ta’ qorti dejjem iżomm seduta ta’ smigħ, minħabba li f’dak il-każ l-atti proċedurali jistgħu jitwettqu wkoll bil-fomm. Id-dokumenti jridu jiġu ppreżentati lir-reġistru tal-qorti sa mhux aktar tard mill-jum ta’ qabel id-data tal-lista ta’ kawżi. Dan jista’ jsir bil-posta jew personalment matul il-ħinijiet tal-ftuħ tar-reġistru tal-qorti, jew inkella b’fax sa nofs il-lejl fil-jum inkwistjoni.

Perjodi ta’ limitazzjoni

Ara wkoll ‘Perjodi ta’ limitazzjoni’ taħt il-mistoqsija 4. Għal xi drittijiet ta’ azzjoni, il-ħin meta parti ssir taf b’fatt partikolari huwa importanti. Eżempju: dritt ta’ azzjoni sabiex jintalab l-irkupru ta’ ħlas mhux dovut jiskadi 5 snin wara l-bidu tal-jum wara dak li fih il-kreditur ikun sar jaf kemm bl-eżistenza tat-talba kif ukoll bl-identità tal-benefiċjarju u, fi kwalunkwe każ, 20 sena wara li saret it-talba.

10 Jekk meta tiskadi d-data tal-iskadenza jkun nhar ta' Sibt, Ħadd jew festa pubblika jew jum mhux tax-xogħol, din tiġi estiża sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss?

Iva, skadenza li tiskadi nhar ta’ Sibt, Ħadd jew fi btala pubblika rikonoxxuta b’mod ġenerali tiġi estiża sal-aħħar tal-jum li jkun imiss li ma jkunx Sibt, Ħadd jew btala pubblika rikonoxxuta b’mod ġenerali. Madankollu, f’konformità mal-Att dwar l-Estensjoni Ġenerali tat-Termini, dan ma japplikax għall-iskadenzi stabbiliti billi jingħaddu lura minn żmien jew avveniment partikolari. Fi kliem ieħor, din ir-regola tapplika għal perjodi massimi u mhux għal perjodi minimi.

11 Hemm ċirkostanzi li fihom jiġu estiżi l-iskadenzi? X’inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minn dawn l-estensjonijiet?

F’xi każijiet, il-liġi tipprevedi estensjoni għal skadenza. Pereżempju, jekk il-parti telliefa tmut matul il-perjodu għat-tressiq ta’ appell u l-werrieta ta’ dik il-parti jkunu jixtiequ jsiru s-suċċessuri tagħha fil-proċedimenti ta’ appell, japplika perjodu ġdid ta’ tliet xhur.

Madankollu, b’mod ġenerali, ir-regoli relatati mat-termini huma strettament infurzati, għalkemm il-Qorti Suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi (Hoge Raad der Nederlanden) għamlet eċċezzjoni għall-każijiet li fihom il-parti li kienet qed tappella ma ġietx mgħarrfa bis-sentenza minnufih minħabba żball jew ommissjoni min-naħa tal-qorti. F’każ bħal dan, dik il-parti tkun qabżet l-iskadenza mingħajr ħtija min-naħa tagħha u tingħata estensjoni qasira.

12 X’inhuma l-iskadenzi għall-appelli?

Il-limitu ta’ żmien sabiex jitressaq appell ġeneralment ikun ta’ 3 xhur. F’ċerti kawżi ċivili, bħal proċedimenti interlokutorji (proċedimenti mħaffa), japplikaw termini iqsar għall-appelli u l-appelli lill-Qorti Suprema, jiġifieri 4 ġimgħat u 8 ġimgħat, rispettivament.

13 Il-qrati jistgħu jimmodifikaw l-iskadenzi, b'mod partikolari l-iskadenzi għad-dehra jew jiffissaw data speċjali għad-dehra?

Il-perjodi kollha relatati ma’ jekk parti għandhiex tidher quddiem il-qorti huma perjodi minimi. Ma ġie stabbilit ebda perjodu massimu.

Taħrika

Il-perjodi ta’ avviż għat-taħrika ta’ parti jistgħu jitqassru mill-qorti fuq talba tal-pretendent, jekk ikun meħtieġ, soġġett għal ċerti kundizzjonijiet. Fi proċedimenti interlokutorji, taħrika tinħareġ biss wara li l-imħallef ikun speċifika d-data u l-ħin tas-seduta ta’ smigħ, li tista’ ssir saħansitra nhar ta’ Ħadd. Jekk ikun meħtieġ, parti tista’ tiġi tiġi mħarrka b’avviż fuq perjodu qasir ħafna. Il-qorti tista’ tistabbilixxi wkoll perjodu ta’ avviż iqsar għat-taħrika ta’ parti fi proċedimenti kontenzjużi.

Il-qorti ma tistax testendi l-perjodi ta’ avviż għat-taħrika ta’ parti, għalkemm hija tista’ tistabbilixxi perjodu ta’ avviż itwal sabiex parti tidher fi proċedimenti kontenzjużi (ara l-mistoqsijiet 7 u 8).

Atti proċedurali

Il-qorti tista’ testendi t-termini li fihom il-partijiet iridu jwettqu l-atti proċedurali jekk tali estensjoni tintalab b’mod konġunt mill-partijiet. Jekk talba ssir b’mod unilaterali, differiment jingħata biss fuq il-bażi ta’ raġunijiet konvinċenti jew force majeure. Raġunijiet konvinċenti jinkludu, pereżempju, il-kumplessità legali jew attwali tal-kawża, il-ħtieġa li tistenna sentenza fi proċedimenti rilevanti oħrajn jew sitwazzjoni li fiha l-parti jew l-avukat tagħha jkunu morda jew fuq btala.

14 Meta att maħsub għal parti li tkun residenti f’post fejn hija tibbenefika minn estensjoni tal-iskadenza jiġi nnotifikat f’post fejn min jirrisjedi fih ma jibbenefikax minn estensjoni bħal din, il-persuna titlef il-benefiċċju ta’ din l-iskadenza?

Il-liġi Olandiża ma fiha ebda dispożizzjoni għal sitwazzjoni bħal din.

15 X’inhuma l-konsegwenzi jekk ma jiġux rispettati l-iskadenzi?

Taħrika

Jekk parti tiġi mħarrka b’avviż insuffiċjenti, it-taħrika ssir invalida f’każ li l-konvenut jonqos milli jidher quddiem il-qorti u tiġi ddikjarata invalida mill-qorti. Hija ma ssirx invalida awtomatikament. Il-pretendent jista’ jirrettifika difett bħal dan billi joħroġ notifika emendata tal-uffiċjal ġudizzjarju qabel l-ewwel data tal-lista ta’ kawżi.

Jekk il-konvenut jonqos milli jidher fl-ewwel data tal-lista ta’ kawżi, it-taħrika tiġi vverifikata għal kwalunkwe difetti li jistgħu jrenduha f’invalida. Jekk hija tkun sewwa, il-konvenut jiġi ddikjarat bħala li jinsab f’kontumaċja minħabba n-nuqqas tiegħu li jidher quddiem il-qorti u, ġeneralment, it-talba tiġi permessa fin-nuqqas ta’ dehra. Jekk il-konvenut jonqos milli jidher quddiem il-qorti u x’aktarx li huwa ma jkunx irċieva n-notifika tal-uffiċjal ġudizzjarju bħala riżultat tad-difett, il-qorti tiddikjara n-notifika bħala invalida.

Jekk il-konvenut jonqos milli jidher quddiem il-qorti jew milli jaħtar avukat minkejja li jkun ingħata avvż sabiex jagħmel dan fit-taħrika u jirriżulta li n-notifika tal-uffiċjal ġudizzjarju kien fiha difett li għamilha invalida, il-konvenut ma jiġix iddikjarat bħala li jinsab f’kontumaċja minħabba n-nuqqas tiegħu li jidher quddiem il-qorti. Il-qorti tistabbilixxi data ġdida tal-lista ta’ kawżi u tordna sabiex id-difett jiġi rrimedjat għas-spejjeż tal-pretendent. Jekk il-konvenut jidher quddiem il-qorti u ma jinvokax id-difett, it-taħrika titqies bħala li nħarġet b’mod korrett.

Rimedji legali

Jekk it-terminu għat-tfittxija ta’ rimedju legali jinqabeż, il-piena tkun ir-rifjut tal-appell. Imbagħad, id-deċiżjoni sottostanti tal-qorti ssir finali, jiġifieri ma tkunx tista’ tiġi annullata aktar permezz ta’ oġġezzjoni, appell jew appell lill-Qorti Suprema.

Atti proċedurali

Jekk att proċedurali ma jitwettaqx fit-terminu stabbilit, f’ċerti kundizzjonijiet jista’ jinkiseb differiment (ara l-mistoqsija 10). Jekk ma jkunx jista’ jinkiseb differiment, id-dritt tat-twettiq tal-att proċedurali jiskadi.

Perjodi ta’ limitazzjoni

Jekk il-parti interessata tkun ippermettiet li l-perjodu għall-bidu ta’ azzjoni legali jiskadi, id-dritt ta’ azzjoni protett mit-talba jkompli jeżisti. Madankollu, ma jibqax possibbli li dan id-dritt jiġi eżerċitat fil-qrati.

16 Jekk id-data ta’ l-iskadenza tkun għaddiet, x’inhuma r-rimedji disponibbli għal dawk li ma jkunux irrispettawha, jiġifieri l-partijiet inadempjenti?

Ir-rimedji legali li ġejjin huma disponibbli għall-partijiet li qabżu l-iskadenzi.

Taħrika

Konvenut li jonqos milli jidher quddiem il-qorti fl-ewwel data tal-lista ta’ kawżi ġeneralment jiġi ġġudikat fin-nuqqas ta’ dehra. Sakemm tingħata s-sentenza finali, dan il-konvenut jista’ jevita sentenza mogħtija f’kontumaċja billi jidher bħala parti fil-proċedimenti. Wara li tkun ingħatat is-sentenza finali, il-parti ġġudikata fin-nuqqas ta’ dehra tista’ tfittex ir-rimedju legali ta’ oġġezzjoni. Sentenza mogħtija fin-nuqqas ta’ dehra, il-prevenzjoni ta’ sentenza mogħtija f’kontumaċja billi l-parti tidher quddiem il-qorti u oġġezzjoni ma japplikawx fi proċedimenti kontenzjużi. F’każijiet bħal dawn, il-parti interessata li tkun naqset milli tidher quddiem il-qorti tkun tista’ tressaq appell.

Rimedji legali

It-termini għat-tfittxija ta’ rimedji legali jiġu infurzati mill-qorti fuq mozzjoni tagħha stess. It-termini għat-tressiq ta’ appelli u appelli lill-Qorti Suprema huma obbligatorji. Il-qrati huma stretti ħafna fl-applikazzjoni ta’ dawn it-termini fl-interessi ta’ ċertezza tad-dritt. Madankollu, il-Qorti Suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi introduċiet ċertu ammont ta’ flessibilità għall-appelli fil-proċedimenti kontenzjużi. L-avviż tal-appell irid jistabbilixxi r-raġunijiet għall-appell, iżda fil-kawżi li fihom id-deċiżjoni tkun ingħatat iżda tkun għadha ma ntbagħtitx u, għalhekk, l-appellant ma jkollux aċċess għar-raġunament sottostanti, huwa jkun permess li jippreżenta r-raġunijiet għall-appell f’avviż supplimentari u sussegwenti ta’ appell. Madankollu, l-appell innifsu jrid ikun tressaq fit-terminu. Huwa biss f’każijiet okkażjonali meta l-qorti tkun għamlet żball doppju li t-terminu jiġi estiż b’14-il jum minn meta tkun ingħatat id-deċiżjoni. Dan ikun il-każ jekk il-parti li tressaq l-appell ma kinitx taf u ma setgħetx tkun taf meta se tingħata d-deċiżjoni bħala riżultat ta’ żball min-naħa tal-qorti (jew ir-reġistrar tal-qorti) u d-deċiżjoni tkun intbagħtet jew inħarġet biss wara li jkun skada t-terminu għall-appelli, bħala riżultat ta’ żball li ma jistax jiġi attribwit lill-appellant. Fil-proċedimenti ta’ taħrika, l-avviż tal-appell ma għandux bżonn jistabbilixxi r-raġunijiet għall-appell. Dawn ma jiġux ippreżentati sa stadju aktar tard tal-proċedimenti.

Atti proċedurali

F’ċerti ċirkostanzi, jista’ jintalab differiment għat-twettiq tal-atti proċedurali (ara l-mistoqsija 13). Jekk ma jinkisibx differiment, id-dritt tat-twettiq tal-att proċedurali jiskadi.

Perjodi ta’ limitazzjoni

Ma huwa disponibbli ebda rimedju kontra l-iskadenza tal-perjodi ta’ limitazzjoni, għajr għall-interruzzjoni tagħhom fi żmien debitu (ara l-mistoqsija 1. d.). Madankollu, f’ċirkostanzi eċċezzjonali ħafna, il-qorti tista’ tiddeċiedi li l-invokazzjoni tal-limitazzjoni tmur kontra l-prinċipji ta’ raġonevolezza u ġustizzja.

L-aħħar aġġornament: 12/09/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - Awstrija

1 X’inhuma t-tipi ta' skadenzi rilevanti għall-proċeduri ċivili?

Hemm diversi tipi ta’ skadenzi skont il-liġi Awstrijaka.

Issir distinzjoni bejn l-iskadenzi proċedurali, jiġifieri skadenzi sa meta parti jew persuna oħra involuta fil-proċedimenti tista' jew għandha tieħu azzjoni speċifika għall-fini tal-proċedimenti, u skandenzi sostanzjali, jiġifieri skadenzi sa meta avveniment partikolari għandu jkun seħħ sabiex jipproduċi ċerti effetti sostantivi taħt is-sistema legali (pereżempju l-iskadenza għall-preżentazzjoni ta' pretensjoni rigward id-dħul fi proprjetà bla jedd skont it-Taqsima 454 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (ZPO) jew biex jingħata avviż lill-kerrejja skont it-Taqsima 560 ZPO). Punt importanti huwa li ż-żmien meħtieġ għat-twassil mis-servizz postali mhuwiex inkluż għal skadenzi proċedurali, iżda huwa inkluż għal skadenzi sostantivi. Dan ifisser, pereżempju, li appell huwa kkunsidrat li ġie ppreżentat fil-ħin jekk ikun intbagħat bil-posta sal-aħħar jum tal-limitu ta’ żmien proċedurali għall-appell (id-data tat-timbru tal-posta), anki jekk il-Qorti tirċevih ħafna wara l-iskadenza.

Issir distinzjoni wkoll skont jekk l-iskadenza tkunx stabbilita direttament mil-liġi (eż. skadenzi għall-appelli) jew mill-imħallef skont ir-rekwiżiti tal-każ individwali (eż. skadenza għall-preżentazzjoni ta’ garanzija biex tkopri l-ispejjeż). Skadenzi għall-investigazzjonijiet, li għalihom il-liġi sempliċement tistipula skeda ta' żmien (durata minima jew massima jew durata approssimattiva, bħal fit-Taqsima 257(1) ZPO għad-data għal seduta ta' smigħ preliminari) jirrappreżentaw kumbinazzjoni tat-tnejn.

Il-limiti ta’ żmien assoluti huma determinati permezz tad-data li fiha jintemmu (normalment jum wieħed tal-kalendarju), filwaqt li limiti ta’ żmien relattivi huma definiti bid-data tal-bidu u d-durata.

B’mod ġenerali, l-imħallfin jistgħu jestendu l-limiti ta’ żmien (limiti ta’ żmien li jistgħu jiġu estiżi). Każijiet eċċezzjonali li fihom il-liġi tipprojbixxi estensjoni huma magħrufa bħala non-extendable jew limiti ta’ żmien obbligatorji (pereżempju skadenzi għat-tressiq tal-appelli).

Issir distinzjoni bejn l-iskadenzi riversibbli u mhux riversibbli, skont jekk ir-restawr tal-pożizzjoni preċedenti huwiex possibbli jekk skadenza ma tiġix rispettata. Ir-riversibbiltà hija r-regola ġenerali. Fil-każijiet eċċezzjonali li fihom ir-restawr ta’ pożizzjoni preċedenti huwa pprojbit, l-iskadenza hija msemmija bħala limitu ta' żmien preklużiv jew fiss (Fallfrist). Eżempji ta’ limiti ta’ żmien proċedurali preklużivi huma l-iskadenzi għat-tressiq ta’ applikazzjoni għal annullament jew applikazzjoni għal rikors għal ritrattazzjoni (it-Taqsima 534 ZPO).

2 Il-lista tal-jiem varji li mhumiex meqjusa jiem tax-xogħol skont ir-Regolament (KEE, Euratom) nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971.

Is-Sibtijiet, il-Ħdud, il-Ġimgħa l-Kbira u l-festi pubbliċi mhumiex ġranet ta' xogħol fl-Awstrija. Jum l-Ewwel tas-Sena (l-1 ta’ Jannar), l-Epifanija (is-6 ta’ Jannar), it-Tnejn ta’ wara l-Għid, Jum il-Ħaddiem (l-1 ta’ Mejju), Jum Lapsi, it-Tnejn wara l-Għid il-Ħamsin, Corpus Christi, l-Assunzjoni (15 ta’ Awwissu), il-Jum Nazzjonali Awstrijak (is-26 ta’ Ottubru), Jum il-Qaddisin kollha (l-1 ta’ Novembru), Jum l-Immakulata Kunċizzjoni (it-8 ta’ Diċembru), Jum il-Milied (il-25 ta’ Diċembru) u Boxing Day (is-26 ta’ Diċembru) huma kollha festi pubbliċi fl-Awstrija

3 Liema huma r-regoli ġenerali li japplikaw għall-iskadenzi fir-rigward ta’ proċeduri ċivili differenti?

Il-biċċa l-kbira tad-dispożizzjonijiet dwar skandenzi jinstabu fit-Taqsimiet minn 123 sa 129 u minn 140 sa 143 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (ZPO) u fit-Taqsima 89 tal-Att dwar l-Organizzazzjoni tal-Qrati (GOG).

4 Meta jkun meħtieġ li att jew formalità jitwettqu fi żmien stabbilit minn qabel, dan meta jibda jiddekorri?

Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, skandenza tibda tgħodd mid-data ta’ servizz effettiv tad-deċiżjoni li tordna jew li tiskatta l-iskadenza; inkella din tibda meta dik id-deċiżjoni tkun ġiet ippronunzjata (t-Taqsima 124 ZPO).

5 Il-bidu tad-dekorrenza jista’ jiġi affettwat jew modifikat mill-metodu ta’ trażmissjoni jew ta’ notifika tad-dokumenti (servizz personali minn marixxall jew servizz postali)?

Le; kif indikat taħt il-punt 4, is-servizz huwa normalment l-avveniment li jiskatta skadenza proċedurali, irrispettivament mill-mod kif ikun twettaq is-servizz/mill-mod kif jiġi affettwat is-servizz.

L-iskandenza tibda b’servizz jew pronunzja tad-deċiżjoni li tordna jew tiskatta l-limitu.

6 Jekk iż-żmien jibda jiddekorri meta jitwettaq xi avveniment, il-jum li fih jitwettaq l-avveniment ikun jgħodd għall-kalkolu taż-żmien?

Le, id-data tal-avveniment li jiskatta l-iskadenza (eż. is-servizz) mhijiex inkluża għall-finijiet tal-kalkolu tal-iskadenza.

7 Meta skadenza tkun espressa f’jiem, l-għadd ta’ jiem indikat ikun jinkludi l-jiem tal-kalendarju jew il-jiem tax-xogħol?

L_iskadenzi huma kkalkulati f’jiem kalendarji.

8 Meta skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin?

Hawnhekk ukoll, l-iskadenzi huma kkalkulati f’jiem kalendarji.

9 Jekk skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin, meta tiskadi?

Skadenzi espressi f’ġimgħat, xhur jew snin jiskadu f’nofsillejl dakinhar tal-aħħar ġimgħa jew tal-aħħar xahar li jikkorrispondi fl-isem jew fin-numru mad-data tal-bidu (it-Taqsima 125(2) ZPO) Jekk ma jkunx hemm data bħal din fl-aħħar xahar tal-iskandenza (jekk, pereżempju, limitu ta’ żmien ta’ xahar jibda fil-31 ta’ Jannar), l-iskadenza tiskadi fl-aħħar jum ta’ dak ix-xahar (it-Taqsima 125(2) ZPO). Btala jew ġranet li ma jaffettwawx id-data tal-bidu jew id-durata tal-iskandenzi.

10 Jekk meta tiskadi d-data tal-iskadenza jkun nhar ta' Sibt, Ħadd jew festa pubblika jew jum mhux tax-xogħol, din tiġi estiża sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss?

Iva, l-iskadenzi li jispiċċaw is-Sibt, il-Ħadd jew fi btala pubblika jew fil-Ġimgħa l-Kbira jiskadu fil-ġurnata tax-xogħol li jkun imiss.

11 Hemm ċirkostanzi li fihom jiġu estiżi l-iskadenzi? X’inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minn dawn l-estensjonijiet?

Skandenzi obbligatorji fi proċedimenti ta’ appell jiġu sospiżi bejn il-15 ta’ Lulju u s-17 ta’ Awwissu u bejn l-24 ta’ Diċembru u s-6 ta’ Jannar. Jekk wieħed minn dawn il-perjodi jibda matul skandenza mandatorja jew il-bidu ta’ skandenza obbligatorja jaqa’ f’wieħed minn dawn il-perjodi, l-iskadenza tiġi estiża bil-perjodu kollu jew bil-perjodu li jifdal meta jibda.

Dan ma japplikax f’ċerti proċedimenti speċjali, speċjalment f’tilwim li jinvolvi dħul fi proprjetà bla jedd/interferenza, manutenzjoni, pretensjonijiet dwar l-infurzar u mandati interim jew rikonoxximent awtomatiku tas-sentenzi.

12 X’inhuma l-iskadenzi għall-appelli?

Bħala regola, l-iskadenzi għall-appell jiddependu fuq it-tip ta’ deċiżjoni (sentenza jew ordni) u s-suġġett. F’każijiet ċivili kontenzjużi, l-iskadenza għal appell kontra ordni (Rekurs) hija ġeneralment ta’ 14-il ġurnata, filwaqt li l-iskadenza għal appell kontra sentenza (Berufung) hija ta’ erba’ ġimgħat.

13 Il-qrati jistgħu jimmodifikaw l-iskadenzi, b'mod partikolari l-iskadenzi għad-dehra jew jiffissaw data speċjali għad-dehra?

B’mod ġenerali, l-imħallfin jistgħu jestendu l-iskadenzi (skadenzi li jistgħu jiġu estiżi). Każijiet eċċezzjonali li fihom il-liġi tipprojbixxi estensjoni huma magħrufa bħala li ma jistgħux jiġu estiżi jew skadenzi obbligatorji (pereżempju skadenzi għat-tressiq tal-appelli).

L-iskadenzi kollha jistgħu jitqassru soġġetti għal ftehim dokumentati bejn il-partijiet. Il-Qorti tista’ tqassar l-iskadenzi wara t-talba ta’ waħda mill-partijiet, bil-kundizzjoni li jkunu jistgħu juru li skadenza iqsar hija meħtieġa sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ telf konsiderevoli u l-parti l-oħra tkun faċilment tista' tieħdu l-azzjoni proċedurali meħtieġa mill-iskadenza iqsar (it-Taqsima 129 ZPO).

Skandenza tista' tiġi estiża jekk mitlub, jekk il-Parti li tibbenefika mill-estensjoni ikollha raġunijiet inevitabbli jew serji ħafna għalfejn ma tkunx tista' tieħdu azzjoni proċedurali fil-ħin u, b’mod partikolari, jekk hija ssofri ħsara irreparabbli mingħajr estensjoni (it-Taqsima 128(2) ZPO). Skadenza ma tistax tiġi estiża permezz ta’ ftehim bejn il-partijiet (it-Taqsima 128 (1) ZPO).

14 Meta att maħsub għal parti li tkun residenti f’post fejn hija tibbenefika minn estensjoni tal-iskadenza jiġi nnotifikat f’post fejn min jirrisjedi fih ma jibbenefikax minn estensjoni bħal din, il-persuna titlef il-benefiċċju ta’ din l-iskadenza?

Le, għax dak li huwa importanti hawnhekk huwa li l-passi proċedurali fir-rigward ta’ qorti Awstrijaka jittieħdu fil-ħin.

15 X’inhuma l-konsegwenzi jekk ma jiġux rispettati l-iskadenzi?

Bħala regola ġenerali, parti li tonqos milli tieħu pass proċedurali fil-ħin ma tkunx tista' tieħu dak il-pass (il-preklużjonijiet, it-Taqsima 144 ZPO). Jeżistu eċċezzjonijiet, bħat-Taqsima 289(2) ZPO (li tirregola l-konsegwenzi ta' nuqqas ta' preżenza għall-ġbir ta’ evidenza) u t-Taqsima 491 ZPO (li tirregola l-konsegwenzi ta’ nuqqas ta' preżenza fi smigħ ta’ appell).

Passi proċedurali meħuda tard huma ġeneralment miċħuda b’operat tal-liġi, iżda f’xi każijiet hija meħtieġa applikazzjoni.

Xi drabi n-nuqqas li tittieħed azzjoni għandu konsegwenzi speċifiċi barra mir-riżultati tas-soltu. Dawn ivarjaw b’mod konsiderevoli. Il-konsegwenza speċifika l-aktar importanti ta’ nuqqas ta’ azzjoni hija li, meta parti waħda tonqos milli taġixxi, il-Parti l-oħra tista’ tapplika għal sentenza mogħtija in kontumaċja (it-Taqsimiet 396 u 442 ZPO). Eżempji oħra huma: jekk iż-żewġ partijiet ma jaslux biex jidhru quddiem il-qorti, il-proċedimenti jiġu sospiżi għal mill-inqas tliet xhur (it-Taqsima 170 ZPO) u, jekk il-petizzjonant jonqos milli jidher fi proċedimenti matrimonjali, il-petizzjoni tista’ tinżamm biex tiġi rtirata, iżda mhux tiġi abbandunata, wara talba mingħand l-intimat (it-Taqsima 460 Nru 5 ZPO).

16 Jekk id-data ta’ l-iskadenza tkun għaddiet, x’inhuma r-rimedji disponibbli għal dawk li ma jkunux irrispettawha, jiġifieri l-partijiet inadempjenti?

Ir-rimedji disponibbli biex jitreġġgħu lura l-konsegwenzi legali ta’ nuqqas milli wieħed jidher quddiem il-qorti jew milli wieħed jieħu azzjoni proċedurali huma kif ġej:

Ir-restawr tal-pożizzjoni preċedenti (t-Taqsima 146 et seq. ZPO):

Ir-restawr tal-pożizzjoni preċedenti jista' jintuża biex ireġġa' lura l-konsegwenzi tan-nuqqas milli wieħed jidher quddiem il-qorti jew in-nuqqas ta’ konformità mal-limitu ta’ żmien għal att proċedurali meta n-nuqqas mill-parti jew mir-rappreżentant tagħhom kien dovut għal avveniment mhux previst jew inevitabbli u l-parti jew ir-rappreżentant tagħha ma kienx jaħti jew il-ħtija kienet minima (negliġenza ħafifa). Applikazzjoni għal dan ir-rimedju għandha tiġi ppreżentata fi żmien 14-il jum mit-tneħħija tal-ostakolu.

Oġġezzjoni (it-Taqsimiet 397A u 442a ZPO):

L-oġġezzjoni hija rimedju legali bl-għan li treġġa' lura sentenza mogħtija in kontumaċja taħt it-Taqsima 396 jew it-Taqsima 442 ZPO. Bħala regola, l-oġġezzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-qorti aġġudikanti, fil-forma ta’ noti ta’ tħejjija, fi żmien 14-il jum ta' servizz mis-sentenza mogħtija in kontumaċja (il-limitu ta’ żmien ma jistax jiġi estiż).

Appell (it-Taqsima 461 et seq. SPO):

Appell jista’ jiġi ppreżentat kontra sentenza mogħtija in kontumaċja prinċipalment għar-raġuni li ma kienx hemm nuqqas ta’ konformità, billi tapplika waħda mir-raġunijiet ta’ invalidità elenkati fit-Taqsima 477(1) Nru 4 u Nru 5 ZPO (servizz mhux korrett jew in-nuqqas ta’ rappreżentazzjoni tal-parti fil-proċedimenti).

L-aħħar aġġornament: 24/09/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Pollakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - Polonja

1 X’inhuma t-tipi ta' skadenzi rilevanti għall-proċeduri ċivili?

Il-proċedura ċivili Pollakka tipprevedi (1) termini statutorji, ġudizzjarji u kuntrattwali sabiex jitwettqu l-atti proċedurali mill-partijiet u (2) termini indikattivi sabiex jitwettqu l-atti proċedurali mill-qorti.

It-termini ġudizzjarji u statutorji huma finali u ma jistgħux jinqabżu.

It-termini statutorji, li huma definiti bħala termini preklużivi (li jfisser li n-nuqqas ta’ osservanza tagħhom irendi att proċedurali partikolari f’wieħed null), huma stabbiliti fil-liġijiet statutorji. Dawn it-termini ma jistgħux jiġu estiżi jew jitqassru. Terminu statutorju jibda jiddekorri fil-mument speċifikat f’liġi statutorja. Hemm żewġ tipi ta’ termini statutorji: termini li qabilhom trid titwettaq azzjoni u termini li warajhom tista’ titwettaq azzjoni. It-termini statutorji jinkludu t-termini għat-tressiq ta’ rimedji legali, pereżempju, it-terminu għat-tressiq ta’ appell jew ilment.

It-termini ġudizzjarji huma definiti wkoll bħala termini preklużivi, iżda huma jiġu stabbiliti minn qorti jew imħallef. It-termini ġudizzjarji jistgħu jiġu estiżi jew jitqassru, iżda dan jista’ jsir biss għal raġuni importanti u fuq mozzjoni ddepożitata qabel jiskadi t-terminu, anki mingħajr ma tinstema’ l-parti opposta. Dawn it-termini jibdew jiddekorru mill-mument meta tingħata deċiżjoni jew ordni għal dak l-għan; meta l-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili tipprevedi notifika awtomatika, huma jibdew jiddekorru meta tiġi nnotifikata d-deċiżjoni jew l-ordni. It-termini ġudizzjarji jinkludu t-termini għar-regolarizzazzjoni ta’ inkapaċità proċedurali jew ġudizzjarja jew sabiex jagħmlu tajjeb għal difetti formali f’appell jew ilment.

It-termini kuntrattwali, kif jissuġġerixxi l-isem, jiġu stabbiliti permezz ta’ qbil bejn il-partijiet. Eżempju klassiku huwa s-sospensjoni tal-proċedimenti fuq mozzjoni konġunta tal-partijiet. Jekk il-partijiet jiddepożitaw mozzjoni bħal din, il-qorti tista’ (iżda mhijiex obbligata li) tissospendi l-proċedimenti. L-applikazzjoni ta’ dan it-tip ta’ terminu tiddependi mir-rieda tal-partijiet biss.

It-termini indikattivi normalment jiġu indirizzati lill-awtoritajiet ġudizzjarji (qrati), mhux lill-partijiet. In-nuqqas ta’ osservanza tagħhom ma għandu ebda konsegwenza proċedurali negattiva. L-iskop bażiku tagħhom huwa li japplikaw il-prinċipju ta’ ħeffa fil-proċedimenti. Eżempju ta’ terminu bħal dan huwa t-terminu għal qorti sabiex tfassal il-motivi għal sentenza.

2 Il-lista tal-jiem varji li mhumiex meqjusa jiem tax-xogħol skont ir-Regolament (KEE, Euratom) nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971.

Skont l-Att tat-18 ta’ Jannar 1951 dwar il-jiem mhux tax-xogħol, japplikaw il-jiem mhux tax-xogħol statutorji li ġejjin:

  • il-Ħdud kollha (is-Sibtijiet mhumiex jiem mhux tax-xogħol statutorji),
  • L-1 ta’ Jannar - L-Ewwel tas-Sena,
  • Is-6 ta’ Jannar - L-Epifanija,
  • Ħadd il-Għid,
  • It-Tnejn ta’ wara l-Għid,
  • L-1 ta’ Mejju - Btala Pubblika,
  • It-3 ta’ Mejju - Il-Btala Nazzjonali tat-Tielet Jum ta’ Mejju,
  • Il-Pentekoste,
  • Corpus Christi,
  • Il-15 ta’ Awwissu - It-Tlugħ is-Sema tal-Madonna,
  • L-1 ta’ Novembru - Jum il-Qaddisin Kollha,
  • Il-11 ta’ Novembru - Btala Nazzjonali - Jum l-Indipendenza,
  • Il-25 ta’ Diċembru - Il-Milied,
  • Is-26 ta’ Diċembru - L-Għada tal-Milied.

Fl-2017, Ħadd il-Għid jaqa’ fis-16 ta’ April, it-Tnejn ta’ Wara l-Għid fis-17 ta’ April, il-Pentekoste fl-4 ta’ Ġunju u Corpus Christi fil-15 ta’ Ġunju.

3 Liema huma r-regoli ġenerali li japplikaw għall-iskadenzi fir-rigward ta’ proċeduri ċivili differenti?

Fil-liġi ċivili, it-terminu ‘terminu’ jista’ jkollu żewġ tifsiriet. Huwa jista’ jkun mument speċifiku (pereżempju, il-5 ta’ April 2017) jew perjodu speċifiku li jkollu bidu u tmiem (pereżempju, 14-il jum).

Meta jiġi stabbilit terminu finali (data sa meta trid issir xi ħaġa), dak li huwa importanti huwa l-mument eżatt li fih jiskadi. Mhuwiex meħtieġ li terminu jiġi speċifikat bħala jum, iżda huwa jrid jiġi definit mill-okkorrenza tal-avveniment previst mill-partijiet kontraenti f’sitwazzjoni speċifika.

It-termini proċedurali jiġu stabbiliti bl-użu ta’ tali unitajiet ta’ żmien bħala jum, ġimgħa, xahar jew sena. Skont l-Artikolu 165 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, il-metodu li jintuża sabiex jiġu kkalkolati t-termini fi proċedura ċivili huwa rregolat mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Ċivili dwar it-termini, jekk liġi statutorja, deċiżjoni tal-qorti, deċiżjoni meħuda minn awtorità oħra tal-Istat jew att legali jistabbilixxu terminu mingħajr ma jispeċifikaw kif għandu jiġi kkalkolat (l-Artikolu 110 tal-Kodiċi Ċivili). L-impostar ta’ dokument proċedurali f’uffiċċju postali Pollakk jew f’uffiċċju postali ta’ operatur li jipprovdi servizz postali universali fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jitqies bħala ekwivalenti għall-iddepożitar ta’ dak id-dokument proċedurali mal-qorti. L-istess japplika għall-iddepożitar ta’ dokument minn suldat mal-kwartieri ġenerali tal-unità, minn persuna mċaħħda mil-libertà mal-amministrazzjoni tal-ħabs tagħha jew minn membru tal-ekwipaġġ ta’ bastiment tal-baħar Pollakk mal-kaptan ta’ dak il-bastiment.

Jum għandu 24 siegħa u jibda u jispiċċa f’nofs il-lejl (24:00). Terminu speċifikat f’jiem jiskadi fi tmiem l-aħħar jum. Terminu espress f’ġimgħat, xhur jew snin jiskadi fi tmiem il-jum li jikkorrespondi, bl-isem jew id-data, għall-ewwel jum tat-terminu jew, jekk ma jkun hemm ebda jum bħal dan fl-aħħar xahar, fl-aħħar jum ta’ dak ix-xahar. Jekk terminu jiġi espress bħala l-bidu, in-nofs jew l-aħħar ta’ xahar, dan jinftiehem bħala li jfisser l-ewwel, il-ħmistax jew l-aħħar jum tax-xahar, filwaqt li nofs xahar jikkorrespondi għal 15-il jum. Jekk terminu jiġi stabbilit f’xhur jew snin u ma tkunx meħtieġa kontinwità, xahar huwa preżunt bħala li għandu 30 jum u sena għandha 365 jum. Jekk l-aħħar tat-terminu għat-twettiq ta’ att jaqa’ f’jum mhux tax-xogħol statutorju jew is-Sibt, it-terminu jiskadi fil-jum li jkun imiss li ma jkunx jum mhux tax-xogħol jew is-Sibt.

4 Meta jkun meħtieġ li att jew formalità jitwettqu fi żmien stabbilit minn qabel, dan meta jibda jiddekorri?

Jekk il-bidu ta’ terminu definit f’jiem ikun avveniment speċifiku, il-jum li fih iseħħ l-avveniment ma jitqiesx meta jiġi kkalkolat it-terminu. Pereżempju, jekk qorti tkun innotifikat parti bi proċess li jħejjiha sabiex twettaq att speċifiku f’terminu ta’ sebat ijiem fil-11 ta’ Jannar 2017, dak it-terminu jkun skada f’nofs il-lejl (24.00) fit-18 ta’ Jannar 2017.

5 Il-bidu tad-dekorrenza jista’ jiġi affettwat jew modifikat mill-metodu ta’ trażmissjoni jew ta’ notifika tad-dokumenti (servizz personali minn marixxall jew servizz postali)?

Qorti tista’ tinnotifika l-proċess b’għadd ta’ modi: bil-posta, minn uffiċjal ġudizzjarju, uxxiera jew permezz ta’ notifika ta’ proċess ġudizzjarju. In-notifika lid-destinatarju tista’ ssir ukoll billi d-dokument jingħata lid-destinatarju fir-reġistru tal-qorti. Sakemm in-notifika tkun saret kif suppost, dawn il-metodi kollha huma ugwalment validi u l-għażla tal-metodu ma taffettwax id-dekorrenza tat-termini.

Mit-8 ta’ Settembru 2016, ir-regoli jippermettu lil qorti tinnotifika l-proċess permezz ta’ sistema ta’ trażmissjoni tad-data jekk id-destinatarju jkun iddepożita d-dokumenti permezz ta’ tali sistema jew ikun għażel li jagħmel dan. Destinatarju li jkun għażel li jiddepożita d-dokumenti permezz ta’ sistema ta’ trażmissjoni tad-data jista’ jagħżel li ma jużax notifika elettronika.

Dokument innotifikat permezz ta’ mezzi elettroniċi jitqies bħala li ġie nnotifikat fid-data speċifikata fil-konferma tar-riċevuta elettronika tal-korrispondenza, anki jekk dik id-data taqa’ f’jum mhux tax-xogħol statutorju. Il-fatt li l-korrispondenza elettronika tasal bil-lejl ma għandu ebda effett fuq l-effettività tan-notifika. Fin-nuqqas ta’ konferma tar-riċevuta elettronika tal-korrispondenza, in-notifika titqies li hija effettiva 14-il jum wara d-data li fiha d-dokument jittella’ fis-sistema ta’ trażmissjoni tad-data. Ir-regoli msemmija hawn fuq jirrikjedu li l-partijiet jiċċekkjaw il-kont elettroniku tagħhom mill-inqas darba kull 14-il jum.

6 Jekk iż-żmien jibda jiddekorri meta jitwettaq xi avveniment, il-jum li fih jitwettaq l-avveniment ikun jgħodd għall-kalkolu taż-żmien?

Jekk il-bidu ta’ terminu definit f’jiem ikun avveniment speċifiku, il-jum li fih iseħħ dak l-avveniment ma jitqiesx meta jiġi kkalkolat it-terminu.

7 Meta skadenza tkun espressa f’jiem, l-għadd ta’ jiem indikat ikun jinkludi l-jiem tal-kalendarju jew il-jiem tax-xogħol?

It-termini stipulati f’jiem jiġu espressi f’jiem kalendarji. Jekk l-aħħar tat-terminu għat-twettiq ta’ azzjoni jaqa’ f’jum mhux tax-xogħol statutorju jew is-Sibt, it-terminu jiskadi fil-jum li jkun imiss li ma jkunx jum mhux tax-xogħol jew is-Sibt.

8 Meta skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin?

Terminu espress f’ġimgħat, xhur jew snin jiskadi fi tmiem il-jum li jikkorrespondi, bl-isem jew id-data, għall-ewwel jum tat-terminu jew, jekk ma jkun hemm ebda jum bħal dan fl-aħħar xahar, fl-aħħar jum ta’ dak ix-xahar.

Jekk terminu jiġi espress bħala l-bidu, in-nofs jew l-aħħar ta’ xahar, dan jinftiehem bħala li jfisser l-ewwel, il-ħmistax jew l-aħħar jum tax-xahar. Nofs xahar jikkorrespondi għal 15-il jum.

Jekk terminu jiġi stabbilit f’xhur jew snin u ma tkunx meħtieġa kontinwità, xahar huwa preżunt bħala li għandu 30 jum u sena għandha 365 jum.

9 Jekk skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin, meta tiskadi?

Terminu espress f’ġimgħat, xhur jew snin jintemm fi tmiem il-jum li jikkorrespondi, bl-isem jew id-data, għall-ewwel jum tat-terminu jew, jekk ma jkun hemm ebda jum bħal dan fl-aħħar xahar, fl-aħħar jum ta’ dak ix-xahar.

Jekk terminu jiġi espress bħala l-bidu, in-nofs jew l-aħħar ta’ xahar, dan jinftiehem bħala li jfisser l-ewwel, il-ħmistax jew l-aħħar jum tax-xahar. Nofs xahar jikkorrespondi għal 15-il jum.

Jekk terminu jiġi stabbilit f’xhur jew snin u ma tkunx meħtieġa kontinwità, xahar huwa preżunt bħala li għandu 30 jum u sena għandha 365 jum.

10 Jekk meta tiskadi d-data tal-iskadenza jkun nhar ta' Sibt, Ħadd jew festa pubblika jew jum mhux tax-xogħol, din tiġi estiża sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss?

Jekk l-aħħar tat-terminu għat-twettiq ta’ att jaqa’ f’jum mhux tax-xogħol statutorju jew is-Sibt, it-terminu jiskadi fil-jum li jkun imiss li ma jkunx jum mhux tax-xogħol jew is-Sibt.

11 Hemm ċirkostanzi li fihom jiġu estiżi l-iskadenzi? X’inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minn dawn l-estensjonijiet?

Huma biss it-termini ġudizzjarji, jiġifieri t-termini stabbiliti minn qorti jew imħallef li jippresjedi, li jistgħu jiġu estiżi jew jitqassru. Deċiżjoni sabiex jiġi estiż jew jitqassar terminu tista’ tittieħed minn imħallef li jippresjedi jew qorti, iżda biss għal raġunijiet importanti, bil-valutazzjoni tar-raġunijiet titħalla għad-diskrezzjoni tagħhom.

Terminu jista’ jiġi estiż jew jitqassar biss fuq mozzjoni ta’ parti, parteċipant fi proċedimenti mhux kontenzjużi, parti li tintervjeni, prosekutur pubbliku, spettur tax-xogħol, l-ombudsman tal-konsumaturi, organizzazzjoni mhux governattiva, espert maħtur mill-qorti jew xhud, jekk it-terminu jkun jikkonċerna l-atti tagħhom. Deċiżjoni bħal din ma tistax tittieħed fuq mozzjoni tal-qorti jew tal-imħallef stess.

Mozzjoni trid tiġi ddepożitata qabel jiskadi t-terminu stabbilit.

12 X’inhuma l-iskadenzi għall-appelli?

Il-Kodiċi Pollakk tal-Proċedura Ċivili jistabbilixxi termini proċedurali statutorji għall-iddepożitar ta’ rimedji legali skont it-tip ta’ deċiżjoni ġudizzjarja (sentenza (wyrok), deċiżjoni dwar is-sustanza tal-kawża fi proċedimenti mhux kontenzjużi (postanowienie co do istoty sprawy w postępowaniu nieprocesowym), sentenza mogħtija f’kontumaċja (wyrok zaoczny), ordni għal ħlas fi proċedura permezz ta’ ordni ta’ ħlas (nakaz zapłaty w postępowaniu upominawczym), ordni għal ħlas f’ordni għal proċedura ta’ ħlas (nakaz zapłaty w postępowaniu nakazowym) u deċiżjonijiet (postanowienie)). B’mod partikolari, ġew stipulati t-termini statutorji li ġejjin:

  • sentenza u deċiżjoni dwar is-sustanza tal-kawża fi proċedimenti mhux kontenzjużi: ir-raġunijiet għas-sentenza għandhom jitħejjew bil-miktub fuq mozzjoni tal-parti għan-notifika tas-sentenza u r-raġunijiet, ippreżentati fi żmien ġimgħa mid-data li fiha ġiet iddikjarata l-parti operattiva tas-sentenza u, f’żewġ każijiet ((1) meta parti li taġixxi mingħajr avukat, konsulent legali jew aġent tal-privattiva ma kinitx preżenti meta ngħatat is-sentenza minħabba li kienet imċaħħda mil-libertà u (2) meta sentenza tkun inħarġet f’sessjoni magħluqa), fi żmien ġimgħa mid-data tan-notifika tal-parti operattiva tas-sentenza. Appell jista’ jitressaq lill-qorti li tkun ħarġet is-sentenza kkontestata fi żmien ġimgħatejn min-notifika tas-sentenza u r-raġunijiet lill-appellant. Jekk parti ma tkunx talbet, fi żmien ġimgħa mid-data li fiha ġiet iddikjarata l-parti operattiva tas-sentenza, li s-sentenza u r-raġunijiet jiġu nnotifikati, it-terminu għat-tressiq ta’ appell jiddekorri mill-jum li fih jiskadi t-terminu għall-iddepożitar ta’ mozzjoni bħal din;
  • deċiżjoni: it-terminu għall-iddepożitar ta’ ilment huwa ta’ ġimgħa u jiddekorri min-notifika tad-deċiżjoni jew, meta parti ma tkunx talbet, fit-terminu preskritt, li d-deċiżjoni meħuda fis-seduta ta’ smigħ tiġi nnotifikata, mid-dikjarazzjoni tad-deċiżjoni;
  • sentenza mogħtija f’kontumaċja fir-rigward tal-konvenut: il-konvenut li kontrih tkun inħarġet sentenza f’kontumaċja jista’ jippreżenta dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni fi żmien ġimgħatejn minn meta jiġi nnotifikat bis-sentenza;
  • sentenza mogħtija f’kontumaċja fir-rigward tal-pretendent: il-qorti tipprovdi r-raġunijiet għal sentenza mogħtija f’kontumaċja jekk l-azzjoni tkun ġiet miċħuda kompletament jew parzjalment, u l-pretendent ikun talab sabiex jiġi pprovdut bir-raġunijiet fi żmien ġimgħa minn meta jiġi nnotifikat bis-sentenza jew meta pretendent li ma jkunx ippreżenta talba bħal din ikun ressaq appell fit-terminu preskritt;
  • ordni għal ħlas fi proċedura permezz ta’ ordni ta’ ħlas: il-konvenut huwa meħtieġ, fl-ordni għall-ħlas, li jissodisfa l-pretensjoni kompletament, flimkien mal-kostijiet, jew inkella jiddepożitaw dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni fi żmien ġimgħatejn minn meta tiġi nnotifikata l-ordni;
  • ordni għal ħlas f’ordni għal proċedura ta’ ħlas: meta toħroġ ordni għal ħlas, il-qorti tiddeċiedi li l-konvenut huwa meħtieġ li jissodisfa l-pretensjoni kompletament, flimkien mal-kostijiet, fi żmien ġimgħatejn minn meta jiġi nnotifikat bl-ordni, jew inkella jiddepożita l-motivi f’dak it-terminu.

13 Il-qrati jistgħu jimmodifikaw l-iskadenzi, b'mod partikolari l-iskadenzi għad-dehra jew jiffissaw data speċjali għad-dehra?

Xhud jew parti għall-proċedimenti għandhom dritt assolut li jidhru quddiem il-qorti. Ix-xhieda jridu wkoll jidhru quddiem il-qorti anki jekk ma jkollhom ebda għarfien taċ-ċirkostanzi tal-każ jew jekk ikunu diġà ddeċidew li jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jirrifjutaw li jixhdu. Xhud irid jiskuża l-assenza tiegħu (in-nuqqas li jidher quddiem il-qorti) bil-miktub qabel id-data tas-seduta ta’ smigħ. Il-preżentazzjoni ta’ skużi għan-nuqqas ta’ dehra fil-qorti f’data aktar tard ma timpedix lill-qorti milli timponi multa fuq ix-xhud waqt is-seduta ta’ smigħ. Xhud għandu jehmeż dokument li jissostanzja r-raġuni għan-nuqqas tiegħu li jidher quddiem il-qorti bl-iskuża bil-miktub. In-nuqqas ta’ xhud li jidher quddiem il-qorti jista’ jiġi skużat minħabba mard, vjaġġ importanti għall-fini ta’ negozju jew inċident serju imprevedibbli. Meta l-mard jiġi ddikjarat bħala r-raġuni għan-nuqqas ta’ xhud milli jidher quddiem il-qorti meta jiġi mħarrek sabiex jagħmel dan, tabib maħtur mill-qorti jrid joħroġ ċertifikat li jikkonferma n-nuqqas ta’ abbiltà tax-xhud milli jidher quddiem il-qorti. F’każ bħal dan, il-qorti tistabbilixxi data oħra sabiex xhud jidher quddiem il-qorti.

14 Meta att maħsub għal parti li tkun residenti f’post fejn hija tibbenefika minn estensjoni tal-iskadenza jiġi nnotifikat f’post fejn min jirrisjedi fih ma jibbenefikax minn estensjoni bħal din, il-persuna titlef il-benefiċċju ta’ din l-iskadenza?

Parti jew xhud huma soġġetti għar-regoli tal-proċedura ċivili applikati mill-awtorità ġudizzjarja (qorti).

15 X’inhuma l-konsegwenzi jekk ma jiġux rispettati l-iskadenzi?

Att proċedurali mwettaq minn parti wara l-iskadenza tat-terminu jitqies bħala null. Dan il-prinċipju japplika kemm għat-termini statutorji kif ukoll għal dawk ġudizzjarji. In-nullità ta’ att proċedurali tfisser li att imwettaq tard ma għandux effetti legali assoċjati mat-twettiq tiegħu permezz ta’ liġijiet statutorji. Att proċedurali mwettaq wara l-iskadenza tat-terminu jitqies bħala null anki jekk il-qorti tkun għadha ma ħarġitx id-deċiżjoni li tkun il-konsegwenza tal-iskadenza tat-terminu.

16 Jekk id-data ta’ l-iskadenza tkun għaddiet, x’inhuma r-rimedji disponibbli għal dawk li ma jkunux irrispettawha, jiġifieri l-partijiet inadempjenti?

Jekk terminu jinqabeż, parti tista’ titlob li dan jerġa’ jiġi stabbilit u tapplika sabiex jerġgħu jinfetħu l-proċedimenti.

Jekk il-parti tkun qabżet it-terminu għat-twettiq ta’ att proċedurali mingħajr ebda ħtija min-naħa tagħha, il-qorti terġa’ tistabbilixxi t-terminu fuq mozzjoni tagħha. Madankollu, l-istabbiliment mill-ġdid tat-terminu mhuwiex ammissibbli jekk in-nuqqas ta’ lħuq tat-terminu ma jkollu ebda konsegwenza proċedurali negattiva għall-parti. Trattazzjoni li jkun fiha mozzjoni sabiex it-terminu jiġi stabbilit mill-ġdid għandha titressaq lill-qorti li quddiemha kellu jitwettaq l-att sa mhux aktar tard minn ġimgħa wara li ma tibqax tapplika r-raġuni għan-nuqqas ta’ lħuq tat-terminu. Iċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw il-mozzjoni għandhom jiġu ssostanzjati fit-trattazzjoni. Il-parti għandha twettaq l-att proċedurali fl-istess ħin li tressaq il-mozzjoni. Wara sena mit-terminu maqbuż, dan ikun jista’ jerġa’ jiġi stabbilit biss f’każijiet eċċezzjonali. L-istabbiliment mill-ġdid ta’ terminu għat-tressiq ta’ appell kontra sentenza li tannulla żwieġ jew li tiddikjara divorzju, jew inkella li tiddikjara n-nuqqas ta’ eżistenza ta’ żwieġ, mhuwiex ammissibbli, lanqas jekk waħda mill-partijiet tkun reġgħet iżżewġet wara li s-sentenza tkun saret finali. Mozzjoni għall-istabbiliment mill-ġdid ta’ terminu li tkun ġiet iddepożitata tard jew li tkun inammissibbli skont il-liġijiet statutorji tiġi rrifjutata mill-qorti. Il-fatt tal-preżentata ta’ talba għall-istabbiliment mill-ġdid ta’ terminu ma jwaqqafx il-proċedimenti jew l-infurzar tad-deċiżjoni. Madankollu, il-qorti tista’, skont iċ-ċirkostanzi, twaqqaf il-proċedimenti jew l-infurzar tad-deċiżjoni. Jekk il-mozzjoni tingħata, il-qorti tista’ tipproċedi minnufih sabiex tisma’ l-kawża.

Il-ftuħ mill-ġdid tal-proċedimenti jagħmilha possibbli li terġa’ tinstema’ kawża li tkun ġiet konkluża permezz ta’ deċiżjoni finali. Ilment li jitlob il-ftuħ mill-ġdid tal-proċedimenti ta’ spiss jiġi ttrattat bħala rimedju legali straordinarju (jew appell straordinarju) li jintuża sabiex jikkontesta d-deċiżjonijiet finali, kuntrarju għar-rimedji ordinarji (li jintużaw fir-rigward tad-deċiżjonijiet mhux finali). Il-ftuħ mill-ġdid tal-proċedimenti jista’ jintalab fuq il-bażi li: is-sentenza kienet ibbażata fuq dokument iffalsifikat jew mibdul jew fuq kundanna kriminali li sussegwentement ġiet annullata; jew is-sentenza nkisbet permezz ta’ reat kriminali. Il-ftuħ mill-ġdid tal-proċedimenti jista’ jintalab ukoll: jekk sentenza finali li tkun tikkonċerna l-istess relazzjoni legali tiġi żvelata aktar tard, jew jekk jiġu żvelati ċirkostanzi jew evidenza fattwali li jistgħu jinfluwenzaw l-eżitu tal-kawża u li ma setgħux jintużaw mill-parti fi proċedimenti preċedenti; jekk il-kontenut tas-sentenza kien influwenzat minn deċiżjoni li ma temmitx il-proċedimenti fil-kawża, maħruġa abbażi ta’ att normattiv rikonoxxut mit-Tribunal Kostituzzjonali bħala li jmur kontra Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Kostituzzjoni, trattat internazzjonali ratifikat jew il-liġijiet statutorji (annullati jew emendati f’konformità mal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili).

Il-ftuħ mill-ġdid tal-proċedimenti ma jistax jintalab aktar minn għaxar snin wara d-data li fiha sentenza tkun saret finali (sakemm parti ma setgħetx taġixxi jew ma kinitx irrappreżentata kif suppost).

L-aħħar aġġornament: 27/06/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - Rumanija

1 X’inhuma t-tipi ta' skadenzi rilevanti għall-proċeduri ċivili?

Mill-perspettiva proċedurali, it-terminu għal proċedura, bħala definizzjoni ġenerali, huwa l-intervall ta’ żmien li fih iridu jitwettqu ċerti atti proċedurali jew, għall-kuntrarju, jiġu pprojbiti. Huwa rregolat mill-Artikoli 180-186 tal-Att Nru 134/2010 dwar il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, kif sussegwentement emendat u ssupplimentat (li daħal fis-seħħ fil-15 ta’ Frar 2013).

Fir-rigward tad-diversi tipi ta’ termini applikabbli skont il-proċedura ċivili, huma kollha kklassifikati mill-mod ta’ kif inhuma definiti, bħala termini legali, ġudizzjarji jew konvenzjonali (irrispettivament min-natura tagħhom). Termini legali huma dawk espressament previsti skont il-liġi u huma fissi fil-prinċipju, sabiex b’hekk ma jkunux jistgħu jitqassru jew jiġu estiżi mill-imħallef jew mill-partijiet (pereżempju, it-terminu ta’ ħamest ijiem għan-notifika tat-taħrika). Bħala eċċezzjoni, il-liġi tippermetti l-estensjoni jew it-tqassir ta’ ċerti termini legali. Termini ġudizzjarji huma dawk li jiġu stabbiliti mill-qorti matul ir-riżoluzzjoni tal-kawżi, għad-dehra tal-partijiet quddiem il-qorti, għas-smigħ tax-xhieda, għall-amministrazzjoni tal-evidenza l-oħra, jiġifieri dokumenti, rapporti ta’ esperti, eċċ. Termini konvenzjonali huma dawk li jistgħu jiġu ffissati mill-partijiet matul is-sentenza ta’ tilwim u ma jeħtiġux approvazzjoni mill-awtorità tal-qorti.

Skont it-tip tagħhom, it-termini proċedurali huma prevalenti (manifest) u projbittivi (differibbli), tal-ewwel ikunu dawk li fihom irid jitwettaq att proċedurali partikolari (pereżempju, it-termini li matulhom irid jitressaq appell - appell, it-tieni appell, eċċ.) u tal-aħħar ikunu dawk li fihom il-liġi tipprojbixxi kwalunkwe att proċedurali.

Kriterju ieħor għall-klassifikazzjoni tat-termini huwa relatat mas-sanzjoni applikabbli f’każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tagħhom, bit-termini jkunu assoluti u relattivi. It-termini assoluti, jekk ma jiġux osservati, fl-aħħar mill-aħħar jaffettwaw il-validità tal-atti proċedurali, filwaqt li n-nuqqas ta’ osservanza tat-termini relattivi, anki jekk mhux bilfors jirriżulta fl-invalidazzjoni tal-atti proċedurali, jista’ jwassal għall-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet finanzjarji jew dixxiplinarji għall-partijiet ħatja (it-terminu tad-deċiżjoni, it-terminu tat-tħejjija, eċċ.).

Fl-aħħar nett, b’konnessjoni mat-tul ta’ żmien tagħhom, it-termini jistgħu jkunu espressi f’sigħat, jiem, ġimgħat u snin u din il-klassifikazzjoni hija pprovduta wkoll fl-Artikolu 181 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili. Barra minn hekk, hemm każijiet partikolari meta l-liġi ma tipprevedix speċifikament tip partikolari ta’ terminu (siegħa, jum, eċċ.), iżda mument fiż-żmien għat-tlestija tal-att proċedurali (pereżempju, il-każ ta’ oġġezzjoni għall-infurzar, li jista’ jiġi ppreżentat sal-aħħar att ta’ infurzar) jew inkella l-liġi tistabbilixxi dispożizzjonijiet li jindikaw li l-att għandu jitwettaq “mingħajr dewmien” jew “mill-aktar fis possibbli” jew “bħala kwistjoni ta’ urġenza”.

2 Il-lista tal-jiem varji li mhumiex meqjusa jiem tax-xogħol skont ir-Regolament (KEE, Euratom) nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971.

Skont il-liġi Rumena, il-jiem mhux tax-xogħol huma s-Sibtijiet u l-Ħdud kollha, li jiżdiedu mal-btajjel nazzjonali (Jum Nazzjonali – l-1 ta’ Diċembru, Btala tax-Xogħol – l-1 ta’ Mejju), minbarra l-btajjel reliġjużi importanti (il-Milied – il-25 u s-26 ta’ Diċembru, l-Għid il-Kbir – jumejn u l-Pentekoste – jum wieħed, skont id-dati tal-kalendarju, it-Tlugħ is-Sema tal-Madonna – il-15 ta’ Awwissu, Sant’Indri – it-30 ta’ Novembru), l-Ewwel tas-Sena – l-1 u t-2 ta’ Jannar.

3 Liema huma r-regoli ġenerali li japplikaw għall-iskadenzi fir-rigward ta’ proċeduri ċivili differenti?

Ir-regoli applikabbli dwar it-termini huma dawk stipulati fl-Artikoli 180-186 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili.

4 Meta jkun meħtieġ li att jew formalità jitwettqu fi żmien stabbilit minn qabel, dan meta jibda jiddekorri?

Kull terminu għandu żmien tal-bidu u żmien tat-tlestija, bit-tul ta’ żmien bejniethom.

Fir-rigward taż-żmien tal-bidu, l-Artikolu 184(1) tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jistabbilixxi li t-termini jibdew jiddekorru mid-data tan-notifika tal-atti proċedurali, sakemm ma jiġix previst mod ieħor mil-liġi.

Madankollu, hemm ukoll każijiet meta n-notifika tal-att proċedurali stabbilita bħala l-punt tat-tluq għat-termini tista’ tiġi sostitwita bl-atti proċedurali ekwivalenti (każijiet ta’ ekwipollenza). B’hekk, in-notifika tal-att proċedurali li tibda d-dekorrenza tat-terminu tiġi sostitwita, f’xi każijiet, bi proċedimenti oħrajn li huma l-punt tat-tluq għat-terminu (pereżempju, it-talba sabiex l-atti proċedurali jiġu nnotifikati lill-parti opposta, it-tressiq ta’ appell jew in-notifika tal-mandat ta’ eżekuzzjoni).

B’deroga mir-regola ġenerali, hemm ukoll każijiet meta t-termini jibdew jiddekorru minn mumenti oħrajn għajr in-notifika, jiġifieri mid-deċiżjoni (it-tiftix tal-iskadenza tal-perjodu ta’ limitazzjoni, is-supplimentazzjoni tas-sentenza); mir-rikonoxximent tal-evidenza (għall-preżentazzjoni tal-ammonti mitluba jew tal-lista ta’ xhieda fi żmien ħamest ijiem), mill-pubblikazzjoni ta’ ċerti dokumenti (għar-reklamar għall-bejgħ ta’ bini fi żmien ħamest ijiem).

Fir-rigward taż-żmien tat-tlestija, dan huwa definit bħala l-mument meta jinkiseb l-effett tat-terminu, li huwa t-tmiem tal-possibbiltà li jitwettaq il-proċediment li għalih ikun ġie stabbilit terminu (għal termini prevalenti) jew, għall-kuntrarju, jiddetermina/jimmarka l-mument meta jinħoloq id-dritt li jitwettqu ċerti atti proċedurali (għal termini projbittivi).

5 Il-bidu tad-dekorrenza jista’ jiġi affettwat jew modifikat mill-metodu ta’ trażmissjoni jew ta’ notifika tad-dokumenti (servizz personali minn marixxall jew servizz postali)?

Bejn il-punt tat-tluq u l-punt tat-tlestija, it-termini jiddekorru mingħajr interruzzjonijiet, fil-prinċipju, mingħajr ebda possibbiltà ta’ interruzzjoni jew sospensjoni. Madankollu, tfixkil minħabba ċirkostanza li tmur lil hinn mir-rieda tal-parti – li hija msemmija fl-Artikolu 186 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili – huwa raġuni għall-interruzzjoni tat-termini proċedurali. Ċirkostanzi speċjali oħrajn għall-interruzzjoni huma miżjuda ma’ dan il-każ: (pereżempju, l-interruzzjoni tat-terminu ta’ appell - l-Artikolu 469 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Fl-istess ħin, il-liġi tistabbilixxi li t-terminu proċedurali jista’ wkoll jiġi sospiż (bħalma huwa l-każ għall-perjodu ta’ limitazzjoni – l-Artikolu 418 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili). Jekk it-terminu jiġi interrott skont l-Artikolu 186 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, wara li t-tfixkil ikun waqaf, jibda jiddekorri terminu invarjabbli ta’ 15-il jum, irrispettivament mit-tul ta’ żmien tat-terminu interrott. F’każ ta’ sospensjoni, it-terminu jkompli jiddekorri mill-punt meta dik is-sospensjoni tkun waqfet u ż-żmien li jkun għadda qabel is-sospensjoni tat-terminu jiżdied ukoll miegħu.

F’konformità mal-Artikolu 183 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, id-dokument proċedurali ppreżentat fit-terminu legali permezz ta’ ittra rreġistrata ppreżentata lill-uffiċċju postali jew lil servizz express ta’ kurrier jew lil servizz tal-komunikazzjoni speċjalizzat jitqies li jkun fit-terminu. Id-dokument ippreżentat mill-parti interessata fit-terminu legali fl-unità militari jew fl-uffiċċju tal-amministrazzjoni tal-post fejn tinżamm dik il-parti jitqies ukoll li jkun fit-terminu. L-irċevuta mill-uffiċċju postali u r-reġistrazzjoni jew iċ-ċertifikazzjoni mis-servizz express ta’ kurrier, mis-servizz tal-komunikazzjoni speċjalizzat, mill-unità militari jew mill-uffiċċju tal-amministrazzjoni fejn tinżamm il-parti interessata, fejn xieraq, fuq id-dokument ippreżentat, isservi bħala prova għad-data meta bdiet l-att dik il-parti interessata.

6 Jekk iż-żmien jibda jiddekorri meta jitwettaq xi avveniment, il-jum li fih jitwettaq l-avveniment ikun jgħodd għall-kalkolu taż-żmien?

F’konformità mal-Artikolu 181 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, it-termini espressi f’jiem jiġu kkalkolati skont is-sistema esklussiva, jiġifieri skont il-jiem liberi, la l-jum meta jibda jiddekorri t-terminu – dies a quo – u lanqas il-jum meta jintemm – dies ad quem ma jitqiesu, u r-regoli applikabbli huma dawk speċifikati b’konnessjoni mal-punt tat-tluq, kif ippreżentati fit-Taqsima 4.

It-termini espressi f’jiem dejjem jiġu kkalkolati f’jiem sħaħ, madankollu, l-att jista’ jiġi ppreżentat biss fis-sigħat tax-xogħol tas-servizzi tal-qorti. Madankollu, dan in-nuqqas jista’ jitneħħa billi l-att proċedurali jintbagħat bil-posta, bl-uffiċjal postali jindika d-data u l-mezzi ta’ komunikazzjoni effettiva lir-riċevent. Ara wkoll it-tweġiba għall-Mistoqsija 4.

7 Meta skadenza tkun espressa f’jiem, l-għadd ta’ jiem indikat ikun jinkludi l-jiem tal-kalendarju jew il-jiem tax-xogħol?

Pereżempju, jekk persuna trid taġixxi jew tiġi nnotifikata att nhar it-Tnejn, l-4 ta’ April 2005, u tintalab tipprovdi risposta fi żmien 14-il jum min-notifika, dan ifisser li l-persuna kkonċernata trid twieġeb qabel:

i. It-Tnejn, it-18 ta’ April (jiem kalendarji) jew

ii. Il-Ġimgħa, it-22 ta’ April (jiem tax-xogħol) ?

Ir-risposta korretta hija li n-numru speċifikat ta’ jiem jinkludi l-jiem kalendarji. Il-persuna kkonċernata trid tieħu azzjoni effettiva sa mhux aktar tard mit-18 ta’ April.

8 Meta skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin?

F’konformità mal-Artikolu 182 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, it-termini espressi fi snin, xhur jew ġimgħat jintemmu fil-jum tas-sena, tax-xahar jew tal-ġimgħa li jikkorrespondi għall-jum tal-bidu.

It-terminu li jibda fid-29, fit-30 jew fil-31 tax-xahar u jintemm f’xahar li ma jkollu ebda jum bħal dan jitqies bħala li ntemm fil-jum preċedenti tax-xahar.

It-terminu li jintemm fi btala legali jew meta tiġi sospiża n-notifika se jiġi estiż sal-aħħar tal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss.

9 Jekk skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin, meta tiskadi?

It-terminu espress f’ġimgħat, xhur jew snin jiskadi fil-jum korrispondenti fl-aħħar ġimgħa jew xahar jew fl-aħħar sena. Jekk l-aħħar xahar ma jkollux jum korrispondenti għal dak meta beda jiddekorri t-terminu, it-terminu jintemm fl-aħħar jum ta’ dak ix-xahar. Meta l-aħħar jum ta’ terminu jkun jum mhux tax-xogħol, it-terminu jiġi estiż għall-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss.

10 Jekk meta tiskadi d-data tal-iskadenza jkun nhar ta' Sibt, Ħadd jew festa pubblika jew jum mhux tax-xogħol, din tiġi estiża sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss?

Iva, meta l-aħħar jum ta’ terminu jkun jum mhux tax-xogħol, it-terminu jiġi estiż għall-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss.

11 Hemm ċirkostanzi li fihom jiġu estiżi l-iskadenzi? X’inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minn dawn l-estensjonijiet?

L-Artikolu 184 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jispeċifika li t-terminu proċedurali jiġi interrott u jibda jiddekorri terminu ġdid mid-data tan-notifika ġdida fil-każijiet li ġejjin:

  • meta tmut waħda mill-partijiet; f’dan il-każ, jiġi nnotifikat dokument ġdid lill-aħħar domiċilju tal-parti deċeduta, jiġifieri lill-werriet, mingħajr ma jintwerew l-isem u l-pożizzjoni ta’ kull werriet;
  • meta jmut ir-rappreżentant ta’ waħda mill-partijiet; f’dan il-każ, jiġi nnotifikat dokument ġdid lill-parti kkonċernata.

It-terminu proċedurali ma jibdiex jiddekorri u, jekk ikun beda jiddekorri qabel, huwa jiġi interrott fir-rigward tal-parti li ma jkollhiex il-kapaċità li taġixxi jew li jkollha kapaċità limitata li taġixxi sakemm tinħatar persuna sabiex tirrappreżenta jew tassisti lil dik il-parti, fejn xieraq.

12 X’inhuma l-iskadenzi għall-appelli?

Iva, ġew stabbiliti termini speċjali li jappartjenu għal oqsma tal-liġi. It-termini ġenerali għal appell u għat-tieni appell huma ta’ 30 jum fil-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili. F’ċerti kwistjonijiet (proċedimenti speċjali), pereżempju, fil-każ ta’ ordni presidenzjali, it-terminu għal appell huwa ta’ ħamest ijiem, li huwa iqsar mit-terminu għat-tressiq ta’ appell skont il-liġi komuni.

13 Il-qrati jistgħu jimmodifikaw l-iskadenzi, b'mod partikolari l-iskadenzi għad-dehra jew jiffissaw data speċjali għad-dehra?

Ir-risposta hija pożittiva, fis-sens li, f’ċerti każijiet eċċezzjonali, il-liġi tippermetti lill-imħallef jestendi t-terminu (pereżempju, b’ħamest ijiem skont l-Artikoli 469 u 490 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili – fi kwistjonijiet li jikkonċernaw l-appell u t-tieni appell, rispettivament), jew iqassru (pereżempju, skont l-Artikolu 159 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili b’konnessjoni mat-terminu għan-notifika tat-taħrika ħamest ijiem qabel id-data tas-seduta ta’ smigħ).

14 Meta att maħsub għal parti li tkun residenti f’post fejn hija tibbenefika minn estensjoni tal-iskadenza jiġi nnotifikat f’post fejn min jirrisjedi fih ma jibbenefikax minn estensjoni bħal din, il-persuna titlef il-benefiċċju ta’ din l-iskadenza?

Skont l-Artikolu 1087 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili, fi proċeduri ta’ qorti ċivili internazzjonali, il-qorti tapplika l-liġi proċedurali Rumena soġġetta għal dispożizzjonijiet espressi kuntrarji. Ara wkoll it-tweġiba għall-Mistoqsijiet 5, 11 u 16.

15 X’inhuma l-konsegwenzi jekk ma jiġux rispettati l-iskadenzi?

Kif ġie ddikjarat hawn fuq, in-nuqqas ta’ osservanza ta’ terminu assolut fl-aħħar mill-aħħar jaffettwa l-validità tal-proċedimenti, filwaqt li n-nuqqas ta’ osservanza tat-termini relattivi, anki jekk mhux bilfors jirriżulta fl-invalidazzjoni tal-atti proċedurali, jista’ jwassal għall-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet finanzjarji jew dixxiplinarji għall-partijiet ħatja (it-termini tad-deċiżjoni, it-termini tat-tħejjija, eċċ.).

In-nuqqas ta’ osservanza tat-termini proċedurali x’aktarx li jirriżulta fl-applikazzjoni ta’ diversi sanzjonijiet, kif ġej:

  • in-nullità tal-att proċedurali;
  • iċ-ċaħda tat-terminu pprovdut għat-twettiq tal-att proċedurali;
  • l-iskadenza tal-validità tat-talba riferita lill-qorti;
  • l-iskadenza tal-perjodu ta’ limitazzjoni fuq l-intitolament għal infurzar obbligatorju;
  • sanzjonijiet finanzjarji;
  • sanzjonijiet dixxiplinarji;
  • l-obbligu li jitwettaq mill-ġdid jew jiġi emendat att magħmul mingħajr ebda formalità legali;
  • l-obbligu li jingħata kumpens lill-parti dannuża għal ksur tal-formalitajiet proċedurali.

L-Artikolu 185 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jistabbilixxi li, meta jkun irid jiġi eżerċitat dritt proċedurali f’terminu partikolari, in-nuqqas ta’ konformità ma’ dan l-obbligu jwassal għaċ-ċaħda tal-intitolament, sakemm ma jiġix previst mod ieħor mil-liġi. L-att proċedurali mwettaq wara li jkun skada t-terminu huwa null. Meta l-liġi tipprevedi d-diskontinwità ta’ att proċedurali f’terminu, l-att magħmul qabel jintemm it-terminu jista’ jiġi annullat fuq talba tal-parti interessata.

16 Jekk id-data ta’ l-iskadenza tkun għaddiet, x’inhuma r-rimedji disponibbli għal dawk li ma jkunux irrispettawha, jiġifieri l-partijiet inadempjenti?

L-Artikolu 186 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili jiddikjara li l-parti li tkun tilfet terminu proċedurali tingħata terminu ġdid, diment li hija turi bil-provi li d-dewmien huwa debitament ġustifikat. Il-parti kkonċernata twettaq l-att proċedurali fi żmien mhux aktar minn 15-il jum mid-data meta tintemm id-diskontinwità u, fl-istess ħin, hija titlob sabiex tingħata terminu ġdid. Jekk il-parti kkonċernata tfittex rimedji, dan it-terminu jkun l-istess bħal dak ipprovdut meta jitressaq appell. It-talba għal terminu ġdid tiġi ttrattata mill-qorti kompetenti li tittratta t-talba rigward id-dritt mhux eżerċitat fit-terminu. Meta l-parti tkun ħatja, ma jkun disponibbli ebda rimedju proċedurali.

L-aħħar aġġornament: 28/06/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - Slovakkja

1 X’inhuma t-tipi ta' skadenzi rilevanti għall-proċeduri ċivili?

a) Statutorji – it-tul ta’ żmien tagħhom jiġi stabbilit mil-liġi;

b) Ġudizzjarji – il-qorti tista’ testendi skadenza fuq talba tal-entità kkonċernata.

2 Il-lista tal-jiem varji li mhumiex meqjusa jiem tax-xogħol skont ir-Regolament (KEE, Euratom) nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971.

Jiem mhux tax-xogħol huma dawk il-jiem magħżula għat-tixtil tal-ħaddiema matul il-ġimgħa, u l-btajjel statutorji,

a) Jiem mhux tax-xogħol fir-Repubblika Slovakka: is-6 ta’ Jannar, il-Ġimgħa l-Kbira, Ħadd il-Għid, it-Tnejn ta’ wara l-Għid, l-1 ta’ Mejju, it-8 ta’ Mejju, il-15 ta’ Settembru, l-1 ta’ Novembru, l-24 ta’ Diċembru, il-25 ta’ Diċembru, is-26 ta’ Diċembru

b) Btajjel statutorji fir-Repubblika Slovakka: l-1 ta’ Jannar, il-5 ta’ Lulju, id-29 ta’ Awwissu, l-1 ta’ Settembru, is-17 ta’ Novembru.

3 Liema huma r-regoli ġenerali li japplikaw għall-iskadenzi fir-rigward ta’ proċeduri ċivili differenti?

a) Skont l-Att Nru. 160/2015, il-Kodiċi tal-Proċedura Kontradittorja Ċivili (zákona č. 160/2015 Civilný sporový poriadok) (li minn hawn ’il quddiem issir referenza għalih bħala "CCAP"), u fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet għall-kuntrarju, terminu għall-eżekuzzjoni ta’ att jiġi stabbilit minn qorti. Il-jum li fih seħħ l-avveniment li ddetermina l-bidu tal-perjodu ma jiġix inkluż fil-kalkolu ta’ perjodu stabbilit f’jiem.

b) Terminu ma jibdiex jiddekorri fir-rigward ta’ persuna li tkun tilfet il-kapaċità tagħha li tkun parti għal proċedimenti jew il-kapaċità li taġixxi quddiem qorti (it-Taqsima 119 tas-CCAP).

ċ) Jekk parti ġdida, rappreżentant legali, jew kustodju ta’ parti jissieħbu fil-proċedimenti, jibdew jiddekorru termini ġodda fir-rigward tagħhom, minn dak il-ħin li jkunu ssieħbu fil-proċedimenti (it-Taqsima 120 tas-CCAP).

d) Terminu jkun ġie osservat jekk l-att ikkonċernat jiġi eżegwit fil-qorti, jew jekk sottomissjoni tkun ġiet mgħoddija lil awtorità obbligata li tikkonsenjaha, fl-aħħar jum tal-perjodu (it-Taqsima 121 (5) tas-CCAP).

4 Meta jkun meħtieġ li att jew formalità jitwettqu fi żmien stabbilit minn qabel, dan meta jibda jiddekorri?

Perjodu jibda jiddekorri l-għada li jkun seħħ l-avveniment li jiddetermina l-bidu tal-perjodu.

5 Il-bidu tad-dekorrenza jista’ jiġi affettwat jew modifikat mill-metodu ta’ trażmissjoni jew ta’ notifika tad-dokumenti (servizz personali minn marixxall jew servizz postali)?

Le.

6 Jekk iż-żmien jibda jiddekorri meta jitwettaq xi avveniment, il-jum li fih jitwettaq l-avveniment ikun jgħodd għall-kalkolu taż-żmien?

Le.

7 Meta skadenza tkun espressa f’jiem, l-għadd ta’ jiem indikat ikun jinkludi l-jiem tal-kalendarju jew il-jiem tax-xogħol?

Il-jiem kalendarji jintużaw fil-kalkolu tat-termini.

8 Meta skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin?

Il-perjodi stabbiliti f’ġimgħat, xhur u snin jiġu kkalkolati wkoll skont il-jiem kalendarji.

9 Jekk skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin, meta tiskadi?

L-iskadenzi tal-perjodi stabbiliti f’ġimgħat, xhur jew snin jaqgħu fl-aħħar tal-jum li d-deżinjazzjoni tiegħu huwa l-istess bħal dak tal-jum li fih seħħ l-avveniment li ddetermina l-bidu tal-perjodu u, jekk ma jkun hemm ebda jum bħal dan f’xahar, mela l-aħħar jum tax-xahar. Jekk skadenza taqa’ nhar ta’ Sibt, Ħadd jew fi btala, l-aħħar jum tal-perjodu huwa l-jum tax-xogħol li jiġi immedjatament wara (it-Taqsima 121 tas-CCAP).

10 Jekk meta tiskadi d-data tal-iskadenza jkun nhar ta' Sibt, Ħadd jew festa pubblika jew jum mhux tax-xogħol, din tiġi estiża sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss?

Iva.

11 Hemm ċirkostanzi li fihom jiġu estiżi l-iskadenzi? X’inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minn dawn l-estensjonijiet?

Jekk il-liġi ma tiddikjara ebda skadenza għall-eżekuzzjoni ta’ att, din għandha tiġi stabbilita minn qorti, jekk ikun hemm bżonn. Qorti tista’ wkoll testendi skadenza li tkun stabbilixxiet hija stess (it-Taqsima 118(2) tas-CCAP).

12 X’inhuma l-iskadenzi għall-appelli?

Appell jitressaq fi żmien 15-il jum min-notifika ta’ deċiżjoni fil-qorti li lilha tkun indirizzata (it-Taqsima 362 tas-CCAP).

13 Il-qrati jistgħu jimmodifikaw l-iskadenzi, b'mod partikolari l-iskadenzi għad-dehra jew jiffissaw data speċjali għad-dehra?

Iva, iżda biss terminu li jappartjeni għal interrogazzjoni informattiva.

14 Meta att maħsub għal parti li tkun residenti f’post fejn hija tibbenefika minn estensjoni tal-iskadenza jiġi nnotifikat f’post fejn min jirrisjedi fih ma jibbenefikax minn estensjoni bħal din, il-persuna titlef il-benefiċċju ta’ din l-iskadenza?

15 X’inhuma l-konsegwenzi jekk ma jiġux rispettati l-iskadenzi?

Il-konsegwenza ta’ nuqqas ta’ osservanza ta’ skadenza hija li tinqabeż l-iskadenza.

16 Jekk id-data ta’ l-iskadenza tkun għaddiet, x’inhuma r-rimedji disponibbli għal dawk li ma jkunux irrispettawha, jiġifieri l-partijiet inadempjenti?

Qorti tista’ taħfer l-iskadenza li tinqabeż jekk dan in-nuqqas kien dovut għall-fatt li parti jew ir-rappreżentant tagħha kellhom raġuni skużabbli li minħabba fiha ma setgħux jeffettwaw att li kienu intitolati li jeżerċitaw. Rikors irid jiġi ppreżentat fi żmien 15-il jum mill-waqfien tal-ostakolu u l-att mitluf irid jiġi effettwat f’dak il-ħin (it-Taqsima 122 tas-CCAP). Huwa kompletament fid-diskrezzjoni tal-qorti li tevalwa jekk ir-raġuni li minħabba fiha l-parti jew ir-rappreżentant tagħha qabżu skadenza statutorja hijiex skużabbli.

L-aħħar aġġornament: 14/01/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Skadenzi taż-Żmien skond il-Proċedura - Svezja

1 X’inhuma t-tipi ta' skadenzi rilevanti għall-proċeduri ċivili?

Hemm bosta tipi differenti ta' skadenzi fil-materji ċivili, kif ukoll perjodi ta' żmien stabbiliti fil-Kostituzzjoni. Dawn jinkludu pereżempju, termini għal appell, għat-tressiq ta' kwerela u biex kawża tiġi rieżaminata (il-perjodu li tulu kawża trid tittella' l-qorti). Hemm ukoll dispożizzjonijiet li jistipulaw sempliċement li miżura trid tittieħed u mbagħad f'idejn il-qorti biex tiddeċiedi l-perjodu ta' żmien li trid issir matulu; pereżempju, limiti taż-żmien biex tiġi pprovduta informazzjoni addizzjonali, evidenza jew nota tal-eċċezzjonijiet.

2 Il-lista tal-jiem varji li mhumiex meqjusa jiem tax-xogħol skont ir-Regolament (KEE, Euratom) nru 1182/71 tat-3 ta’ Ġunju 1971.

Is-Sibtijiet, il-Ħdud u l-festi pubbliċi mhumiex meqjusa jiem tax-xogħol.

Dawn li ġejjin huma festi pubbliċi fl-Isvezja (l-Att (1989:253) dwar il-festi pubbliċi; "lagen om allmänna helgdagar"):

  • L-Ewwel tas-Sena (l-1 ta' Jannar)
  • L-Epifanija (is-6 ta' Jannar)
  • Il-Ġimgħa l-Kbira (l-aħħar Ġimgħa qabel l-Għid)
  • L-Għid il-Kbir (l-ewwel Ħadd wara l-qamar kwinta nhar il-21 ta' Marzu jew wara)
  • It-Tnejn ta' wara l-Għid (l-għada tal-Għid il-Kbir)
  • Lapsi (is-sitt Ħamis wara l-Għid il-Kbir)
  • L-Għid il-Ħamsin (is-seba' Ħadd wara l-Għid)
  • Il-Jum Nazzjonali Svediż (is-6 ta' Ġunju)
  • Midsommardagen (is-Sibt ta' bejn l-20 u s-26 ta' Ġunju)
  • Il-Qaddisin Kollha (is-Sibt ta' bejn l-31 u s-6 ta' Novembru)
  • Il-Milied (il-25 ta' Diċembru)
  • San Stiefnu (is-26 ta' Diċembru)

3 Liema huma r-regoli ġenerali li japplikaw għall-iskadenzi fir-rigward ta’ proċeduri ċivili differenti?

Il-prinċipju bażiku li jirregola l-limit taż-żmien huwa li meta persuna tkun meħtieġa minn qorti tagħmel xi att fil-proċedimenti hija trid tingħata żmien raġonevoli biex tagħmel dan (il-Kapitolu 32, l-Artikolu 1 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja Svediż; "rättegångsbalken"). F'ħafna każijiet iż-żmien mogħti jingħata mill-qorti, li f'dak il-punt trid tiffissa terminu li jippermetti lill-parti ammont ta' żmien aċċettabbli biex tikkonforma.

F'għadd żgħir każijiet perjodu partikolari ta' żmien ikun stipulat fil-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja Svediż. Dan japplika l-iktar għat-termini għall-appell kontra sentenza jew deċiżjoni tal-qorti, biex jintalab li tiġi rieżaminata kawża magħluqa, jew f'xi każijiet biex jinbidel terminu.

Persuna li tixtieq tappella kontra sentenza ta' qorti distrettwali f'kawża ċivili trid tagħmel dan fi żmien tliet ġimgħat mill-għoti tas-sentenza. Persuna li tixtieq tappella kontra sentenza ta' qorti distrettwali ("tingsrätt") f'kawża ċivili trid tagħmel dan fl-istess ammon ta' żmien. Madankollu, jekk deċiżjoni meħuda waqt proċediment tkun għadha ma ngħatatx waqt seduta tal-qorti u tkun għadha ma ngħatat l-ebda dikjarazzjoni quddiem il-qorti dwar meta se tingħata d-deċiżjoni, il-perjodu għal appell jiġi kkalkulat minn dakinhar li r-rikorrent ikun irċieva d-deċiżjoni. Iż-żmien biex isir appell kontra sentenzi jew deċiżjonijiet tal-qorti tal-appell ("hovrätt") huwa ta' erba' ġimgħat (il-Kapitolu 50, l-Artikolu 1; il-Kapitolu 52, l-Artikolu 1; il-Kapitolu 55, l-Artikolu 1 u l-Kapitolu 56, l-Artikolu 1 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ġudizzjarja Svediż).

Parti li tkun inqatgħet sentenza kontriha b'kontumaċja minn qorti distrettwali ("tingsrätt") tista', fi żmien xahar minn meta tiġi nnotifikata bis-sentenza kontriha, tressaq rikors għar-rieżami tal-kawża (il-Kapitolu 44, l-Artikolu 9 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ġudizzjarja Svediż).

Jekk l-appell jiskadi għax ir-rikorrent ma jkunx attenda l-proċedimenti fil-qorti tal-appell Parti ("hovrätt"), ir-rikorrent jista', fi żmien tliet ġimgħat mid-data ta' meta ngħatat id-deċiżjoni, iressaq rikors biex tikompla l-kawża (il-Kapitolu 50, l-Artikolu 22 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ġudizzjarja Svediż).

Jekk parti jiskadilha ż-żmien biex tressaq appell jew biex tressaq rikors biex kawża titkompla jew tiġi rieżaminata, hija tkun tista' tressaq rikors biex it-terminu jerġa' jibda jgħodd. Ir-rikors irid isir fi żmien tliet ġimgħat minn tmiem iċ-ċirkostanzi li jiskużawh u tal-inqas fi żmien sena mill-iskadenza tat-terminu (il-Kapitolu 58, l-Artikolu 12 tal-Kodiċi ta' Proċedura Ġudizzjarja Svediż).

Għadd ta' termini japplikaw ukoll fi proċedimenti sommarji fl-Awtorità ta' Eżekuzzjoni Svediża. Intimat ikun ordnat jikkummetta dwar rikors f'ċertu ammont ta' żmien mid-data ta' notifika. Ħlief f'ċirkostanzi eċċezzjonali, dan il-perjodu ma jridx ikun itwal minn ġimagħtejn (l-Artikolu 25 tal-Att (1990:746) dwar ordnijiet ta' pagamenti u assistenza; "lagen om betalningsföreläggande och handräckning"). Jekk l-intimat ikkontesta r-rikors, ir-rikorrent ikollu massimu ta' erba' ġimgħat mid-data meta tintbagħatlu n-notifika tal-oppożizzjoni fejn jitlob li l-kawża tkun trasferita għal quddiem qorti distettwali ("tingsrätt") biex tiġi ttrattata ulterjorment (l-Artikolu 34). Jekk l-Awtorità ta' Eżekuzzjoni Svediża tagħti deċiżjoni f'kawża li tinvolvi ordni ta' pagament jew assistenza ġenerali, l-intimat jista' jitlob li l-kawża tiġi rieżaminata fi żmien xahar mid-data tad-deċiżjoni (l-Artikolu 52). Jista' jitressaq appell kontra tipi oħrajn ta' deċiżjoni mill-awtorità fi żmien tliet ġimgħat minn dakinhar li tkun ittieħdet id-deċiżjoni (l-Artikoli 55-57).

4 Meta jkun meħtieġ li att jew formalità jitwettqu fi żmien stabbilit minn qabel, dan meta jibda jiddekorri?

Jekk att irid isir f'perjodu preskritt, il-perjodu jibda jgħodd minn dakinhar li tingħata d-deċiżjoni jew ordni. F'każijiet fejn dokument irid jiġi nnotifikat lil parti, madankollu, il-perjodu ma jibdiex jgħodd sakemm il-parti tirċievi d-dokument (id-data tan-notifika).

5 Il-bidu tad-dekorrenza jista’ jiġi affettwat jew modifikat mill-metodu ta’ trażmissjoni jew ta’ notifika tad-dokumenti (servizz personali minn marixxall jew servizz postali)?

F'każijiet fejn dokument irid jiġi nnotifikat lil parti, il-perjodu ma jibdiex jgħodd sakemm il-parti tirċievi d-dokument (id-data tan-notifika).

6 Jekk iż-żmien jibda jiddekorri meta jitwettaq xi avveniment, il-jum li fih jitwettaq l-avveniment ikun jgħodd għall-kalkolu taż-żmien?

Meta d-data ta' bidu tkun id-data ta' meta tkun ingħatat id-deċiżjoni jew ordni, it-terminu spiss ikun espress fil-forma ta' data speċifika sa meta l-azzjoni li tirriżulta mid-deċiżjoni jew ordni trid titwettaq. Xi drabi, madankollu, jiġi ffissat ukoll terminu meta jkun stipulat li azzjoni trid tittieħed fi żmien ċertu għadd ta' jiem, ġimgħat, xhur jew snin, li dejjem jibdew b'data ta' bidu. Meta d-data ta' bidu tkun id-data ta' notifika, dejjem jiġi ddikjarat li azzjoni trid tittieħed fi żmien ċertu għadd ta' jiem, ġimgħat, xhur jew snin, mid-data ta' notifika, li tkun id-data meta l-parti tirċievi d-dokument.

7 Meta skadenza tkun espressa f’jiem, l-għadd ta’ jiem indikat ikun jinkludi l-jiem tal-kalendarju jew il-jiem tax-xogħol?

Jekk il-perjodu ta' żmien ikun espress f'jiem, l-għadd ta' jiem speċifikat jinkludi jiem kalendarji u mhux jiem tax-xogħol biss.

8 Meta skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin?

Jekk att irid isir f'perjodu preskritt, il-perjodu jibda jgħodd minn dakinhar li tingħata d-deċiżjoni jew ordni. F'każijiet fejn dokument irid jiġi nnotifikat lil parti, madankollu, il-perjodu ma jibdiex jgħodd sakemm il-parti tirċievi d-dokument (id-data tan-notifika).

9 Jekk skadenza bħal din tkun espressa f’ġimgħat, xhur jew snin, meta tiskadi?

L-Att (1930:173) dwar il-kalkolu tat-termini statutorji ("lag om beräkning av lagstadgad") jgħid li meta t-termini jkunu espressi f'ġimgħat, xhur jew snin, id-data finali tkun il-jum li, b'ismu jew bin-numru tax-xahar tiegħu, jikkorrispondi għall-jum ta' meta beda jgħodd il-perjodu ta' żmien. Jekk ma jkun hemm l-ebda jum korrispondenti fl-aħħar xahar, l-aħħar jum tal-perjodu ta' żmien ikun l-aħħar jum tax-xahar.

Jekk il-jum sa meta trid titwettaq azzjoni jiġi s-Sibt, il-Ħadd jew festa pubblika oħra (ara 2 fuq), Midsommarafton (lejlet Midsommardagen), Lejlet il-Milied (l-24 ta' Diċembru) jew Lejlet l-Ewwel tas-Sena (il-31 ta' Diċembru), l-iskadenza biex titwettaq l-azzjoni tiġi estiża sal-jum tax-xogħol li jkun imiss. Dan japplika wkoll jekk il-perjodu ta' żmien jibda fid-data tan-notifika.

Fejn huwa applikabbli r-Regolament tal-Kunsill Nru 1182/71 tat-3 ta' Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta' żmien, minflok japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' dak ir-Regolament.

10 Jekk meta tiskadi d-data tal-iskadenza jkun nhar ta' Sibt, Ħadd jew festa pubblika jew jum mhux tax-xogħol, din tiġi estiża sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss?

Jekk il-jum sa meta trid titwettaq azzjoni jiġi s-Sibt, il-Ħadd jew festa pubblika oħra (ara 2 fuq), Midsommarafton (lejlet Midsommardagen), Lejlet il-Milied (l-24 ta' Diċembru) jew Lejlet l-Ewwel tas-Sena (il-31 ta' Diċembru), l-iskadenza biex titwettaq l-azzjoni tiġi estiża sal-jum tax-xogħol li jkun imiss. Dan japplika wkoll jekk il-perjodu ta' żmien jibda fid-data tan-notifika.

11 Hemm ċirkostanzi li fihom jiġu estiżi l-iskadenzi? X’inhuma l-kundizzjonijiet biex wieħed jibbenefika minn dawn l-estensjonijiet?

Ma hemm l-ebda regoli speċifiċi dwar l-estensjoni tat-termini f'kawżi fejn il-parti tkun residenti jew stabbilita jew tinsab barra mill-Isvezja jew f'żona remota. Madankollu, kif diġà ntqal, il-qorti f'ħafna kawżi tiddetermina hija stess kemm ikun se jkun twil terminu u f'dak il-punt tiżgura li l-parti tingħata ammont raġonevoli ta' żmien biex taġixxi.

12 X’inhuma l-iskadenzi għall-appelli?

It-termini għall-appelli kontra sentenzi tal-qrati jew deċiżjonijiet normalment ikunu ta' tlieta jew erba' ġimgħat.

13 Il-qrati jistgħu jimmodifikaw l-iskadenzi, b'mod partikolari l-iskadenzi għad-dehra jew jiffissaw data speċjali għad-dehra?

Jekk terminu jiġi stipulat bil-liġi (pereż. biex jitressaq appell) dan il-perjodu la jista' jitnaqqas u lanqas jiżdied. Jekk parti tkun ġiet ordnata tkun preżenti fil-qorti jew twettaq xi att ieħor il-qorti tista' testendi t-terminu billi tiffissa skadenza ġdida. F'każ ta' emerġenza ma hemm xejn li jipprevjeni lill-qorti milli tħassar seduta ppjanata u torganizza oħra f'data iktar bikrija. Madankollu, il-partijiet iridu jingħataw żmien raġonevoli biex iħejju ruħhom.

14 Meta att maħsub għal parti li tkun residenti f’post fejn hija tibbenefika minn estensjoni tal-iskadenza jiġi nnotifikat f’post fejn min jirrisjedi fih ma jibbenefikax minn estensjoni bħal din, il-persuna titlef il-benefiċċju ta’ din l-iskadenza?

Le; Ara 11 hawn fuq.

15 X’inhuma l-konsegwenzi jekk ma jiġux rispettati l-iskadenzi?

Termini għall-konformità mal-ordnijiet, eċċ.

Jekk ir-rikorrent ma jikkonformax ma' ordni biex jipprovdi informazzjoni addizzjonali għar-rikors tiegħu għal taħrika jew jekk ikun hemm kwalunkwe xkiel biex titella' l-kawża, it-talba tiġi miċħuda. Jekk l-intimat jonqos milli jressaq nota tal-eċċezzjonijiet, tista' tinqata' sentenza kontrih b'kontumaċja. Nuqqas ta' konformità ma' ordni fil-ħin jista' jwassal ukoll biex il-qorti tiddeċiedi l-kawża xorta waħda.

Kontumaċja

F'kawżi li jistgħu jiġu solvuti barra mill-qorti (pereż. tilwim kummerċjali) in-nuqqas ta' waħda mill-partijiet milli tidher quddiem il-qorti distrettwali ("tingsrätt") tista' twassal biex tingħata sentenza b'kontumaċja. F'kawżi oħra jistgħu jiġu imposti multi. Madankollu, f'kawżi li ma jistgħux jiġu solvuti barra mill-qorti (pereż. litiġju fi kwistjonijiet tal-familja) jekk ir-rikorrent jonqos milli jidher fl-awla jista' jwassal biex il-kawża taqa' filwaqt li jekk ma jidhirx l-intimat huwa jista' jew jiġi mmultat jew jittella' quddiem il-qorti. Jekk ir-rikorrent jonqos milli jidher fil-proċedimenti quddiem il-qorti tal-appell, l-appell jista' jiskadi. Jekk ma jidhirx l-intimat tista' tiġi imposta multa.

Terminu għal appell

Jekk parti tappella tard wisq l-appell jiġi miċħud.

16 Jekk id-data tal-iskadenza tkun għaddiet, x’inhuma r-rimedji disponibbli għal dawk li ma jkunux irrispettawha, jiġifieri l-partijiet inadempjenti?

Jekk it-terminu mhux stipulat mil-liġi, il-parti trid, qabel ma jiskadi t-terminu, tressaq rikors quddiem il-qorti għal posponiment u titlob li l-perjodu jkun estiż. Jekk it-terminu skada u l-qorti sussegwentement ħadet azzjoni, pereż. qatgħet is-sentenza, hemm għadd ta' miżuri ordinarji u straordinarji li parti tkun tista' tieħu. Il-fini ta' dawn il-miżuri hija li jew terġa' tinfetaħ il-kawża li kienet ingħalqet jew f'xi ċirkostanzi biex it-terminu jinbidel (ara 3 fuq).

L-aħħar aġġornament: 26/05/2014