

Sib informazzjoni għal kull reġjun
Skont il-liġi Lussemburgiża, hemm limiti taż-żmien biex tressaq rikors, biex tissodisfa l-formalitajiet proċedurali, biex tidher fl-awla, limiti taż-żmien marbuta mad-distanza u oħrajn.
Il-limiti taż-żmien preskrittivi u li jipprekludu azzjoni mhumiex ta' natura purament proċedurali u għalhekk mhux se jiġu ttrattati hawnhekk.
Is-Sibtijiet u l-Ħdud, flimkien mal-festi pubbliċi statutorji li ġejjin mhumiex meqjusa bħala ġranet tax-xogħol:
Il-limitu taż-żmien tal-proċedura jista' jvarja skont il-materja u l-proċedura kkonċernata.
Il-limitu taż-żmien jibda jiskorri minn nofsillejl tal-jum tal-att, avveniment, deċiżjoni jew notifika tal-att.
Iva, jekk il-liġi titlob notifika minn bailiff jew uffiċjal tal-qorti, in-notifika tista' titqies li saret f'ġurnata oħra minn dakinhar li n-notifika waslet effettivament għand il-persuna kkonċernata (pereż. f'każ li d-dokument jiġi miċħud jew f'każ ta' notifika d-dar,...).
Il-limitu taż-żmien proċedurali kollha jibda jiskorri minn nofsillejl tal-jum tal-att, avveniment, deċiżjoni jew notifika li tibda l-iskorriment taż-żmien.
Il-festi pubbliċi statutorji, is-Sibtijiet u l-Ħdud jingħaddu wkoll.
Il-festi pubbliċi statutorji, is-Sibtijiet u l-Ħdud jingħaddu wkoll.
Kull limitu taż-żmien proċedurali jiskadi f'nofs il-lejl tal-aħħar jum.
Jekk il-limitu taż-żmien ikun espress f'ġimgħat, jiskadi dakinhar tal-aħħar ġimgħa li l-isem tal-jum ikun jikkorrispondi ma' tal-jum tal-att, avveniment, deċiżjoni jew notifika li tibda l-iskorriment taż-żmien.
Jekk il-limitu taż-żmien ikun espress f'xhur jew snin, jiskadi dakinhar tal-aħħar xahar jew tal-aħħar sena li jkollu l-istess numru tal-jum tax-xahar bħall-jum tal-att, avveniment, deċiżjoni jew notifika li tibda l-iskorriment taż-żmien. Jekk ma jkunx hemm numru tal-jum tax-xahar korrispondenti, jiskadi fl-aħħar jum tax-xahar.
Jekk il-limitu taż-żmien ikun espress f'xhur u jiem jew fi frazzjonijiet ta' xahar. l-ewwel jingħaddu x-xhur sħaħ u mbagħad il-jiem jew il-frazzjonijiet ta' xahar; biex jiġu kkalkulati l-frazzjonijiet ta' xahar, xahar jitqies li fih 30 jum.
Kull limitu taż-żmien illi kieku jiskadi s-Sibt, il-Ħadd, f'festa pubblika statutorja jew f'jum ferjali li jissotitwixxi festa pubblika, jittawwal sal-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss. Dan jgħodd ukoll għall-preżentazzjoni ta' dokumentazzjoni f'uffiċċji muniċipali, meta s-servizzi muniċipali jkunu magħluqin għall-pubbliku fl-aħħar jum tal-limitu taż-żmien.
Min joqgħod barra l-pajjiż jibbenefika minn limitu taż-żmien għad-distanza meta jitressaq rikors kontrih quddiem qorti Lussemburgiża. Dan il-limitu ta' żmien ivarja bejn 15 u 35 jum skont fejn joqgħod l-intimat.
Il-limitu ta' żmien għal appell huwa, bħala regola ġenerali, 40 jum b'żieda fil-limitu ta' żmien għad-distanza għal dawk li jgħixu barra. L-appell minn sentenza li mhix eżegwibbli provviżorjament ma jistax jitressaq qabel ma jgħaddu tmint ijiem.
Il-limitu ta' żmien biex wieħed jikkontesta sentenza li ngħatat b'kontumaċja huwa ta' 15-il jum u jibda jiskorri min-notifika.
Id-digrieti jistgħu jiġu appellati fi żmien 15-il jum min-notifika tagħhom. F'każ ta' kontumaċja, il-limitu ta' żmien biex jiġi kkontestat huwa ta' tmint ijiem li jibdew jiskorru malli jiġi notifikat. Il-limitu taż-żmien biex tiġi kkontestata sentenza mogħtija b'kontumaċja jiskorru simultanjament mal-limiti taż-żmien għall-appell.
Fil-każ ta' digrieti, tinħareġ ċitazzjoni biex wieħed jitla' għal seduta li ssir għal din il-fini f'jum u ħin normali għal dawn il-proċedimenti. Jekk il-kawża tkun urġenti, madankollu, l-imħallef li jippresjedi jew is-sostitut tiegħu jista' joħroġ ċitazzjoni biex wieħed jitla' għal seduta miftuħa għall-pubbliku fil-qorti jew f'daru f'ħin stipulat, anke fi tmiem il-ġimgħa, fil-festi pubbliċi jew fi ġranet li normalment ma jkunux ġranet tax-xogħol.
Meta parti residenti barra mil-Lussemburgu tirċievi ċitazzjoni biex tidher personalment fil-Lussemburgu, japplikaw il-limiti taż-żmien ordinarji, sakemm il-qorti ma tiddeċidix li testendihom.
Jekk rikors ma jitressaqx fil-ħin, dan jiġi preskritt. Jekk il-formalitajiet proċedurali ma jsirux fil-ħin, bħala regola ġenerali, l-azzjonijiet jiskadu jew jiġu soppressi.
Jekk parti ma tippreżentax rikors fil-ħin, il-preskrizzjoni li tirriżulta mill-iskadenza taż-żmien tista' titneħħa jekk, għal raġunijiet li ma kinux tort dik il-parti, l-att li bih jibda jiskorri l-limitu taż-żmien ma ġiex innotifikat lil dik il-parti fi żmien raġonevoli, jew jekk kien impossibbli li dik il-parti taġixxi. It-talba tkun ammissibbli biss jekk isir fi żmien 15-il jum mill-mument meta l-interessat sar jaf bl-att li bih jibda jiskorri l-limitu taż-żmien jew mill-mument meta ma baqax impossibbli li l-parti taġixxi. It-talba ma tibqax tintlaqa' jekk tkun għaddiet iktar minn sena minn meta jkun skada l-limitu taż-żmien li jiskorri minħabba l-att. Dan il-limitu taż-żmien ma għandux effett sospensiv.
Kull azzjoni tiskadi jekk il-proċedimenti ma jitkomplewx fi żmien tliet snin. Dan il-limitu taż-żmien jiżdied b'sitt xhur fil-każijiet kollha fejn ikun hemm bażi biex issir talba biex il-proċedimenti jitkomplew jew biex jitqabbad avukat ieħor. L-iskadenza tal-proċedimenti ma tissopprimix l-azzjoni, imma testingwi biss il-proċedura. F'dak il-każ persuna li tixtieq taġixxi jkollha tipprova tressaq rikors ġdid biex tfittex drittijietha, dejjem jekk l-azzjoni ma tkunx preskritta.
L-ordni biex azzjoni tiġi soppressa minħabba nuqqas ta’ osservanza tal-limitu taż-żmien mill-avukati, ma tistax tiġi appellata.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.