

Sib informazzjoni għal kull reġjun
Dawn li ġejjin huma l-aktar tipi ta' preskrizzjoni importanti skont ir-regoli tal-proċedura ċivili:
Il-preskrizzjoni biex jiġu ppreżentati dokumenti ġudizzjarji:
F'każ ta' rikors ġuramentat ġeneralment approvat, ir-rikorrent irid jippreżenta r-rikors tiegħu lill-qorti u jinnotifikah lill-konvenut fi żmien għaxart ijiem mid-data meta l-konvenut jiddikjara li se jidher personalment il-qorti biex jiddefendi lilu nnifsu, sakemm mhux speċifikat xorta oħra mill-qorti.
In-nota tal-eċċezzjonijiet ta' konvenut li diġà ddikjara li se jidher personalment il-qorti għandha tiġi ppreżentata fi żmien 14-il jum mid-data ta' notifika tar-rikors, sakemm dan iż-żmien ta' preskrizzjoni ma jiġix estiż mill-qorti.
Il-preskrizzjoni għall-eżekuzzjoni ta' sentenza tal-qorti:
Sentenza tal-qorti hija eżegwibbli fi żmien sitt snin mid-data li fiha saret eżekuttiva. Jekk is-sentenza ma tistax tiġi eżegwita fiż-żmien stabbilit, ir-rikorrent jista' jitlob it-tiġdid tas-sentenza (li jikkostitwixxi estensjoni indiretta tal-preskrizzjoni).
Minbarra s-Sibt u l-Ħadd, il-ġranet ta' festa f'Ċipru jinkludu l-ġranet li ġejjin:
Barra minn hekk, skont ir-regola Nru 61 tal-Proċedura Ċivili, il-jiem li ġejjin huma l-ġranet ta' festa uffiċjali għas-sistema ġudizzjarja:
Is-seduti tas-smigħ jew proċedimenti oħra jistgħu jsiru matul il-perjodi msemmijin biss jekk ikun hemm struzzjonijiet mill-Qorti Suprema jew minn imħallef f'każ ta' proċedimenti li jaqgħu fil-ġurizdizzjoni tiegħu.
Il-preskrizzjoni tibda tgħodd mid-data wara li ssir in-notifika għaliex, skont l-Artikolu 2 tal-Att dwar l-Interpretazzjoni, "jiem" tfisser "jiem sħaħ".
Skont ir-Regoli tal-Proċedura Ċivili, id-dokumenti jiġu notifikati fir-Repubblika ta' Ċipru personalment permezz ta' marixxall (ħlief f'każijiet eċċezzjonali fejn il-Qorti tista' tordna li ssir mod ieħor wara talba tal-partijiet). Il-preskrizzjoni mhix affettwata mid-data tan-notifika.
Le. Ara t-tweġiba mogħtija għad-domanda Nru 4 aktar 'il fuq.
Meta l-preskrizzjoni tiġi espressa f'jiem, hija tindika "jiem kalendarji", ħlief jekk il-qorti tordna mod ieħor f'każ speċifiku. Pereżempju, il-qorti tista' tordna li l-oġġezzjoni tal-konvenut tiġi ppreżentata "fi żmien tlett ijiem ta' xogħol mid-data tal-lum" jew li l-inġunzjoni għandha tiġi nnotifikata (pereż. lill-konvenut fi proċedimenti ex parte jew lil bank fi proċedimenti ta' ffriżar tal-kontijiet) "fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol mit-tfassil tagħha".
Skont l-Att dwar l-Interpretazzjoni, "jiem" dejjem tfisser "jiem sħaħ".
Il-preskrizzjoni tirreferi għal ġimgħat jew xhur kalendarji.
F'dawn il-każijiet il-preskrizzjoni tiskadi kif tgħaddi l-aħħar siegħa tal-aħħar ġurnata tal-ġimgħa, xahar jew sena tal-preskrizzjoni.
Iva, f'dan il-każ il-preskrizzjoni tiġi estiża sal-ewwel ġurnata ta' xogħol tal-għada li jkun imiss.
Skont ir-Regola tal-Proċedura Ċivili Nru 57, Ordni 2, il-qorti tista' testendi jew tqassar kull preskrizzjoni li hija pprovduta fir-regoli msemmija hawn fuq jew f'inġunzjoni rilevanti, mingħajr ma timponi kundizzjonijiet jew skont dawn il-kundizzjonijiet kif meħtieġa fl-interessi tal-ġustizzja.
Jista' jsir appell kontra inġunzjoni finali jew temporanja fuq kwistjoni li ma tikkostitwixxix azzjoni u kontra ċ-ċaħda ta' rikors provviżorju fi żmien 14-il jum minn meta l-inġunzjoni ssir vinkolanti jew minn meta r-rikors jiġi miċħud.
Fil-każijiet l-oħra (pereż. kontra sentenza finali f'kawża ċivili) l-appell irid isir fi żmien sitt ġimgħat minn meta s-sentenza ssir vinkolanti.
Il-preskrizzjoni tista' tiġi estiża biss f'każijiet rari u eċċezzjonali.
It-tipi ta' preskrizzjoni differenti biex issir kawża huma stabbiliti fl-Att dwar il-Preskrizzjoni 165(I)/2002.
Wara li ssir in-notifika tar-rikors, hemm preskrizzjoni ta' għaxart ijiem sabiex il-konvenut jiddikjara li se jidher personalment quddiem il-qorti.
Mill-bqija, id-dati sabiex il-partijiet jidhru l-qorti jiġu stabbiliti mill-qorti nnifisha.
L- ewwel data għad-dehra l-qorti f'każ ta' rikors tiġi stabbilita mir- reġistru tal-qorti mal-preżentata tar-rikors, sakemm ma hemmx raġuni speċjali biex tiġi ffissata data speċifika għad-dehra l-qorti. F'dak il-każ, id-data speċifika tiġi ffissata biss wara li tingħata l-awtorizzazzjoni mill-qorti li tkun qed tisma' l-każ.
Rigward il-modifika ta' preskrizzjoni oħra, ara t-tweġiba għad-domanda Nru 11 aktar 'il fuq.
Jekk il-liġi applikabbli fil-ġuriżdizzjoni hija dik ta' Ċipru, l-istess regoli u l-istess preskrizzjoni japplikaw, minkejja l-post ta' residenza tal-parti li ġiet innotifikata.
Jekk il-konvenut jonqos milli jippreżenta d-dikjarazzjoni li se jidher il-qorti, jew, sussegwentement, in-nota tal-eċċezzjonijiet fiż-żmien stabbilit, ir-rikorrent jista' jippreżenta rikors għal deċiżjoni favur tiegħu.
Bl-istess mod il-konvenut jista' jippreżenta rikors biex it-talba tar-rikorrent tiġi miċħuda jekk, fil-każ ta' rikors ġuramentat ġeneralment aċċettat, ir-rikorrent ma jkunx ippreżentah fiż-żmien stabbilit.
Barra minn hekk, oġġezzjoni għal rikors ippreżentata wara li jkun skada ż-żmien rilevanti tista' tiġi injorata mill-qorti u għalhekk il-konvenut kontumaċi jista' jitlef id-dritt li jinstema' matul il-proċedimenti.
Il-konvenut kontumaċi li t-talba tiegħu ġiet miċħuda jista' jitlob sabiex jinstema' fil-kawża.
Konvenut kontumaċi li ngħatat sentenza kontrih jista' jitlob li titħassar is-sentenza.
Dawn it-talbiet jiġu awtorizzati bħala deroga.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali ta’ din il-paġna tinżamm mill-punt ta’ kuntatt tan-NĠE rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. La l-NĠE u lanqas il-Kummissjoni Ewropea ma jaċċettaw ebda responsabbiltà fir-rigward ta' kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.