Formoli dwar l-ordni Ewropea ta’ infurzar


Informazzjoni nazzjonali u formoli online rigward ir-Regolament Nru 805/2004.


Dan ir-Regolament 805/2004 japplika bejn l-Istati Membri kollha ta' l-Unjoni Ewropea bl-eċċezzjoni tad-Danimarka.

Dan ineħħi l-ħtieġa, taħt ċerti kondizzjonijiet, ta' kull miżura intermedjarja fl-Istat Membru fejn l-infurzar huwa mitlub, li qabel kienet meħtieġa għal deċiżjonijiet mogħtija fi Stat Membru ieħor, fin-nuqqas verifikabbli ta' kontestazzjoni dwar in-natura jew l-ammont ta' debitu. Dawn il-kundizzjonijiet jirrigwardaw l-aktar in-notifika ta' dokumenti fil-każ ta' sentenzi b'kontumaċja. It-tneħħija tal-proċedura ta' exequatur ser tippermetti lill-kredituri biex jiksbu infurzar ta' malajr u effiċjenti f'pajjiż barrani mingħajr ma jkollhom għalfejn jinvolvu lill-qrati ta' l-Istat Membru fejn l-infurzar huwa meħtieġ bi proċeduri li jieħdu l-ħin u jiswew ħafna flus.

Ir-Regolament jipprovdi għal sitt formoli standard.

Sottomissjoni ta’ formoli lill-awtorità kompetenti

Il-formoli mimlija għandhom jintbagħtu lill-awtorità kompetenti rilevanti b’mod mitlub mill-awtorità. Aktar informazzjoni dwar id-dettalji ta’ kuntatt għall-awtoritajiet kompetenti, il-leġiżlatura nazzjonali rilevanti eċċ. tinsab fit-taqsima tal-Atlas Ġudizzjarju Ewropew. Din il-paġna tinkludi għodda ta’ tiftix biex jinstabu l-awtoritajiet kompetenti li lilhom għandhom jintbagħtu l-formoli mimlija.

Tagħrif addizzjonali: Ordni ta' Ħlas Ewropea.

Tista’ timla dawn il-formoli onlajn billi tikklikkja fuq waħda minn dawn il-links hawn taħt. Jekk diġà bdejt formola u ssejvjajt abbozz, tista’ ttellagħha  billi tuża’ l-buttuna “Illowdja l-abbozz”.

Mill-1 ta’ Jannar 2021, ir-Renju Unit ma għadux Stat Membru tal-UE. Madankollu, fil-qasam tal-ġustizzja ċivili, il-proċeduri u l-proċeduri mibdija fi tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni se jkomplu skont il-liġi tal-UE. Sa tmiem l-2024, ir-Renju Unit jista’ jkompli jintgħażel fil-formoli (dinamiċi) online għall-iskop ta’ dawk il-proċedimenti u proċeduri. Eċċezzjoni għal din ir-regola huma l-formoli tad-dokumenti Pubbliċi, li fi fihom ir-Renju Unit m’għandux jintgħażel.

Jekk jogħġbok innota li jekk taqbeż it-30 minuta ta' inattività, kull ma daħħalt jintilef jekk ma tissejvjax abbozz!

  • Ċertifikat ta' l-ordni ewropew ta' infurzar - sentenza
    • b’din il-lingwa il-Malti
      Iddawnlowdja formola vojta b’din il-lingwa il-Malti (ibdel il-Lingwa)
  • Ċertifikat ta’ l-ordni ewropew ta’ infurzar - ftehim tal-qorti
    • b’din il-lingwa il-Malti
      Iddawnlowdja formola vojta b’din il-lingwa il-Malti (ibdel il-Lingwa)
  • Ċertifikat ta’ l-ordni ewropew ta’ infurzar - strument awtentiku
    • b’din il-lingwa il-Malti
      Iddawnlowdja formola vojta b’din il-lingwa il-Malti (ibdel il-Lingwa)
  • Ċertifikat ta’ nuqqas jew ta’ limitazzjoni ta’ infurzar
    • b’din il-lingwa il-Malti
      Iddawnlowdja formola vojta b’din il-lingwa il-Malti (ibdel il-Lingwa)
  • Ċertifikat ta’ sostituzzjoni ta’ l-ordni ewropew ta’ infurzar wara kontestazzjoni
    • b’din il-lingwa il-Malti
      Iddawnlowdja formola vojta b’din il-lingwa il-Malti (ibdel il-Lingwa)
  • Applikazzjoni għal rettifika jew irtirar ta’ l-ordni ewropew ta’ infurzar ċertifikat 
    • b’din il-lingwa il-Malti
      Iddawnlowdja formola vojta b’din il-lingwa il-Malti (ibdel il-Lingwa)

Jekk diġà għandek xi formola ssejvjata, jekk jogħġbok ara li tuża l-buttuna 'Illowdja l-abbozz'.

Jekk diġà għandek xi formola ssejvjata, jekk jogħġbok ara li tuża l-buttuna 'Illowdja l-abbozz'.


Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

L-aħħar aġġornament : 25/03/2022