Leġiżlazzjoni kontra l-kriminalità organizzata

Il-Kummissjoni Ewropea tixtieq tqiegħed għad-disponibbiltà materjal għat-taħriġ li jkun utli kemm għall-ġuristi għall-użu proprju kif ukoll għal min iħarreġ lill-ġuristi bħala riżorsa għall-ħidma tagħhom fil-qasam tal-leġiżlazzjoni kontra l-kriminalità organizzata.

Kors tat-tagħlim elettroniku fuq "L-għarfien tal-liġi Ewropea bħala mezz ta' ġlieda kontra l-kriminalità organizzata transfruntiera" (Fondazione Italiana per il Notariato)

Dan il-kors tat-tagħlim elettroniku jinkludi taqsima ġenerali dwar il-liġi tal-UE u kwistjonijiet kriminali kif ukoll taqsimiet speċifiċi dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, il-ġestjoni u r-rimi tal-assi konfiskati minn organizzazzjonijiet kriminali u insolvenzi transfruntiera. Dan iġib perspettiva li tinkludi l-konsegwenzi tal-liġi ċivili fil-kwistjonijiet minħabba li ġie elaborat mill-punt di vista tan-nutara ċivili. Ġie żviluppat fil-qafas ta' proġett immexxi mill-Fondazione Italiana per il Notariato u ko-finanzjat mill-Kummissjoni Ewropea.

Il-kors huwa disponibbli hawn bl-Ingliż u bit-Taljan.

Il-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità

"Taħriġ ta' ċiberkriminalità għall-imħallfin u l-prosekuturi: kunċett" (Il-Kunsill tal-Ewropa u n-Network ta' Lisbona)

L-għan ta' din l-inizjattiva huwa li tgħin lill-istituzzjonijiet ta' taħriġ ġudizzjarju jiżviluppaw programmi ta' taħriġ dwar iċ-ċiberkriminalità u l-evidenza elettronika għall-imħallfin u l-prosekuturi u biex tintegra dan it-taħriġ f'taħriġ standard inizjali u li jingħata fi ħdan is-servizz f'dan il-qasam. Għandha barra minn hekk tiffaċilita n-networking fost l-imħallfin u l-prosekuturi sabiex ittejjeb l-għarfien tagħhom u tinkoraġġixxi l-imsieħba interessati biex iwaqqfu attivitajiet ta' taħriġ.

Din l-inizjattiva ġiet żviluppata matul l-2009 mill-Kunsill tal-Ewropa (bħala parti mill-proġett tiegħu dwar iċ-ċiberkriminalità) u n-Network ta' Lisbona ta' istituzzjonijiet ta' taħriġ ġudizzjarju, f'kooperazzjoni ma' grupp ta' ħidma magħmul minn bosta partijiet konċernati.

Il-kors huwa disponibbli hawn bl-Ingliż.

Links relatati

Il-Proġett tal-Kunsill tal-Ewropa dwar iċ-Ċiberkriminalità

In-Network ta' Lisbona

L-aħħar aġġornament: 24/03/2022

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.