Reġistri dwar il-fallimenti u l-insolvenza - fittex għal kumpaniji falluti fl-UE

Dwar dan is-servizz

Tagħrif dwar l-Istat Membru

Dwar dan is-servizz
Tagħrif ipprovdut mill-Kummissjoni Ewropea

Dan is-servizz jippermettilek tiġbor tagħrif dwar il-proċediment ta' insolvenza fl-Istati Membri li ġejjin: L-Awstrija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Ġermanja, il-Pajjiżi l-Baxxi, is-Slovenja u r-Rumanija. Dan jippermettilek titlob tfittxija fir-reġistri nazzjonali ta' dawn il-pajjiżi. Ma hemm l-ebda reġistru ta' insolvenza ċċentralizzat fl-UE. Talbtek tintbagħat lir-reġistri nazzjonali u t-tweġiba tintbagħatlek ftit sekondi wara. Għall-mument is-servizz qed jiġi pprovdut fuq bażi tal-"aqwa sforz". Għalhekk is disponibilità mhix iggarantita.

Is-servizz joffri tfittxija sempliċi skont isem id-debitur fir-reġistri tal-insolvenza tal-Istati Membri. It-tfittxija avvanzata tippermetti lill-utenti jfittxu permezz ta' kriterji differenti skont il-liġi nazzjonali tal-insolvenza ta' kull Stat Membru. Għall-istruzzjonijiet dwar kif tfittex fir-reġistri ta' kull Stat Membru — eż. l-użu ta' karattri speċjali — jekk jogħġbok irreferi għar-regoli tagħhom dwar l-aċċess għal tagħrif dwar l-insolvenza nazzjonali. Għal dawn ir-regoli, ara t-tagħrid dwar l-Istat Membru hawn taħt.

Biex jintuża s-servizz, jekk jogħġbok daħħal it-talba għal tfittxija tiegħek u ttikkja l-kaxxa li tikkonferma li qrajt u fhimt t-termini u l-kundizzjonijiet u li taċċettahom. Imbagħad ikklikkja "fittex". Hawnhekk tintalab iddaħħal kodiċi ta' konferma biex tipprova li inti bniedem, minħabba li tfittxijiet awtomatiċi li jsiru minn magni jisslowjaw is-sistema.

Ir-riżultati tat-tfittxija jintwerew f'ordni alfabetika. Tista' wkoll tqassamhom skont il-pajjiż.

Il-messaġġi li ġejjin jistgħu jidhru wkoll, b'indikazzjoni ta' għal liema pajjiż qed jirreferu:

  • Talbtek ma ssodisfatx il-kriterji minimi ta' tfittxija nazzjonali. Jekk jogħġbok irreferi għall-paġna ta' tagħrif u agħmel talba valida bl-użu tat-tfittxija avvanzata.
  • L-għadd massimu ta' riżultati nqabeż. Xi wħud mir-riżultati ma ntwerewx. Jekk jogħġbok irfina talbtek u erġa' prova.
  • Ma nstabu l-ebda reġistri li jaqblu ma' talbtek.
  • Servizz mhux disponibbli. Jekk jogħġbok erġa' ibgħat talbtek iktar tard (li tfisser li hemm xi problema bin-netwerk jew bl-applikazzjoni tal-internet).

Meta tikklikkja fuq riżultat dan jieħdok għat-tagħrif maħżun fir-reġistru tal-insolvenza tal-pajjiż. Minħabba d-differenzi konsiderevoli fil-liġi tal-insolvenza ta' kull pajjiż, l-informazzjoni murija tvarja b'mod sinifikanti minn pajjiż għall-ieħor. Għal aktar dettalji, jekk jogħġbok irreferi għar-regoli tal-pajjiż dwar l-aċċess għat-tagħrif dwar l-insolvenza nazzjonali.

Għalkemm it-tfittxijiet jistgħu jsiru fi 22 lingwa uffiċjali tal-UE u ħafna mit-tagħrif huwa disponibbli f'dawn il-lingwi, xi tagħrif fil-paġna tar-riżultati jintwera biss fil-lingwa/i tal-Istat Membru kkonċernat. Dan normalment ikun tagħrif speċifiku għall-każ, bħal estratt minn deċiżjoni tal-qorti, li sfortunatament ma nkunux nistgħu nittraduċu.

Jekk ikollok iktar mistoqsijiet dwar is-servizz, jew tkun trid taqsam fehemtek magħna jew tagħtina l-ideat tiegħek, jekk jogħġbok uża l-funzjoni "fehemtek" fil-paġna tad-dħul.

Tagħrif dwar l-Istat Membru
Tagħrif ipprovdut mill-Istati Membri parteċipanti

L-Awstrija – Ir-reġistru tal-entitajiet insolventi

1. Minn fejn tiġi d-dejta dwar l-insolvenza? Liema huwa l-korp nazzjonali responsabbli għall-operat u l-għoti ta’ informazzjoni dwar din id-dejta dwar l-insolvenza?

Il-Ministeru Federali tal-Ġustizzja Awstrijak http://www.edikte.justiz.gv.at/

In-notifika pubblika ssir mill-qrati li jisimgħu l-kawżi ta’ insolvenza.

2. Fil-każ ta’ dan ir-reġistru, hemm xi regoli speċifiċi dwar l-aċċess għall-informazzjoni nazzjonali dwar l-insolvenza u kriterji meħtieġa qabel isir tiftix fiha?

Ir-reġistru Awstrijak tal-entitajiet insolventi jipprovdi mezz sempliċi u avvanzat ta’ kif wieħed ifittex. Ir-reġistru huwa disponibbli għall-pubbliku u m’hemmx regoli speċifiċi għall-aċċess għar-reġistru Awstrijak tal-entitajiet insolventi.

3. X’inhuma t-termini u l-kundizzjonijiet għall-użu li jirregolaw l-aċċess għad-dejta nazzjonali dwar l-insolvenza li tinsab f’dan ir-reġistru? Hemm xi restrizzjonijiet dwar l-u¿u mill-ġdid tad-dejta dwar l-insolvenza u/jew xi regoli applikabbli dwar id-drittijiet tal-awtur?

Il-Ministeru Federali tal-Ġustizzja ma joġġezzjonax għall-użu tal-informazzjoni dwar l-entitajiet insolventi sakemm ikun ċar li l-informazzjoni dwar l-insolvenza hija ppubblikata minn qrati indipendenti u sakemm titqies id-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni legali tar-reġistri.

Aħna ma nagħtux garanzija li dokument aċċessibbli permezz tal-paġni Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika jkun jikkorrispondi perfettament mat-test uffiċjali adottat. Dawk l-atti tar-Repubblika tal-Awstrija li huma ppubblikati bil-metodu preskritt legalment biss jorbtu legalment. Jekk jogħġbok innota l-avviż dwar id-drittijiet tal-awtur taħt "avviż legali".

4. Kemm iddum disponibbli l-informazzjoni dwar l-insolvenza? X’inhuma r-regoli nazzjonali f’dan ir-rigward?

L-informazzjoni dwar l-entitajiet insolventi tkun disponibbli sal-iskadenza tal-perjodu legali għat-tħassir.

Jekk jogħġbok agħmel referenza għar-regolamenti tal-Istatut Awstrijak dwar l-Entitajiet Insolventi.

5. Min hu l-kontrollur nazzjonali tad-dejta responsabbli għad-dejta informatika; lil min għandi nikkuntattja jekk ikolli tħassib dwar il-protezzjoni tad-dejta, jew jekk inkun irrid nistaqsi xi mistoqsija jew nagħmel xi talba?

Ir-reġistru Awstrijak dwar l-Entitajiet Insolventi jaqa’ fi ħdan il-Ministeru Federali tal-Ġustizzja b’koperazzjoni maċ-Ċentru Federali tal-Komputazzjoni.

Bundesministerium für Justiz
1070 Wien, Museumstraße 7
Palais Trautson

http://www.justiz.gv.at

Bundesrechenzentrum GmbH
1030 Wien, Hintere Zollamtsstraße 4

http://www.brz.gv.at/

6. X'inhi d-disponibilità teknika garantita tar-reġistru nazzjonali li fih tinżamm l-informazzjoni dwar l-insolvenza?

Tħaddim b’assistenza: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa 07:00 – 17:00
Tħaddim mingħajr assistenza 7x24 h

7. Minn fejn nista’ nikseb aktar informazzjoni?

Ir-Repubblika Ċeka - Insolvenční rejstřík (ISIR)

1. Minn fejn tiġi d-dejta dwar l-insolvenza? Liema huwa l-korp nazzjonali responsabbli għall-operat u l-għoti ta’ informazzjoni dwar din id-dejta dwar l-insolvenza?

Id-dejta dwar l-insolvenza hija pprovduta mill-qrati reġjonali (inkluża l-Qorti Muniċipali fi Praga), mill-qrati superjuri u mill-Qorti Suprema f’Brno. Id-dejta tintbagħat fir-reġistru ċentrali.

Il-qrati għandhom ir-responsabbiltà għad-dejta dwar l-insolvenza li tiġi ppublikata.

Link għar-reġistru nazzjonali tal-insolvenza: https://isir.justice.cz

Link għall-każijiet ta’ insolvenza li nbdew qabel l-1.1.2008: http://upadci.justice.cz/cgi-bin/sqw1250.cgi/upkuk/s_i8.sqw

2. Fil-każ ta’ dan ir-reġistru, hemm xi regoli speċifiċi dwar l-aċċess għall-informazzjoni nazzjonali dwar l-insolvenza u kriterji meħtieġa qabel isir tiftix fiha?

Huwa permess l-użu ta’ diversi kriterji ta' tiftix:

  • Isem tad-debitur (persuna fiżika jew ġuridika) – minimu ta’ 3 karattri, massimu ta' 40 karattru; jew
  • In-numru ta’ identifikazzjoni tal-kumpanija – ċifri biss, massimu ta’ 8 karattri
  • Ma jistax isir tiftix skont id-data tat-twelid (fil-każ ta’ persuni fiżiċi) u skont in-Numru ta’ Identifikazzjoni Personali (fil-każ ta’ persuna ġurdika) fl-istess ħin.
  • Jekk bit-tiftixa jinstabu iktar minn 200 riżultat, jidher il-messaġġ "It-tiftixa hija ġenerika wisq".

3. X’inhuma t-termini u l-kundizzjonijiet għall-użu li jirregolaw l-aċċess għad-dejta nazzjonali dwar l-insolvenza li tinsab f’dan ir-reġistru? Hemm xi restrizzjonijiet dwar l-u¿u mill-ġdid tad-dejta dwar l-insolvenza u/jew xi regoli applikabbli dwar id-drittijiet tal-awtur?

Ir-reġistru ta’ każijiet ta’ insolvenza huwa aċċessibbli pubblikament u bla ħlas (it-Taqsima 419, il-paragrafu 3, l-Att Nru 182/2006 Kollezzjoni, Liġi dwar l-Insolvenza). B'talba ta’ persuna fiżika li tippreżenta applikazzjoni rilevanti quddiem qorti, il-qorti li tisma' l-kawżi ta' insolvenza tista' tiddeċiedi li xi dejta magħżula dwar persuna fiżika, li jkun fih id-dokument, tiġi anonimizzata. L-isem u l-kunjom tal-persuna fiżika dejjem jiġu ppubblikati. (It-Taqsima 422, Liġi dwar l-Insolvenza).

4. Kemm iddum disponibbli l-informazzjoni dwar l-insolvenza? X’inhuma r-regoli nazzjonali f’dan ir-rigward?

Il-qorti tħassar lid-debitur mil-lista ta’ debituri u tibblokka l-aċċess għad-dejta dwar l-insolvenza tiegħu wara ħames snin mid-data li fiha d-deċiżjoni li tkun iffinalizzat il-proċeduri ta' insolvenza tkun saret eżekuttiva, (it-Taqsima 425, Liġi dwar l-Insolvenza).

5. Min hu l-kontrollur nazzjonali tad-dejta responsabbli għad-dejta informatika; lil min għandi nikkuntattja jekk ikolli tħassib dwar il-protezzjoni tad-dejta, jew jekk inkun irrid nistaqsi xi mistoqsija jew nagħmel xi talba?

Ir-reġistru tal-każijiet ta’ insolvenza jiġi amministrat mill-Ministeru tal-Ġustizzja Ċek (telefown: +420.221997111, fax: +420.221997559)

Kull qorti li tisma’ l-kawżi ta’ insolvenza għandha r-responsabbiltà għad-dejta dwar l-insolvenza li tiġi ppubblikata.

Il-protezzjoni tad-dejta personali taqa' f’idejn l-Uffiċċju għall-Protezzjoni tad-Dejta Personali:

Úøad pro ochranu osobních údajù
Pplk. Sochora 27
170 00 Praha 7
Czech Republic

Telefown: +420.234665111
fax: +420.234665444

http://www.uoou.cz/uoou.aspx?lang=en

6. X'inhi d-disponibilità teknika garantita tar-reġistru nazzjonali li fih tinżamm l-informazzjoni dwar l-insolvenza?

Is-sistema tista' tintuża fuq bażi 5x8 (jiem tax-xogħol x siegħat kull ġimgħa). Dan iż-żmien għall-użu mhux stipulat mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

7. Minn fejn nista’ nikseb aktar informazzjoni?

L-informazzjoni hija biss bil-lingwa Ċeka:

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

1. Minn fejn tiġi d-dejta dwar l-insolvenza? Liema huwa l-korp nazzjonali responsabbli għall-operat u l-għoti ta’ informazzjoni dwar din id-dejta dwar l-insolvenza?

Id-dejta dwar l-insolvenza huma ppubblikati mill-qrati lokali. Fil-Ġermanja 130 qorti lokali huma responsabbli għall-kaw¿i dwar l-insolvenza. Id-dejta huma "teknikament" ippubblikati mill-Ministeru tal-Ġustizzja tal-NRW (Nordrhein-Westfalen) f'isem il-Länder Ġermani¿i kollha.

2. Fil-każ ta’ dan ir-reġistru, hemm xi regoli speċifiċi dwar l-aċċess għall-informazzjoni nazzjonali dwar l-insolvenza u kriterji meħtieġa qabel isir tiftix fiha?

Għall-ewwel ġimgħatejn wara li jiġu ppubblikati d-dejta m'hemmx regoli speċifiċi. Jekk trid issib dejta wara ġimgħatejn trid timla l-isem tal-qorti responsabbli u minimu ta' kriterju ieħor (pere¿empju minimu ta' ¿ewġ ittri mill-isem tal-persuna insolventi, il-belt fejn toqgħod, eċċ)

3. X’inhuma t-termini u l-kundizzjonijiet għall-użu li jirregolaw l-aċċess għad-dejta nazzjonali dwar l-insolvenza li tinsab f’dan ir-reġistru? Hemm xi restrizzjonijiet dwar l-u¿u mill-ġdid tad-dejta dwar l-insolvenza u/jew xi regoli applikabbli dwar id-drittijiet tal-awtur?

L-unika restrizzjoni hija li d-dejta dwar l-insolvenza ma tistax tkun disponibbli fuq is-sit elettroniku għal ¿mien itwal milli tkun fuq is-sit Ġermani¿.

4. Kemm iddum disponibbli l-informazzjoni dwar l-insolvenza? X’inhuma r-regoli nazzjonali f’dan ir-rigward?

Id-dejta huma ppubblikati għal perjodu massimu ta' sitt xhur wara l-aħħar deċi¿joni/id-deċi¿joni finali tal-qorti. Wara dak il-perjodu dawn jitħassru awtomatikament.

5. Min hu l-kontrollur nazzjonali tad-dejta responsabbli għad-dejta informatika; lil min għandi nikkuntattja jekk ikolli tħassib dwar il-protezzjoni tad-dejta, jew jekk inkun irrid nistaqsi xi mistoqsija jew nagħmel xi talba?

L-organizzazzjoni inkarigata mid-dejta tal-insolvenza tal-Ġermanja hi:

Justizministerium des Landes Nordrhein-Westfalen
Martin-Luther-Platz 40
40212 Düsseldorf

Tel.: +49 (211) 837-1917,
Fax: +49 (211) 8792-456

L-organizzazzjoni responsabbli għal kwistjonijiet ta' protezzjoni tad-dejta hi:

Bundesbeauftragte für den Datenschutz und die Informationsfreiheit
Husarenstraße 30
53117 Bonn

Tel.: +49 228-997799-
Fax: +49 228-997799-550

6. X'inhi d-disponibilità teknika garantita tar-reġistru nazzjonali li fih tinżamm l-informazzjoni dwar l-insolvenza?

Is-sit elettroniku huwa disponibbli regolarment 24/7, i¿da hemm garanzija ta' servizz biss bejn is-6 am u t-8 pm mit-Tnejn sal-Ġimgħa.

7. Minn fejn nista’ nikseb aktar informazzjoni?

-

L-Estonja – Reġistru Kummerċjali Ċentrali, Reġistru tal-Kummerċ Elettroniku

1. Minn fejn tiġi d-dejta dwar l-insolvenza? Liema huwa l-korp nazzjonali responsabbli għall-operat u l-għoti ta’ informazzjoni dwar din id-dejta dwar l-insolvenza?

Fl-Estonja m’hemmx reġistru separat għall-ka¿ijiet ta’ insolvenza. Fl-Estonja, l-kaw¿i dwar il-fallimenti jinstemgħu mill-qrati tal-kontea (proċeduri f'ka¿ ta' insolvenza). Wara li jiġi ddikjarat il-falliment, il-qorti għadha tinnotifika immedjatament lir-Reġistru Kummerċjali, li jin¿amm mid-dipartimenti tar-reġistru tal-qrati tal-kontea.

Ir-Reġistru Kummerċjali Estonjan fih informazzjoni dwar il-falliment ta’ entitajiet legali. L-iskrizzjonijiet fir-Reġistru Kummerċjali jsiru fuq il-ba¿i ta’ sentenza tal-qorti. Is-sistema ta’ informazzjoni tar-Reġistru tal-Kummerċ Elettroniku fiha dejta diġitali mir-Reġistru Kummerċjali, mi¿muma mid-dipartimenti tar-reġistru tal-qrati tal-kontea, mir-reġistru tal-assoċjazzjonijiet u tal-fondazzjonijiet bla skop ta’ qligħ u mir-reġistru tar-rahan kummerċjali.

L-informazzjoni dwar il-falliment ta’ entitajiet ġuridiċi kif ukoll ta’ persuni fi¿iċi tinsab ukoll fil-pubblikazzjoni elettronika uffiċjali Ametlikud Teadaanded (Notifiki Uffiċjali) fejn jiġu ppubblikati wkoll avvi¿i dwar il-fallimenti u dwar il-proċeduri relatati mal-fallimenti.

2. Fil-każ ta’ dan ir-reġistru, hemm xi regoli speċifiċi dwar l-aċċess għall-informazzjoni nazzjonali dwar l-insolvenza u kriterji meħtieġa qabel isir tiftix fiha?

M’hemmx regoli speċifiċi dwar l-aċċess għall-informazzjoni nazzjonali dwar l-insolvenza. Tista’ tfittex għal entità legali fis-sistema ta’ informazzjoni tar-Reġistru Kummerċjali billi ddaħħal l-isem jew il-kodiċi tar-reġistru. L-istatus tal-entità legali jindika jekk din tkunx falluta jew le.

3. X’inhuma t-termini u l-kundizzjonijiet għall-użu li jirregolaw l-aċċess għad-dejta nazzjonali dwar l-insolvenza li tinsab f’dan ir-reġistru? Hemm xi restrizzjonijiet dwar l-u¿u mill-ġdid tad-dejta dwar l-insolvenza u/jew xi regoli applikabbli dwar id-drittijiet tal-awtur?

Fl-Estonja m’hemmx reġistru għall-każijiet ta’ insolvenza. L-informazzjoni dwar il-falliment ta’ kumpanija hija disponibbli pubblikament fir-Reġistru Kummerċjali, flimkien ma’ referenza għas-sentenza tal-qorti rilevanti. Id-dejta fir-Reġistru Kummerċjali hija pubblika. Is-sentenzi tal-qorti li jkunu saru eżekuttivi huma disponibbli għall-pubbliku fuq l-Internet fir-reġistru pubbliku tal-każistika.

4. Kemm iddum disponibbli l-informazzjoni dwar l-insolvenza? X’inhuma r-regoli nazzjonali f’dan ir-rigward?

Id-dejta li tirrigwarda l-falliment ta’ kumpaniji privati b’responsabilità limitata, ta’ kumpaniji pubbliċi b’responsabilità limitata, ta’ kumpaniji Ewropej, ta’ soċjetajiet koperattivi Ewropej, ta’ korpi Ewropej ta’ koperazzjoni territorjali u ta’ koperattivi ekonomiċi, li tkun iddaħħlet fir-Reġistru Kummerċjali Estonjan u tkun saret disponibbli permezz tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika, tinżamm għal 30 sena wara li tkun tħassret mir-Reġistru Kummerċjali, wara l-għeluq ta’ parti mir-reġistru jew wara ċ-ċaħda jew l-irtirar tal-applikazzjoni għall-ewwel reġistrazzjoni ta' kumpanija jew immobbli. Id-dejta li tirrigwarda l-falliment ta’ persuni li jaħdmu għal rashom, ta’ sħubijiet ġenerali, ta’ sħubijiet b’responsabilità limitata u ta’ Korpi Ewropej ta’ Interess Ekonomiku, tin¿amm għal 10 snin wara li titħassar mir-Reġistru Kummerċjali jew wara ċ-ċaħda jew l-irtirar tal-applikazzjoni għall-ewwel reġistrazzjoni.

5. Min hu l-kontrollur nazzjonali tad-dejta responsabbli għad-dejta informatika; lil min għandi nikkuntattja jekk ikolli tħassib dwar il-protezzjoni tad-dejta, jew jekk inkun irrid nistaqsi xi mistoqsija jew nagħmel xi talba?

Il-Ministeru tal-Ġustizzja huwa l-kontrollur tar-Reġistru Kummerċjali Estonjan.
Il-Ministeru tal-Ġustizzja
Suur-Ameerika 1, 10122, Tallinn
L-Estonja

Telefon: (+372) 6 208 100,
Feks: (+372) 6 208 109

Email: info@just.ee
Websajt: https://www.just.ee/en

Jekk tixtieq tressaq ilment rigward l-ipproċessar tad-dejta fir-Reġistru Kummerċjali Estonjan, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Ispettorat tal-Protezzjoni tad-Dejta.

Andmekaitse Inspektsioon;
Väike-Ameerika 19, 10129, Tallinn
L-Estonja

Telefon: (+372) 627 4135,

Email: info@aki.ee
Websajt: http://www.aki.ee/en

6. X'inhi d-disponibilità teknika garantita tar-reġistru nazzjonali li fih tinżamm l-informazzjoni dwar l-insolvenza?

Skont il-ftehim dwar il-livell ta’ servizz, ir-Reġistru Kummerċjali Estonjan għandu jkun disponibbli bejn is-6:00 ta’ filgħodu u l-10:00 ta’ filgħaxija. F’ħafna ka¿ijiet id-dejta tkun disponibbli l-ħin kollu, i¿da dan mhuwiex garantit.

7. Minn fejn nista’ nikseb aktar informazzjoni?

L-Italja – Ir-reġistru tal-Impriżi Taljan

1. Minn fejn tiġi d-dejta dwar l-insolvenza? Liema huwa l-korp nazzjonali responsabbli għall-operat u l-għoti ta’ informazzjoni dwar din id-dejta dwar l-insolvenza?

Id-dejta dwar l-insolvenza hija miġbura u pproċessata permezz tas-sistema tal-qrati Taljana taħt il-gwida tal-Ministeru tal-Ġustizzja. Imbagħad, xi ftit minn din l-informazzjoni tiġi ttrasferita fis-sistema tal-Kmamar tal-Kummerċ (li taqa’ taħt il-Ministeru tal-Iżvilupp Ekonomiku), u tiġi ppubblikata online bħala parti mir-Reġistru tal-Impriżi Nazzjonali, https://www.registroimprese.it.

2. Fil-każ ta’ dan ir-reġistru, hemm xi regoli speċifiċi dwar l-aċċess għall-informazzjoni nazzjonali dwar l-insolvenza u kriterji meħtieġa qabel isir tiftix fiha?

Ir-reġistru tal-Impriżi Taljan fih informazzjoni dwar l-insolvenza ta’ entitajiet ġuridiċi. Tista’ tfittex għal entità ġuridika b’isimha, bil-kodiċi tar-reġistru jew bil-kodiċi fiskali. Il-kumpaniji jistgħu jinstabu wkoll billi tfittex għall-uffiċjali u għall-azzjonisti tal-kumpanija. Mhux kull informazzjoni dwar il-kumpaniji hija mingħajr ħlas.

3. X’inhuma t-termini u l-kundizzjonijiet għall-użu li jirregolaw l-aċċess għad-dejta nazzjonali dwar l-insolvenza li tinsab f’dan ir-reġistru? Hemm xi restrizzjonijiet dwar l-u¿u mill-ġdid tad-dejta dwar l-insolvenza u/jew xi regoli applikabbli dwar id-drittijiet tal-awtur?

L-informazzjoni relatata mal-insolvenzi hija aċċessibbli għall-pubbliku, u l-konsultazzjoni tagħhom hija rregolata mill-istess regoli li jirregolaw l-aċċess għar-reġistru tal-impriżi Taljan.

4. Kemm iddum disponibbli l-informazzjoni dwar l-insolvenza? X’inhuma r-regoli nazzjonali f’dan ir-rigward?

L-informazzjoni dwar l-insolvenza ppubblikata fir-Reġistru tal-Impriżi Taljan hija rregolata minn regoli speċifiċi ta’ dan ir-reġistru li jinkludu dispożizzjonijiet għaż-żamma tal-informazzjoni kollha rreġistrata preċedentement.

5. Min hu l-kontrollur nazzjonali tad-dejta responsabbli għad-dejta informatika; lil min għandi nikkuntattja jekk ikolli tħassib dwar il-protezzjoni tad-dejta, jew jekk inkun irrid nistaqsi xi mistoqsija jew nagħmel xi talba?

L-Italja

Telefown: +39 06 442851 / Faks   +39 06 44285255

6. X'inhi d-disponibilità teknika garantita tar-reġistru nazzjonali li fih tinżamm l-informazzjoni dwar l-insolvenza?

Ir-Reġistru Nazzjonali normalment ikun disponibbli 24 siegħa kuljum b’aċċess u appoġġ iggarantit mit-Tnejn sal-Ġimgħa (ħlief fil-vaganzi) mit-8 am sad-9 pm, u s-Sibt mit-8 am sat-2 pm.

7. Minn fejn nista’ nikseb aktar informazzjoni?

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb hawn:

Il-Latvja – Ir-Reġistru ta' Insolvenza Latvjan

1. Minn fejn tiġi d-dejta dwar l-insolvenza? Liema huwa l-korp nazzjonali responsabbli għall-operat u l-għoti ta’ informazzjoni dwar din id-dejta dwar l-insolvenza?

Ir-reġistru tal-insolvenza Latvjan fih daħliet mill-1 ta’ Jannar 2008, u dawn huma rreġistrati fis-Sistema ta’ Informazzjoni tar-Reġistru tal-Intrapriżi tar-Repubblika tal-Latvja. Ir-Reġistru tal-Intrapriżi tar-Repubblika tal-Latvja huwa responsabbli għar-reġistru ta' insolvenza Latvjan.

2. Fil-każ ta’ dan ir-reġistru, hemm xi regoli speċifiċi dwar l-aċċess għall-informazzjoni nazzjonali dwar l-insolvenza u kriterji meħtieġa qabel isir tiftix fiha?

Ma hemm l-ebda regoli speċifiċi dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-insolvenza nazzjonali. Tista' tfittex entità ġuridika skont il-kriterji li ġejjin:

  • l-isem jew it-titlu;
  • in-numru ta’ reġistrazzjoni (għall-persuni ġuridiċi) jew numru tal-identità (għall-persuni fiżiċi);
  • it-tip ta' proċediment għall-persuni ġuridiċi (proċediment ta' insolvenza, proċediment ta' protezzjoni ġuridika, proċediment ta' protezzjoni ġuridika mhux ġudizzjarja);
  • Status tal-kawża (Kawżi pendenti; Il-każijiet kollha)

3. X’inhuma t-termini u l-kundizzjonijiet għall-użu li jirregolaw l-aċċess għad-dejta nazzjonali dwar l-insolvenza li tinsab f’dan ir-reġistru? Hemm xi restrizzjonijiet dwar l-u¿u mill-ġdid tad-dejta dwar l-insolvenza u/jew xi regoli applikabbli dwar id-drittijiet tal-awtur?

Ir-reġistru tal-insolvenza Latvjan huwa reġistru pubbliku. L-aċċess għall-informazzjoni jingħata b'xejn lil kull persuna interessata, skont il-liġi.

4. Kemm iddum disponibbli l-informazzjoni dwar l-insolvenza? X’inhuma r-regoli nazzjonali f’dan ir-rigward?

L-informazzjoni dwar l-insolvenza hija disponibbli b'mod permanenti.

5. Min hu l-kontrollur nazzjonali tad-dejta responsabbli għad-dejta informatika; lil min għandi nikkuntattja jekk ikolli tħassib dwar il-protezzjoni tad-dejta, jew jekk inkun irrid nistaqsi xi mistoqsija jew nagħmel xi talba?

Ir-reġistru tal-insolvenza Latvjan huwa taħt l-awtorità tar-Reġistru tal-Intraprizi tar-Repubblika tal-Latvja.

Ir-Reġistru tal-Intrapriżi tar-Repubblika tal-Latvja
Pērses iela 2, Riga
Il-Latvja

Telefown: (+371) 67031703

E-mail: minfo@ur.gov.lv
Sit: http://ur.gov.lv/

6. X'inhi d-disponibilità teknika garantita tar-reġistru nazzjonali li fih tinżamm l-informazzjoni dwar l-insolvenza?

Ir-reġistru huwa disponibbli 24/7. Id-dejta dwar l-insolvenza ma tkunx disponibbli biss f'perjodi ta' manutenzjoni teknika.

7. Minn fejn nista’ nikseb aktar informazzjoni?

Il-Pajjiżi l-Baxxi - Reġistru Ċentrali tal-Insolvenza (Centraal insolventieRegister)

1. Minn fejn tiġi d-dejta dwar l-insolvenza? Liema huwa l-korp nazzjonali responsabbli għall-operat u l-għoti ta’ informazzjoni dwar din id-dejta dwar l-insolvenza?

Fil-Pajjiżi l-Baxxi l-Kunsill għall-Ġudikatura huwa responsabbli għar-Reġistru Ċentrali tal-Insolvenza . Ir-reġistru fih informazzjoni miġbura mill-2005 'l quddiem dwar in-notifiki kollha ta’ insolvenza li bil-liġi jridu jiġu ppubblikati fil-Gazzetta Uffiċjali. In-notifiki jingħataw mill-qrati distrettwali responsabbli għall-proċedimenti f’każ ta’ insolvenza.http://insolventies.rechtspraak.nl/

2. Fil-każ ta’ dan ir-reġistru, hemm xi regoli speċifiċi dwar l-aċċess għall-informazzjoni nazzjonali dwar l-insolvenza u kriterji meħtieġa qabel isir tiftix fiha?

Jistgħu jsiru tfittxijiet dwar persuni fiżiċi biss jekk jingħataw mill-inqas tnejn mill-parametri li ġejjin: il-kunjom, id-data tat-twelid, l-indirizz (li jikkonsisti f'kodiċi postali u numru tad-dar). Għalhekk, ma jistgħux jiġu mfittxija persuni fiżiċi permezz tal-formola tat-tfittxija sempliċi. Fit-tfittxija għal persuni fiżiċi, jekk jogħġbok qis li:

  • wildcards mhumiex permessi;
  • it-tfittxijiet kollha mhumiex sensittivi għall-ittri kapitali;
  • id-dijakritiki jistgħu jiddaħħlu, iżda mhumiex meħtieġa (pereżempju jekk iddaħħal “Mohlmann” għandek issib ukoll “Möhlmann”)

Barra minn hekk, minħabba inkonsistenzi amministrattivi fil-proċess tar-reġistrazzjoni, inti avżat biex tuża l-varjanti li ġejjin jekk qed tfittex persuni fiżiċi bl-isem – fl-ordni muri.

  • Ibda billi ddaħħal il-prefiss (bħal “van” “f’Ludwig van Beethoven”) fil-kaxxa tal-prefiss, u l-bqija tal-kunjom fil-kaxxa tal-kunjom. Tużax abbrevjazzjonijiet fil-kaxxa tal-prefiss (bħal “ v.” għal “van”). Jekk m’hemmx prefiss, ħalli l-kaxxa vojta. Jekk il-persuna li qed tfittex tuża wkoll l-isem tagħha jew tas-sieħeb/sieħba fil-kunjom, ipprova bil-mod normali (iż-żewġ kunjomijiet konkatenati b'sink bejniethom, pereżempju “Beethoven-Brahms ”).
  • Jekk dan ma jagħti l-ebda riżultati, tista' tipprova dan li ġej (possibbilment flimkien):
  • Iddaħħalx il-prefiss fil-kaxxa tal-prefiss, iżda fil-kaxxa tal-kunjom, bi spazju abjad bejn il-prefiss u l-kunjom (pereżempju “van Beethoven”);
  • Prefissi li ma għandhomx oriġini Olandiża jistgħu jeħtieġu sing bejn il-prefiss u l-kunjom - fil-kaxxa tal-kunjom (pereżempju “El-Haddaoui” minflok “El Haddaoui”);
  • Ħalli l-prefiss barra mit-tfittxija tiegħek għalkollox;

Jekk persuna żżomm kemm il-kunjom tal-familja tagħha stess kif ukoll il-kunjom tas-sieħeb/sieħba, ħalli barra l-isem tas-sieħeb/sieħba (pereżempju jekk jisimha “Beethoven-Brahms”, fittex “Beethoven” biss. Jekk jogħġbok żomm f’moħħok li fil-Pajjiżi l-Baxxi huwa permess li jintuża kwalunkwe ordni. Għaldaqstant, biex tkun żgur, ipprova “Brahms” ukoll.

Meta titfittex persuna ġuridika / negozju, it-tfittxija ma tkunx sensittiva għad-daqs tal-karattri jew għas-sinjali dijakritiċi u jkun hemm sejba jekk l-isem speċifikat ikun parti mill-isem ġuridiku. Pereżempju, jekk tidħol tfittex “Mohlman Jansen”, inti ssib “Bouwbedrijf Möhlman Jansen BV” iżda mhux “Jansen Möhlman Design”.

3. X’inhuma t-termini u l-kundizzjonijiet għall-użu li jirregolaw l-aċċess għad-dejta nazzjonali dwar l-insolvenza li tinsab f’dan ir-reġistru? Hemm xi restrizzjonijiet dwar l-u¿u mill-ġdid tad-dejta dwar l-insolvenza u/jew xi regoli applikabbli dwar id-drittijiet tal-awtur?

Ir-Reġistru Ċentrali tal-Insolvenza jista’ jintuża minn kulħadd. Jekk tixtieq terġa’ tuża d-dejta, tista' tuża servizz tal-internet bla ħlas, li fih hemm disponibbli (biss) dokumentazzjoni bl-Olandiż u bl-Ingliż. Biex tuża dan is-servizz tal-internet trid tiddikjara li se tuża d-dejta skont il-liġi Olandiża dwar il-protezzjoni tad-dejta. Tista’ ssib informazzjoni u formola PDF fuq:

https://www.rechtspraak.nl/Registers/Paginas/Webservice-Centraal-Insolventieregister.aspx

Jekk teħtieġ aktar informazzjoni bl-Ingliż, jekk jogħġbok ikkuntattja lil:

Spir-it
t.a.v. afdeling Dataleveranties
Postbus 85228
3508 AE Utrecht
Nederland/il-Pajjiżi l-Baxxi

4. Kemm iddum disponibbli l-informazzjoni dwar l-insolvenza? X’inhuma r-regoli nazzjonali f’dan ir-rigward?

Tista’ tiġi kkonsultata informazzjoni dwar kwalunkwe proċediment ta' insolvenza sa sitt xhur wara li jintemmu l-proċedimenti.

5. Min hu l-kontrollur nazzjonali tad-dejta responsabbli għad-dejta informatika; lil min għandi nikkuntattja jekk ikolli tħassib dwar il-protezzjoni tad-dejta, jew jekk inkun irrid nistaqsi xi mistoqsija jew nagħmel xi talba?

Il-Kunsill tal-Ġudikatura huwa responsabbli għar-Reġistru Ċentrali ta’ Insolvenza, għal operazzjonijiet ta’ kuljum huma mwettqa minn “spir-it”, għad-dipartiment tal-IT tal-Kunsill:

Spir-it, t.a.v. afdeling Dataleveranties
Postbus 85228
3508 AE Utrecht
Nederland/il-Pajjiżi l-Baxxi

6. X'inhi d-disponibilità teknika garantita tar-reġistru nazzjonali li fih tinżamm l-informazzjoni dwar l-insolvenza?

Ir-reġistru huwa disponibbli kuljum u l-ħin kollu, soġġett għal manutenzjoni teknika.

7. Minn fejn nista’ nikseb aktar informazzjoni?

Tista' ssib aktar informazzjoni dwar ir-Reġistru Ċentrali tal-Insolvenza fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika:

https://e-justice.europa.eu/content_insolvency_registers-110-nl-mt.do

IR-RUMANIJA - Il-Ministeru tal-Ġustizzja, l-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ, il-Bulettin dwar il-Proċedimenti ta' Insolvenza

1. Minn fejn tiġi d-dejta dwar l-insolvenza? Liema huwa l-korp nazzjonali responsabbli għall-operat u l-għoti ta’ informazzjoni dwar din id-dejta dwar l-insolvenza?

Id-dejta kollha li hemm fir-reġistru tal-insolvenzi tinġabar minn dokumenti li jkunu nħarġu waqt proċedimenti ta' insolvenza mill-qrati u mill-istralċjarji f'ka¿ ta' insolvenza. Il-korp nazzjonali responsabbli mit-tħaddim ta' din id-dejta u mill-għoti ta' informazzjoni dwarha huwa l-Ministeru tal-Ġustizzja – l-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ, permezz tal-Bulettin dwar il-Proċedimenti ta' Insolvenza.

2. Fil-każ ta’ dan ir-reġistru, hemm xi regoli speċifiċi dwar l-aċċess għall-informazzjoni nazzjonali dwar l-insolvenza u kriterji meħtieġa qabel isir tiftix fiha?

Ma hemm ebda regoli speċifiċi biex ikun hemm aċċess għall-informazzjoni nazzjonali dwar l-insolvenza. Inti tista' tfittex għal entità legali skont l-isem, skont il-kodiċi tar-reġistru, skont il-kodiċi ta' identifikazzjoni fiskali jew skont in-numru tal-bulettin.

3. X’inhuma t-termini u l-kundizzjonijiet għall-użu li jirregolaw l-aċċess għad-dejta nazzjonali dwar l-insolvenza li tinsab f’dan ir-reġistru? Hemm xi restrizzjonijiet dwar l-u¿u mill-ġdid tad-dejta dwar l-insolvenza u/jew xi regoli applikabbli dwar id-drittijiet tal-awtur?

L-aċċess għall-informazzjoni bla ħlas jingħata lil kwalunkwe persuna interessata, f'konformità mal-liġi. Id-dejta li tinkiseb mill-Bulettin dwar il-Proċedimenti ta' Insolvenza tista' tintuża mill-ġdid biss għall-iskop ta' għoti ta' informazzjoni bla ħlas lill-persuni interessati.

4. Kemm iddum disponibbli l-informazzjoni dwar l-insolvenza? X’inhuma r-regoli nazzjonali f’dan ir-rigward?

Fuq bażi permanenti.

5. Min hu l-kontrollur nazzjonali tad-dejta responsabbli għad-dejta informatika; lil min għandi nikkuntattja jekk ikolli tħassib dwar il-protezzjoni tad-dejta, jew jekk inkun irrid nistaqsi xi mistoqsija jew nagħmel xi talba?

Il-Ministeru tal-Ġustizzja - l-Uffiċċju Nazzjonali tar-Reġistru tal-Kummerċ, il-Bulettin dwar il-Proċedimenti ta' Insolvenza:

Valentina Burdescu, id-Direttur tal-Bulettin dwar il- Proċedimenti ta' Insolvenza.
Blvd. Unirii, nr. 74, Bl. J3b. Tr. II+III, sector 3, Cod Poștal 030837, Bucureºti
România

Telefown: +40213160817, linja interna: 400
Faks: +40213160807

Indirizz elettroniku: valentina.burdescu@onrc.ro

Ioan Mãrginean, il-Kap Skrivan tal-Uffiċċju tal-Bulettin dwar il-Proċedimenti ta' Insolvenza.
Blvd. Unirii, nr. 74, Bl. J3b. Tr. II+III, sector 3, Cod Poștal 030837, Bucureºti
România

Telefown: +40213160817, linja interna: 120
Faks: +40213160807

Indirizz elettroniku: ioan.marginean@onrc.ro

6. X'inhi d-disponibilità teknika garantita tar-reġistru nazzjonali li fih tinżamm l-informazzjoni dwar l-insolvenza?

Id-dejta dwar l-insolvenza ma tkunx disponibbli biss f'perjodi ta' manutenzjoni teknika.

7. Minn fejn nista’ nikseb aktar informazzjoni?

Slovenia - eINSOLV

1. Minn fejn tiġi d-dejta dwar l-insolvenza? Liema huwa l-korp nazzjonali responsabbli għall-operat u l-għoti ta’ informazzjoni dwar din id-dejta dwar l-insolvenza?

Id-dejta tal-insolvenza tiġi mill-uffiċċji tal-falliment fil-qrati distrettwali tas-Slovenja fejn isiru l-proċeduri ta' falliment jew proċeduri oħra ta' insolvenza. Iċ-Ċentru tal-Informatika fil-Qorti Suprema tar-Repubblika tas-Slovenja iħaddem sistema għat-trażmissjoni tad-dejta f'forma kompjuterizzata, li stabbilixxa skont l-Artikolu 2 tar-Regoli dwar l-iskabju tal-informazzjoni dwar proċeduri ta' insolvenza f'forma kompjuterizzata u r-rata ta' kumpens għall-iskambju ta' informazzjoni. Il-website tal-Aġenzija tar-Repubblika tas-Slovenja għar-Rekords Legali Pubbliċi u Servizzi Oħra (AJPES) tinkludi paġni dwar pubblikazzjonijiet dwar proċeduri ta' insolvenza skont l-Artikolu 122(2) tal-Operazzjonijiet Finanzjarji, il-Proċeduri ta' Insolvenza u l-Att dwar ix-Xoljiment Obbligatorju – ZFPPIPP (http://www.ajpes.si/?language=english).

2. Fil-każ ta’ dan ir-reġistru, hemm xi regoli speċifiċi dwar l-aċċess għall-informazzjoni nazzjonali dwar l-insolvenza u kriterji meħtieġa qabel isir tiftix fiha?

Wieħed jista' jfittex id-dejta billi ju¿a' diversi kriterji:

  • bin-numru tal-każ tal-proċedimenti ta’ falliment
  • jekk id-debitur insolventi huwa persuna ġuridika, negozjant jew individwu privat, b'kull dejta li tidentifika li tkun intu¿at għal entrata fir-reġistru tal-qorti jew tan-negozju, u bin-numru tal-identifikazzjoni tat-taxxa
  • jekk id-debitur insolventi huwa konsumatur, negozjant jew individwu privat, bl-u¿u ta' dawn il-kombinazzjonijiet li ġejjin:
    • in-numru ta' identifikazzjoni tat-taxxa u l-isem u l-kunjom
    • l-isem u l-kunjom, ir-residenza permanenti u d-data tat-twelid

3. X’inhuma t-termini u l-kundizzjonijiet għall-użu li jirregolaw l-aċċess għad-dejta nazzjonali dwar l-insolvenza li tinsab f’dan ir-reġistru? Hemm xi restrizzjonijiet dwar l-u¿u mill-ġdid tad-dejta dwar l-insolvenza u/jew xi regoli applikabbli dwar id-drittijiet tal-awtur?

Il-kundizzjonijiet huma stipulati biss għas-servizz onlajn biex tinkiseb dejta bażika (il-lista ta' debituri insolventi ikkompilata fi tmiem ta' kull jum tax-xogħol) u s-servizz onlajn biex isiru l-mistoqsijiet dwar id-debituri insolventi. L-aċċess għal dawn is-servizzi hu ristrett għal persuni li huma membri tas-sistema tat-trażmissjoni elettronika tad-dejta. L-utenti għandhom jidentifikaw ruħhom permezz ta' ċertifikat tas-server kwalifikat li jużaw biex iwettqu tiftixiet u jiksbu l-informazzjoni.

Is-sistema fis-Slovenja tippermetti biss li wieħed iniżżel id-dejta tal-insolvenza u t-tiftixiet fuq dik id-dejta. Id-dejta ma tistax tinbidel jew tgħaddi għand xi ħadd ieħor.

4. Kemm iddum disponibbli l-informazzjoni dwar l-insolvenza? X’inhuma r-regoli nazzjonali f’dan ir-rigward?

Il-pubblikazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-kontenut tal-atti proċedurali f'każ speċifiku jistgħu jkunu aċċessati sa ħames snin wara li tkun ittieħdet deċiżjoni aħħarija fil-proċeduri inkwistjoni. Ir-regoli huma stipulati fir-Regolament tas-Slovenja fuq pubblikazzjonijiet fi proċeduri ta' insolvenza.

5. Min hu l-kontrollur nazzjonali tad-dejta responsabbli għad-dejta informatika; lil min għandi nikkuntattja jekk ikolli tħassib dwar il-protezzjoni tad-dejta, jew jekk inkun irrid nistaqsi xi mistoqsija jew nagħmel xi talba?

Għad ma għandniex kontrollur nazzjonali tad-dejta.

6. X'inhi d-disponibilità teknika garantita tar-reġistru nazzjonali li fih tinżamm l-informazzjoni dwar l-insolvenza?

Id-dejta tista' tiġi aċċessata mit-8.00 sat-20.00.

7. Minn fejn nista’ nikseb aktar informazzjoni?

Bħalissa ma hemm l-ebda rabtiet possibbli mar-reġistri u l-liġi nazzjonali tal-insolvenza.

L-aħħar aġġornament: 11/12/2017

Din il-paġna hi amministrata mill-Kummissjoni Ewropea. L-informazzjoni f’din il-paġna ma tirriflettix neċessarjament il-pożizzjoni uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ma taċċetta l-ebda responsabbiltà fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali fir-rigward tar-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-paġni Ewropej.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna