National specialised courts

In several Member States there are specialised courts, which deal with specific matters. Often such courts deal with disputes concerning administrative issues or in some cases with disputes between private persons or businesses.

Several Member States have specialised courts for administrative matters, i.e. disputes between public authorities and private persons or firms regarding decisions by the public administration, such as a dispute on a building license, an authorisation to run a business or a tax assessment note.

As regards disputes between private persons and/or businesses ("civil matters"), in some Member States there are specialised courts on employment matters.

Please select the relevant country's flag to obtain detailed national information.

Last update: 17/11/2021

This page is maintained by the European Commission. The information on this page does not necessarily reflect the official position of the European Commission. The Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice with regard to copyright rules for European pages.

Qrati speċjalizzati nazzjonali - Belġju

F’din is-sezzjoni tingħata ħarsa ġenerali lejn il-qrati speċjalizzati fil-Belġju.

Il-qrati speċjalizzati

Għal dak kollu li jirrigwarda l-qrati speċjalizzati f’suġġett (d-dritt industrijali, id-dritt kummerċjali), għandek issib informazzjoni fil-parti “Qrati ordinarji”.

Il-Qorti Kostituzzjonali

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCour constitutionnelle (Qorti Kostituzzjonali) tissorvelja l-konformità tal-liġijiet, digrieti u ordinanzi mal-Kostituzzjoni. Din tissorvelja wkoll it-tqassim xieraq tal-kompetenzi bejn l-entitajiet federati u l-Istat federali.

Din hija qorti ta’ 12-il imħallef li jiżguraw il-ħarsien tal-Kostituzzjoni mil-leġiżlaturi Belġjani. Tista’ tikkanċella u tissospendi liġijiet, digrieti u ordinanzi. Il-Cour constitutionnelle ġiet stabbilita bħala qorti speċjalizzata. Minħabba l-kompitu partikolari tagħha, hija indipendenti kemm mill-poter leġiżlattiv kif ukoll mill-poteri eżekuttiv u ġudizzjarju.

Din issuċċediet il-“Cour d’arbitrage” (Qorti ta’ arbitraġġ), li kienet inħolqot fl-1980 matul il-bidla gradwali tal-Belġju fi Stat Federali. L-ewwel isem tagħha kien ingħatalha mill-Kostitwent minħabba l-kompitu oriġinali tagħha ta’ arbitru bejn il-leġiżlaturi differenti, dak tal-Istat Federali u dawk tal-komunitajiet u tar-reġjuni. Għalqdaqstant il-kompitu tagħha dak iż-żmien kien limitat għall-kontroll tal-konformità tal-liġijiet, digrieti u ordinanzi mar-regoli ta’ tqassim tal-kompetenzi inklużi fil-Kostituzzjoni u fil-liġijet ta’ riformi istituzzjonali.

L-isem “Cour constitutionnelle” li ingħatalha mis-7 ta’ Mejju 2007 huwa aktar konsistenti mal-kompiti tagħha, li twessgħu sabiex jinkludu l-kontroll tal-liġijiet, id-digrieti u l-ordinanzi taħt it-titolu II tal-Kostituzzjoni (Artikoli 8 sa 32 rigward id-drittijiet u l-libertajiet tal-Belġjani) kif ukoll tal-Artikolu 170 u 172 (legalità u ugwaljanza tat-taxxi) u 191 (protezzjoni tal-barranin).

6 imħallfin jappartjenu għall-grupp lingwistiku Franċiż, 6 għall-grupp lingwistiku Olandiż. Wieħed mill-imħallfin għandu jkollu għarfien biżżejjed tal-Ġermaniż. F’kull grupp lingwistiku, 3 imħallfin għandhom esperjenza ta’ mill-inqas 5 snin bħala membri ta’ assemblea parlamentari u 3 imħallfin għandhom ikunu ħadmu fil-qasam tal-liġi (għalliem tal-liġi f’università Belġjana, maġistat fil-Cour de cassation (Qorti tal-Kassazzjoni) jew fil-Conseil d’Etat (Kunsill tal-Istat), referendarju fil-Qorti Kostituzzjonali (Cour constitutionnelle). 

Sors: sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCour constitutionnelle.

Il-Qrati amministrattivi

Conseil d'Etat (Kunsill tal-Istat)

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaConseil d'État, li huwa istituzzjoni kemm konsultattiva kif ukoll ġudizzjarja, għandu poteri kemm leġiżlattivi, eżekuttivi kif ukoll ġudizzjarji, u jeżisti prinċipalment minħabba r-rieda tal-leġiżlatur li jagħmel disponibbli għall-persuni fiżiċi u l-korporazzjonijiet kollha rikors effiċjenti kontra atti amministrattivi irregolari li jkunu kkawżawlhom xi dannu.

Il-kompetenzi ewlenin tal-Kunsill tal-Istat huma s-sospensjoni u l-annullament ta’ atti amministrattivi (atti individwali u regolamenti) kuntrarji għar-regoli tal-liġi fis-seħħ.

Il-protezzjoni kontra d-deċiżjonijiet amministrattivi mhijiex l-uniku kompitu tal-Conseil d'État. Huwa għandu wkoll funzjoni ta’ korp konsultattiv fl-oqsma leġiżlattivi u regolatorji.

Il-Conseil d'État huwa wkoll qorti tal-kassazzjoni li jisma’ rikorsi kontra d-deċiżjonijiet tal-qrati amministrattivi inferjuri.

Il-Conseil d'État jaġixxi permezz ta’ sentenzi u ordinanzi fuq it-talbiet imressqa. 

Il- Conseil huwa magħmul minn 44 membru maħtura b’mod permanenti, jiġifieri president kap, president, 14-il president tal-kamra u 28 kunsilliera tal-Istat.

Il-membri jservu fl-assemblea ġenerali tal-Kunsill tal-Istat u f’waħda mill-awli tas-sezzjoni tad-dipartiment amministrattiv jew tas-sezzjoni leġiżlattiva.

Sors: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSit elettroniku tal-Internet tal-Conseil d'État tal-Belġju.

Id-databases ġuridiċi dwar dawn is-suġġetti

Sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaConseil d'État.

Sit elettroniku tal-internet tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCour constitutionnelle.

L-aċċess għad-database huwa bla ħlas?

Iva l-aċċess huwa bla ħlas.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz Pubbliku Federali tal-Ġustizzja

 

L-aħħar aġġornament: 28/07/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Qrati speċjalizzati nazzjonali - Bulgarija

Din it-taqsima tipprovdi informazzjoni dwar il-qrati speċjalizzati fil-ġudikatura Bulgara.

Qrati speċjalizzati:

L-ebda xogħol speċjalizzat, marittimu, kummerċjali jew tipi simili ta’ qrati speċjalizzati ma joperaw fir-Repubblika tal-Bulgarija.

Qrati amministrattivi

Ġiet stabbilita sistema ta’ qrati amministrattivi fir-Repubblika tal-Bulgarija meta fl-2006 ġie adottat Kodiċi ta’ Proċedura Amministrattiva ġdid. Is-sistema ta’ ġustizzja amministrattiva tinkludi 28 qorti amministrattiva provinċjali u l-Qorti Amministrattiva Suprema (Varhoven administrativen sad).

Qrati amministrattivi

Il-qrati amministrattivi għandhom ġuriżdizzjoni li jirrevedu l-azzjonijiet kollha li jfittxu:

  • li jkollhom atti amministrattivi maħruġa, emendati, revokati jew annullati;
  • li jkollhom ftehimiet skont il-Kodiċi ta’ Proċedura Amministrattiva annullati;
  • rimedju kontra azzjonijiet mhux raġonevoli jew ommissjonijiet tal-amministrazzjoni;
  • rimedju kontra infurzar illegali;
  • kumpens għal danni li jirriżultaw minn kwalunkwe att illegali, azzjoni jew ommissjoni minn awtoritajiet amministrattivi u uffiċjali;
  • kumpens għal danni li jirriżultaw minn infurzar;
  • li jkollhom l-annullament, l-invalidità jew ir-revoka ta’ xi deċiżjonijiet tal-qorti;
  • li tiġi kkontestata l-awtentiċità ta’ atti amministrattivi skont il-Kodiċi ta’ Proċedura Amministrattiva.

Kull persuna tista’ tressaq azzjoni biex tistabbilixxi jekk jeżistix dritt amministrattiv jew relazzjoni legali, fejn ir-rikorrenti għandhom locus standi u ma hemm l-ebda rimedju ieħor disponibbli għalihom.

Kawżi li jinvolvu kontestazzjonijiet għal atti amministrattivi individwali jinstemgħu mill-qorti amministrattiva b’ġuriżdizzjoni territorjali fuq is-sede tal-uffiċċju reġjonali tal-awtorità li jkun ħareġ l-att ikkontestat, fejn l-indirizz permanenti/attwali jew is-sede tar-rikorrent ikun jinsab fiż-żona ta’ lħuq ta’ dak l-uffiċċju reġjonali. Kawżi bħal dawn jinstemgħu mill-qorti amministrattiva b’ġuriżdizzjoni territorjali fuq is-sede tal-awtorità li tkun ħarġet l-att amministrattiv individwali kkontestat, fejn:

  1. l-att ikkontestat għandu diversi destinatarji li l-indirizzi permanenti jew attwali tagħhom mhumiex fiż-żona ta’ lħuq tal-uffiċċju reġjonali tal-awtorità emittenti;
  2. l-amministrazzjoni tal-awtorità li tkun ħarġet l-att ikkontestat ma għandhiex uffiċċju reġjonali.

Il-kawżi li jinvolvu kontestazzjonijiet għal atti amministrattivi ġenerali jinstemgħu mill-qorti amministrattiva b’ġuriżdizzjoni territorjali fuq is-sede tal-awtorità li tkun ħarġet l-att ikkontestat.
Il-Qorti Amministrattiva tal-Belt ta’ Sofija (Administrativen sad – grad Sofia) tisma’ kawżi jekk l-awtorità li tkun ħarġet l-att amministrattiv ikkontestat ikollha s-sede tagħha f’pajjiż ieħor.
L-azzjonijiet għad-danni jitressqu wkoll quddiem il-qorti b’ġuriżdizzjoni fuq l-indirizz jew is-sede tar-rikorrent meta l-kawżi għad-danni jingħaqdu f’tilwima ġudizzjarja msemmija fil-paragrafi 1-4.
Meta l-qorti kompetenti ma tkunx tista’ tisma’ każ, il-Qorti Amministrattiva Suprema tordna li l-kawża tiġi ttrasferita lil qorti amministrattiva ta’ pożizzjoni ugwali.

L-atti amministrattivi li għandhom l-għan dirett tal-politika barranija, tad-difiża u tas-sigurtà tal-Bulgarija mhumiex suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju, sakemm il-liġi ma tipprovdix mod ieħor.

Qorti Amministrattiva Suprema

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Amministrattiva Suprema għandha ġuriżdizzjoni dwar:

  1. kontestazzjonijiet għal regolamenti statutorji, bl-esklużjoni ta’ dawk maħruġa minn kunsilli muniċipali;
  2. kontestazzjonijiet għal deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Ministri, il-Prim Ministru, id-Deputati Prim Ministri u l-ministri;
  3. kontestazzjonijiet għal deċiżjonijiet tal-Kunsill Ġudizzjarju Suprem (Vissh sadeben savet);
  4. kontestazzjonijiet għal deċiżjonijiet tal-Bank Bulgaru Nazzjonali u l-korpi tiegħu;
  5. appelli f’kassazzjoni u appelli proċedurali minn sentenzi mill-qrati tal-ewwel istanza;
  6. appelli minn partijiet fi proċedimenti kontra deċiżjonijiet u digrieti;
  7. rikorsi għal deċiżjonijiet ġudizzjarji finali f’każijiet amministrattivi li għandhom jiġu revokati;
  8. rikorsi li jikkontestaw atti oħra speċifikati mil-liġi.

Il-Qorti Amministrattiva Suprema għandha sezzjonijiet, li jinkludu xi kumitati. Is-sezzjonijiet huma mmexxija minn president (jew viċi president) li jista’ wkoll jippresjiedi fuq il-bankijiet tal-imħallfin fis-sezzjoni kkonċernata.

Qrati speċjalizzati oħra

Qrati militari

L-istorja tal-qrati militari tmur lura għall-1 ta’ Lulju 1879. Fl-1956, il-qrati militari ġew irrestrutturati permezz ta’ postijiet ta’ forzi armati fl-ibliet ta’ Sofia, Plovdiv, Sliven, Varna u Pleven. (Din l-istruttura ta’ qrati militari għadha teżisti sal-lum il-ġurnata.)

Qrati militari (Voenen sad)

Bħala qrati tal-prim’ istanza, il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaqrati militari jisimgħu kawżi kriminali li jinvolvu reati mwettqa minn persunal militari, ġenerali, uffiċjali, uffiċjali mhux kummissjonati u persunal komuni ta’ ministeri u aġenziji oħra, persunal ċivili tal-Ministeru tad-Difiża, l-armata Bulgara, unitajiet li jirrapportaw lill-Ministru għad-Difiża, is-Servizz Nazzjonali għall-Protezzjoni u għas-Servizz tal-Intelligence Nazzjonali. Il-Qorti tal-Appell Militari (Voenno-apelativen sad) hija l-qorti tat-tieni istanza għal dawn il-każijiet. Il-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali jiddefinixxi l-ġuriżdizzjoni tal-qrati militari. Dawn il-qrati għandhom l-istess statut bħall-qrati provinċjali. Il-Qorti Militari tal-Appell (qorti waħda) tisma’ l-appelli (inklużi l-appelli proċedurali) minn deċiżjonijiet tal-qrati militari kollha fil-Bulgarija.

Qorti Kriminali Speċjalizzata (Specializiran nakazatelen sad)

Il-Qorti Kriminali Speċjalizzata ġiet maħluqa mill-Att li jemenda u li jissupplimenta l-Att dwar is-Sistema Ġudizzjarja (ippromulgat fil-Gazzetta tal-Istat Nru 1 tal-2011). Il-Qorti Kriminali Speċjalizzata hija waħda partikolari fir-Repubblika tal-Bulgarija (ibbażata fil-belt ta’ Sofia) u għandha l-istatus ta’ qorti provinċjali. Il-ġuriżdizzjoni tagħha hija ddefinita mil-liġi. (L-Artikolu 411a tal-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali jinkludi lista eżawrjenti ta’ reati fil-ġuriżdizzjoni tal-Qorti Kriminali Speċjalizzata, li l-biċċa l-kbira minnhom ġew imwettqa jew ordnati minn gruppi ta’ kriminalità organizzata).

Il-Qorti Kriminali Speċjalizzata tikkonsisti minn imħallfin u hija mmexxija minn president.

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Kriminali Speċjalizzata tal-Appell (Apelativen specializiran nakazatelen sad) tistħarreġ l-appelli (inklużi appelli proċedurali) minn deċiżjonijiet tal-Qorti Kriminali Speċjalizzata. Is-sede tagħha huwa f’Sofia.

Il-Qorti Kriminali Speċjalizzata tal-Appell tikkonsisti minn imħallfin u hija mmexxija minn president. Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Suprema ta’ Kassazzjoni (Varhoven kasatsionen sad) hija l-ogħla qorti kriminali, li tistħarreġ deċiżjonijiet f’kassazzjoni maħruġa mill-Qorti Kriminali Speċjalizzata tal-Appell.

Il-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Kamra Bulgara tal-Kummerċ u tal-Industrija (AC BCCI)

L-AC BCCI ssolvi tilwim ċivili, inkluż tilwim relatat mal-mili ta’ lakuni fil-kuntratti jew tibdil tat-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom biex jiġu riflessi ċirkostanzi li qed jinbidlu, irrispettivament minn jekk id-domiċilju ta’ parti waħda jew tnejn huwiex fir-Repubblika tal-Bulgarija.

L-AC BCCI saħħet il-pożizzjoni tagħha bħala istituzzjoni ewlenija ta’ arbitraġġ fil-Bulgarija u tgawdi l-fiduċja pubblika minħabba x-xogħol ferm professjonali tagħha fis-soluzzjoni ta’ tilwim legali. L-AC BCCI solviet 250 sa 300 tilwima internazzjonali u domestika kull sena: 82% ta’ każijiet domestiċi huma solvuti fi żmien disa’ xhur, u 66 % ta’ każijiet internazzjonali fi żmien 12-il xahar.)

Barra minn hekk, il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti tal-Arbitraġġ hija attivament involuta fit-titjib ta’ leġiżlazzjoni ta’ arbitraġġ. L-uniku tilwim mhux suġġett għal arbitraġġ jikkonċerna drittijiet in rem fir-rigward ta’ proprjetà immobbli, talbiet ta’ manteniment, drittijiet derivati minn relazzjonijiet ta’ impjieg, u tilwim li jikkonċerna d-drittijiet morali jew il-liġi tal-familja.

Il-bażi tad-data legali

Siti web tal-qrati

Il-qrati Bulgari kollha għandhom siti web li jipprovdu informazzjoni dwar l-istruttura u l-attività tal-qorti, inklużi każijiet pendenti u magħluqa, kif ukoll informazzjoni utli oħra disponibbli għall-pubbliku.

Is-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill Ġudizzjarju Suprem jipprovdi lista dettaljata ta’ qrati fil-Bulgarija, inkluż l-indirizzi u s-siti web tagħhom (aċċessibbli bil-Bulgaru biss).

Wara li tkun ingħatat, id-deċiżjonijiet tal-qorti jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-qorti emittenti skont ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Att dwar il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaProtezzjoni tad-Data Personali u l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Klassifikata.

Id-deċiżjonijiet f’każijiet li jolqtu l-istat ċivili jew l-istat ta’ saħħa ta’ persuni jiġu ppubblikati mingħajr il-motivi tagħhom.

Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq is-siti web li ġejjin:

L-aħħar aġġornament: 29/06/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Qrati speċjalizzati nazzjonali - Iċ-Ċekja

Qrati speċjalizzati

Inġenerali, ma hemmx qrati speċjalizzati fir-Repubblika Ċeka, għalkemm hemm xi kmamar speċjalizzati fil-grati ordinarji (għall-każijiet tal-impjiegi)

Qrati speċjali oħra

Il-Qorti Kostituzzjonali

Il-Qorti Kostituzzjonali hija l-awtorità tal-ġustizzja għall-protezzjoni tal-kostituzzjonalità.

Il-Qorti Kostituzzjonali tisma l-każijiet jew f'sessjoni plenarja sħiħa jew bħala erba' panils ta' tliet imħallfin il-wieħed.

Qorti plenarja sħiħa biss tista’ tieħu deċiżjonijiet relatati ma’ kwistjonijiet fundamentali ta’ sinifikanza nazzjonali u ġudizzjarja. Dawn jinkludu, per eżempju, l-annullament ta’ Att tal-Parlament, t-tneħħija mill-kariga jew l-inkapaċitazzjoni ta’ President tar-Repubblika jew ix-xoljiment ta’ partit politiku.

Qorti plenarja sħiħa tkun magħmula mill-imħallfin kollha, li għaxra minnhom iridu jkunu preżenti meta tittieħed deċiżjoni. Deċiżjonijiet dwar il-kwistjonijiet li ġejjin jeħtieġu vot tal-maġġoranza ta’ disa’ mħallfin: l-annullament ta’ Att tal-Parlament, deċiżjoni dwar t-tneħħija mill-kariga jew l-inkapaċitazzjoni ta’ President nazzjonali, u l-adozzjoni ta’ verdett li huwa bbażat fuq interpretazzjoni legali differenti ta’ sentenza preċedenti mogħtija mill-qorti.

Bordijiet ta’ tliet imħallfin jisimgħu l-kwistjonijiet l-oħra kollha. Dawn jinkludu, per eżempju, ilmenti kostituzzjonali minn persuni jew muniċipalitajiet, tilwim elettorali jew dwar eliġibbiltà dwar membri tal-Parlament, u kunflitti ta’ kompetenza bejn awtoritajiet statali ċentrali u organi awtonomi lokali.

Il-qorti kostituzzjonali tikkonsisti fi 15 l-imħallef. L-imħallfin jinħatru għal mandat ta’ għaxar snin mill-President tar-Repubblika bil-kunsens tas-Senat. M’hemmx restrizzjonijiet għall-ħatra mill-ġdid.

L-amministrazzjoni tal-qorti hija diretta mill-Presidenza u żewġ viċi-Presidenti. Kull imħallef għandu persunal tiegħu/tagħha stess ta’ assistenti legali u segretarju.

Aktar informazzjoni tinsab fil-websajt tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Kostituzzjonali .

L-aħħar aġġornament: 15/06/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Qrati speċjalizzati nazzjonali - Danimarka

Din it-taqsima tipprovdilek informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-qrati speċjalizzati fid-Danimarka.

Qrati speċjalizzati

Il-Qorti marittima u kummerċjali (Sø- og Handelsretten)

Sa mill-istabbiliment tagħha fl-1862, il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Marittima u Kummerċjali semgħet każijiet li jikkonċernaw kwistjonijiet marittimi u kummerċjali fil-pajjiż kollu.

Maż-żmien il-kompetenza tal-qorti marittima u kummerċjali ġiet estiża; illum il-qorti tisma’ każijiet li jikkonċernaw l-Att Daniż dwar il-Marki Kummerċjali, l-Att dwar id-Diżinn, l-Att dwar il-Prattiki Kummerċjali, l-Att dwar il-Kompetizzjoni, il-kundizzjonijiet internazzjonali tal-kummerċ kif ukoll kwistjonijiet kummerċjali oħra.

Barra minn hekk, id-diviżjoni dwar il-falliment tisma’ każijiet li jikkonċernaw il-falliment, is-sospensjoni ta’ ħlasijiet, is-soluzzjoni obbligatorja ta’ dejn u l-iskedar mill-ġdid tad-dejn li jseħħu fi Greater Copenhagen.

Il-qorti tar-reġistrazzjoni tal-artijiet (Tinglysningsretten)

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti tar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet ġiet stabbilita fl-1 ta’ Jannar 2007. Il-ġurisdizzjoni tagħha hija estiża fid-Danimarka kollha.

B’mod gradwali din il-qorti se tkun responsabbli mir-reġistrazzjonijiet li jsiru fil-qrati distrettwali. Din se tittratta r-reġistrazzjoni ta’ titoli fuq l-art, ipoteki u spejjeż oħra, is-soluzzjoni ta’ żwiġijiet u l-bqija.

Il-qorti tar-reġistrazzjoni tal-art issolvi każijiet li jkunu qamu minħabba r-reġistrazzjoni. Jeżisti wkoll id-dritt tal-appell quddiem il-Qorti Superjuri tad-Damimarka tal-Punent.

Il-Qorti Speċjali tal-Akkużi u r-Reviżjonijiet (Den Særlige Klageret)

Il-Qorti Speċjali tal-Akkużi u r-Reviżjonijiet tittratta kwistjonijiet dixxiplinarji li jikkonċernaw lill-imħallfin jew impjegati legali oħra li jaħdmu fil-qorti, inkluż il-qrati tal-Gżejjer Faroe u Greenland u l-Bord tal-Permess tal-Appelli. Barra minn hekk, il-qorti tista’ tiftaħ mill-ġdid każijiet kriminali u tiskwalifika lill-avukat tad-difiża f’każijiet kriminali.

Il-Qorti Speċjali tal-Akkużi u r-Reviżjonijiet hija komposta minn imħallef tal-Qorti Suprema, imħallef tal-qorti superjuri, imħallef ta’ qorti distrettwali, avukat u avukat b’ħiliet esperti xjentifiċi.

Il-qrati amministrattivi

Is-sistema ġudizzjali Daniża ma tinkludix il-qrati amministrattivi.

L-aħħar aġġornament: 04/05/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Qrati speċjalizzati nazzjonali - Ġermanja

Din it-taqsima tipprovdi informazzjoni dwar is-sistema tal-qrati speċjalizzati fil-Ġermanja.

Il-Qrati industrijali

Il-qrati industrijali jittrattaw essenzjalment tilwim dwar il-liġi industrijali li jirriżulta mir-relazzjonijiet kuntrattwali bejn l-impjegati u l-impjegaturi (il-liġi industrijali individwali). Dawn il-qrati jittrattaw ukoll tilwim bejn il-partijiet għal ftehim kollettiv, bħal dawk li jinvolvu trejdjunjins u assoċjazzjonijiet tal-impjegaturi (il-liġi industrijali kollettiva), kif ukoll it-tilwim bejn l-impjegatur u kumitat ta' ħidma.

Il-qrati industrijali (bħala qrati tal-Länder) huma qrati tal-Prim’ Istanza (Qrati Ġenerali). Il-kulleġġ ġudikanti tal-qorti industrijali huwa t-Tribunal. Fil-prinċipju, dan huwa magħmul minn imħallef professjonali bħala president u żewġ imħallfin onorarji, li wieħed minnhom ikun impjegat mill-qasam tal-impjegati u l-ieħor mill-qasam tal-impjegaturi. Ċerti deċiżjonijiet li mhumiex parti mill-proċedimenti orali jittieħdu mill-imħallef li jippresjedi mingħajr l-intervent tal-imħallef onorarju.

Il-Qrati Superjuri industrijali (Landesarbeitsgerichte) (li huma wkoll il-qrati tal-Länder) jisimgħu l-appelli u l-ilmenti mis-sentenzi tal-qrati industrijali Il-kulleġġ ġudikanti huwa ugwalment magħmul minn imħallef wieħed professjonali u żewġ imħallfin onorarji (wieħed mill-qasam tal-impegati u l-ieħor mill-qasam tal-impjegaturi).

Id-deċiżjonijiet fl-ogħla istanza fil-livell Federali jittieħdu mill-qorti Federali industrijali Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBundesarbeitsgericht. Is-Senat ta’ din il-Qorti huwa magħmul minn imħallef li jippresjedi, żewġ imħallfin professjonali addizzjonali u żewġ imħallfin onorarji (wieħed mill-qasam tal-impjegati u l-ieħor mill-qasam tal-impjegaturi).

Il-Qrati Amministrattivi

Tliet fergħat differenti tas-sistema ġudizzjarja huma responsabbli biex jeżaminaw id-deċiżjonijiet amministrattivi: il-qorti amministrattiva ġenerali, il-qorti soċjali u l-qorti fiskali. Il-qrati amministrattivi, soċjali u fiskali huma karatterizzati mill-fatt li huma obbligati li japplikaw il-prinċipju tal-eżami ex officio (bid-dritt tal-kariga/Amtsermittlung). Għaldaqstant, il-qrati jridu jinvestigaw il-fatti tal-kawża fuq l-inizjattiva tagħhom stess (jiġifieri mhux jekk mitlub minn waħda mill-partijiet, jew abbażi tal-evidenza ppreżentata mill-partijiet), u dan minħabba li l-eżattezza materjali tas-sentenza tal-kawża tkun kwistjoni ta’ interess pubbliku.

Il-Qrati Amministrattivi Ġenerali

Il-Qrati Amministrattivi Ġenerali għandhom tliet livelli ta’ ġurisdizzjoni (Istanzi).

  1. Fil-Prim’Istanza: Il-Qrati Amministrattivi
  2. Fit-Tieni Istanza: il-Qrati Amministrattivi Superjuri għal kull Stat Federali, li jissejħu Oberverwaltungsgerichte (jew Verwaltungsgerichtshof).
  3. Fl-aħħar istanza: Il-Qorti Amministrattiva Federali (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBundesverwaltungsgericht).

Normalment, il-qrati amministrattivi għandhom il-ġurisdizzjoni fil-Prim’Istanza. Il-Qrati Amministrattivi Superjuri huma primarjament tribunali tal-appell, il-kompitu tagħhom hu li jeżaminaw id-deċiżjonijiet tal-qrati tal-Prim’Istanza minn perspettiva legali u fattwali. Bi ftit eċċezzjonijiet, il-Qorti Amministrattiva Federali hija qorti tal-appell li teżamina l-punti ta’ liġi biss (Revisionsgericht).

Fil-prinċipju,il-qorti amministrattiva ġenerali hija responsabbli mit-tilwim kollu bejn il-persuni privati u l-amministrazzjonijiet dwar l-applikazzjoni korretta tal-liġijiet u tar-regolamenti amministrattivi. Madankollu minflok il-qrati amministrattivi, huma l-qrati ordinarji li għandhom il-ġurisdizzjoni meta l-kawża tinvolvi l-parteċipazzjoni tal-amministrazzjoni mhux bħala entità tal-istat, iżda bħala kumpanija privata. Dan japplika għat-tilwim kollu li jirriżulta minn attivitajiet. Barra minn hekk, it-tilwim kollu li jiġi assenjat bil-liġi lill-qrati oħra (bħall-qrati fiskali, il-qrati soċjali jew il-qrati ordinarji) jkun eżentat mill-qorti amministrattiva ġenerali.

Id-deċiżjonijiet fil-qrati amministrattiva jittieħdu minn bord ta' imħallfin, magħmul fil-prinċipju minn tliet imħallfin professjonali u minn żewġt imħallfin onorarji. Il-bords tal-qorti amministrattiva superjuri ġeneralment ikunu magħmula minn tliet imħallfin professjonali. Il-Qorti Federali Amministrattiva tikkonsisti f’ħames imħallfin professjonali. Fil-qrati amministrattivi, il-każijiet jistgħu jiġu delegati lil imħallef wieħed.

Il-Qrati Soċjali

Il-qrati soċjali, bħall-qrati amministrattivi ġenerali, għandhom tliet istanzi li jkopru diviżjoni xierqa tal-kompiti. Bħala prinċipju, il-qrati soċjali huma kompetenti fl-ewwel istanza. L-14-il qorti soċjali superjuri għal kull wieħed mil-Länder (Landessozialgericht) huma qrati tal-appell. Bi ftit eċċezzjonijiet, il-Qorti Soċjali Federali (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBundessozialgericht) hija qorti tal-appell li teżamina l-punti ta’ liġi biss (Revisionsgericht)

Il-qrati tal-ġurisdizzjoni soċjali huma prinċipalment responsabbli għat-trattament ta’ tilwimiet dwar is-sigurtà soċjali (pensjonijiet, inċidenti, mard u assigurazzjoni għall-kura fit-tul), assigurazzjoni tal-qgħad, assigurazzjoni bażika għal min qed ifittex ix-xogħol u l-protezzjoni soċjali (b’mod partikolari assistenza soċjali, benefiċċji skont l-Att dwar il-Benefiċċji ta’ Ażil (Asylbewerberleistungsgesetz), u ċerti kwistjonijiet marbuta mal-Att dwar Persuni b’Diżabilità (Schwerbehindertenrechts). Il-bords tal-qrati soċjali huma magħmula minn imħallef professjonali wieħed u żewġ imħallfin onorarji. Il-bords li jaġixxu bħala formazzjoni tal-Qorti Soċjali Superjuri tal-Länder u l-Qorti Soċjali Federali (Bundessozialgericht) huma magħmula minn tliet imħallfin professjonali u żewġ imħallfin onorarji.

Il-Qorti Fiskali

Il-qorti fiskali tikkonsisti mill-Qrati tal-Finanzi tal-Prim’Istanza u mill-Qorti Federali tal-Finanzi (Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBundesfinanzhof), li tagħmilha ta’ qorti suprema tal-appell f’dak li jirrigwarda punti ta’ liġi (Revisionsgericht). Il-kompetenza tal-qorti fiskali tkopri prinċipalment it-tilwim dwar imposti pubbliċi, taxxi u d-dwana. Il-bords tal-finanzi huma magħmula minn tliet imħallfin professjonali u minn żewġt imħallfin onorarji. Dawk tal-Qorti tal-Finanzi Federali huma ġeneralment magħmula minn ħames imħallfin professjonali. Fil-bords tal-finanzi, il-kawżi jistgħu jiġu delegati quddiem imħallef individwali.

Qrati Speċjalizzati Oħra

Il-Qorti Kostituzzjonali Federali (Bundesverfassungsgericht)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Kostituzzjonali Federali teżerċita ġurisdizzjoni rigward kwistjonijiet kostituzzjonali fuq il-livell Federali. Id-deċiżjonijiet tagħha huma bbażati fuq id-dispożizzjonijiet tal-Kostituzzjoni Ġermaniża, il-Liġi Bażika (Grundgesetz). Il-maġġoranza ta’ proċedimenti quddiem il-Qorti Kostituzzjonali Federali tikkonsisti minn ilmenti kostituzzjonali. Dawn jiġu ppreżentati minn ċittadini li jsostnu li kien hemm ksur tad-drittijiet fundamentali tagħhom permezz ta’ sentenzi, azzjonijiet tal-gvern jew atti leġiżlattivi. Ilment kostituzzjonali huwa normalment ammissibbli biss jekk il-qrati kompetenti l-oħra kollha jkunu ġew appellati mingħajr suċċess, jiġifieri kontra d-deċiżjonijiet tal-aħħar istanza. Huwa biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali li l-ilment kostituzzjonali jista’ jitressaq direttament kontra att leġiżlattiv.

Hemm diversi tipi oħrajn ta’ proċedimenti. Dawn jinkludu, b’mod partikolari, l-istħarriġ ġudizzjarju astratt u konkret tal-kostituzzjonalità tal-liġijiet, u proċeduri biex ikun ivverifikat jekk l-awtoritajiet kostituzzjonali federali rrispettawx il-limiti tal-kompetenza tagħhom. Ċerti deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali Federali jistgħu jakkwistaw forza legali. Il-qorti tikkonsisti f’żewġ diviżjonijiet (Senate), magħmula f’kull każ minn tmin membri. Il-qorti tiddeċiedi fl-awli tal-imħallfin, b’kull wieħed magħmul minn tliet imħallfin jew minn Senate; fil-parti l-kbira mingħajr seduti orali.

Qrati Kostituzzjonali Reġjonali (Landesverfassungsgerichte/Staatsgerichtshof)

Il-Qrati Kostituzzjonali Reġjonali jew il-qrati superjuri tal-Istat huma l-qrati kostituzzjonali tal-Istati Federali rispettivi (Länder). Huma jiddeċiedu prinċipalment dwar it-tilwim kostituzzjonali li jirrigwarda l-liġi tal-Istat (Landesrecht), li tirregola wkoll l-istatut, l-amministrazzjoni u l-kompetenza tagħhom.

Ħoloq Relatati mas-Suġġett

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIt-Tribunal Industrijali Federali (Bundesarbeitsgericht)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Amministrattiva Federali (Bundesverwaltungsgericht

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaBundessozialgericht (Qorti Soċjali Federali)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti tal-Finanzi Federali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Kostituzzjonali Federali

L-aħħar aġġornament: 14/05/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Qrati speċjalizzati nazzjonali - Estonja

Din it-taqsima tipprovdik b'informazzjoni dwar il-qrati amministrattivi u speċjalizzati fis-sistema tal-qrati Estonjana.

Qrati speċjalizzati

Il-Kostituzzjoni Estonjana tiddikjara li l-ħolqien ta’ qrati speċjalizzati b’ġuriżdizzjoni speċifika jista’ jsir bil-liġi. Il-formazzjoni ta’ qrati ta’ emerġenza hija pprojbita.

Ma nħolqu l-ebda qrati speċjalizzati fl-Estonja.

Qorti kostituzzjonali

Il-Qorti Suprema twettaq fl-istess ħin il-funzjonijiet tal-qorti ta’ appell finali u tal-qorti ta’ reviżjoni kostituzzjonali.

Bħala l-qorti ta' reviżjoni kostituzzjonali, il-Qorti Suprema:

  • tagħti deċiżjonijiet dwar talbiet sabiex ikun ivverifikat li leġiżlazzjoni ta’ applikazzjoni ġenerali jew rifjut li tinħareġ leġiżlazzjoni bħal din tkun f’konformità mal-Kostituzzjoni;
  • tagħti deċiżjonijiet dwar talbiet biex tkun ivverifikata l-konformità ta’ ftehimiet internazzjonali mal-Kostituzzjoni;
  • tagħti deċiżjonijiet dwar talbiet għal opinjoni dwar l-interpretazzjoni tal-Kostituzzjoni flimkien mal-liġi tal-Unjoni Ewropea;
  • tagħti deċiżjonijiet dwar talbiet għal u rikorsi kontra riżoluzzjonijiet tal-Parlament Estonjan, il-Bord tal-Parlament u l-President tar-Repubblika;
  • tagħti deċiżjonijiet dwar talbiet għal dikjarazzjoni li Membru Parlamentari, il-President tar-Repubblika, il-Kanċillier tal-Ġustizzja jew l-Awditur Ġenerali ma jkunx kapaċi jwettaq id-dmirijiet tiegħu għal perjodu estiż ta’ żmien;
  • tiġġudika talbiet biex tiġi tterminata l-awtorità ta’ Membru Parlamentari;
  • tiddeċiedi dwar l-għoti ta’ kunsens lill-President (speaker) tal-Parlament, li jkun qed jaqdi l-funzjonijiet ta’ President tar-Repubblika, biex isejjaħ elezzjonijiet straordinarji tal-Parlament jew biex jirrifjuta li jippromulga Att;
  • tagħti deċiżjonijiet dwar talbiet biex jiġu tterminati l-attivitajiet ta’ partit politiku;
  • tagħti deċiżjonijiet dwar rikorsi u protesti kontra atti tal-amministrazzjonijiet tal-elezzjonijiet u deċiżjonijiet u atti tal-kumitati elettorali.

L-ebda individwu ma jista’ jressaq talba għal reviżjoni kostituzzjonali.

Dettalji ta' kuntatt għall-Qorti Suprema jistgħu jinstabu fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidais-sit web tal-Qorti Suprema.

Ir-rieżami kostituzzjonali hu regolat mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAtt ta' Proċedura tal-Qorti għar-Rieżami Kostituzzjonali.

Il-Qrati Amministrattivi

Il-qrati amministrattivi, bħala qrati tal-prim'istanza, jisimgħu l-kawżi amministrattivi. Fl-Estonja, jaġixxu bħala awtoritajiet ġudizzjarji indipendenti biss fil-prim'istanza.

Is-sentenzi tal-qrati amministrattivi jiġu rieżaminati minn qrati distrettwali, bħala qrati tat-tieni istanza, fuq il-bażi ta’ appelli kontra dawk is-sentenzi.

Il-ġuriżdizzjoni tal-qrati amministrattivi, il-proċedura għall-preżentazzjoni ta' kawża quddiem qorti amministrattiva u r-regoli għal proċedimenti amministrattivi huma stabbiliti fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi tal-Proċedura tal-Qorti Amministrattiva.

Il-Qrati Amministrattivi

Fl-Estonja hemm żewġ qrati amministrattivi: Il-Qorti Amministrattiva ta' Tallinn u l-Qorti Amministrattiva ta' Tartu.

Il-qrati amministrattivi huma maqsuma f'sezzjonijiet.

Il-Qorti Amministrattiva ta' Tallinn hija magħmula minn żewġ sezzjonijiet:

  • Is-sezzjoni ta’ Tallinn
  • Is-sezzjoni ta’ Pärnu

Il-Qorti Amministrattiva ta' Tartu hija magħmula minn żewġ sezzjonijiet:

  • Is-sezzjoni ta’ Tartu
  • Is-sezzjoni ta’ Jõhvi

Il-Qrati Distrettwali:

Fl-Estonja hemm żewġ qrati distrettwali li jaġixxu bħala qrati tat-tieni istanza.

  • Il-Qorti Distrettwali ta' Tallinn (Tallinna Ringakonnakohus)
  • Il-Qorti Distrettwali ta' Tartu (Tartu Ringakonnakohus)

L-informazzjoni ta’ kuntatt għall-qrati Estonjani tinsab fis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-qrati. L-aċċess għad-dettalji ta’ kuntatt huwa mingħajr ħlas.

L-aħħar aġġornament: 01/10/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Qrati speċjalizzati nazzjonali - Irlanda

Din it-taqsima tagħtik informazzjoni dwar l-organizazzjoni ta’ qrati speċjalizzati fl-Irlanda b’referenza għall-organizzazzjoni tal-qrati b’mod ġenerali. Ara l-paġni dwar l-Organizzazzjoni tal-Ġustizzja u l-Qrati ordinarji għal dettalji tal-qrati b’mod ġenerali.

Il-Qrati Speċjalizzati

Il-Qorti tat-Talbiet iż-Żgħar

Il-proċedura tat-Talbiet iż-Żgħar tipprovdi mezz irħis u informali biex tintlaħaq soluzzjoni għat-talbiet tal-konsumatur mingħajr ma jkun hemm bżonn li kwalunkwe waħda mill-partijiet tiġi rrappreżentata legalment. Il-Qorti tat-Talbiet iż-Żgħar topera fi ħdan il-Qorti tad-Distrett. Din il-proċedura tkun applikabbli għal talbiet li ma jaqbżux l-EUR 2,000 fil-valur, li jinvolvu l-konsumaturi u li jikkonċernaw ix-xiri ta' oġġetti jew servizzi, danni minuri kkawżati fuq proprjetà jew ir-rimborż ta' depożitu fuq kera. Ma tkun meħtieġa l-ebda dehra quddiem il-qorti jekk it-talba ma tiġix ikkontestata. Jekk it-talba tiġi kkontestata u ma jkunx jista' jintlaħaq ftehim 'il barra mill-qorti, il-kawża titressaq quddiem imħallef tal-Qorti tad-Distrett (District Court) li l-ordni tagħha tista’ tiġi appellata quddiem is-Circuit Court.

Il-Qorti Kummerċjali

Il-Qorti tal-Kummerċ effettivament hija diviżjoni speċjalizzata tal-High Court. Waħda mill-karatteristiċi ewlenin tagħha hija l-abbiltà li tittratta l-kawżi fil-pront. Sabiex tilħaq dan l-għan, hi għandha l-proċeduri tagħha stess, li huma mfassla apposta biex iħaffu l-kwistjonijiet li jkunu fuq il-lista. Dawn il-proċedimenti huma rregolati mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOrdni 63A tar-Regoli tal-Qrati Superjuri.

Il-Qorti tisma' kwistjonijiet li huma kkategorizzati bħala "proċedimenti kummerċjali" fil-qafas tal-Ordni 63A, regola 1. Dawn jinkludu tilwimiet li jaffettwaw id-dritt soċjetarju, il-liġi tal-insolvenza, il-proprjetà intellettwali, il-kostruzzjoni, il-liġi amministrattiva u l-liġi kostituzzjonali. Sabiex tiġi milqugħa quddiem il-Qorti skont l-Ordni 63A, regola 1(a), it-talba jew il-kontrotalba tal-azzjoni jrid ikollha valur ta’ mill-inqas EUR 1,000,000. Ma hemm l-ebda limitu fir-rigward ta’ kawżi ammessi skont ir-regola 1(b), li tagħti d-diskrezzjoni lill-Imħallef tal-Qorti Kummerċjali.

Il-Qorti dwar it-Trattament tad-Droga

Il-Programm tal-Qorti dwar it-Trattament tad-Droga (DTC) jopera fil-Qorti tad-Distrett. Hu joffri lid-dipendenti tad-droga misjuba ħatja ta’ delitti li ma jinvolvux vjolenza, l-opportunità li joħorġu miċ-ċiklu vizzjuż tad-drogi, tal-kriminalità u tal-ħabs. Il-kandidati ammissibbli huma evalwati abbażi tal-motivazzjoni tagħhom li jimpenjaw ruħhom fil-programm.

Tribunali Oħra

Hemm għadd ta’ tribunali li jisimgħu l-appelli tat-taxxa fuq l-introjtu, tal-intitolamenti tal-benessri soċjali, ma' talbiet imressqa fil-qafas tal-leġiżlazzjoni dwar l-Ugwaljanza, ma' applikazzjonijiet tal-immigrazzjoni, u ma' kwistjonijiet li jirrigwardaw l-ippjanar tal-ibliet u l-impjiegi. Dawn it-tribunali mhumiex ippreseduti minn imħallfin iżda minn speċjalisti kkwalifikati, u d-deċiżjonijiet tagħhom huma soġġetti għal appell jew għal rieżami mis-Circuit Court jew mill-High Court.

L-aħħar aġġornament: 18/01/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Qrati speċjalizzati nazzjonali - Greċja

Din it-taqsima tagħtik informazzjoni dwar l-organizzazzjoni ta’ qrati speċjalizzati fil-Greċja.

Il-Qorti tal-Awditjar

Il-Qorti tal-Awditjar (Ελεγκτικό Συνέδριο), prevista fl-Artikolu 98 tal-Kostituzzjoni Griega, hija qorti għolja ta’ natura doppja, bi dmirijiet ġudizzjarji u amministrattivi. Hija żżomm in-natura ġudizzjarju tagħha meta teżerċita setgħat amministrattivi. Il-kompożizzjoni tal-Qorti tal-Awditjar hija ekwivalenti għal dik tal-Kunsill tal-Istat. Il-Qorti tal-Awditjar teżerċita s-setgħat ġudizzjarji tagħha fis-Sessjoni Plenarja (Ολομέλεια), tliet Sezzjonijiet (τμήματα) u Unitajiet (κλιμάκια).

Is-setgħat ewlenin tagħha huma:

  • in-nefqa tal-awditjar mill-Istat u l-gvernijiet lokali jew persuni ġuridiċi oħra rregolati mil-liġi pubblika;
  • il-kuntratti tal-awditjar ta’ valur finanzjarju kbir li għalihom l-Istat jew persuna bi status ekwivalenti hija kontroparti;
  • l-awditjar tal-kontijiet ta’ uffiċjali tal-kontabilità pubblika u gvernijiet lokali jew persuni ġuridiċi oħra rregolati mil-liġi pubblika;
  • l-għoti ta’ opinjonijiet dwar proposti leġiżlattivi dwar il-pensjonijiet jew ir-rikonoxximent tas-servizz għall-intitolamenti tal-pensjoni;
  • l-abbozzar u l-preżentazzjoni ta’ rapport lill-Parlament dwar id-dħul u l-infiq tal-gvern u l-karta tal-bilanċ;
  • is-smigħ ta’ litigazzjoni dwar l-għoti ta’ pensjonijiet;
  • is-smigħ ta’ kawżi relatati mar-responsabbiltà ta’ uffiċjali ċivili jew militari għal kwalunkwe dannu kkawżat lill-Istat, kemm jekk intenzjonalment kif ukoll jekk b’negliġenza.

Is-sentenzi tal-Qorti tal-Awditjar mhumiex soġġetti għall-awtorità ġudizzjarja tal-Kunsill tal-Istat.

Qrati speċjalizzati oħra

Qrati marzjali (στρατοδικεία), qrati navali (ναυτοδικεία) u qrati tal-forza tal-ajru (αεροδικεία)

Dawn huma qrati speċjali kriminali. Ir-reati kollha mwettqa minn persunal militari fl-armata, fil-flotta jew fil-forza tal-ajru (mingħajr eċċezzjoni) huma soġġetti għall-ġuriżdizzjoni tal-qrati msemmija hawn fuq.

Qorti Suprema Speċjali

Il-Qorti Suprema Speċjali (Ανώτατο Ειδικό Δικαστήριο) hija qorti speċjalizzata, simili għal Qorti Kostituzzjonali fis-sens li l-biċċa l-kbira tat-tilwim fil-ġuriżdizzjoni tagħha huwa ta’ natura kostituzzjonali. Il-Qorti hija prevista fl-Artikolu 100 tal-Kostituzzjoni Griega u hija responsabbli biex tiddeċiedi dwar il-validità tal-elezzjonijiet parlamentari, tneħħi l-Membri tal-Parlament mill-kariga jew issolvi kunflitti bejn it-tliet qrati għolja tal-Greċja. Is-sentenzi tal-Qorti Suprema Speċjali huma finali u ma jistgħux jiġu appellati.

Il-Qorti hija magħmula mill-President tal-Kunsill tal-Istat, il-President tal-Qorti Suprema (Άρειος Πάγος), il-President tal-Qorti tal-Awditjar, erba’ Kunsillieri tal-Kunsill tal-Istat u erba’ Kunsillieri tal-Qorti Suprema (maħtura bix-xorti kull sena oħra).

Il-Qorti hija ppreseduta mill-President li jkollu l-itwal mandat fi ħdan il-Kunsill tal-Istat jew il-Qorti Suprema. Meta tisma’ kawżi li jinvolvu r-riżoluzzjoni ta’ kunflitti u tilwim dwar il-kostituzzjonalità jew l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet legali, il-Qorti tinkludi żewġ professuri stabbiliti ta’ skejjel tad-dritt tal-universitajiet Griegi.

Qorti Speċjali għal Każijiet bi Proċess Terminat u Dikjarat Null

Il-Qorti Speċjali għal Każijiet bi Proċess Terminat u Dikjarat Null (Ειδικό Δικαστήριο Αγωγών Κακοδικίας) hija prevista fl-Artikolu 99 tal-Kostituzzjoni u l-Liġi 693/1977 u tisma’ każijiet bi proċess terminat u dikjarat null kontra uffiċjali ġudizzjarji. Il-Qorti hija komposta mill-President tal-Kunsill tal-Istat, li jaġixxi bħala President, Kunsillier tal-Kunsill tal-Istat, Kunsillier tal-Qorti Suprema, Kunsillier tal-Qorti tal-Awditjar, żewġ professuri stabbiliti ta’ skejjel tad-dritt tal-universitajiet Griegi u żewġ avukati (membri tal-Bord tad-Dixxiplina Suprema tal-avukati, maħtura bix-xorti).

Qorti Speċjali li Tiġġudika dwar ir-Responsabbiltà tal-Ministri

Il-Qorti Speċjali li Tiġġudika dwar ir-Responsabbiltà tal-Ministri (Ειδικό Δικαστήριο Ευθύνης Υπουργών) hija prevista fl-Artikolu 86 tal-Kostituzzjoni.

Hija stabbilita għal każijiet speċifiċi u hija komposta minn sitt membri tal-Kunsill tal-Istat u seba’ membri tal-Qorti Suprema, magħżula bix-xorti mill-Ispeaker tal-Parlament wara li jinbdew proċedimenti legali. Is-seduti ta’ smigħ jieħdu l-forma ta’ sessjoni pubblika tal-Parlament u huma ppreseduti mill-membri taż-żewġ qrati superjuri msemmija hawn fuq. Dawn il-membri jridu jkunu nħatru jew ġew promossi għall-grad attwali tagħhom qabel ma tiġi ppreżentata proposta biex jinbdew proċedimenti legali. Jippresjiedi l-membru bl-ogħla klassifikazzjoni fost il-membri tal-Qorti Suprema magħżul(a) bil-polza. Jekk aktar minn membru wieħed ikollu l-istess grad, il-membru bl-itwal karriera bejniethom jippresjiedi. Membru tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tal-Qorti Suprema jew viċi, it-tnejn li huma magħżula bix-xorti, jaġixxi bħala Prosekutur Pubbliku.

Din il-Qorti Speċjali hija responsabbli biex tipproċessa reati kriminali mwettqa minn ministri tal-gvern u segretarji parlamentari ministri waqt li kienu fil-kariga, dment li l-każijiet ikunu ġew riferuti lill-Qorti mill-Parlament.

Qorti Speċjali għat-Tilwim dwar ir-Remunerazzjoni ta’ Uffiċjali Ġudizzjarji

Il-Qorti Speċjali għal Tilwim dwar ir-Remunerazzjoni tal-Uffiċjali Ġudizzjarji (Ειδικό Δικαστήριο Μισθολογικών Διαφορών Δικαστικών Λειτουργών) hija prevista fl-Artikolu 88 tal-Kostituzzjoni.

Hija ffurmata mill-membri tal-Qorti Speċjali previsti fl-Artikolu 99 tal-Kostituzzjoni, bil-parteċipazzjoni ta’ professur stabbilit addizzjonali u avukat addizzjonali.

Il-Qorti hija responsabbli biex tisma’ tilwim dwar (it-tipi kollha ta’) remunerazzjoni u pensjonijiet ta’ uffiċjali ġudizzjarji jekk ir-riżoluzzjoni tal-kwistjonijiet legali x’aktarx li tinfluwenza s-salarju, il-pensjoni jew l-istatus tat-taxxa ta’ numru akbar ta’ uffiċjali.

Bażijiet tad-data legali

Is-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida tal-Qorti tal-Awdituri fih sommarju ta’ għadd indikattiv ta’ sentenzi.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti tal-Awditjar

L-aħħar aġġornament: 29/01/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Qrati speċjalizzati nazzjonali - Spanja

L-Artikolu 117 tal-Kostituzzjoni Spanjola tal-1978 jistabbilixxi l-prinċipju tal-unità ġuriżdizzjonali li hija l-bażi għall-organizzazzjoni u l-operat tal-qrati tal-pajjiż.

Fis-sistema legali Spanjola, il-ġuriżdizzjoni ordinarja hija maqsuma f’erba’ oqsma tad-dritt: ċivili, kriminali, amministrattiva u soċjali kuntenzjuża jew industrijali.

Minbarra l-erba’ oqsma tad-dritt tal-ġuriżdizzjoni ordinarja, l-ordinament ġuridiku Spanjol jirrikonoxxi l-ġuriżdizzjoni militari, li hija parti integrali mis-Sistema Ġudizzjarja tal-Istat (Poder Judicial del Estado) u hija vestita esklussivament fil-qrati militari stabbiliti mil-liġi.

Il-kunflitti ta’ ġuriżdizzjoni bejn il-qrati ta’ kwalunkwe qasam tad-dritt tal-ġuriżdizzjoni ordinarja u l-qrati militari jiġu riżolti minn awla speċjali tal-Qorti Suprema (Tribunal Supremo) — l-Awla tal-Kunflitti tal-Ġuriżdizzjoni (Sala de Conflictos de Jurisdicción) — li tinkludi l-Prim Imħallef tal-Qorti Suprema, żewġ maġistrati mill-awla tal-Qorti Suprema għall-qasam tad-dritt fejn iseħħ il-konflitt u żewġ maġistrati mill-Awla għall-Kwistjonijiet Militari (Sala de lo Militar). Dawn jinħatru mill-Plenarja tal-Kunsill Ġenerali tal-Ġudikatura (Consejo General del Poder Judicial).

Fl-oqsma tad-dritt tal-ġuriżdizzjoni ordinarja, xi qrati jistgħu jispeċjalizzaw f’suġġett partikolari. Xi eżempji huma l-qrati li jittrattaw il-vjolenza kontra n-nisa, il-qrati kummerċjali, il-qrati ta' viġilanza penitenzjarja, u l-qrati tal-minorenni.

Il-Liġi Organika dwar il-Ġudikatura (Ley Orgánica del Poder Judicial — LOPJ) tipprevedi l-eżistenza tal-qrati speċjalizzati li ġejjin:

IL-QRATI KUMMERĊJALI

Il-Qrati Kummerċjali (Juzgados de lo Mercantil), li ilhom joperaw mill-1 ta’ Settembru 2004, huma qrati speċjalizzati. Huma jagħmlu parti mis-sistema ġuriżdizzjonali ċivili.

ĠURIŻDIZZJONI TERRITORJALI

B’mod ġenerali, kull provinċja għandha mill-inqas qorti kummerċjali waħda — ibbażata fil-belt kapitali provinċjali — b’ġuriżdizzjoni fil-provinċja kollha.

Il-qrati kummerċjali jistgħu wkoll jiġu stabbiliti fi bliet oħrajn li ma jkunux il-belt kapitali provinċjali fejn id-daqs tal-popolazzjoni, l-eżistenza ta’ ċentri industrijali jew kummerċjali jew l-attività ekonomika jiġġustifikawhom. Il-firxa tal-ġuriżdizzjoni ta’ dawn il-qrati tiġi stabbilita skont ir-rekwiżiti ta’ kull każ partikolari.

Il-qrati kummerċjali jistgħu jiġu stabbiliti b’ġuriżdizzjoni li testendi għal żewġ provinċji jew aktar fl-istess komunità awtonoma.

KOMPETENZI

Il-qrati kummerċjali jisimgħu kawżi b’rabta mal-insolvenza, skont it-termini speċifikati fil-liġi regolatorja tagħhom.

Il-qrati kummerċjali jisimgħu wkoll kwistjonijiet li jaqgħu fis-sistema ġuriżdizzjonali ċivili, inklużi talbiet fejn jiġu eżerċitati drittijiet ta’ azzjoni relatati ma’ kompetizzjoni inġusta, ma’ proprjetà industrijali, ma’ proprjetà intellettwali u ma’ reklamar, kif ukoll dawk l-azzjonijiet kollha li, f’din is-sistema ġuriżdizzjonali, jiġu ppreżentati skont ir-regolamenti li jirregolaw il-kumpaniji kummerċjali u l-kooperattivi.

Il-qrati kummerċjali għandhom ġuriżdizzjoni biex jirrikonoxxu u jeżegwixxu sentenzi barranin u deċiżjonijiet legali u ta’ arbitraġġ oħrajn meta dawn ikunu relatati ma’ kwistjonijiet koperti mill-ġuriżdizzjoni tagħhom, sakemm ma jkunux suppost jinstemgħu minn qorti oħra skont trattati internazzjonali u regoli oħrajn.

APPELLI

Il-Qrati Provinċjali jisimgħu l-appelli previsti mil-liġi kontra deċiżjonijiet mogħtija fl-ewwel istanza mill-qrati kummerċjali, bl-eċċezzjoni ta’ dawk mogħtija f’kawżi ta’ insolvenza li jsolvu kwistjonijiet industrijali, li fihom waħda jew aktar mit-Taqsimiet tagħhom tkun trid tkun speċjalizzata, skont id-dispożizzjonijiet tal-LOPJ.

L-LOPJ jipprevedi li jistgħu jiġu ppreżentati iktar appelli fil-każijiet li jsemmi.

IL-QRATI TAT-TRADE MARKS KOMUNITARJI

Il-Qrati tat-Trademarks Komunitarji (Juzgados de Marca Comunitaria) huma l-Qrati Kummerċjali ta’ Alicante peress li jeżerċitaw il-ġuriżdizzjoni tagħhom li jisimgħu esklussivament u fl-ewwel istanza dawk il-kawżi kollha li jiġu ppreżentati fid-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta’ Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja, u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta’ Diċembru 2001 dwar id-disinji Komunitarji.

Fl-eżerċizzju ta’ din il-ġuriżdizzjoni, il-ġuriżdizzjoni ta’ dawn il-qrati testendi għat-territorju nazzjonali ta’ Spanja kollu u għal dawn l-iskopijiet biss jissejħu Qrati tat-Trade Marks Komunitarji.

Huma jagħmlu parti mis-sistema ġuriżdizzjonali ċivili.

Barra minn hekk, it-Taqsima Speċjalizzata jew it-Taqsimiet Speċjalizzati tal-Qorti Provinċjali ta’ Alicante jisimgħu wkoll, esklussivament u fit-tieni istanza, dawk l-appelli kollha msemmija fl-Artikolu 101 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 tal-20 ta’ Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja, u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta’ Diċembru 2001 dwar id-disinji Komunitarji. Fl-eżerċizzju ta’ din il-ġuriżdizzjoni, il-ġuriżdizzjoni ta’ dawn il-qrati testendi għat-territorju nazzjonali ta’ Spanja kollu u għal dawn l-iskopijiet biss jissejħu Qrati tat-Trade Marks Komunitarji.

IL-QRATI TA' VIĠILANZA PENITENZJARJA

Il-Qrati ta' Viġilanza Penitenzjarja (Juzgados de Vigilancia Penitenciaria) iwettqu l-funzjonijiet ġuriżdizzjonali stabbiliti fil-Liġi Penitenzjarja Ġenerali (Ley General Penitenciaria) fil-kwistjoni tal-eżekuzzjoni ta’ sentenzi ta’ kustodja u miżuri ta’ sigurtà, bl-eżerċizzju ta’ kontroll ġuriżdizzjonali fuq is-setgħa dixxiplinarja tal-awtoritajiet penitenzjarji, il-protezzjoni tad-drittijiet u l-benefiċċji tad-detenuti fil-ħabsijiet u fi kwistjonijiet oħrajn kif speċifikat mil-liġi. Huma jagħmlu parti mis-sistema ġuriżdizzjonali kriminali.

ĠURIŻDIZZJONI TERRITORJALI

Fis-sistema ġuriżdizzjonali kriminali, kull provinċja għandha Qorti ta' Viġilanza Penitenzjarja waħda jew iktar.

Il-belt ta’ Madrid għandha Qorti ta' Viġilanza Penitenzjarja Ċentrali waħda jew aktar bil-ġuriżdizzjoni għal Spanja kollha.

KOMPETENZI

Il-Qrati ta' Viġilanza Penitenzjarja jwettqu l-funzjonijiet ġuriżdizzjonali stabbiliti fil-Liġi Penitenzjarja Ġenerali fil-kwistjoni tal-eżekuzzjoni ta’ sentenzi ta’ kustodja u miżuri ta’ sigurtà, bl-eżerċizzju ta’ kontroll ġuriżdizzjonali fuq is-setgħa dixxiplinarja tal-awtoritajiet penitenzjarji, il-protezzjoni tad-drittijiet u l-benefiċċji tad-detenuti fil-ħabsijiet u fi kwistjonijiet oħrajn kif speċifikat mil-liġi.

APPELLI

Il-Qrati Provinċjali jisimgħu l-appelli previsti mil-liġi kontra deċiżjonijiet mogħtija mill-Qrati ta' Viġilanza Penitenzjarja.

L-LOPJ jipprevedi li jistgħu jiġu ppreżentati iktar appelli fil-każijiet li jsemmi.

Il-Qrati tal-Minorenni

ĠURIŻDIZZJONI TERRITORJALI

Kull provinċja għandha mill-inqas Qorti tal-Minorenni waħda (Juzgado de Menores) — ibbażata fil-belt kapitali provinċjali — b’ġuriżdizzjoni fil-provinċja kollha.

Il-belt ta’ Madrid għandha Qorti tal-Minorenni Ċentrali b’ġuriżdizzjoni għal Spanja kollha li tisma’ dawk il-każijiet li ġew allokati lilha bil-leġiżlazzjoni li tirregola r-responsabbiltà kriminali tal-minorenni.

KOMPETENZI

Il-qrati tal-minorenni huma kompetenti li jisimgħu kawżi li jinvolvu reati allegati mwettqa minn persuni li għandhom bejn l-14 u t-18-il sena.

L-imħallfin fil-Qrati tal-Minorenni jwettqu l-funzjonijiet stabbiliti fil-liġijiet relatati ma’ minorenni li jkunu wettqu azzjonijiet ikklassifikati bħala delitti, kif ukoll iwettqu dawk il-funzjonijiet li, fir-rigward tal-minorenni, jiġu allokati lilhom bil-liġi.

APPELLI

Il-Qrati Provinċjali jisimgħu l-appelli previsti mil-liġi kontra deċiżjonijiet mogħtija mill-Qrati tal-Minorenni provinċjali.

L-LOPJ jipprevedi li jistgħu jiġu ppreżentati iktar appelli fil-każijiet li jsemmi.

IL-QRATI LI JITTRATTAW IL-VJOLENZA KONTRA N-NISA

ĠURIŻDIZZJONI TERRITORJALI

Kull distrett għandu tal-inqas Qorti waħda li Tittratta l-Vjolenza kontra n-Nisa (Juzgado de Violencia sobre la Mujer) — ibbażata fil-belt kapitali distrettwali — b’ġuriżdizzjoni fuq il-provinċja kollha. Huma jieħdu isimhom mill-muniċipalità fejn ikunu bbażati.

Il-Gvern, wara proposta tal-Kunsill Ġenerali tal-Ġudikatura u, meta jkun applikabbli, soġġett għal rapport mill-gvern tal-komunità awtonoma fil-każijiet fejn l-amministrazzjoni tal-ġustizzja tkun ġiet devoluta lil dik il-komunità awtonoma, permezz ta’ Digriet Irjali jista’ jestendi l-ġuriżdizzjoni ta’ Qrati speċifiċi li Jittrattaw il-Vjolenza kontra n-Nisa għal żewġ distretti jew aktar fl-istess provinċja.

Il-Kunsill Ġenerali tal-Ġudikatura jista’ jaqbel, soġġett għal rapport mill-Awli tal-Gvern (Salas de Gobierno), li f’dawk il-ġuriżdizzjonijiet fejn ikun meħtieġ u skont l-għadd ta’ kawżi pendenti, kawżi ttrattati minn dawn il-Qrati jistgħu jinstemgħu minn Qorti tal-Ewwel Istanza u tal-Investigazzjonijiet Preliminari (Juzgado de Primera Instancia e Instrucción) jew Qorti Kriminali Lokali (Juzgado de Instrucción), kif ikun applikabbli.

F’distretti fejn ikun hemm biss Qorti tal-Ewwel Istanza u tal-Investigazzjonijiet Preliminari, il-qorti li tisma’ kawżi koperti mill-ġuriżdizzjoni tal-Qrati li Jittrattaw il-Vjolenza fuq in-Nisa tkun hi.

Huma jagħmlu parti mis-sistema ġuriżdizzjonali kriminali.

KOMPETENZI

Fis-sistema kriminali u f’konformità f’kull każ mal-proċeduri u l-appelli previsti mill-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali (Ley de Enjuiciamiento Criminal), il-Qrati li Jittrattaw il-Vjolenza kontra n-Nisa, fost l-oħrajn, jisimgħu l-materji li ġejjin:

  • Investigazzjoni ta’ allegazzjonijiet ta’ responsabilità penali li jirriżultaw mir-reati elenkati fit-titoli tal-Kodiċi Kriminali (Código Penal) relatati mal-omiċidji, l-abort, l-offiża fuq il-persuna, l-offiża fuq il-persuna tal-fetu, iċ-ċaħda tal-libertà, reati kontra l-integrità morali, kontra l-libertà sesswali, kontra d-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tal-immaġni u r-reputazzjoni personali jew kwalunkwe reat ieħor imwettaq bi vjolenza jew intimidazzjoni, meta dawn ir-reati jkunu twettqu kontra mart l-aggressur jew dik li kienet martu qabel, jew mara li qiegħda jew kienet f’relazzjoni sentimentali komparabbli mal-aggressur, kemm jekk tgħix miegħu u kemm jekk le, kif ukoll dawk imwettqa kontra d-dixxendenti tal-aggressur, ta’ martu jew tas-sieħba konviventi tiegħu, jew kontra minorenni jew persuni b’diżabilità rikonoxxuti legalment li jgħixu mal-aggressur jew taħt l-awtorità de facto, il-protezzjoni, it-tutela, il-kura jew il-kustodja tal-mara jew tas-sieħba konviventi, inkluż meta jkun seħħ att ta’ vjolenza sessista.
  • Investigazzjoni ta’ allegazzjonijiet ta’ responsabbiltà kriminali li jirriżultaw minn kwalunkwe reat kontra d-drittijiet u d-dmirijiet tal-familja, meta l-vittma tkun kwalunkwe waħda mill-persuni msemmija fil-paragrafu preċedenti.
  • Il-ħruġ ta’ ordnijiet ta’ protezzjoni korrispondenti lill-vittmi, mingħajr preġudizzju għall-awtorità ta’ l-Imħallef tal-Għassa (Juez de Guardia).
  • Is-smigħ u t-teħid ta’ deċiżjoni dwar ir-reati minuri li għandhom il-ġuriżdizzjoni fuqhom skont il-liġi, meta l-vittma tkun waħda mill-persuni msemmija fil-paragrafu ta’ iktar ’il fuq.
  • Il-ħruġ u l-eżekuzzjoni ta’ strumenti ta’ rikonoxximent reċiproku relatati ma’ deċiżjonijiet kriminali fl-Unjoni Ewropea li jkollhom ġuriżdizzjoni fuqhom.
  • Investigazzjoni ta’ allegazzjonijiet għal responsabbiltà kriminali li jirriżultaw minn infrazzjoni prevista u kkastigata skont l-Artikolu 468 tal-Kodiċi Kriminali meta l-vittma tar-reat li l-piena, il-miżura ta’ prekawzjoni jew il-miżura ta’ sigurtà marbuta magħha tkun ġiet infrazzjonata tkun mart l-aggressur jew dik li kienet martu qabel, jew mara li qiegħda jew kienet f’relazzjoni sentimentali komparabbli mal-aggressur, kemm jekk tgħix miegħu u kemm jekk le, kif ukoll dak imwettaq kontra d-dixxendenti tal-aggressur, ta’ martu jew tas-sieħba konviventi tiegħu, jew kontra minorenni jew persuni b’diżabilità rikonoxxuti legalment li jgħixu mal-aggressur jew taħt l-awtorità, il-protezzjoni, it-tutela jew il-kura tal-mara jew tas-sieħba konviventi.

Fis-sistema ċivili u f’konformità f’kull każ mal-proċeduri u l-appelli previsti mill-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili (Ley de Enjuiciamiento Civil), il-Qrati li Jittrattaw il-Vjolenza kontra n-Nisa, fost l-oħrajn, jisimgħu l-materji li ġejjin:

  • Dawk relatati mal-filjazzjoni, il-maternità u l-paternità.
  • Dawk relatati mal-annullament taż-żwieġ, is-separazzjoni u d-divorzju.
  • Dawk relatati mar-relazzjonijiet bejn il-missier u wliedu.
  • Dawk maħsuba biex jadottaw jew jimmodifikaw miżuri relatati ma’ kwistjonijiet tal-familja.
  • Dawk relatati esklużivament mal-kustodja tat-tfal jew ma’ ħlasijiet ta’ manteniment mitluba minn proġenitur wieħed kontra l-ieħor f’isem it-tfal.
  • Dawk relatati mal-ħtieġa għall-approvazzjoni tal-adozzjoni.
  • Dawk maħsuba biex jikkontestaw deċiżjonijiet amministrattivi dwar il-protezzjoni tal-minuri.

Fis-sistema ċivili, il-Qrati li Jittrattaw il-Vjolenza kontra n-Nisa għandhom ġuriżdizzjoni esklussiva u eskludenti meta l-kundizzjonijiet li ġejjin jikkoinċidu:

  • Fil-każ ta’ proċedimenti ċivili relatati ma’ kwalunkwe waħda mill-kwistjonijiet speċifikati fil-paragrafu preċedenti.
  • Meta waħda mill-partijiet fil-proċedimenti ċivili tkun il-vittma ta’ atti ta’ vjolenza sessista.
  • Meta waħda mill-partijiet fil-proċedimenti ċivili tkun akkużata li tkun l-awtur, l-istigatur jew kompliċi neċessarju biex jitwettqu atti ta’ vjolenza sessista.
  • Meta jkunu ttieħdu passi kriminali quddiem il-Qrati li Jittrattaw il-Vjolenza kontra n-Nisa fir-rigward ta’ delitti jew kontravvenzjonijiet li jirriżultaw minn att ta’ vjolenza kontra n-nisa, jew tkun inħarġet ordni ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ vittma ta’ vjolenza sessista.

Meta l-imħallef isostni li l-azzjonijiet li l-qorti ġiet infurmata bihom ma jikkostitwux inkontestabbilment espressjoni ta’ vjolenza sessista, l-imħallef jista’ jiċħad it-talba, billi jirrinvijaha lill-qorti rilevanti.

F’dawn il-każijiet kollha mhix permessa l-medjazzjoni.

APPELLI

Il-Qrati Provinċjali jisimgħu l-appelli previsti mil-liġi kontra deċiżjonijiet mogħtija mill-Qrati provinċjali li Jittrattaw il-Vjolenza kontra n-Nisa.

L-LOPJ jipprevedi li jistgħu jiġu ppreżentati iktar appelli fil-każijiet li jsemmi.

QRATI SPEĊJALIZZATI MAĦLUQA B’RIŻOLUZZJONI TAL-KUNSILL ĠENERALI TAL-ĠUDIKATURA

Fi Spanja, u mingħajr ma jiġi affettwat il-prinċipju ta’ unità ġuriżdizzjonali sa fejn dawn jiffurmaw parti mill-ħames sistemi ġuriżdizzjonali, il-qrati speċjalizzati jistgħu jiġu stabbiliti bil-Liġi Organika dwar il-Ġudikatura, bħalma huwa l-każ tal-Qrati Kummerċjali, il-Qrati tal-Minorenni u l-Qrati li Jittrattaw il-Vjolenza kontra n-Nisa, iżda mhux biss. Huma jistgħu jiġu stabbiliti wkoll mill-Kunsill Ġenerali tal-Ġudikatura skont l-Artikolu 98 tal-istess liġi, bħal fil-każ tal-Qrati tal-Familja (Juzgados de Familia), il-Qrati tal-Eżekuzzjoni Ipotekarja (Juzgados de Ejecución Hipotecaria) u l-Qrati tal-Eżekuzzjoni (Juzgados de Ejecutorias).

Qrati speċjalizzati oħrajn

L-Artikolu 117 tat-Titolu VI dwar il-ġudikatura, tal-Kostituzzjoni Spanjola tal-1978 jistabbilixxi l-prinċipju tal-unità ġuriżdizzjonali li hija l-bażi għall-organizzazzjoni u l-operat tal-qrati tal-pajjiż.

Dan il-prinċipju huwa rifless fl-eżistenza ta’ ġuriżdizzjoni unika magħmula minn korp wieħed ta’ mħallfin u maġistrati li jikkostitwixxu l-ġuriżdizzjoni ordinarja.

Il-Kostituzzjoni Spanjola tistabbilixxi li l-ġustizzja ġejja mill-poplu u hija amministrata f’isem ir-Re mill-imħallfin u l-maġistrati membri tal-ġudikatura li għandhom ikunu indipendenti, għandu jkollhom garanzija li jżommu l-kariga tagħhom, għandhom ikunu responsabbli għall-atti tagħhom u soġġetti biss għall-istat tad-dritt.

L-imħallfin u l-maġistrati jistgħu jitkeċċew, jiġu sospiżi, jiġu ttrasferiti jew jiġu rtirati biss għar-raġunijiet previsti mil-liġi u soġġetti għas-salvagwardji tagħha.

L-eżerċizzju ta’ awtorità ġudizzjarja f’kull tip ta’ proċess, kemm fit-teħid tad-deċiżjonijiet kif ukoll fl-eżekuzzjoni tas-sentenzi, hija vestita esklussivament fil-qrati stabbiliti mil-liġi, skont ir-regoli tal-kompetenza u l-proċedura li stabbiliti minnhom.

Il-qrati ma għandhom jeżerċitaw l-ebda setgħa oħra għajr dawk indikati fis-subartikolu preċedenti u dawk li huma espressament allokati lilhom mil-liġi bħala garanzija ta’ kull dritt.

Barra l-ġudikatura, il-Kostituzzjoni nnifisha tipprevedi, taħt Titoli differenti, l-eżistenza ta’ żewġ qrati kostituzzjonali. Dawn igawdu indipendenza u imparzjalità sħaħ u huma suġġetti biss għall-istat tad-dritt.

Dawn huma l-Qorti Kostituzzjonali (Tribunal Constitucional) u l-Qorti tal-Awdituri (Tribunal de Cuentas).

IL-QORTI KOSTITUZZJONALI

Il-Qorti Kostituzzjonali Spanjola mhijiex parti mill-ġudikatura.

Hija l-interpretu suprem tal-Kostituzzjoni, indipendenti mill-korpi kostituzzjonali l-oħrajn u hija soġġetta biss għall-Kostituzzjoni u l-Liġi Organika korrispondenti.

Hija unika fil-ġurisdizzjoni tagħha, li testendi għat-territorju Spanjol kollu.

KOMPOŻIZZJONI

Hija magħmula minn tnax-il maġistrat maħtura mir-Re. Erbgħa minn dawk il-maġistrati jiġu proposti mill-Kungress tad-Deputati (Congreso de los Diputados), li jeħtieġu maġġoranza ta’ tliet kwinti tal-membri tagħha; erbgħa jiġu proposti mis-Senat (Senado), u jeħtieġu l-istess maġġoranza; tnejn jiġu proposti mill-Gvern u tnejn jiġu proposti mill-Kunsill Ġenerali tal-Ġudikatura. Il-maġistrati maħtura jeleġġu Prim Imħallef u Viċi Prim Imħallef minn fosthom.

KOMPETENZI

Il-Qorti Kostituzzjonali tisma’ l-kawżi fil-każijiet u fil-forma stabbiliti mil-liġi, inklużi:

  • Appelli fuq kwistjonijiet ta’ antikostituzzjonalità kontra liġijiet, dispożizzjonijiet regolatorji jew atti bis-saħħa tal-liġi.
  • Appelli relatati mal-ksur tad-drittijiet u l-libertajiet ċivili kif elenkati fl-Artikolu 53(2) tal-Kostituzzjoni.
  • Kunflitti kostituzzjonali ta’ ġuriżdizzjoni bejn l-Istat u l-komunitajiet awtonomi jew bejn il-komunitajiet awtonomi.
  • Kunflitti bejn il-korpi kostituzzjonali tal-Istat.
  • Dikjarazzjonijiet dwar il-kostituzzjonalità ta’ trattati internazzjonali.

Għal aktar informazzjoni, ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Kostituzzjonali

IL-QORTI TAL-AWDITURI

Il-Qorti tal-Awdituri hija l-korp ta’ awditjar suprema għall-kontijiet u l-ġestjoni ekonomika tal-Istat u tas-settur pubbliku.

Bla ħsara għall-ġuriżdizzjoni tagħha, il-Qorti tal-Awdituri tifforma parti mil-Leġiżlatura u tirrapporta direttament lill-Parlament Spanjol (Cortes Generales).

KOMPOŻIZZJONI

Hija magħmula minn tnax-il membru, magħrufa bħala Awdituri (Consejeros de Cuentas), li sitta minnhom jinħatru mill-Kungress tad-Deputati u sitta mis-Senat. Huma jgawdu l-istess indipendenza u garanzija li jżommu l-kariga tagħhom, u huma soġġetti għall-istess regoli dwar l-inkompatibbiltà tal-uffiċċju, bħall-imħallfin.

FUNZJONIJIET

Il-Qorti tal-Awdituri hija assenjata żewġ funzjonijiet:

  • Il-funzjoni ta’ awditjar, li hija kkaratterizzata mill-fatt li hija esterna, permanenti u konsumattiva, tikkonsisti fil-verifika ta’ jekk l-attività ekonomika u finanzjarja tas-settur pubbliku tikkonformax mal-prinċipji ta’ legalità, ta’ effiċjenza u ta’ ekonomija.
  • Il-funzjoni ġuriżdizzjonali hija dik tas-smigħ ta’ kawżi ta’ responsabbiltà fiskali kontra persuni inkarigati minn beni, introjti jew effetti pubbliċi, u hija maħsuba biex tikkumpensa l-fondi pubbliċi li jkunu sofrew danni minħabba miżapproprjazzjoni, ġustifikazzjoni inkorretta, mhux kompluta jew nulla jew għal raġunijiet jew azzjonijiet oħrajn.

Għal aktar informazzjoni, ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti tal-Awdituri.

IL-QRATI TAL-KONSWETUDNI

L-Artikolu 125 tal-Kostituzzjoni jirrikonoxxi dawn il-qrati bħala wieħed mill-mezzi ta’ parteċipazzjoni pubblika fl-amministrazzjoni tal-ġustizzja.

L-Artikolu 19 tal-Liġi Organika dwar il-Ġudikatura jirrikonoxxi bħala qrati tal-konswetudni (tribunales consuetudinarios) it-Tribunal tal-Ilmijiet tal-Pjanura ta’ Valenzja (Tribunal de las Aguas de la Vega Valencia) u l-Kunsill tal-Għorrief ta’ Murcia (Consejo de Hombres Buenos de Murcia). It-tnejn li huma huma istituzzjonijiet tad-dritt konswetudinarju li jittrattaw kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-ġestjoni tal-ilma.

Mill-2009 ’l hawn, dawn iż-żewġ qrati Spanjoli tal-konswetudni ġew inklużi fil-Lista Rappreżentattiva tal-Wirt Kulturali Intanġibbli tal-Umanità u jikkostitwixxu prova ħajja tal-kapaċità tal-gruppi umani biex jistabbilixxu demokratikament istituzzjonijiet kumplessi b’bażi soċjali.

IT-TRIBUNAL TAL-ILMIJIET TAL-PJANURA TA’ VALENZJA

Din hija l-eqdem istituzzjoni ġudizzjarja fl-Ewropa.

Hija taġixxi fit-territorju ta’ Valenzja.

Hija magħmula minn tmien membri eletti demokratikament mill-bdiewa tal-Huerta Valenciana (reġjun fertili ta’ Valenzja). L-oqsma ta’ ġuriżdizzjoni tagħha huma d-distribuzzjoni ekwa tal-ilma bejn id-diversi sidien tal-art, ir-riżoluzzjoni ta’ tilwim li jinqala’ bejn il-bdiewa u l-impożizzjoni ta’ pieni għall-ksur tar-Regolamenti tal-Irrigazzjoni.

IL-KUNSILL TAL-GĦORRIEF TA’ MURCIA

Il-Kunsill tal-Għorrief ta’ Murcia jmur lura għaż-żminijiet medjevali. Mill-1849 dan ġie istituzzjonalizzat u rregolat bħala l-qorti suprema tal-ġustizzja għall-Huerta de Murcia (reġjun fertili ta’ Murcia). Il-Kunsill jikkonsisti minn president, segretarju u ħames membri.

Il-Kunsill tal-Għorrief ta’ Murcia jorganizza s-seduti tiegħu pubblikament kull nhar ta’ Ħamis fl-awli tal-awtorità lokali u jsolvi kull każ f’dik is-sessjoni ta’ dik il-ġurnata jew sa mhux aktar tard mis-smigħ li jsegwi. Id-deċiżjonijiet jinħarġu direttament u fuq bażi ta’ votazzjoni b’maġġoranza, għalkemm fil-każ ta’ parità, il-President ikollu l-vot deċiżiv. Il-pieni li jirriżultaw mid-deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Għorrief ta’ Murcia huma esklussivament ta’ natura monetarja. Id-deċiżjonijiet mogħtija minn din il-qorti huma finali, sodi u eżekutorji.

Għal aktar informazzjoni, ara: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kunsill tal-Għorrief.

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIL-KUNSILL ĠENERALI TAL-ĠUDIKATURA SPANJOL

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIL-QORTI KOSTITUZZJONALI SPANJOLA

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIL-QORTI TAL-AWDITURI SPANJOLA

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIL-QRATI TAL-KONSWETUDNI SPANJOLI

L-aħħar aġġornament: 17/01/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Franċiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.

Qrati speċjalizzati nazzjonali - Franza

F’din it-taqsima ssib ħarsa ġenerali lejn il-qrati kostituzzjonali u amministrattivi fi Franza.

Il-Kunsill Kostituzzjonali.

Il-Kunsill Kostituzzjonali (Conseil constitutionnel), maħluq mill-Kostituzzjoni tal-Ħames Repubblika fl-4 ta’ Ottubru 1958, mhuwiex fuq nett ta’ xi ġerarkija ta’ qrati ordinarji jew amministrattivi. Mhuwiex għalhekk Qorti Suprema.

Il-Kunsill Kostituzzjonali huwa magħmul minn disa’ membri u li terz minnhom jiġu sostitwiti kull tliet snin. Il-membri jinħatru għal mandat ta’ disa’ snin li ma jiġġeddidx, tlieta minnhom mill-President tar-Repubblika u tlieta kull wieħed rispettivament mill-Presidenti ta’ kull Kamra tal-Parlament (is-Senat u l-Assemblea Nazzjonali). L-eks Presidenti tar-Repubblika jpoġġu ex officio bħala membri matul ħajjithom tal-Kunsill Kostituzzjonali, sakemm ma jkunux qed iwettqu funzjonijiet li huma inkompatibbli mal-mandat ta’ membru tal-Kunsill, f’liema każ ma jistgħux jieħdu sehem.

Il-President tal-Kunsill Kostituzzjonali jinħatar mill-President tar-Repubblika minn fost il-membri tiegħu.

Ma hemm l-ebda rekwiżit ta’ età jew professjonali biex persuna ssir membru tal-Kunsill Kostituzzjonali. Ir-rwol tal-membru (Conseiller) huwa madankollu inkompatibbli ma’ li persuna tkun membru tal-Gvern jew tal-Kunsill Ekonomiku u Soċjali, kif ukoll ma’ kull kariga eletta. Il-membri huma wkoll soġġetti għall-istess inkompatibilitajiet professjonali bħall-membri tal-Assemblea Nazzjonali u tas-Senat.

Il-Kunsill Kostituzzjonali huwa korp permanenti, li jiltaqa’ ftit jew wisq ta’ spiss skont il-pass tal-punti li jiġi quddiemu. Huwa jiltaqa' u jieħu deċiżjonijiet biss f'seduti plenarji. Id-deliberazzjonijiet huma soġġetti għal regola ta’ kworum li skontha, seba’ mħallfin iridu jkunu preżenti. Fil-każ ta’ parità, il-President ikollu l-vot deċiżiv. M’hemmx lok għal opinjonijiet kuntrarji.

Il-proċedura hija bil-miktub u ssegwi l-prinċipju tal-kontradittorju. Madankollu, b’rabta ma’ kwistjonijiet elettorali ta’ kontenzjoni, il-partijiet jistgħu jagħmlu sottomissjonijiet orali. Barra minn hekk, meta jiġu evalwati l-kwistjonijiet preliminari tal-kostituzzjonalità, il-partijiet jew ir-rappreżentanti tagħhom jinstemgħu waqt is-seduta.

F’termini ta’ suġġett, il-ġuriżdizzjoni tal-Kunsill Kostituzzjonali tista’ tinqasam f’żewġ kategoriji:

Ġuriżdizzjoni f’żewġ tipi ta’ tilwimiet:

Tilwimiet dwar leġiżlazzjoni

Il-Kunsill jieħu deċiżjonijiet dwar il-kostituzzjonalità ex ante (contrôle de constitutionnalité préventif), b'mod indipendenti mill-kunsiderazzjoni tal-kawża effettiva. Il-proċess huwa fakultattiv għal-leġiżlazzjoni ordinarja u impenji internazzjonali, iżda obbligatorju għal-liġijiet istituzzjonali (lois organiques) u għar-regolamenti proċedurali taż-żewġ Kmamar tal-Parlament. It-talbiet jiġu ppreżentati wara li l-Parlament ikun ivvota, iżda qabel ma l-liġi tkun daħlet fis-seħħ jew ġiet ratifikata, qabel ma l-impenn internazzjonali jkun ġie approvat jew qabel ma r-regolamenti proċedurali ta’ kull Kamra tal-Parlament jkunu daħlu fis-seħħ. Għal kwistjonijiet fakultattivi, tista' ssir talba (saisine) jew minn awtorità politika (il-President tar-Repubblika, il-Prim Ministru, il-President tal-Assembla Nazzjonali jew tas-Senat), jew minn 60 deputat jew 60 senatur.

L-istħarriġ tal-kostituzzjonalità f'każijiet eċċezzjonali ġie stabbilit fl-1 ta' Marzu 2010, bid-dħul fis-seħħ tal-“kwistjoni preliminari tal-kostituzzjonalità” (question prioritaire de constitutionnalité).. Wara din id-data, kwalunkwe litigant jista', matul l-iżvolġiment ta’ istanza quddiem il-qorti, jikkontesta l-konformità ta' dispożizzjoni leġiżlattiva mal-liġijiet u l-libertajiet li tiggarantixxi l-Kostituzzjoni. Il-kwistjoni tista’ tiġi rinvijata lill-Kunsill Kostituzzjonali biss jekk ir-rinviju jiġi approvat mill-Kunsill tal-Istat jew mill-Qorti tal-Kassazzjoni; li għandha tagħti l-opinjoni tagħha fi żmien tliet xhur.

Il-Kunsill Kostituzzjonali jiddeċiedi dwar id-diviżjoni tas-setgħat bejn l-istatut leġiżlattiv u r-regolament eżekuttiv. Din il-kwistjoni tista’ tiġi rinvijata lilha jew matul il-proċess leġiżlattiv mill-President tal-Kamra (l-Assemblea Nazzjonali jew is-Senat) li jittratta l-miżura partikolari jew mill-Gvern, jew, wara li jitlesta l-proċess, mill-Prim Ministru, li jista’ jipprova jnaqqas il-grad ta’ miżura li tiġi ppromulgata bħala liġi.

Tilwim dwar elezzjonijiet jew referenda

Il-Kunsill Kostituzzjonali jiddeċiedi dwar ir-regolarità tal-elezzjoni tal-President tar-Repubblika u dwar ir-referenda, u jħabbar r-riżultati tagħhom. Dan jiddeċiedi wkoll dwar il-legalità tal-elezzjoni tal-membri taż-żewġ Kmamar tal-Parlament, u tar-regoli dwar l-eliġibbiltà u l-iskwalifika tagħhom.

Normalment, it-talbiet lill-Kunsill fi kwistjonijiet elettorali jkunu miftuħa għall-votanti kollha, u dawn it-talbiet żdiedu ferm bħala għadd minn mindu għaddiet il-leġiżlazzjoni li torganizza u tikkontrolla l-ispejjeż elettorali. F'dan il-każ il-Kunsill ikun il-qorti tal-appell għall-kandidati fl-elezzjonijiet parlamentari u presidenzjali.

Rwol konsultattiv

Il-Kunsill Kostituzzjonali jagħti opinjoni jekk jiġi uffiċjalment ikkonsultat mill-Kap tal-Istat dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 16 tal-Kostituzzjoni (fuq il-poteri plenarji fi żminijiet ta’ kriżi) u sussegwentement dwar id-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu f’dan il-qafas.

Iktar minn hekk, il-Gvern jikkonsulta lill-Kunsill fuq testi li huma relatati ma’ kif l-elezzjoni tal-President tar-Repubblika u r-referenda għandhom ikunu organizzati.

Id-deċiżjonijiet kollha huma mqassmin fl-istess forma, li tinkludi:

  • ċitazzjonijiet ta’ testi applikabbli u passi proċedurali,
  • ir-raġunijiet stipulati f’paragrafi, li janalizzaw ir-raġunijiet bażi, jispeċifikaw il-prinċipji applikabbli u jirrispondu t-talba, u
  • dispożizzjoni operattiva diviża fi klawsoli li jiddikjaraw li d-deċiżjoni ġiet adottata.

Id-deċiżjonijiet jorbtu lill-istituzzjonijiet tal-gvern u lill-awtoritajiet amministrattivi u ġudizzjarji kollha. Mhuma miftuħin għall-ebda appell. L-awtorità ta’ res judicata ma tapplikax biss għall-parti operattiva tad-deċiżjoni, iżda wkoll għall-argumenti li jipprovduha bil-bażi neċessarja. Madankollu, il-Kunsill Kostituzzjonali jaċċetta talbiet għall-korrezzjoni ta' żball materjali.

Dispożizzjoni li tkun ġiet iddikjarata antikostituzzjonali minn deċiżjoni ex ante ma tistax tiġi adottata jew applikata.

Dispożizzjoni li tiġi ddikjarata antikostituzzjonali wara kwistjoni preliminari ta' kostituzzjonalità tiġi revokata b'effett bil-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill Kostituzzjonali jew minn data sussegwenti stabbilita b'dik id-deċiżjoni. Il-Kunsill Kostituzzjonali jiddetermina l-kundizzjonijiet u l-limiti li bihom l-effetti li pproduċiet id-dispożizzjoni jkunu suxxettibbli li jiġu kkontestati.

L-effett tad-deċiżjonijiet f’tilwim elettorali jvarja minn annullament tal-poloz tal-votazzjoni, għal annullament tal-elezzjonijiet infushom, u jista’ jinkludi dikjarazzjoni li kandidat huwa ineliġibbli u/jew li uffiċjal elett għandu jirriżenja mill-kariga.

Id-deċiżjonijiet jiġu nnotifikati lill-partijiet u ppubblikati fil-gazzetta uffiċjali (Journal officiel de la République française); fil-każ ta’ deċiżjoni ex ante, kwalunkwe applikazzjoni mill-Parlament u osservazzjonijiet mill-Gvern jiġu ppubblikati wkoll.

Finalment, id-deċiżjonijiet kollha mill-ħolqien tal-Kunsill huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-Kunsill Kostituzzjonali.

Qrati amministrattivi

Funzjonijiet tal-qrati amministrattivi

L-atti tal-amministrazzjoni pubblika huma soġġetti għal stħarriġ mill-qrati amministrattivi li huma indipendenti mill-amministrazzjoni nfisha (separazzjoni tal-funzjonijiet amministrattivi u ġudizzjarji) u distinti mill-qrati ordinarji (separazzjoni tal-ġuriżdizzjoni, dualisme judiciaire). L-istħarriġ jista’ jsir ukoll mill-korpi amministrattivi, iżda d-deċiżjonijiet ta’ dawn il-korpi jiġu mbagħad soġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju.

Il-qrati amministrattivi (tribunaux administratifs) huma l-qrati ġenerali tal-liġi amministrattiva tal-prim’istanza. Il-qrati amministrattivi speċjalizzati huma bosta u varji, u jinkludu:

  • il-qrati finanzjarji (l-Uffiċċju Reġjonali tal-Awdituri (chambre régionale des comptes) u l-Qorti tal-Awdituri (Cour des comptes)),
  • il-Qorti Nazzjonali tal-Ażil (Cour nationale du droit d’asile),
  • il-qrati dixxiplinarji professjonali (il-Qorti tad-Dixxiplina tal-Baġit u d-Dixxiplina Finanzjarja, il-Kunsill Suprem tal-Ġudikatura, korpi dixxiplinarji professjonali, qrati tal-università, eċċ).

Bħala regola ġenerali, id-deċiżjonijiet tagħhom jistgħu jkunu appellati quddiem il-Qrati Amministrattivi tal-Appell (cours administratifs d’appel), li d-deċiżjonijiet tagħhom jistgħu min-naħa tagħhom jiġu rieżaminati fuq punt tad-dritt (kassazzjoni) quddiem il-Kunsill tal-Istat (Conseil d’État). Minbarra r-rwol tal-kassazzjoni, fejn huwa jirrieżamina biss l-applikazzjoni korretta tar-regoli ta’ proċedura u l-liġi mid-deċiżjonijiet ikkontestati tal-qorti mressqa quddiemu bl-istess mod bħall-Qorti tal-Kassazzjoni, il-Kunsill tal-Istat huwa wkoll il-qorti tal-ewwel u l-aħħar rikors għal ċertu tilwim, bħal dawk relatati ma’ miżuri regolatorji meħudin minn ministri.

Kunflitti ġuriżdizzjonali bejn żewġ ordnijiet ġudizzjarji jiġu solvuti mill-Qorti tal-Kunflitti (Tribunal des conflits), magħmula b’mod konġunt minn membri tal-Qorti tal-Kassazzjoni u l-Kunsill tal-Istat.

Il-Kunsill Kostituzzjonali għandu jiżgura l-konformità tal-liġijiet mal-Kostituzzjoni; huwa ma jirrieżaminax atti jew azzjonijiet tal-amministrazzjoni.

Struttura interna tal-qrati amministrattivi

Il-Qrati Amministrattivi (li hemm 42 minnhom) u l-Qrati Amministrattivi tal-Appell (li attwalment huma 8 u li dalwaqt isiru 9) huma organizzati f’diviżjonijiet. In-numri u ż-żoni tal-ispeċjalizzazzjoni jvarjaw u jiddependu mill-membri tal-qorti u l-għażliet tal-istruttura interna magħmula mill-kap tal-qorti. Il-Kunsill tal-Istat għandu diviżjoni waħda biss b’funzjoni ġudizzjarja, id-Diviżjoni tat-Tilwim (Section du contentieux); id-diviżjonijiet l-oħra, magħrufa bħala diviżjonijiet amministrattivi, jieħdu ħsieb ir-rwol konsultattiv tal-Kunsill tal-Istat.

Id-Diviżjoni tat-Tilwim hija komposta minn 10 subdiviżjonijiet li jispeċjalizzaw f’tipi differenti ta’ tilwim. Sentenza dwar oqsma tal-liġi amministrattiva ġenerali tingħata minn tnejn minn dawn is-subdiviżjonijiet flimkien (9 membri); Jekk il-każ ikun aktar kumpless jew aktar sensittiv, jista’ jinstema’ mid-Diviżjoni tat-Tilwim (hawnhekk tinkludi l-presidenti tas-subdiviżjonijiet, il-President tad-Diviżjoni tat-Tilwim, u l-viċi presidenti; 17-il membru) jew minn Assemblea tat-Tilwim (Assemblée du contentieux) (li tinkludi l-presidenti tad-diviżjonijiet tal-Kunsill tal-Istat, u tkun ippreseduta mill-Viċi President tal-Kunsill tal-Istat; 13-il membru).

L-istatus tal-membri tal-qrati amministrattivi

Tradizzjonalment il-membri tal-qrati amministrattivi mhumiex definiti bħala “mħallfin” (magistrats) fit-tifsira mogħtija mill-Kostituzzjoni Franċiża, minħabba li dan it-terminu huwa riżervat għall-membri tal-qrati ordinarji. Minflok, l-istatus tagħhom ġej jiġi mill-funzjonijiet tagħhom bħala ħaddiema taċ-ċivil. Huwa għalhekk li għal żmien twil it-testi leġiżlattivi li japplikaw għall-membri tal-qrati amministrattivi ma kienu jinkludu l-ebda regoli speċjali differenti minn dawk li japplikaw għal tipi oħra ta’ ħaddiema taċ-ċivil. Madankollu, matul is-snin 80, din is-sitwazzjoni evolviet biex issaħħaħ l-indipendenza statutorja tal-membri tal-qrati amministrattivi.

Fid-deċiżjoni tiegħu tat-22 ta’ Lulju 1980, il-Kunsill Kostituzzjonali kkonferma l-eżistenza u l-indipendenza tal-qrati amministrattivi, u dawn il-karatteristiċi issa ġew inklużi fost il-prinċipji fundamentali rikonoxxuti mil-liġijiet tar-Repubblika. Għalhekk, l-imħallfin amministrattivi jgawdu minn status speċjali li jiggarantixxi l-indipendenza tagħhom, b’mod partikolari, billi jiżgura li ma jkunux jistgħu jitneħħew mill-kariga tagħhom.

Barra minn hekk, mill-adozzjoni tal-Liġi Nru 2016-483 tal-20 ta’ April 2016 dwar il-kondotta, id-dritt u l-obbligi tal-uffiċjali, tal-membri tal-qrati amministrattivi u tal-qrati amministrattivi tal-appell, huma issa rrikonoxxuti bħala mħallfin (magistrats) b’mod awtonomu (l-Artikolu L. 231-1 tal-Kodiċi tal-Ġustizzja Amministrattiva (code de justice administrative)).

Filwaqt li l-imħallfin tal-qrati ordinarji jiffurmaw struttura unika (corps), l-imħallfin amministrattivi jappartjenu għal żewġ strutturi differenti: wieħed għall-membri tal-Kunsill tal-Istat u wieħed għall-membri tal-qrati amministrattivi inferjuri u l-qrati amministrattivi tal-appell.

Għalkemm ir-regoli applikabbli għalihom li ilhom jinsabu f’diversi biċċiet ta’ leġiżlazzjoni, issa nġabru flimkien fil-Kodiċi tal-Ġustizzja Amministrattiva.

Bażijiet ta’ data legali f’dawn l-oqsma

Bażijiet ta’ data legali fi Franza huma disponibbli fuq l-internet bħala servizz pubbliku. Is-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttps://www.legifrance.gouv.fr/ jinkludi:

  • id-deċiżjonijet tal-Kunsill tal-Istat, il-Qorti tal-Kunflitti, il-qrati amministrattivi tal-appell u għażla ta’ deċiżjonijiet tal-qrati amministrattivi fil-bażi tad-data “JADE” tiegħu; kif ukoll
  • id-deċiżjonijiet tal-Kunsill Kostituzzjonali fil-bażi tad-data “CONSTIT” tiegħu.

L-aċċess għall-bażi tad-data huwa mingħajr ħlas?

Iva l-aċċess għall-bażi tad-data huwa bla ħlas.

Deskrizzjoni qasira tal-kontenut

Il-bażi tad-data “JADE” għandha reġistru ta’ 230 000 deċiżjoni u kull sena jiżdiedu bi 12 000 deċiżjoni, filwaqt li l-bażi tad-data “CONSTIT” għandha reġistru ta’ 3500 deċiżjoni u kull sena jiżdiedu b'150.

Ħoloq relatati

Ġuriżdizzjoni — Franza

L-aħħar aġġornament: 12/05/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Qrati speċjalizzati nazzjonali - il-Kroazja

Il-qrati speċjalizzati huma l-qrati kummerċjali (trgovački sudovi) u l-qrati amministrattivi (upravni sudovi) bħala l-qrati tal-ewwel istanza, u l-Qorti Għolja għal Reati Minuri tar-Repubblika tal-Kroazja tal-Kroazja (Visoki prekršajni sud Republike Hrvatske), l-Qorti Kummerċjali Għolja tar-Repubblika tal-Kroazja (Visoki trgovački sud Republike Hrvatske) u l-Qorti Amministrattiva Għolja tar-Repubblika tal-Kroazja (Visoki upravni sud Republike Hrvatske) huma l-qrati tat-tieni istanza.

Rigward il-ġuriżdizzjoni tagħhom:

Il-qrati kummerċjali

Hemm disa’ qrati kummerċjali fir-Repubblika tal-Kroazja (ta’ Zagreb, Split, Rijeka, Osijek, Bjelovar, Varaždin, Zadar, Pazin, Dubrovnik):

li:

  1. jiddeċiedu dwar kwistjonijiet kontenzjużi u kwistjonijiet mhux kontenzjużi meta preskritti b’liġi speċifika;
  2. jaġixxu fi kwistjonijiet ta’ reġistrazzjoni u jżommu r-reġistri tal-qorti;
  3. jiddeċiedu dwar applikazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mat-twaqqif, l-operat u l-għeluq ta’ kumpanija;
  4. jiddeċiedu dwar proposti biex jitnedew proċedimenti ta’ falliment u jwettqu proċedimenti ta’ qabel il-faliment u ta’ falliment;
  5. jiddeċiedu dwar l-entrati fir-Reġistru tal-Bastimenti u l-Jottijiet f’dawk il-kwistjonijiet li skont il-Kodiċi Marittimu jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qrati kummerċjali, dwar il-limitazzjonijiet tar-responsabbiltajiet tas-sidien tal-bastimenti u l-ilmenti kontra d-deċiżjonijiet aħħarija dwar il-likwidazzjoni permezz tar-responsabbiltà proporzjonali, dejjem jekk il-liġi ma tipprevedix xort’oħra għal xi każ partikolari;
  6. iwettqu proċeduri għar-rikonoxximent ta’ sentenzi tal-qrati barranin, kif ukoll ta’ deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ f’tilwim kummerċjali;
  7. iżommu l-provi għall-proċedimenti li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom;
  8. jimponu miżuri protettivi fi proċedimenti u f’dawk il-proċedimenti li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom;
  9. jagħtu assistenza legali internazzjonali fil-ġbir tal-provi fi kwistjonijiet kummerċjali;
  10. iwettqu obbligi oħra stipulati mil-liġi.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qrati Kummerċjali fir-Repubblika tal-Kroazja

Il-qrati amministrattivi

Hemm erba’ qrati amministrattivi fir-Repubblika tal-Kroazja, f’Zagreb, fi Split, f’Rijeka u f’Osijek, li:

  1. jiddeċiedu dwar rikorsi meħuda kontra deċiżjonijiet individwali ta’ korpi rregolati bil-liġi pubblika;
  2. jiddeċiedu dwar rikorsi meħuda kontra l-azzjonijiet ta’ korpi rregolati bil-liġi pubblika;
  3. jiddeċiedu dwar rikorsi meta ma jiġux adottati deċiżjonijiet individwali jew meta parti minn korp irregolat mil-liġi pubblika ma jaġixxix sal-iskadenza statutorja;
  4. jiddeċiedu dwar rikorsi li jittieħdu kontra ftehimiet amministrattivi u l-eżekuzzjoni ta’ ftehimiet ammistrattivi;
  5. jiddeċiedu f’każijiet oħra preskritti mil-liġi.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qrati Amministrattivi fir-Repubblika tal-Kroazja

Il-Qorti Għolja għal Reati Minuri tar-Repubblika tal-Kroazja

  1. tiddeċiedi dwar rimedji legali ordinarji kontra deċiżjonijiet tal-qrati muniċipali f’każijiet ta’ reati minuri u deċiżjonijiet ta’ korpi rregolati bil-liġi pubblika li jwettqu proċedimenti ta’ ksur tal-ewwel istanza meta preskritti b’liġi speċifika;
  2. tiddeċiedi dwar tilwim ġuriżdizzjonali bejn qrati muniċipali f’każijiet ta’ reati minuri;
  3. tiddeċiedi dwar rimedji legali straordinarji kontra deċiżjonijiet finali u vinkolanti li għandhom x’jaqsmu ma’ xi reat minuri, meta preskritti b’liġi speċifika;
  4. tiddeċiedi dwar appelli f’każijiet ta’ koperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali mal-Istati Membri tal-UE fi kwistjonijiet ta’ reati minuri taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom;
  5. tissorvelja l-imġiba ordnata tal-imħallfin li jkunu qed jaħdmu fuq każijiet ta’ reati żgħar;
  6. twettaq obbligi oħra stipulati mil-liġi.

Il-Qorti Għolja għal Reati Minuri tar-Repubblika tal-Kroazja
Ulica Augusta Šenoe 30
10 000 Zagreb

Tel.: +385 1 480 75 10
Faks: +385 1 461 12 91

Posta elettronika: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidapredsjednik@vpsrh.pravosudje.hr
Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://sudovi.pravosudje.hr/VPSRH/

Il-Qorti Kummerċjali Għolja tar-Repubblika tal-Kroazja

  1. tiddeċiedi dwra appelli kontra sentenzi tal-qrati kummerċjali;
  2. tiddeċiedi dwar tilwim li għandu x’jaqssam mal-ġuriżdizzjoni territorjali bejn il-qrati kummerċjali kif ukoll tiddeċiedi dwar it-trasferiment tal-ġuriżdizzjoni lill-qrati kummerċjali;
  3. twettaq obbligi oħra stipulati mil-liġi.

Il-Qorti Kummerċjali Għolja tar-Repubblika tal-Kroazja
Berislavićeva 11
10 000 Zagreb

Tel.: +385 1 489 68 88
Faks: +385 1 487 23 29

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.vtsrh.hr/

Il-Qorti Amministrattiva Għolja tar-Repubblika tal-Kroazja

  1. tiddeċiedi dwar appelli kontra sentenzi tal-qrati amminisrattivi u sentenzi li jistgħu jiġu appellati;
  2. tiddeċiedi dwar il-legalità ta’ atti ġenerali;
  3. tiddeċiedi dwar tilwim li jirrigwarda l-ġuriżdizzjoni bejn il-qrati amministrattivi;
  4. tiddeċiedi f’każijiet oħra preskritti mil-liġi.

Il-Qorti Amministrattiva Għolja tar-Repubblika tal-Kroazja
Frankopanska 16
10 000 Zagreb

Tel.: +385 1 480 78 00
Faks: +385 1 480 79 28

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahttp://www.upravnisudrh.hr/

L-aħħar aġġornament: 20/05/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Qrati speċjalizzati nazzjonali - Italja

Din it-taqsima fiha informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-qrati speċjalizzati fl-Italja.

Qrati speċjalizzati — introduzzjoni

Il-ġustizzja Taljana hija amministrata f’isem il-poplu Taljan u l-imħallfin, skont il-Kostituzzjoni, huma soġġetti biss għal-liġi. Skont l-Artikolu 102 tal-Kostituzzjoni Taljana, il-funzjoni ġudizzjarja hija eżerċitata minn maġistrati ordinarji stabbiliti u rregolati min-normi dwar l-ordinament ġudizzjarju: dan ifisser li ma jistgħux jiġu stabbiliti mħallfin straordinarji jew imħallfin speċjali (għajr dawk previsti espressament). Jistgħu jiġu stabbiliti biss awli speċjalizzati fil-qrati ordinarji għal ċerti kwistjonijiet, inkluż bil-parteċipazzjoni ta’ ċittadini xierqa li mhumiex parti mill-maġistratura. Madankollu, il-Kostituzzjoni stess tipprevedi l-possibbiltà li jkun hemm korpi ġudizzjarji li ma jkunux parti mill-ordinament ġudizzjarju (il-maġistratura ordinarja).

Qrati speċjalizzati

F’materji tad-dritt ċivili (fis-sens wiesa’), il-qrati Taljani jinqasmu fi qrati “ordinarji” u fi qrati “amministrattivi”. Il-qrati amministrattivi għandhom ġuriżdizzjoni biex jipproteġu l-interessi leġittimi u, b’mod partikolari materji speċifikati mil-liġi, kif ukoll drittijiet individwali fil-konfront tal-amministrazzjoni pubblika: il-qrati amministrattivi huma t-Tribunal Amministrattiva Reġjonali (Tribunale Amministrativo Regionale - TAR) li hija qorti tal-ewwel istanza, u l-Kunsill tal-Istat (Consiglio di Stato) li huwa qorti tal-appell. Il-qrati ordinarji huma kompetenti fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ “drittijiet soġġettivi”; il-ġuriżdizzjoni amministrattiva hija kompetenti fi kwistjonijiet relatati ma’ “interessi leġittimi”. Il-Kodiċi tal-Ġustizzja Amministrattiva (codice di giustizia amministrativa CGA) li jinkludi wkoll it-tipi ta’ kompetenza jinsab fid-Digriet Leġiżlattiv (decreto legislativo) Nru 104 tal-2010. Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kodiċi tal-Ġustizzja Amministrattiva huwa disponibbli (mingħajr ħlas) bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż.

Qasam ġudizzjarju ieħor huwa dik tal-ġuriżdizzjoni tal-kontabilità: il-Qorti tal-Awdituri (Corte dei conti) għandha ġuriżdizzjoni f’materji ta’ kontabilità pubblika u f’materji oħrajn speċifikati mil-liġi. Il-Kodiċi tal-Ġustizzja tal-Kontabilità (codice di giustizia contabile) jinsab fid-Digriet Leġiżlattiv Nru 174 tal-2016.

Fl-Italja, hemm ukoll ġuriżdizzjoni tat-taxxi, li r-regoli proċedurali tagħha huma stabbiliti mid-Digriet Leġiżlattiv Nru 546 tal-1992. Il-ġuriżdizzjoni tat-taxxi tiġi eżerċitata mill-Kummissjonijiet Provinċjali tat-Taxxi (commissioni tributarie provinciali) li huma qrati tal-ewwel istanza u mill-Kummissjonijiet Reġjonali tat-Taxxi (commissioni tributarie regionali) li huma qrati tal-appell. Il-ġuriżdizzjoni tat-taxxi tinkludi t-tilwim kollu dwar it-taxxi ta’ kull tip u ta’ kull ġeneru, imsejħa xi jkunu msejħa, inklużi dawk reġjonali, provinċjali u muniċipali u l-kontribuzzjoni għas-Servizz Nazzjonali tas-Sanità, is-soprataxxi u t-taxxi addizzjonali, is-sanzjonijiet relatati, u l-imgħax kull ħlas anċillari ieħor.

Dejjem jista’ jsir appell fil-Kassazzjoni (ricorso in Cassazione) kontra d-deċiżjonijiet tal-qrati speċjalizzati minħabba ksur tal-liġi (l-Artikolu 111 tal-Kostituzzjoni).

L-aħħar aġġornament: 18/01/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Qrati speċjalizzati nazzjonali - Ċipru

Il-qrati speċjalizzati li ġejjin joperaw fir-Repubblika ta’ Ċipru:

Qrati speċjalizzati

  • Il-Qorti Amministrattiva (Διοικητικό Δικαστήριο)

Il-Qorti Amministrattiva għandha ġuriżdizzjoni esklużiva biex tisma’ fl-ewwel istanza appelli skont l-Artikolu 146 tal-Kostituzzjoni rigward kwalunkwe deċiżjoni, att jew ommissjoni ta’ persuni jew korpi li jeżerċitaw awtorità amministrattiva. Il-Qorti Amministrattiva tista’ tannulla kull att amministrattiv eżekutorju li mogħti fir-rigward ta’ ksur jew użu ħażin ta’ setgħat jew li jmur kontra l-liġi jew il-Kostituzzjoni. Meta l-appell ikollu x’jaqsam ma’ kwistjoni ta’ taxxa jew ma’ proċedimenti ta’ protezzjoni internazzjonali, il-Qorti tkun tista’ temenda d-deċiżjoni jew l-att rilevanti kompletament jew parzjalment.

  • Il-Qorti tal-Familja (Οικογενειακό Δικαστήριο)

Il-Qorti tal-Familja għandha ġuriżdizzjoni esklussiva biex tisma’ talbiet għal divorzju, għall-kustodja tat-tfal, għall-manteniment u għat-tilwim dwar il-proprjetà bejn il-konjuġi li jkunu membri tal-Knisja Ortodossa Griega.

Jekk il-partijiet jappartjenu għal wieħed mill-gruppi reliġjużi l-oħra f’Ċipru, jiġifieri l-Armeni, il-Maroniti jew il-Kattoliċi, il-ġuriżdizzjoni għall-kwistjonijiet ta’ hawn fuq tkun f’idejn il-Qorti tal-Familja għall-Gruppi Reliġjużi.

Hemm tliet Qrati tal-Familja, waħda għal Nikosija u Kyrenia, waħda għal Limassol u Paphos u waħda għal Larnaca u Famagusta. Hemm ukoll Qorti tal-Familja għall-Gruppi Reliġjużi għal Ċipru kollu, ibbażat f’Nikosija.

Il-kawżi quddiem il-Qorti tal-Familja jinstemgħu minn imħallef wieħed, ħlief it-talbiet għal divorzju, li jinstemgħu minn tliet imħallfin.

  • It-Tribunal Industrijali (Δικαστήριο Εργατικών Διαφορών)

It-Tribunal Industrijali għandu ġuriżdizzjoni esklużiva biex jisma’ t-tilwim industrijali kollu li jirriżulta minn terminazzjoni ta’ impjieg, bħall-ħlas ta’ kumpens għal tkeċċija inġusta (ħlief meta l-ammont mitlub jaqbeż l-ekwivalenti ta’ salarju ta’ sentejn, f’dak il-każ il-ġuriżdizzjoni tkun f’idejn il-Qorti Distrettwali), ħlas minflok preavviż, ħlas għas-sensji u talbiet li jirriżultaw mill-kuntratt ta’ impjieg, bħal pagi dovuti, vaganzi annwali, paga tat-13-il xahar jew bonusijiet. Għandha ġuriżdizzjoni wkoll biex tisma’ kwalunkwe talba ċivili bbażata fuq l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Maternità (Ο περί Προστασίας της Μητρότητας Νόμος), il-kawżi ta’ trattament mhux ugwali u ta’ fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol u t-tilwimiet bejn il-Fondi Providenti (Ταμεία Πρόνοιας) u l-membri tagħhom.

It-Tribunal Industrijali huwa magħmul minn President jew Imħallef, li jkun membru tas-Servizz Ġudizzjarju tar-Repubblika (Δικαστική Υπηρεσία της Δημοκρατίας), u żewġ membri li mhux ġejjin mill-qasam ġuridiku u li jkunu maħtura fuq ir-rakkomandazzjoni tar-rappreżentanti tal-impjegaturi u tal-impjegati. Il-membri mhux ġejjin mill-qasam ġuridiku ikollhom rwol purament konsultattiv.

Bħalissa hemm tliet Tribunali Industrijali fir-Repubblika, ibbażati f’Nikosija, Limassol u Larnaca.

  • It-Tribunal tal-Kontroll tal-Kera (Δικαστήριο Ελέγχου Ενοικιάσεων)

It-Tribunal tal-Kontroll tal-Kera għandu ġuriżdizzjoni biex jisma’ kwistjonijiet rigward l-irkupru tal-pussess ta’ proprjetà mikrija, l-istabbiliment ta’ kirjiet ġusti u kwalunkwe kwistjoni inċidentali jew addizzjonali oħra.

Kull Tribunal tal-Kontroll tal-Kera huwa magħmul minn President, li jkun membru tal-ġudikatura, u żewġ membri oħra nnominati mir-rappreżentanti tal-kerrejja u ta’ sidien il-kera. Dawn il-membri għandhom rwol purament konsultattiv. It-Tribunal għandu żewġ awli.

  • Il-Qorti Amministrattiva tal-Protezzjoni Internazzjonali (Διοικητικό Δικαστήριο Διεθνούς Προστασίας)

Il-Qorti Amministrattiva tal-Protezzjoni Internazzjonali għandha l-ġuriżdizzjoni esklużiva biex tiddeċiedi fl-ewwel istanza dwar talbiet għal ażil minn refuġjati, f’konformità mal-Liġi dwar ir-Refuġjati adottata skont l-Artikolu 146 tal-Kostituzzjoni, jew kontra nuqqas ta’ azzjoni skont l-istess Liġi.

  • Il-Qorti Militari (Στρατιωτικό Δικαστήριο)

Il-Qorti Militari għandha ġuriżdizzjoni biex tisma’ kawżi ta’ reati mwettqa minn persunal militari bi ksur tal-Kodiċi Kriminali Militari (Στρατιωτικός Ποινικός Κώδικας), tal-Att dwar il-Gwardja Nazzjonali (Ο περί Εθνικής Φρουράς Νόμος), il-Kodiċi Kriminali (Ποινικός Κώδικας) jew kwalunkwe liġi oħra, irrispettivament mis-sentenza mogħtija. Bħala eċċezzjoni, individwi privati jistgħu wkoll jitressqu quddiem il-Qorti Militari meta dan ikun previst skont il-Kodiċi Kriminali Militari jew kwalunkwe liġi oħra.

Jekk l-imputat ikollu l-grad ta’ kurunell jew ogħla, il-Qorti Militari tiġi kkostitwita bl-istess mod bħall-Qorti Kriminali (Kακουργιοδικείου).

Il-President tal-Qorti huwa mħallef li jappartjeni lis-Servizz Ġudizzjarju tar-Repubblika. Hemm żewġ imħallfin assoċjati li huma militari u maħtura mill-Kunsill Ġudizzjarju Suprem.

Bażijiet tad-data ġuridiċi

Għad m’hemm l-ebda bażi tad-data ġuridika uffiċjali. Hemm għadd ta’ bażijiet ta’ data ġuridiċi privati, li wħud minnhom jipprovdu servizzi lill-abbonati u xi wħud minnhom jipprovdu aċċess b’xejn.

Fihom informazzjoni dwar sentenzi tal-qorti u leġiżlazzjoni primarja.

L-aħħar aġġornament: 10/07/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Qrati speċjalizzati nazzjonali - Latvja

Din it-taqsima tagħti ħarsa ġenerali lejn il-qrati speċjalizzati fil-Latvja.

Qrati speċjalizzati

Il-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Latvja

Skont il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKostituzzjoni tar-Repubblika tal-Latvja (Latvijas Republikas Satversme, minn hawn ’il quddiem “il-Kostituzzjoni”), il-Latvja għandha Qorti Kostituzzjonali (Satversmes tiesa), li hija istituzzjoni ġudizzjarja indipendenti li teżamina jekk, fil-kawżi li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tagħha, il-liġijiet u r-regolamenti humiex konformi mal-Kostituzzjoni, u tikkunsidra wkoll kawżi oħra assenjati lilha mil-liġi. Il-Qorti Kostituzzjonali tista’ tiddikjara nulli u bla effett liġijiet u atti legali oħra jew partijiet minnhom.

Skont l-Artikolu 16 tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar il-Qorti Kostituzzjonali (Satversmes tiesas likums), il-Qorti Kostituzzjonali tikkunsidra kawżi li jikkonċernaw:

  1. il-kostituzzjonalità tal-liġijiet;
  2. il-kostituzzjonalità ta’ ftehimiet internazzjonali ffirmati jew konklużi mil-Latvja (anke qabel ma dawk il-ftehimiet jiġu approvati mill-Parlament (Saeima));
  3. il-konformità tal-liġijiet u tar-regolamenti jew ta’ partijiet minnhom mar-regoli ta’ liġi ta’ grad ogħla;
  4. il-konformità mal-liġi ta’ atti oħra tal-Parlament, tal-Kabinett, tal-President, tal-Ispeaker tal-Parlament jew tal-Prim Ministru (minbarra atti amministrattivi);
  5. il-konformità mal-liġi ta’ ordnijiet li permezz tagħhom Ministru mogħti s-setgħa mill-Kabinett ikun issospenda d-deċiżjonijiet ta’ kunsill lokali;
  6. il-konformità tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali Latvjana ma’ ftehimiet internazzjonali konklużi mil-Latvja li ma humiex inkompatibbli mal-Kostituzzjoni.

Il-Qorti Kostituzzjonali tikkonsisti f’seba’ mħallfin li jiġu approvati minn maġġoranza tal-Membri tal-Parlament (tal-inqas 51 vot). Tlieta mill-imħallfin jiġu approvati fuq proposta ta’ mill-inqas 10 Membri tal-Parlament, tnejn jiġu approvati fuq proposta tal-Kabinett, u tnejn oħra fuq proposta ta’ seduta tal-Qorti Suprema kollha. Il-kandidati proposti mill-Qorti Suprema jridu jintgħażlu minn fost l-imħallfin tal-Latvja.

Il-Qorti Kostituzzjonali ma tistax tibda proċedimenti ex officio; hija tikkunsidra l-kawżi biss fuq rikors mill-persuni awtorizzati jagħmlu dan bil-liġi.

Dawn li ġejjin għandhom dritt iressqu rikors promotur dwar il-kostituzzjonalità ta’ liġijiet u ftehimiet internazzjonali iffirmati jew konklużi mil-Latvja (anke qabel ma dawk il-ftehimiet jiġu approvati mill-Parlament), jew il-konformità tal-liġijiet u r-regolamenti jew ta’ partijiet minnhom ma’ regoli ta’ liġi ta’ grad ogħla, jew il-konformità tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali Latvjana ma’ ftehimiet internazzjonali konklużi mil-Latvja li ma humiex inkompatibbli mal-Kostituzzjoni:

  1. il-President;
  2. il-Parlament;
  3. mhux inqas minn għoxrin Membru tal-Parlament;
  4. il-Kabinett;
  5. il-Prosekutur Ġenerali;
  6. il-Kunsill tal-Uffiċċju tal-Awditur tal-Gvern (Valsts kontroles padome);
  7. kunsill lokali;
  8. l-Ombudsman (tiesībsargs), jekk l-istituzzjoni jew l-uffiċjal li jkun ħareġ l-att ikkontestat ma jkunx ikkoreġa in-nuqqasijiet identifikati sal-iskadenza stabbilita mill-Ombudsman;
  9. qorti li tkun qed teżamina kawża ċivili, kriminali jew amministrattiva;
  10. imħallef f’uffiċċju tar-Reġistru tal-Artijiet meta tkun qed issir ir-reġistrazzjoni ta’ propjetà immobbli u d-drittijiet relatati fir-reġistru tal-artijiet;
  11. kull persuna li ssofri ksur tad-drittijiet fundamentali tagħha skont il-Kostituzzjoni;
  12. il-Kunsill għall-Ġudikatura, fil-mandat mogħti lilu bil-liġi.

Dawn li ġejjin għandhom dritt iressqu rikors promotur dwar il-konformità mal-liġi ta’ atti oħra tal-Parlament, tal-Kabinett, tal-President, tal-Ispeaker tal-Parlament jew tal-Prim Ministru (minbarra atti amministrattivi):

  1. il-President;
  2. il-Parlament;
  3. mhux inqas minn għoxrin Membru tal-Parlament;
  4. il-Kabinett;
  5. il-Kunsill għall-Ġudikatura, fil-mandat mogħti lilu bil-liġi.

F’każ fejn Ministru mogħti s-setgħa mill-Kabinett ikun issospenda b’ordni d-deċiżjonijiet ta’ kunsill lokali, huwa dak il-kunsill lokali li għandu l-jedd li jressaq rikors promotur fir-rigward tal-konformità ta’ dik l-ordni mal-liġi.

Il-kawżi dwar il-kostituzzjonalità tal-liġijiet, ir-regolamenti tal-Kabinett u atti oħrajn tal-Kabinett, il-konformità tad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali Latvjana ma’ ftehimiet internazzjonali konklużi mil-Latvja li jkunu kompatibbli mal-Kostituzzjoni, u l-kostituzzjonalità ta’ ftehimiet internazzjonali ffirmati jew konklużi mil-Latvja (anke qabel ma dawk il-ftehimiet jiġu approvati mill-Parlament) u l-liġijiet jew ir-regolamenti jew partijiet minnhom jiġu kkunsidrati mill-Qorti Kostituzzjonali f’seduta plenarja. Kawżi oħrajn jinstemgħu minn bord kompost minn tliet imħallfin, sakemm il-Qorti Kostituzzjonali ma tiddeċidix mod ieħor.

Is-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali hija finali u tidħol fis-seħħ malli tinqata’. Sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali u l-interpretazzjoni mogħtija fiha ta’ dispożizzjoni kkontestata torbot lill-korpi ċentrali u lokali tal-gvern (inkluż il-qrati) u l-uffiċjali kollha, u lill-persuni fiżiċi u ġuridiċi.

Dispożizzjoni li l-Qorti Kostituzzjonali tkun iddikjarat inkompatibbli ma’ regola tal-liġi ta’ grad ogħla titqies nulla b’effett mid-data tal-pubblikazzjoni tas-sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali, sakemm il-Qorti Kostituzzjonali ma tiddeċidix mod ieħor. Jekk il-Qorti Kostituzzjonali tqis li ftehim internazzjonali ffirmat jew konkluż mil-Latvja jmur kontra l-Kostituzzjoni, il-Kabinett huwa obbligat jieħu passi minnufih biex il-ftehim jiġi emendat u denunzjat, biex il-funzjonament tiegħu jiġi sospiż jew biex tiġi rtirata l-adeżjoni mal-ftehim.

Il-Qorti Ekonomika

Il-Qorti Ekonomika (Ekonomisko lietu tiesa) ġiet stabbilita skont id-dispożizzjonijiet tal-Liġi dwar is-setgħa ġudizzjarja (Likums par tiesu varu), biex tisma’ l-kawżi hekk imsemmija fil-Liġi dwar il-Proċedura Ċivili (Civilprocesa likums) u fil-Liġi dwar il-Proċedura Kriminali (Kriminālprocesa likums). Din tinsab f’Riga u għandha ġuriżdizzjoni fuq it-territorju kollu tal-Latvja.

Skont id-dritt ċivili, il-Qorti Ekonomika għandha ġuriżdizzjoni fuq:

  1. talbiet li jirriżultaw minn kuntratti ta’ riassigurazzjoni;
  2. talbiet li jirriżultaw minn servizzi ta’ investiment u minn kuntratti ta’ servizzi ta’ investiment anċillari;
  3. talbiet għall-protezzjoni tal-investiment minn Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea kontra l-awtoritajiet Latvjani;
  4. talbiet li jirriżultaw mir-relazzjonijiet legali ta’ gruppi korporattivi;
  5. talbiet li jirriżultaw mir-relazzjonijiet legali bejn il-membri (jew azzjonisti) ta’ kumpaniji b’ishma konġunti;
  6. talbiet li jirriżultaw minn arranġamenti ta’ kollateral finanzjarju;
  7. talbiet li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet kapitali ma’ partijiet relatati skont it-tifsira tal-Liġi Kummerċjali (Komerclikums) u tal-Liġi dwar is-suq tal-istrumenti finanzjarji (Finanšu instrumentu tirgus likums);
  8. talbiet li jirriżultaw mit-trasferiment ta’ impriżi u mir-ristrutturar korporattiv, esklużi talbiet minn impjegati;
  9. talbiet li jirriżultaw minn obbligi kuntrattwali bejn il-ħaddiema tal-kostruzzjoni, inklużi s-sottokuntratturi, fir-rigward tal-kostruzzjoni ta’ kwalunkwe bini tal-klassi tnejn jew tlieta li għalih ikun meħtieġ permess għall-bini, minbarra bini residenzjali ta’ familja waħda jew tnejn u l-istrutturi funzjonali konnessi magħhom;
  10. talbiet li jirriżultaw minn ksur tal-liġi dwar il-kompetizzjoni;
  11. talbiet li jirriżultaw minn deċiżjonijiet minn laqgħat ta’ membri (jew azzjonisti) fi strutturi kapitali; u
  12. rikorsi għall-istralċ u l-insolvenza ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu.

Fl-istess ħin, skont id-dritt kriminali, il-Qorti Ekonomika għandha ġuriżdizzjoni fuq:

  1. il-finanzjament tal-produzzjoni, tal-ħżin, tal-moviment, tal-użu jew tad-distribuzzjoni tal-armi ta’ qerda massiva, meta r-responsabbiltà għal dan tirriżulta mill-Artikolu 73.1(2) tal-Liġi Kriminali (Krimināllikums);
  2. it-terroriżmu, meta r-responsabbiltà għal dan tirriżulta mill-Artikolu 79.2(2) tal-Liġi Kriminali;
  3. il-ħasil tar-rikavat mill-kriminalità (l-Artikolu 195 tal-Liġi Kriminali);
  4. l-aċċettazzjoni mhux awtorizzata ta’ benefiċċji, meta r-responsabbiltà għal dan tirriżulta mit-tieni, it-tielet jew ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 198 tal-Liġi Kriminali;
  5. it-tixħim kummerċjali, meta r-responsabbiltà għal dan tirriżulta mill-Artikolu 199(2) tal-Liġi Kriminali;
  6. l-aċċettazzjoni ta’ tixħim, meta r-responsabbiltà għal dan tirriżulta mit-tielet jew ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 320 tal-Liġi Kriminali;
  7. l-aċċettazzjoni ta’ tixħim, meta r-responsabbiltà għal dan tirriżulta mit-tieni, it-tielet jew ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 321 tal-Liġi Kriminali;
  8. l-intermedjazzjoni fit-tixħim, meta r-responsabbiltà għal dan tirriżulta mill-Artikolu 322(2) tal-Liġi Kriminali;
  9. it-tixħim attiv, meta r-responsabbiltà għal dan tirriżulta mit-tieni jew it-tielet paragrafu tal-Artikolu 323 tal-Liġi Kriminali;
  10. l-abbuż mill-influwenza, meta r-responsabbiltà għal dan tirriżulta mill-Artikolu 326.1(2) tal-Liġi Kriminali;
  11. it-talba u l-aċċettazzjoni illegali ta’ benefiċċji, meta r-responsabbiltà għal dan tirriżulta mill-Artikolu 326.2(2) tal-Liġi Kriminali; u
  12. l-għoti illegali ta’ benefiċċji, meta r-responsabbiltà għal dan tirriżulta mill-Artikolu 326.3(2) tal-Liġi Kriminali.

L-appelli kontra d-deċiżjonijiet tal-Qorti Ekonomika jinstemgħu mill-Qorti Reġjonali ta’ Riga (Rīgas apgabaltiesa).

Bażijiet tad-data legali

L-isem u l-URL tal-bażi tad-data

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKawżi quddiem il-Qorti Kostituzzjonali (funzjoni ta’ tiftix)

L-aċċess għall-bażi tad-data huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess huwa mingħajr ħlas.

Il-kontenut tal-bażi tad-data fil-qosor

Il-bażi tad-data fiha sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Latvja.

Sfond

L-interfaċċa tat-tiftix tal-bażi tad-data u s-sentenzi huma disponibbli bil-Latvjan u bl-Ingliż.

Links

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Latvja

L-aħħar aġġornament: 26/01/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Qrati speċjalizzati nazzjonali - Litwanja

Din il-paġna tipprovdilek informazzjoni dwar il-qrati speċjalizzati tal-Litwanja.

Qrati speċjalizzati

Il- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Litwanja (Lietuvos Respublikos Konstitucinis Teismas) tiżgura s-supremazija tal- Kostituzzjoni fis-sistema ġudizzjarja. Hija tiddeċiedi kwistjonijiet ta’ ġustizzja kostituzzjonali billi tikkunsidra jekk il-liġijiet u l-atti leġiżlattivi l-oħra adottati mill-Parlament humiex konformi mal-Kostituzzjoni, u jekk l-atti adottati mill-President jew mill-Gvern tar-Repubblika humiex konformi mal-Kostituzzjoni u l-leġiżlazzjoni.

Il-qrati amministrattivi

Hemm sitt qrati amministrattivi fil-Litwanja:

  • il-Qorti Amministrattiva Suprema tal-Litwanja (Lietuvos Vyriausiasis administracinis teismas),
  • ħames qrati amministrattivi reġjonali.

Il-Qorti Amministrattiva Auprema

Il- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Amministrattiva Suprema (Vyriausiasis administracinis teismas) hija l-qorti tal-ewwel u l-aħħar istanza għall-każijiet amministrattivi assenjati lill-ġuriżdizzjoni tagħha bil-liġi. Tisma’ appelli minn deċiżjonijiet, digrieti u ordnijiet tal-qrati amministrattivi distrettwali, u minn deċiżjonijiet tal-qrati reġjonali f’każijiet li jinvolvu reati amministrattivi.

Il-Qorti Amministrattiva Suprema tisma’ wkoll petizzjonijiet biex jerġgħu jinfetħu każijiet amministrattivi mitmuma, inklużi każijiet li jinvolvu reati amministrattivi f’oqsma speċifikati bil-liġi. Il-Qorti Amministrattiva Suprema żviluppat prattika uniformi għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġijiet u atti legali oħra.

Il-qrati amministrattivi reġjonali (apygardų administraciniai teismai)

Qrati amministrattivi reġjonali huma qrati ta’ ġuriżdizzjoni speċjali. Il-funzjoni tagħhom hija li jisimgħu lmenti (petizzjonijiet) dwar azzjonijiet amministrattivi u atti ta’ twettiq u ta’ ommissjoni (nuqqas ta’ twettiq ta’ dmirijiet) minn entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika u interna.

Il-qrati amministrattivi reġjonali jisimgħu tilwim fil-qasam tal- amministrazzjoni pubblika u jittrattaw kwistjonijiet relatati mal-legalità ta’ atti amministrattivi regolatorji, tilwim fiskali u oħrajn.

Qabel ma jitressaq rikors quddiem qorti amministrattiva, l-atti legali jew azzjonijiet individwali mwettqa minn entitajiet tal-amministrazzjoni pubblika jistgħu jiġu kkontestati fl-istadju ta’ qabel is-smiegħ. F'dawn il-każijiet, it-tilwim jiġi investigat minn kummissjonijiet muniċipali għat-tilwim pubbliku amministrattiv, kummissjonijiet distrettwali għat-tilwim amministrattiv u mill-Kap tal-Kummissjoni għat-Tilwim Amministrattiv (Vyriausioji administracinių ginčų komisija).

L-aħħar aġġornament: 07/04/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Qrati speċjalizzati nazzjonali - Lussemburgu

F'din it-taqsima ssib ħarsa ġenerali lejn il-qrati speċjalizzati fil-Lussemburgu.

Is-sistema tal-qrati ordinarji

Il-Kunsill tal-Arbitraġġ u l-Kunsill Superjuri tas-Sigurtà Soċjali

Il-kontestazzjonijiet kollha fil-qasam tas-sigurtà soċjali dwar l-isħubija jew ir-rekwiżiti, il-kontribuzzjonijiet, il-multi amministrattivi u l-benefiċċji, ħlief dawk koperti mill-Artikolu 317 jew marbuta mal-Artikoli 147 u 148 tal-Kodiċi dwar l-Assigurazzjonijiet Soċjali (Code des assurances sociales), jinstemgħu mill-Kunsill tal-Arbitraġġ tas-Sigurtà Soċjali (Conseil arbitral de la sécurité sociale) u, fl-appell, mill-Kunsill Superjuri tas-Sigurtà Soċjali (Conseil supérieur de la sécurité sociale) tal-assigurazzjonijiet soċjali. Id-deċiżjonijiet mogħtija fl-aħħar istanza mill-Kunsill tal-Arbitraġġ tas-Sigurtà Soċjali kif ukoll is-sentenzi tal-Kunsill Superjuri jistgħu jiġu appellati fil-Qorti tal-Kassazzjoni (Cour de cassation).

Il-Qrati Amministrattivi

Il-Qorti Amministrattiva

Sakemm mhux stabbilit xort'oħra mil-liġi, jista' jitressaq appell quddiem il-Qorti Amministrattiva (Cour administrative), b’sede fil-Lussemburgu, mid-deċiżjonijiet tat-Tribunal amministrattiv (Tribunal administratifli jannullaw id-deċiżjonijiet, mid-deċiżjonijiet amministrattivi individwali kif ukoll mid-deċiżjonijiet mogħtija fir-rigward ta’ miżuri amministrattivi ta’ natura regolatorja. Il-Qorti Amministrattiva tiddeċiedi wkoll fl-appell u bħala l-qorti li tagħti d-deċiżjoni fi proċedimenti li jikkontestaw id-deċiżjonijiet ta' qrati amministrattivi oħra li jkunu semgħu rikorsi għall-annullament meta l-liġijiet speċjali jagħtuhom din il-ġuriżdizzjoni.

L-avukati kollha li jistgħu jidhru quddiem it-Tribunali tal-Gran Dukat jistgħu jidhru wkoll quddiem il-Qorti Amministrattiva; madanakollu, l-“avukati mniżżla fil-lista I” tat-tabelli mħejjija kull sena mill-kunsilli tal-kmamar tal-avukati (conseils des ordres des avocats) biss għandhom id-dritt li jmexxu proċedimenti preparatorji u proċedurali (rappreżentanza legali).

L-Istat huwa rappreżentat quddiem il-Qorti Amministrattiva minn uffiċjal tal-Gvern jew minn avukat.

It-Tribunal Amministrattiv

It-Tribunal Amministrattiv (Tribunal administratif), b’sede fil-Lussemburgu, jiddeċiedi dwar azzjonijiet imressqa minħabba inkompetenza, awtorità ultra vires, u abbuż ta' poter, ksur tal-liġi jew proċeduri maħsuba biex jipproteġu l-interessi privati, kontra kull deċiżjoni amministrattiva li għaliha ma hemmx aktar rimedji skont il-liġijiet u r-regolamenti, u kontra l-miżuri amministrattivi ta' natura regolatorja, irrispettivament mill-awtorità li tkun ħarġithom. Bħala regola ġenerali dan jisma’ wkoll kwistjonijiet relatati mat-tassazzjoni diretta u t-taxxi u l-imposti tal-awtorità lokali.

Jista’ jsir appell mid-deċiżjonijiet tat-Tribunal Amministrattiv quddiem il-Qorti Amministrattiva.

It-Tribunal Amministrattiv huwa l-qorti li tiddeċiedi l-mertu ta' rikorsi kontra d-deċiżjonijiet tad-Direttur tad-Dipartiment tat-Taxxa Diretta (Administration des contributions directes) fil-każijiet fejn il-liġijiet rilevanti jippermettu tali rikors.

Qrati speċjalizzati oħra

Il-Qorti Kostituzzjonali

Il-Qorti Kostituzzjonali (Cour Constitutionnelle) tiddeċiedi, permezz ta' sentenza, dwar il-konformità tal-liġijiet mal-Kostituzzjoni, ħlief dawk il-liġijiet li jirratifikaw it-trattati.

Meta waħda mill-partijiet tqajjem domanda relatata mal-konformità ta' liġi mal-Kostituzzjoni quddiem qorti ordinarja jew qorti amministrattiva, din l-istess qorti trid tirreferi d-domanda lill-Qorti Kostituzzjonali, sakemm ma tkunx tal-fehma li: (a) mhix meħtieġa deċiżjoni dwar id-domanda mqajma sabiex tagħti s-sentenza tagħha; (b) id-domanda m'għandhiex bażi ġuridika; (c) il-Qorti Kostituzzjonali diġà tat sentenza fuq domanda bl-istess għan.

Il-Qorti Kostituzzjonali hija ffurmata mill-President tal-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja (Cour supérieure de justice), il-President tal-Qorti Amministrattiva, żewġ imħallfin mill-Qorti tal-Kassazzjoni u ħames maġistrati maħtura mill-Gran Dukat, fuq il-parir konġunt tal-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja u tal-Qorti Amministrattiva. Il-Qorti Kostituzzjonali għandha diviżjoni waħda b'ħames maġistrati.

Il-bażijiet tad-data ġuridiċi f'dawn l-oqsma

Ara t-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidataqsima dwar il-qrati tas-sit web tal-Ministeru għall-Ġustizzja.

L-aċċess għall-bażi tad-data huwa mingħajr ħlas?

Iva l-aċċess għall-bażi tad-data huwa mingħajr ħlas.

Deskrizzjoni qasira tal-kontenut

Ara s-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tal-Arbitraġġ u tal-Kunsill Superjuri tas-Sigurtà Soċjali

Ara s-sit web tal- Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQrati Amministrattivi.

Ara s-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Kostituzzjonali

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Ministeru għall-Ġustizzja

L-aħħar aġġornament: 20/05/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Qrati speċjalizzati nazzjonali - Ungerija

Din it-taqsima tagħtik informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-qrati speċjalizzati fl-Ungerija.

Qrati speċjalizzati

Qrati amministrattivi u industrijali

Il-Liġi Fundamentali tal-Ungerija tiddefinixxi s-sistema tal-qrati bħala struttura b’bosta livelli u tipprevedi t-twaqqif ta' qrati speċjalizzati għal ċerti tipi ta' każijiet. Fi ħdan is-sistema tal-qrati, il-qrati amministrattivi u industrijali (közigazgatási és munkaügyi bíróságok) joperaw bħala qrati speċjalizzati.

Il-qrati amministrattivi u industrijali ilhom attivi mill-1 ta’ Jannar 2013. Qabel dan, il-kompiti tagħhom kienu jitwettqu mill-qrati industrijali u l-qrati .

Bħala qorti tal-prim'istanza, qorti amministrattiva u industrijali tisma’ kawżi li jikkonċernaw ir-reviżjoni ġudizzjarja ta’ deċiżjonijiet amministrattivi jew li jikkonċernaw ir-relazzjonijiet fl-impjiegi u relazzjonijiet ġuridiċi simili, kif ukoll kawżi oħra li jiġu riferuti għaliha bil-liġi. Il-qorti ġenerali, jew, fil-każijiet li jikkonċernaw reviżjoni ġudizzjarja, il-Qorti Suprema (Kúria) taġixxi bħala l-qorti tat-tieni istanza.

Qorti Kostituzzjonali (Alkotmánybíróság)

Il-Qorti Kostituzzjonali hija korp indipendenti li taħdem b'mod separat mis-sistema tal-qorti.

Il-Qorti Kostituzzjonali hija l-korp ewlieni għall-protezzjoni tal-Liġi Fundamentali u għandha s-sede tagħha f’Budapest.

Il-Qorti Kostituzzjonali tikkonsisti fi ħmistax-il membru eletti għal tnax-il sena b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tal-Parlament Ungeriż. President jiġi elett minn fost il-membri tal-Qorti Kostituzzjonali b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tal-Parlament. Il-mandat tal-President idum sat-tmiem tat-terminu tiegħu fil-kariga ta’ Mħallef tal-Qorti Kostituzzjonali. Il-membri tal-Qorti Kostituzzjonali ma jistgħux ikunu membri ta’ partiti politiċi jew iwettqu attivitajiet politiċi. Id-dettalji tal-ġurisdizzjoni, l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Qorti Kostituzzjonali huma stabbiliti f’liġijiet kardinali.

  1. ir-reviżjoni tal-kostituzzjonalità tal-leġiżlazzjoni li ġiet adottata iżda li ma tkunx għadha ġiet promulgata;
  2. ir-reviżjoni, fuq l-inizjattiva ta’ mħallef, tal-kostituzzjonalità ta’ atti ġuridiċi li għandha tiġi applikata f’każ speċifiku;
  3. ir-reviżjoni, wara appell kostituzzjonali, tal-kostituzzjonalità ta’ atti ġuridiċi li għandha tiġi applikata f’każ speċifiku;
  4. ir-reviżjoni, wara appell kostituzzjonali, tal-kostituzzjonalità ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji;
  5. ir-reviżjoni tal-kostituzzjonalità tal-leġiżlazzjoni fuq l-inizjattiva tal-Gvern, kwart mill-membri Parlamentari jew il-Kummissarju għad-Drittijiet Fundamentali (alapvető jogok biztosa);
  6. ir-reviżjoni tal-konformità tal-leġiżlazzjoni mat-trattati internazzjonali;
  7. l-eżerċizzju ta' setgħat oħra u t-twettiq ta' dmirijiet oħra previsti fil-Liġi Fundamentali jew f’liġijiet kardinali oħra.

Filwaqt li taġixxi fil-kompetenza tagħha skont il-punti (b), (c) u (d), il-Qorti Kostituzzjonali tneħħi l-atti legali u deċiżjonijiet leġiżlattivi oħra li jinstabu li jkunu fi ksur tal-Liġi Fundamentali;

filwaqt li taġixxi fil-kompetenza tagħha skont il-punt (d), hija tannulla d-deċiżjonijiet ġuridiċi li jinstabu li jkunu fi ksur tal-Liġi Fundamentali;

filwaqt li taġixxi fil-kompetenza tagħha skont il-punt (f), hija tista’ tneħħi atti ġuridiċi u deċiżjonijiet leġiżlattivi oħra li jinstabu li jkunu fi ksur ta' trattat internazzjonali;

jew timponi l-konsegwenzi ġuridiċi stabbiliti mil-liġi kardinali.

Bażi ta’ dejta legali

Tista’ ssib aktar informazzjoni fil-websajt tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Ungerija (Magyar Köztársaság Alkotmánybírósága).

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaWebsajt uffiċjali tal-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Ungerija

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaWebsajt uffiċjali tal-qrati Ungeriżi

L-aħħar aġġornament: 06/04/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Qrati speċjalizzati nazzjonali - Malta

Din it-taqsima tagħtik informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-qrati speċjalizzati f’Malta.

Qrati speċjalizzati

Il-Qorti Kostituzzjonali

It-tieni istanza

Appell

Din il-qorti tisma’ l-appelli rigward kawżi li jinvolvu allegat ksur tad-drittijiet tal-bniedem, interpretazzjoni tal-Kostituzzjoni u invalidità tal-liġijiet. Hija għandha ukoll ġurisdizzjoni oriġinali biex tiddeċiedi dwar kwistjonijiet marbuta mal-membri tal-Kamra tar-Rappreżentanti u dwar kwalunkwe rinviju li jsir għal quddiemha rigward il-votazzjoni għall-elezzjoni tal-membri tal-Kamra tar-Rappreżentanti.

Ippreseduta mill-Prim’Imħallef u minn żewġ imħallfin oħrajn

Il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili

L-ewwel istanza

Il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili tittratta wkoll il-kawżi marbuta mal-allegat ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali li huma protetti mill-Kostituzzjoni u mill-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertaijiet Fundamentali.

Ippreseduta minn imħallef

Tribunal Industrijali

L-ewwel istanza

Dan it-tribunal jisma’ l-kawżi marbuta ma’ tkeċċija inġusta u ma’ trattament diskriminatorju jew trattament illegali ieħor fil-post tax-xogħol.

Ippresedut minn chairperson

Bord li Jirregola l-Kera

L-ewwel istanza

Il-Bord li Jirregola l-Kera jisma’ l-kawżi marbuta ma’ bidliet fil-kundizzjonijiet tal-kirjiet, inklużi ż-żidiet fil-ħlas tal-kera u t-terminazzjoni tal-kuntratt tal-kera. Dawn il-kawżi għandhom ikunu relatati mal-ftehimiet tal-kiri li saru qabel l-1 ta’ Ġunju 1995.

Ippresedut minn maġistrat

Bord ta’ Arbitraġġ dwar Artijiet

L-ewwel istanza

Il-Bord ta’ Arbitraġġ dwar Artijiet jisma’ l-każijiet li għandhom x’jaqsmu mal-klassifikazzjoni tal-art esproprjata, l-iskop pubbliku ta’ esproprjazzjoni u mal-ammont ta’ kumpens dovut lis-sid.

Ippresedut minn maġistrat

Bord dwar il-Kontroll tal-Kiri tar-Raba’

L-ewwel istanza

Dan il-Bord jisma’ l-każijiet li għandhom x’jaqsmu mal-kirjiet tar-raba’ u mat-talbiet li jagħmlu s-sidien rigward it-terminazzjoni tal-kuntratt tal-qbiela.

Ippresedut minn maġistrat

Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva

L-ewwel istanza

Dan it-tribunal għandu s-setgħa li jistħarreġ l-atti amministrattivi.

Ippresedut minn imħallef jew minn maġistrat

Tribunal ta’ Arbitraġġ dwar il-Qsim ta’ Wirt

L-ewwel istanza

Dan it-Tribunal jisma’ u jiddeċiedi kawżi marbuta mal-qsim ta’ proprjeta miżmuma in komun bejn l-eredi ta’ persuna mejta.

Ippresjedut minn arbitru

It-Tribunal tal-Appell għall-Kompetizzjoni u għall-Konsumatur

Appell

Dan it-Tribunal jisma’ u jaqta’ appelli minn deċiżjonijiet, ordnijiet jew miżuri tad-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) u d-Direttur Ġenerali (Affarijiet tal-Konsumatur). Id-deċiżjonijiet tat-Tribunal huma finali ħlief għal xi eċċezzjonijiet fejn appell minn deċiżjoni tat-Tribunal hu permess imma limitatament għal punt ta’ liġi.

Ippresedut minn Imħallef u żewg membri

Qorti ta’ Reviżjoni tal-Atti Nutarili

L-ewwel istanza

Din hi qorti speċjali li tissorvelja fuq in-Nutara kollha, l-Arkivji Nutarili u r-Reġistru Pubbliku. Għandha l-awtorita li żżur u tispezzjona l-Arkivji Nutarili, r-Reġistru Pubbliku u uffiċċji tan-nutara kif ukoll li tapplika pieni dixxiplinari. Din il-Qorti għandha ukoll is-setgħa li tordna korrezzjonijiet ta’ indikazzjonijiet żbaljati f’reġistrazzjonijiet fir-Reġistru Pubbliku.

Komposta minn membri msejjħa Viżitaturi

 

Qrati amministrattivi

L-istħarriġ ġudizzjarju huwa l-proċess li permezz tiegħu deċiżjoni ta’ dipartiment, awtorità jew aġenzija tal-gvern tista’ tiġi mistħarrġa u fl-aħħar mill-aħħar irrevokata mill-qrati jekk jinsab li tkun illegali.

L-azzjoni hija disponibbli għal kull min ikollu xi lment rigward deċiżjoni jew azzjoni tal-gvern li tikkonċernah. L-Artikolu 469A tal-Kapitolu 12 tal-Liġijiet ta’ Malta huwa l-artikolu operattiv tal-Liġijiet ta’ Malta li jagħti tali setgħa lill-qrati. Madankollu anki fin-nuqqas ta’ din id-dispożizzjoni leġislattiva, l-istħarriġ ġudizzjarju jista’ jitqies bħala setgħa inerenti tal-qrati fuq il-bażi tad-duttrina tas-separazzjoni tal-poteri li ġeneralment jadottaw l-Istati demokratiċi.

Il-qrati ordinarji – jiġifieri l-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili – għandhom ġurisdizzjoni f’dawn il-kwistjonijiet, bid-dritt li jappellaw quddiem il-Qorti tal-Appell.

L-Att dwar il-Ġustizzja Amministrattiva daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2009 u jipprovdi għat-twaqqif tat-Tribunal ta’ Reviżjoni Amministrattiva. Dan it-tribunal indipendenti u imparzjali jirrivedi l-atti amministrattivi rinvjiati għal quddiemu minn kwalunkwe persuna li jkollha lment u jagħti wkoll deċiżjonijiet dwar it-tilwim li jiġi rinvijat quddiemu. Huwa ppresedut minn persuna li hija, jew kienet, imħallef jew maġistrat f’Malta. L-appell mid-deċiżjonijiet tat-Tribunal jista’ jsir lill-Qorti tal-Appell.

Qrati speċjali oħra

It-tribunali lokali

It-tribunali lokali huma parti integrali mis-sistema ġudizzjali f’Malta. Dawn jistgħu jiġu kkunsidrati bħala estensjoni tal-qrati, u jittrattaw ir-reati li, għalkemm ikunu trivjali, jistgħu jagħtu fastidju kbir lill-pubbliku ġenerali. It-tribunali lokali huma ppreseduti minn Kummissarju għall-Ġustizzja li jinħatar għal sentejn u jitneħħa mill-kariga bl-istess mod u għall-istess raġunijiet kif maġistrat  jista’ jitneħħa mill-kariga.  Dan jiggarantixxi li kull ċittadin jingħata l-possibiltà li jsemma’ l-ilmenti speċifiċi li jkollu filwaqt li jkun żgurat li jiġu rispettati l-prinċipji fundamentali ta’ smigħ xieraq. Hemm disa’ tribunali lokali li jiggruppaw diversi kunsilli lokali flimkien.

Bażijiet tad-dejta legali

Jekk jogħġbok irreferi għall-paġna Maltija “Organizzazzjoni tal-ġustizzja fl-Istati Membri – Malta” fejn għandek issib informazzjoni dettaljata dwar u links għall-bażijiet tad-dejta rilevanti.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizzi tal-Qorti

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizzi tal-Qorti - Sentenzi Online

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizzi tal-Qorti - Proċeduri tal-Qorti

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizzi tal-Qorti - Użu tal-Awli

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizzi tal-Qorti - Statistika

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizzi tal-Qorti - Bejgħ b’subbasti

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizzi tal-Qorti - Formoli Ċivili (bil-Malti)

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizzi Legali (Liġijiet ta’ Malta)

L-aħħar aġġornament: 04/05/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Olandiż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliż diġà ġew tradotti.

Qrati speċjalizzati nazzjonali - Olanda

Din it-taqsima tipprovdilek informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-qrati speċjalizzati fin-Netherlands.

Il-qrati amministrattivi

Il-qrati amministrattivi fin-Netherlands huma:

  • Il-Qorti Distrettwali (Rechtbank): il-prim’istanza għall-każijiet amministrattivi kollha
  • Il-Qorti tal-Appell (Gerechtshof): il-qorti tal-appell għall-każijiet ta’ taxxa
  • Il-Qorti Suprema (Hoge Raad): il-qorti suprema għall-każijiet ta’ taxxa
  • It-Tribunal Ċentrali tal-Appelli (Centrale Raad van Beroep): il-qorti tal-appell (suprema) għall-każijiet ta’ sigurtà soċjali
  • It-Tribunal tal-Appelli Kummerċjali u Industrijali (College van Beroep voor het bedrijfsleven): il-qorti tal-appell (suprema) għad-dritt amministrattiv soċjoekonomiku
  • Id-Diviżjoni Ġuriżdizzjonali Amministrattiva tal-Kunsill tal-Istat (Afdeling Bestuursrechtspraak van de Raad van State): il-qorti tal-appell (suprema) għall-każijiet amministrattivi kollha mhux deċiżi minn qrati tal-appell oħra

Bażijiet tad-data ġuridiċi

Fis-sit web iddedikat għas-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasistema ġudizzjarja fin-Netherlands wieħed jista’ jsib aktar informazzjoni.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaInformazzjoni dwar il-qrati speċjalizzati (bl-Ingliż)

L-aħħar aġġornament: 27/05/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Qrati speċjalizzati nazzjonali - Awstrija

It-taqsima li ġejja hija dwar qrati speċjalizzati fi kwistjonijiet ċivili u kriminali fl-Awstrija.

Qrati speċjalizzati

Fil-prinċipju, kwalunkwe qorti ordinarja tittratta l-materji kollha tal-ġustizzja ċivili u kriminali li jiġu assenjati lil-livell organizzattiv tagħha (il-Qorti Distrettwali (Bezirksgericht) jew il-Qorti tal-ewwel jew it-tieni istanza).

L-akbar bliet Awstrijaċi għandhom qrati speċjalizzati wkoll:

  • hemm ħamsa fi Vjenna, jiġifieri l-Qorti Reġjonali Kriminali ta’ Vjenna (Landesgericht für Strafsachen Wien), il-Qorti Reġjonali Ċivili ta’ Vjenna (Landesgericht für Zivilrechtssachen Wien), it-Tribunal Industrijali u Soċjali ta’ Vjenna (Arbeits- und Sozialgericht Wien), il-Qorti Kummerċjali ta’ Vjenna (Handelsgericht Wien) u l-Qorti Distrettwali ta’ Vjenna għall-Materji Kummerċjali (Bezirksgericht für Handelssachen Wien); u
  • tnejn fi Graz: il-Qorti Reġjonali Kriminali ta’ Graz (Landesgericht für Strafsachen Graz) u l-Qorti Reġjonali Ċivili ta’ Graz (Landesgericht für Zivilrechtssachen Graz).

Il-kawżi dwar l-impjiegi essenzjalment jikkonsistu f’tilwim ċivili dwar relazzjonijiet ta’ impjieg, kif iddefinit fl-Artikolu 50 tal-Att dwar il-Tribunali Industrijali u Soċjali (Arbeits- und Sozialgerichtsgesetz (ASGG)). Dawn huma rregolati mir-regoli proċedurali tagħhom stess, li huma simili għal dawk tal-kawżi ċivili iżda b’xi regoli speċjali addizzjonali.

Il-kawżi dwar l-impjiegi jitressqu fl-ewwel istanza quddiem il-Qrati Reġjonali jew, fi Vjenna, quddiem it-Tribunal Industrijali u Soċjali; fit-tieni istanza quddiem il-Qrati Reġjonali Superjuri (Oberlandsgerichte) u finalment fit-tielet istanza quddiem il-Qorti Suprema (Oberster Gerichtshof). Id-deċiżjonijiet jittieħdu minn diviżjonijiet (Senate) tal-qorti xierqa, li huma magħmula minn imħallef professjonali wieħed jew aktar (Berufsrichter(innen)) u żewġ assessuri onorarji (Laienrichter(innen)), wieħed ipprovdut mill-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi u wieħed mill-organizzazzjonijiet tal-impjegati.

Il-proċedura tal-appelli f’kawżi ta’ impjieg hija simili għall-proċedura tal-appelli f’kawżi ċivili, iżda hemm inqas restrizzjonijiet fuq l-appelli. Pereżempju, appell dwar punt ta’ liġi (Revision) jista’ jitressaq quddiem il-Qorti Suprema mingħajr ma jitqies il-valur inkwistjoni, sakemm il-punt ta’ liġi inkwistjoni jkun ta’ importanza konsiderevoli.

Il-kawżi kummerċjali essenzjalment jikkonsistu f’kawżi ċivili li jinvolvu kummerċjant, kif iddefinit fl-Artikolu 51 tal-Liġi dwar il-Ġuriżdizzjoni tal-Qorti (Jurisdiktionsnorm). Dawn huma soġġetti għall-proċedura ċivili ordinarja, bi ftit regoli speċjali. Meta kawża kummerċjali tinstema’ minn diviżjoni f'qorti tal-ewwel jew it-tieni istanza, assessur lajk li jirrappreżenta lin-negozjanti jingħaqad mad-diviżjoni. (Dan mhux il-każ fil-Qorti Suprema.)

Il-kawżi dwar kartelli, kif definiti fl-Att dwar il-Kartelli (Kartelgesetz), jitressqu quddiem il-Qorti Reġjonali Superjuri fi Vjenna, li taġixxi bħala l-Qorti tal-Kartelli (Kartellgericht) tal-ewwel istanza. Din għandha ġurisdizzjoni fuq il-pajjiż kollu. L-appelli kontra s-sentenzi tal-Qorti tal-Kartelli jitressqu fit-tieni u fl-aħħar istanza quddiem il-Qorti Suprema, li taġixxi bħala l-Qorti Superjuri tal-Kartelli (Kartellobergericht). Id-deċiżjonijiet jittieħdu minn diviżjonijiet, li fiż-żewġ każijiet huma magħmula minn imħallef professjonali wieħed jew aktar u żewġ assessuri lajċi kkwalifikati. Il-Kamra Ekonomika Federali Awstrijaka (Wirtschaftskammer Österreich) u, ħlief għal xi eċċezzjonijiet, il-Kamra Federali għall-Ħaddiema u l-Impjegati (Bundeskammer für Arbeiter und Angestellte) jagħżlu assessur onorarju għal kull waħda.

Fi proċedimenti mhux kontenzjużi (Verfahren außer Streitsachen), il-qrati jiddeċiedu dwar ċerti materji tad-dritt privat li għandhom karatteristiċi speċjali (ġeneralment, ftehimiet, kwistjonijiet ta’ kustodja legali, u kawżi oħra fejn tipikament ma jkunx hemm żewġ partijiet b’interessi opposti). Dawn isegwu proċedura simili għal dik tal-ġurisdizzjoni volontarja.

Il-parti l-kbira ta’ dawn il-kawżi l-ewwel jiġu deċiżi mill-Qrati Distrettwali, fit-tieni istanza mill-Qrati Reġjonali u fl-aħħar istanza mill-Qorti Suprema. Fl-ewwel istanza, il-kawżi jiġu deċiżi minn imħallef wieħed (Einzelrichter(in)) jew minn uffiċjal ġudizzjarju kkwalifikat apposta (Rechtspfleger(in)). Fit-tieni u t-tielet istanza, huma deċiżi minn diviżjonijiet ta’ tliet jew ħames imħallfin professjonali.

Il-proċedura tal-appelli fi proċedimenti mhux kontenzjużi tixbah ukoll dik fil-kawżi ċivili. Fid-dawl tan-natura speċjali tal-proċeduri, madankollu, hemm inqas restrizzjonijiet fuq l-appelli. Hemm ukoll ambitu limitat biex titressaq materja ġdida fit-tieni istanza, li tmur lil hinn mill-argumenti u s-sottomissjonijiet imressqa mir-rikorrent fl-ewwel istanza.

Minħabba l-ħafna tipi differenti ta’ kawżi ttrattati fi proċedimenti mhux kontenzjużi, spiss ikun hemm varjetà wiesgħa ta’ regoli speċjali li jirregolaw oqsma partikolari.

Qrati amministrattivi

L-Awstrija għandha l-qrati amministrattivi li ġejjin:

  • disa’ qrati amministrattivi provinċjali (Landesverwaltungsgerichte), waħda f’kull provinċja;
  • żewġ qrati amministrattivi federali: il-Qorti Amministrattiva Federali (Bundesverwaltungsgericht) u l-Qorti Fiskali Federali (Bundesfinanzgericht);
  • il-Qorti Amministrattiva Suprema (Verwaltungsgerichtshof).

Il-qrati amministrattivi jiddeċiedu, b’mod partikolari, dwar appelli kontra sentenzi u atti amministrattivi mingħajr proċedura minn korpi amministrattivi, kif ukoll dwar ilmenti kontra n-nuqqas tal-awtoritajiet amministrattivi li jaġixxu fi skadenza stabbilita (Säumnisbeschwerden).

Il-Qorti Fiskali Federali tiddeċiedi dwar kawżi ta’ appelli li jinvolvu taxxi u ħlasijiet pubbliċi (bi ftit eċċezzjonijiet) u l-liġi tat-taxxa kriminali, sakemm dawn il-kwistjonijiet jiġu ttrattati direttament mill-awtoritajiet fiskali jew tat-taxxa federali. Il-Qorti Amministrattiva Federali tiddeċiedi primarjament dwar appelli kontra sentenzi li inkella jinħarġu mill-awtoritajiet federali fil-kuntest ta’ amministrazzjoni federali diretta. Inkella, ġeneralment huma l-Qrati Amministrattivi Provinċjali li jiddeċiedu dwar kawżi ta’ appell amministrattivi.

Is-sentenzi tal-qrati amministrattivi jistgħu, taħt ċerti ċirkostanzi, jiġu appellati quddiem il-Qorti Amministrattiva Suprema. Il-Qorti Kostituzzjonali (Verfassungsgerichtshof) tista’ tiġi kkonsultata f’kawżi li jinvolvu ksur kostituzzjonali, speċjalment ksur tad-drittijiet fundamentali.

Qrati speċjalizzati oħra

Qorti Kostituzzjonali (Verfassungsgerichtshof)

Flimkien mal-Qorti Suprema u l-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Qorti Kostituzzjonali hija t-tielet qorti superjuri tal-Awstrija. Bħaż-żewġ qrati superjuri l-oħra, il-Qorti Kostituzzjonali hija bbażata fi Vjenna u għandha ġurisdizzjoni fuq il-pajjiż kollu.

Il-kompitu primarju tal-Qorti Kostituzzjonali huwa li tivverifika l-konformità mal-kostituzzjoni. Dan jinkludi wkoll id-drittijiet fundamentali. Hija speċifikament imsejħa biex teżamina, fuq talba, il-kostituzzjonalità tal-liġijiet, ir-regolamenti u s-sentenzi li ġejjin:

  • liġijiet federali u provinċjali;
  • regolamenti maħruġa minn korpi amministrattivi;
  • sentenzi tal-qrati amministrattivi.

Jekk meħtieġ, il-qorti tista’ twaqqa' dawn il-miżuri.

B’differenza minn qrati oħra, il-Qorti Kostituzzjonali m’għandhiex imħallfin professjonali, iżda pjuttost imħallfin honoris causa (Honoratiorenrichter(innen)). Dawn għandhom ikunu individwi eċċezzjonali li diġà kellhom karriera legali ta’ suċċess f'funzjoni oħra. Ħafna minnhom jeżerċitaw il-kariga tagħhom fuq bażi part-time, u jistgħu jkomplu jeżerċitaw il-professjoni preċedenti tagħhom (eż. bħala mħallfin jew professuri universitarji, għalkemm mhux bħala impjegati taċ-ċivil, f’liema każ iridu jinħelsu mid-dmirijiet uffiċjali tagħhom). Il-Qorti Kostituzzjonali tiltaqa’ biss għal “sessjonijiet”, li ġeneralment isiru erba’ darbiet fis-sena.

Bażijiet tad-data legali

Il-paġna ewlenija tal-Ġustizzja Awstrijaka (link Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidahawnhekk) tipprovdi informazzjoni ġenerali dwar is-sistema ġudizzjarja Awstrijaka.

L-aċċess għall-bażi tad-data hu bla ħlas?

Iva.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĠuriżdizzjoni tal-Qrati – l-Awstrija

v
L-aħħar aġġornament: 25/10/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Pollakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliż diġà ġew tradotti.

Qrati speċjalizzati nazzjonali - Polonja

Din it-taqsima tagħtik informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-qrati speċjalizzati fil-Polonja.

Qrati speċjalizzati

Hemm diversi qrati u tribunali speċjali fil-Polonja.

Qorti Suprema (Sąd Najwyższy)

Il-Qorti Suprema hija l-ogħla awtorità ġudizzjarja. Hija teżerċita sorveljanza ġudizzjarja fuq id-deċiżjonijiet tal-qrati l-oħrajn kollha, u tiżgura l-konsistenza fl-interpretazzjoni tal-liġijiet u tal-prassi ġudizzjarja.

Il-Qorti Suprema mhijiex qorti komuni. Hija tistħarreġ il-każijiet fil-kassazzjoni u f’appelli kontra sentenzi tal-qrati; u tadotta riżoluzzjonijiet immirati li jiċċaraw id-dispożizzjonijiet legali li jqajmu d-dubji jew li l-applikazzjoni tagħhom tikkawża disparitajiet fit-teħid ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji. Hija tadotta wkoll riżoluzzjonijiet li jsolvu mistoqsijiet legali riferiti lilha f’konnessjoni ma’ każijiet speċifiċi.

Il-Qorti Suprema Pollakka (Sąd Najwyższy) tippubblika d-deċiżjonijiet tagħha, bil-motivazzjonijiet, fis-sit elettroniku tagħha, Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Suprema Pollakka, li huwa wkoll disponibbli bl-Ingliż.

Tribunal Kostituzzjonali (Trybunał Konstytucyjny)

Fis-sistema legali Pollakka, it-Tribunal Kostituzzjonali (Trybunał Konstytucyjny) ma jitqiesx bħala qorti komuni.

It-Tribunal Kostituzzjonali jaġġudika:

  • Dwar il-kostituzzjonalità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-ftehimiet internazzjonali
  • Dwar il-konformità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali ma’ ftehimiet internazzjonali rratifikati, li r-ratifika tagħhom hija meħtieġa qabel l-approvazzjoni mill-Parlament
  • Dwar il-konformità mal-Kostituzzjoni ta’ regolamenti legali maħruġa minn awtoritajiet ċentrali tal-istat, ftehimiet internazzjonali rratifikati u Atti leġiżlattivi
  • Dwar il-kostituzzjonalità tal-għanijiet jew l-attivitajiet tal-partiti politiċi
  • Dwar ilmenti kostituzzjonali.

Id-deċiżjonijiet tiegħu jiġu kollha ppubblikati, flimkien mal-motivazzjonijiet, fuq is-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Kostituzzjonali tal-Polonja, li huwa wkoll disponibbli bl-Ingliż.

Tribunal tal-Istat (Trybunał Stanu)

It-Tribunal tal-Istat (Trybunał Stanu) jaġġudika każijijet li fihom il-persuni li jokkupaw (jew li okkupaw) l-ogħla pożizzjonijiet fl-istat huma mixlija bi ksur tal-Kostituzzjoni jew Atti oħrajn leġiżlattivi.

Tista’ ssib aktar informazzjoni fuq is-sit elettroniku tat-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTribunal tal-Istat Pollakk.

Qrati amministrattivi

Is-sistema tal-qrati amministrattivi tinkludi l-Qorti Amministrattiva Għolja (Naczelny Sąd Administracyjny) u l-qrati amministrattivi reġjonali – waħda għal kull provinċja (wojewódzkie sądy administracyjne).

Il-Qorti Amministrattiva Għolja:

  • Tiddeċiedi dwar jekk ir-riżoluzzjonijiet tal-korpijiet governamentali lokali, jew l-atti regolatorji tal-awtoritajiet provinċjali tal-amministrazzjoni tal-istat (terenowe organy administracji publicznej), humiex konformi mal-liġi
  • Tiddeċiedi dwar ilmenti kontra deċiżjonijiet amministrattiv; dwar deċiżjonijiet maħruġa fi proċedimenti amministrattivi b’risposta għal ilmenti (jew tikkonkludi dawn il-proċedimenti); u dwar deċiżjonijiet li jistgħu jiġu appellati fuq bażi tal-mertu tal-kawża
  • Taġġudika dwar xi riżoluzzjonijiet ta’awtoritajiet muniċipali jew ta’ assoċjazzjonijiet ta’ dawn l-awtoritajiet
  • Tagħti risposti dwar mistoqsijiet legali sottomessi għall-kunsiderazzjoni tagħha mill-korpijiet governamentali lokali tal-appell.

Il-Qorti Amministrattiva Suprema ppubblikat id-deċiżjonijiet kollha tagħha, flimkien mal-motivazzjonijiet, sa mill-1 ta’ Ottubru 2007. Id-deċiżjonijiet aktar antiki għadhom qed jiżdiedu fil-bażi tad-dejta. Is-sit elettroniku tal-Qorti huwa disponibbli biss bil-Franċiż.

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Amministrattiva Suprema (Naczelny Sąd Administracyjny) tippubblika d-deċiżjonijiet tagħha, flimkien mal-motivazzjonijiet, fuq is-sit elettroniku tagħha.

L-aħħar aġġornament: 10/12/2012

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Qrati speċjalizzati nazzjonali - Portugall

Din il-paġna tagħti informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-qrati speċjalizzati fil-Portugall.

Il-Qrati tal-ewwel istanza (Tribunais judiciais de 1.ª instância)

Il-qrati tal-ewwel istanza huma, bħala regola, il-qrati distrettwali (tribunais de comarca). Huma responsabbli li jisimgħu kawżi fil-kwistjonijiet kollha li ma jkunux koperti mill-ġuriżdizzjoni ta’ qrati oħra. Il-qrati distrettwali għandhom kemm kompetenza ġenerali kif ukoll kompetenza speċjalizzata.

Il-qrati distrettwali huma maqsuma f’awli ta’ kompetenza speċjalizzata jew ġenerali, kif ukoll f’awli lokali. L-awli huma msemmija skont il-kompetenza tagħhom u skont l-isem tal-muniċipalità li jinsabu fiha.

Jistgħu jinħolqu l-awli ta’ kompetenza speċjalizzata li ġejjin:

  1. Ċentrali ċivili (Central cível);
  2. Lokali ċivili (Local cível);
  3. Ċentrali kriminali (Central criminal);
  4. Lokali kriminali (Local criminal);
  5. Lokali kriminalità inqas gravi (Local de pequena criminalidade);
  6. Kumpilazzjoni (Instrução criminal);
  7. Il-familja u l-minuri (Família e menores);
  8. Industrijali (Trabalho);
  9. Kummerċjali (Comércio);
  10. Eżekuzzjoni (Execução).

Il-qrati speċjalizzati li ġejjin għandhom kompetenza territorjali usa’:

  1. Il-Qorti tal-Proprjetà Intellettwali (Tribunal da propriedade intelectual);
  2. Il-Qorti tal-Kompetizzjoni, ir-Regolamentazzjoni u s-Superviżjoni (Tribunal da concorrência, regulação e supervisão);
  3. Il-Qorti Marittima (Tribunal Marítimo);
  4. Il-Qorti tal-Eżekuzzjoni tal-Pieni (Tribunal de execução das penas);
  5. Il-Qorti Ċentrali tal-Kumpilazzjoni (tribunal central de instrução criminal).

Awli b'kompetenza speċifika

Minn dawn l-awli, dawn li ġejjin huma partikolarment rilevanti:

Ċentrali ċivili

Dawn l-awli huma kompetenti biex:

  • jisimgħu kawżi għal sentenzi dikjaratorji ċivili skont il-proċedura komuni għall-valuri ogħla minn EUR 50,000.00;
  • bħala parti mill-proċeduri ta’ eżekuzzjoni ċivili għal valuri ogħla minn EUR 50,000.00, iwettqu d-dmirijiet previsti fil-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili relatati maż-żoni ġeografiċi li m’hemmx awli jew qrati kompetenti għalihom;
  • jisimgħu proċeduri interim urġenti dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tagħhom;
  • iwettqu r-responsabbiltajiet l-oħrajn attribwiti lilhom bil-liġi.
  • Awli tal-familja u l-minuri

F’materji li għandhom x’jaqsmu mal-istat ċivili tal-persuni u l-familja, dawn l-awli jisimgħu:

  1. proċedimenti ta’ ġuriżdizzjoni volontarja bejn il-miżżewġin;
  2. proċedimenti ta’ ġuriżdizzjoni volontarja f’sitwazzjonijiet ta’ koabitazzjoni barra miż-żwieġ jew relatati ma’ persuni li jgħixu flimkien bħala unità domestika komuni;
  3. kawżi relatati mas-separazzjoni ta’ persuni u proprjetà, u mad-divorzju;
  4. kawżi li jiddikjaraw in-nullità jew l-annullament ta’ żwieġ ċivili;
  5. kawżi ppreżentati abbażi tal-Artikolu 1647 u tal-Artikolu 1648(2) tal-Kodiċi Ċivili, approvati mid-Digriet Amministrattiv Nru 47344, tal-25 ta’ Novembru 1966;
  6. kawżi għall-ħlasijiet ta’ manteniment u għall-eżekuzzjoni tagħhom bejn miżżewġin u bejn eksmiżżewġin;
  7. kawżi oħrajn relatati mal-istat ċivili tal-persuni u l-familja.

Flimkien ma’ setgħat f’dan il-qasam, dawn l-awli jeżerċitaw ukoll setgħat li l-liġi tattribwixxi lill-qrati relatati mal-proċeduri tal-inventarju li jirriżultaw mis-separazzjoni ta’ persuni u proprjetà, mid-divorzju, jew mid-dikjarazzjoni ta’ nullità jew annullament ta’ żwieġ ċivili, kif ukoll relatati ma’ każijiet speċjali ta’ separazzjoni ta’ proprjetà koperti mil-liġijiet xierqa.

Fil-qasam tal-minuri u l-ulied maġġorenni, l-awli huma kompetenti biex:

  1. jistabbilixxu t-tutela u l-amministrazzjoni tal-beni;
  2. jaħtru persuna biex twettaq tranżazzjonijiet ġuridiċi f’isem il-minuri kif ukoll biex taħtar tutur ġenerali li jirrappreżenta, barra mill-qorti, il-minuri li suġġett tar-responsabbiltà tal-ġenituri;
  3. japprovaw l-adozzjonijiet;
  4. jirregolaw l-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri u jisimgħu kwistjonijiet relatati magħha;
  5. jistabbilixxu l-ħlasijiet tal-manteniment dovuti lill-minuri u lill-ulied maġġorenni jew emanċipati msemmija fl-Artikolu 1880 tal-Kodiċi Ċivili, approvati mid-Digriet Amministrattiv Nru 47344, tal-25 ta’ Novembru 1966, u li jisimgħu l-kawżi għall-eżekuzzjoni ta’ ħlasijiet ta’ manteniment;
  6. tordna l-pjazzament ġudizzjarju tal-minuri waqt li jkun qed jistenna l-adozzjoni;
  7. jiddekretaw il-miżura ta’ promozzjoni u protezzjoni tal-pjazzament mal-persuna magħżula għall-adozzjoni, jew ma’ istituzzjoni bil-ħsieb ta’ adozzjoni fil-futur;
  8. jistabbilixxu relazzjoni ta’ kustodja ċivili (apadrinhamento civil) jew jirrevokawha;
  9. jawtorizzaw lir-rappreżentant legali tal-minuri jwettaq ċerti atti, jivvalida atti li diġà twettqu mingħajr awtorizzazzjoni u jagħmel arranġamenti relatati mal-aċċettazzjoni ta’ donazzjonijiet;
  10. jieħdu deċiżjonijiet dwar il-ħlas tal-garanzija finanzjarja li jridu jagħtu l-ġenituri favur it-tfal minuri tagħhom;
  11. jistabbilixxu l-projbizzjoni totali jew parzjali tal-eżerċizzju tar-responsabbilità tal-ġenituri, u jistabbilixxu l-limiti għalih kif previst fl-Artikolu 1920 tal-Kodiċi Ċivili, approvat mid-Digriet Amministrattiv Nru 47344, tal-25 ta’ Novembru 1966;
  12. iwettqu d-determinazzjoni uffiċjali tal-maternità u l-paternità, u jisimgħu l-kontestazzjonijiet u l-investigazzjonijiet relatati ma’ kwistjonijiet ta’ maternità u paternità;
  13. jiddeċiedu, meta l-ġenituri ma jaqblux, dwar l-isem u l-kunjom tal-minuri.

Minbarra l-kompetenzi f’dan il-qasam, l-awli huma responsabbli wkoll biex:

  1. meta jkun hemm tutela jew l-amministrazzjoni tal-beni, jiddeterminaw ir-rimunerazzjoni tat-tutur jew l-amministratur; jisimgħu u jiddeterminaw ir-rilaxx, ir-riżenja jew it-tneħħija tat-tutur, l-amministratur jew il-membru tal-kunsill tal-familja; jitolbu u jevalwaw il-kontijiet, jawtorizzaw is-sostituzzjoni tal-ipoteka legali u jiddeterminaw ir-rinforz u s-sostituzzjoni tal-garanzija pprovduta; u jaħtru tutur speċjali biex jirrappreżenta lill-minuri barra l-qorti;
  2. jaħtru tutur speċjali li jirrappreżenta l-minuri fil-proċedimenti kollha tat-tutela;
  3. jibdlu, jirrevokaw u jirrevedu l-adozzjoni; jitolbu u jevalwaw il-kontijiet tal-adottant u jistipulaw l-ammont ta’ flus mid-dħul li jrid jintefaq fuq il-manteniment tal-persuna adottata;
  4. jiddeċiedu dwar iż-żieda u s-sostituzzjoni tal-garanzija mogħtija favur tfal minuri;
  5. jitolbu u jevalwaw il-kontijiet li jridu jipprovdu l-ġenituri;
  6. jiddeċiedu dwar kwalunkwe kwistjoni oħra relatata mal-proċeduri msemmija fil-paragrafi preċedenti [a) sa m)].

F’dak li għandu x’jaqsam ma’ kwistjonijiet ta’ tutela edukattiva u ta’ protezzjoni, il-qrati huma responsabbli biex:

  • jisimgħu proċedimenti dwar il-promozzjonijiet u l-protezzjoni;
  • japplikaw miżuri ta’ promozzjoni u protezzjoni u jimmonitorizzaw l-implimentazzjoni tagħhom meta jkun meħtieġ, kull meta minuri jew żagħżugħ ikun f’sitwazzjoni ta’ riskju u meta ma jkunx applikabbli l-intervent mill-kumitat ta’ protezzjoni;
  • iwettqu l-atti ġuriżdizzjonali meħtieġa għall-investigazzjoni ta’ tutela edukattiva;
  • jevalwaw il-fatti li jikkwalifikaw bħala reati skont il-liġi, imwettqa minn minuri bejn l-etajiet ta’ 12 u 16-il sena, bl-għan li jiġu applikati miżuri ta’ tutela;
  • jimplimentaw u jirrevedu miżuri ta’ tutela;
  • jiddikjaraw it-terminazzjoni jew it-tneħħija ta’ miżuri ta’ tutela;
  • jisimgħu appelli kontra deċiżjonijiet li japplikaw miżuri dixxiplinarji fuq minuri suġġetti għal ordnijiet ta’ kustodja.

Awli industrijali

Dawn jisimgħu, f’materji ċivili u oħrajn, il-kwistjonijiet li jirriżultaw mir-relazzjonijiet bejn l-impjegatur u l-impjegat u mir-relazzjonijiet stabbiliti bil-ħsieb li jiġu ffirmati kuntratti ta’ impjieg, relatati ma’ aċċidenti fuq il-post tax-xogħol u marda okkupazzjonali, kuntratti li huma komparabbli skont il-liġi għal kuntratti ta’ impjieg, u ta’ kuntratti ta’ apprendistat u ta’ traineeship, kif ukoll kwistjonijiet relatati ma’ materji ċivili relatati mal-istrajkijiet.

Awli kummerċjali

Dawn l-awli jisimgħu:

  1. proċedimenti ta’ insolvenza u miżuri ta’ ristrutturar speċjali;
  2. kawżi għad-dikjarazzjoni ta' ineżistenza, nullità u annullament ta' memoranda u statuti ta' assoċjazzjoni;
  3. kawżi relatati mal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-kumpanija;
  4. kawżi għas-sospensjoni jew it-tħassir ta' riżoluzzjonijiet ta' kumpanija;
  5. kawżi għall-istralċ ġudizzjarju ta’ kumpaniji;
  6. kawżi għall-istralċ ta’ kumpaniji maħluqa skont l-Istatut tal-Kumpanija Ewropea (ECS);
  7. kawżi għall-istralċ ta’ kumpaniji azzjonarji;
  8. kawżi msemmija fil-Kodiċi ta’ Reġistrazzjoni tal-Kumpaniji;
  9. kawżi għall-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u kumpaniji finanzjarji.

Huma responsabbli wkoll biex jiġġudikaw l-kontestazzjonijiet għall-ordnijiet mogħtija mir-reġistraturi tal-uffiċċji tar-reġistru tal-kumpaniji, kif ukoll kontestazzjonijiet għad-deċiżjonijiet meħuda mir-reġistraturi bħala parti mill-proċeduri amministrattivi mwettqa għall-istralċ jew il-likwidazzjoni ta’ kumpaniji.

Awli tal-eżekuzzjoni

Dawn l-awli huma responsabbli għall-proċeduri ta’ eżekuzzjoni ċivili kif stabbilit fil-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, ħlief dawk il-każijiet attribwiti lill-Qorti tal-Proprjetà Intellettwali, il-Qorti tal-Kompetizzjoni, ir-Regolamentazzjoni u s-Superviżjoni, il-Qorti Marittima, l-awli tal-familja u l-minuri u l-awli industrijali u l-awli kummerċjali. L-awli tal-eżekuzzjoni jittrattaw ukoll l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi mogħtija fi proċedimenti kriminali li, skont it-termini tal-liġi dwar il-proċedura kriminali, m’għandhomx jiġu ttrattati f’qorti ċivili.

Qrati b’kompetenza territorjali usa’

Il-Qrati tal-Proprjetà Intellettwali

jisimgħu kwistjonijiet relatati ma’:

  1. kawżi fejn is-suġġett tal-kawża jkun relatat mad-drittijiet tal-awtur u ma’ drittijiet konnessi;
  2. kawżi fejn is-suġġett tal-kawża kun relatat mal-proprjetà industrijali, fi kwalunkwe waħda mill-modalitajiet previsti mil-liġi;
  3. kawżi ta’ invalidazzjoni u annullament ta’ privattivi, ċertifikati supplimentari ta’ protezzjoni, mudelli ta’ utilità u topografiji ta’ prodotti semikundutturi previsti fil-Kodiċi tal-Proprjetà Industrijali (Código da Propriedade Industrial) u kull leġiżlazzjoni applikabbli oħra, kif ukoll talbiet għad-dikjarazzjoni tal-invalidazzjoni jew l-annullament ta’ reġistrazzjonijiet ta’ tpinġijiet jew mudelli, marki kummerċjali, logotipi, premjijiet, denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi li jkunu s-suġġett ta’ proċedimenti ta’ kontrotalba;
  4. appelli kontra deċiżjonijiet meħuda mill-Istitut Nazzjonali tal-Proprjetà Industrijali (Instituto Nacional da Propriedade Industrial, I. P. - INPI, I. P.) li jagħti jew jiċħad kwalunkwe tip ta’ drittijiet ta’ proprjetà industrijali jew deċiżjonijiet relatati ma’ trasferimenti, liċenzji jew dikjarazzjonijiet ta’ obsolexxenza, jew kwalunkwe att ieħor li jaffettwa, jimmodifika jew itemm drittijiet ta’ proprjetà industrijali;
  5. l-appell u r-rieżami tad-deċiżjonijiet, jew ta’ kwalunkwe miżura oħra li tista’ tiġi kkontestata legalment, meħuda mill-Istitut Nazzjonali tal-Proprjetà Industrijali f’każijiet relatati ma’ infrazzjonijiet u multi;
  6. kawżi ta’ sentenza dikjaratorja fejn is-suġġett tal-kawża jkun relatat ma’ ismijiet tad-dominju tal-internet;
  7. appelli kontra d-deċiżjonijiet tal-Fondazzjoni għall-Analiżi Xjentifika Nazzjonali (Fundação para a Computação Científica Nacional), li hija l-awtorità kompetenti responsabbli għar-reġistrazzjoni, iċ-ċaħda jew it-tiġdid ta’ ismijiet ta’ dominju .pt;
  8. kawżi fejn is-suġġett tal-kawża jkun relatat ma’ kumpaniji u ma’ ismijiet ta’ kumpaniji;
  9. appelli kontra deċiżjonijiet meħuda mill-Istitut tar-Reġistri u n-Nutara (Instituto dos Registos e do Notariado, I. P. - IRN, I. P.) dwar l-ammissibbiltà ta’ kumpaniji u ismijiet kummerċjali skont il-qafas legali tar-Reġistru Nazzjonali tal-Entitajiet Ġuridiċi (Registo Nacional de Pessoas Coletivas);
  10. kawżi li fihom is-suġġett tal-kawża jkun relatat mal-prattika ta’ atti ta’ kompetizzjoni inġusta jew tal-ksur ta’ sigrieti kummerċjali relatati mal-proprjetà industrijali;
  11. miżuri għall-kisba u l-preservazzjoni ta’ provi u għall-għoti ta’ informazzjoni, meta jkunu meħtieġa għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u d-drittijiet tal-awtur.

Il-Qorti tal-Kompetizzjoni, ir-Regolamentazzjoni u s-Superviżjoni

Fost materji oħra, din il-qorti tisma’ kwistjonijiet relatati mal-appell, ir-rieżami u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet, ordnijiet u miżuri oħrajn li joħorġu minn kawżi ta’ ksur li jistgħu jiġu kkontestati legalment, maħruġa minn bosta korpi regolatorji, jiġifieri l-Awtorità tal-Kompetizzjoni (Autoridade da Concorrência), l-Awtorità Nazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (Autoridade Nacional da Aviação Civil), il-Bank tal-Portugall (Banco de Portugal) u l-Kummissjoni tas-Swieq tat-Titoli (Comissão do Mercado de Valores Mobiliários).

Il-Qrati Marittimi

jisimgħu kwistjonijiet relatati ma’:

  1. kumpens minħabba dannu kkawżat jew soffert minn vapuri, dgħajjes u bastimenti oħrajn li jiggalleġġaw, jew li jirriżultaw mill-użu tagħhom fil-baħar skont it-termini ġenerali tal-liġi;
  2. kuntratti għall-kostruzzjoni, it-tiswija, ix-xiri u l-bejgħ ta' vapuri, dgħajjes u bastimenti oħrajn li jiggalleġġaw, sakemm ikunu maħsuba għall-użu marittimu;
  3. kuntratti għat-trasport bil-baħar jew kuntratti ta' trasport kombinati jew multimodali;
  4. kuntratti għat-trasport fix-xmajjar jew fil-kanali, fil-limiti stabbiliti fit-Tabella Nru 1 mehmuża mar-regolamenti ġenerali għall-portijiet (Regulamento Geral das Capitanias), approvati mid-Digriet Amministrattiv Nru 265/72, tal-31 ta’ Lulju 1972;
  5. kuntratti għan-noleġġ jew il-lokazzjoni ta’ bastimenti tal-baħar, dgħajjes u bastimenti oħrajn li jiggalleġġaw;
  6. kuntratti għall-assikurazzjoni ta' vapuri, dgħajjes u bastimenti oħrajn li jiggalleġġaw maħsuba għall-użu marittimu, u t-tagħbija tagħhom;
  7. ipoteki u privileġġi fir-rigward ta’ vapuri jew dgħajjes, u kwalunkwe kollateral fir-rigward ta’ bastimenti li jiggalleġġaw u t-tagħbijiet tagħhom;
  8. proċedimenti speċjali marbuta ma' vapuri, dgħajjes u bastimenti oħrajn li jiggalleġġaw u t-tagħbija tagħhom;
  9. proċedimenti interim urġenti relatati ma’ vapuri, dgħajjes u bastimenti oħrajn li jiggalleġġaw, it-tagħbija rispettiva tagħhom u l-karburant tal-bastimenti, u beni oħra li jappartjenu lill-vapuri, dgħajjes u bastimenti oħrajn li jiggalleġġaw, kif ukoll talbiet preliminari lill-kaptan tal-port biex isostni l-moviment ’il barra tal-affarijiet li jkunu l-oġġett ta’ dawn il-proċedimenti;
  10. materji ta’ medja ġenerali jew medja partikolari, inklużi dawk li jirreferu għal bastimenti oħrajn li jiggalleġġaw għall-użu marittimu;
  11. assistenza u salvataġġ marittimi;
  12. kuntratti għall-irmunkar u l-pilotaġġ;
  13. tneħħija tar-residwi;
  14. responsabilità ċivili fir-rigward ta' tniġġis tal-baħar u ilmijiet oħrajn fil-ġuriżdizzjoni tagħhom;
  15. l-użu, it-telf, is-sejba jew l-approprjazzjoni ta’ metodi jew tagħmir għas-sajd jew għall-ġbir ta’ frott tal-baħar, molluski u alka, ħadid, tagħmir, armi, provvisti u oġġetti oħrajn għall-użu tat-tbaħħir jew tas-sajd, kif ukoll ħsara kkawżata jew sofferta minn dan l-istess materjal;
  16. ħsara kkawżata lil beni li jappartjenu għad-dominju pubbliku marittimu;
  17. sjieda u pussess ta’ residwi minn bastimenti li jkunu telgħu l-art, u ta’ oġġetti jew kwalunkwe fdalijiet eżistenti li joriġinaw jew jiġu mill-oċean u li jinsabu mitluqa fuq il-ħamrija jew taħtha jew li jiġu minn ibħra interni jew jeżistu fihom, jekk ikun ta’ interess marittimu;
  18. arresti;
  19. il-kwistjonijiet kollha dwar materji tad-dritt marittimu kummerċjali;
  20. appelli kontra d-deċiżjonijiet meħuda mill-kaptan tal-port fil-każijiet ta’ infrazzjonijiet marittimi.

Il-Qorti tal-Eżekuzzjoni tal-Pieni

Din il-qorti timmonitorizza u tissorvelja l-eżekuzzjoni, u tieħu deċiżjonijiet dwar il-modifika, is-sostituzzjoni u t-tmiem tal-piena jew miżura ta’ kustodja stabbilita fid-deċiżjoni ġudizzjarja wara li tkun ingħatat is-sentenza. Il-qorti hija kompetenti biex:

  • tiddetermina l-eżekuzzjoni tal-piena supplimentari ta’ deportazzjoni, filwaqt li tiddikjara li s-sentenza ta’ priġunerija tkun fi tmiemha, u tiddetermina l-implimentazzjoni bikrija tal-piena supplimentari ta’ deportazzjoni;
  • tiddikjara t-tmiem ta' sentenza ta' priġunerija, ta' sentenza relattivament indeterminata (pena relativamente indeterminada) jew ta' miżura ta' sigurtà ta’ internament;
  • toħroġ mandati għall-arrest, id-detenzjoni u r-rilaxx;
  • toħroġ dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità u tordna s-sekwestru ta’ beni relatati ma’ persuna kkundannata li tkun neħħiet intenzjonalment lilha nfisha, b’mod sħiħ jew parzjali, mill-implimentazzjoni ta’ terminu ta’ priġunerija jew miżura ta’ kustodja;
  • tiddeċiedi dwar il-kanċellament provviżorju ta’ fatti jew deċiżjonijiet li jkunu ddaħħlu f’fedina penali.

Il-Qorti Ċentrali tal-Kumpilazzjoni

Din il-qorti twettaq il-kumpilazzjonijiet, tieħu deċiżjonijiet ta’ sentenzjar u għandha ġuriżdizzjoni fuq l-investigazzjoni meta l-attività kriminali sseħħ f’distretti li jappartjenu lil Qrati tal-Appell (Tribunais da Relação) differenti u kull meta jkunu involuti d-delitti li ġejjin:

  1. delitti kontra l-paċi u l-umanità;
  2. delitti ta’ organizzazzjoni terroristika u ta’ terroriżmu;
  3. delitti li jipperikolaw is-sigurtà tal-Istat, bl-eċċezzjoni ta’ delitti elettorali;
  4. traffikar ta’ narkotiċi, sustanzi psikotropiċi u prekursuri tad-droga, ħlief għal sitwazzjonijiet ta’ distribuzzjoni diretta lill-konsumatur, u assoċjazzjoni kriminali relatata mat-traffikar;
  5. ħasil ta’ flus;
  6. korruzzjoni, miżapproprjazzjoni, u tixħim u korruzzjoni;
  7. insolvenza malizzjuża;
  8. malamministrazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku ekonomikament indipendenti;
  9. frodi dwar il-kisba jew il-miżapproprjazzjoni ta’ għotjiet, premjijiet jew self;
  10. reati ekonomiċi u finanzjarji mwettqa b’mod organizzat, b’mod partikolari li jinvolvu l-użu tat-teknoloġija tal-informatika;
  11. reati ekonomiċi u finanzjarji b’ambitu internazzjonali jew transnazzjonali.
L-aħħar aġġornament: 29/01/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Qrati speċjalizzati nazzjonali - Rumanija

Din il-paġna tagħtik informazzjoni dwar il-qrati speċjalizzati tar-Rumanija.

Qrati speċjalizzati

Tribunal Braşov għall-Kwistjonijiet tal-Familja u l-Minorenni (Tribunalul pentru Minori şi Familie)

It-Tribunal ibbażat fi Brașov għall-Kwistjonijiet tal-Familja u l-Minorenni jisma’ kawżi dawr reati kommessi mit-tfal jew fuq it-tfal. Qabel ma twaqqaf dan it-Tribunal speċjalizzat, dawn il-kawżi kienu jinstemgħu mit-Tribunal Brașov.

Tribunal speċjalizzati

Hemm tliet tribunal speċjalizzati (l-eks tribunali kummerċjali):

  • It-Tribunal Speċjalizzat ta’ Cluj (Tribunalul Specializat Cluj)
  • It-Tribunal Speċjalizzat ta’ Mures (Tribunalul Specializat Cluj)
  • It-Tribunal Speċjalizzat ta’ Arges (Tribunalul Specializat Cluj)

Dawn jisimgħu kawżi li jinvolvu l-professjonisti. Kull persuna li għandha impriża hija meqjusa bħala professjonista.

Il-qrati militari

Il-ġuriżdizzjoni tal-qrati militari hija stabbilita fil-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali. Kull qorti militari għandha l-istatus ta’ bażi militari.

L-organizzazzjoni tal-ġerarkija tal-qrati militari hija kif ġej:

  • Erba’ qrati militari (f’Bucharest, Cluj-Napoca, Iași u Timișoara)
  • It-Tribunal Militari ta’ Bucharest
  • Il-Qorti Militari tal-Appell ta’ Bucharest

Il-qrati militari għandhom imħallfin militari, skrivana, arkivisti u persunal ieħor.

It-Tribunali Militari

Hemm erba’ tribunali militari fir-Rumanija, fl-ibliet li ġejjin:

  • Bucharest;
  • Cluj-Napoca;
  • Iași;
  • Timișoara

Bħala l-ogħla qorti tal-ewwel istanza, it-tribunal militari jista’ jisma kawżi dwar ir-reati kollha mwettqa mill-persunal militaru sa u inkluż ir-rank ta’ kurunell, u każijiet oħra li hemm dispożizzjoni speċjali għalihom mil-liġi.

Il-Qorti Militari tal-Appell ta’ Bucharest

Il-Qorti Militari tal-Appell ta’ Bucharest tiddeċiedi:

  • Bħala qorti tal-ewwel istanza, tisma l-kawżi dwar reati kontra s-sigurtà nazzjonali: tradiment, tradiment bi trażmissjoni ta’ intelliġenza sigrieta tal-Istat, tradiment bi tħajjir tal-għadu, azzjonijiet kontra l-ordni Kostituzzjonali, miżuri ostili kontra l-Istat, spjunar, attakk li jqiegħed fil-periklu is-sikurezza nazzjonali, attakk kontra l-komunità, atti ta’ diverżjoni, misrappreżentazzjoni, propaganda għall-gwerra, tqegħid fil-periklu tal-interessi tal-Istat, żvelar li jqiegħed f’periklu is-sikurezza nazzjonali, reati kontra persuni taħt protezzjoni internazzjonali, nuqqas ta’ rappurtar ta’ reati kontra s-sikurezza nazzjonali, li jiġu kommessi mill-persunal militari, reati fuq is-sikurezza nazzjonali tar-Rumanija, kif previst f’liġijiet speċjali, li jiġu kommessi mill-persunal militari, reati mwettqa mill-imħallfin tat-tribunali militari u mill-prosekuturi militari mill-uffiċċji tal-prosekuzzjoni militari annessi ma’ dawn il-qrati, reati mwettqa minn ġenerali, marixxalli u ammiralli, u rikorsi għall-ispostament, kif previst mil-liġi;
  • bħala qorti ta’ appell, hija tisma l-appelli minn sentenzi tat-tribunali militari tal-ewwel istanzal;
  • taqta’ u tiddeċiedi l-kunflitti ta’ ġuriżdizzjoni bejn tribunali militari fil-qasam ta’ ġuriżdizzjoni tagħha u l-appelli mis-sentenzi ta’ dawn it-tribunali kif previst mil-liġi.

Il-qrati amministrattivi

Mhemmx qrati amministrattivi fir-Rumanija. Taqsima speċjali amministrattiva tal-qorti għandha s-setgħa tisma’ l-kawżi amministrattivi.

Qrati speċjali oħra

Il-Qorti Kostituzzjonali

Il-Qorti Kostituzzjonali għandha disa’ mħallfin, maħtura b’mandat ta’ disaż snin li ma jistgħux jiġu mġedda jew estiżi. Tliet imħallfin jiġu maħtura mill-Kamra tad-Deputati, tlieta mis-Senat u tlieta mill-President tar-Rumanija. L-imħallfin tal-Qorti Kostituzzjonali jagħżlu l-President tal-Qorti Kostituzzjonali b’vot sigriet, għal mandat ta’ tliet snin. Il-Qorti Kostituzzjonali tissostitwixxi terz tal-imħallfin tagħha kull tliet snin.

Skont l-Artikolu 146 tal-Kostituzzjoni Rumena, il-Qorti Kostituzzjonali għandha s-setgħat li ġejjin:

  • tiddeċiedi dwar il-kostituzzjonalità tal-liġijiet qabel jiġu ppromulgati, fuq talba tal-President tar-Rumanija; mill-President ta’ waħda mi-żewġ Kmamar tal-Parlament; mill-Gvern; mill-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja; mill-Ombusman, b’mill-inqas 50 Deputat jew 25 Senatur, u ex officio, għall-inizjattivi li jipproponu r-reviżjoni tal-Kostituzzjoni;
  • tiddeċiedi dwar il-kostituzzjonalità tat-trattati jew ftehimiet internazzjonali oħra, fuq proposta tal-President jew waħda mill-Kmamar tal-Parlament, jew mill-inqas 50 Deputat jew 25 Senatur;
  • tiddeċiedi dwar il-kostituzzjonalità tar-regolamenti tal-Parlament, fuq proposta tal-President jew waħda mill-Kmamar tal-Parlament, minn grupp parlamentari, jew mill-inqas 50 Deputat jew 25 Senatur;
  • tiddeċiedi dwar in-nuqqas ta’ kostituzzjonalità ta’ liġijiet u ordnijiet li jiġu invokati quddiem il-qrati tal-liġi jew it-tribunali għall-arbitraġġ kummerċjali; din l-oġġezzjoni tista’ titqajjem ukoll direttament mill-Ombudsman;
  • tiddeċiedi dwar tilwim legali ta’ natura kostituzzjonali bejn l-awtoritajiet pubbliċi, fuq talba tal-President tar-Rumanija, il-President ta’ waħda mill-Kmamar tal-Parlament, il-Prim Ministru, jew il-President tal-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura;
  • tissorvelja l-konformità mal-proċedura għall-elezzjoni tal-President tar-Rumanija, u tikkonferma r-riżultati tal-elezzjoni;
  • toħroġ opinjonijiet konsultattivi dwar proposti biex jiġi sospiż il-President tar-Rumanija mill-kariga;
  • tikkonferma l-preżenza ta’ ċirkostanzi li jiġġustifikaw il-preżenza ta’ Aġent Kap tal-Istat, u tagħti rapport tas-sejbiet tagħha lill-Parlament u lill-Gvern;
  • tissorvelja l- konformità mal-proċedura għall-organizzazzjoni u twettiq ta’ referendum, u tikkonferma r-riżultati tiegħu;
  • tivverifika li jkun hemm il-kundizzjonijet sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jeżerċitaw inizjattiva leġiżlattiva;
  • tiddeċiedi fuq oġġezzjonijiet dwar in-nuqqas ta’ kostituzzjonalità ta’ partit politiku;
  • twettaq kwalunkwe dmirijiet oħra previsti mil-liġi organika tal-Qorti (Liġi Nru 47/1992, ippubblikata mill-ġdid)

Bażijiet tad-data legali

Il-bażijiet tad-data legali li ġejjin huma disponibbli onlajn:

L-aċċess għall-bażi tad-data legali huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess għall-bażi tad-data legali huwa mingħajr ħlas.

Ħoloq rilevanti

Il-ġuriżdizzjoni tal-qrati - ir-Rumanija

L-aħħar aġġornament: 25/05/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Qrati speċjalizzati nazzjonali - Slovenja

Din it-taqsima tagħtik informazzjoni dwar kif inhuma organizzati l-qrati speċjalizzati fis-Slovenja.

It-tribunali industrijali u l-qorti soċjali tal-prim’ istanza (Delovna sodišča prve sodišče prve sodišče)

Skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni, it-tribunali industrijali għandhom ġurisdizzjoni biex jiddeċiedu dwar tilwim industrijali individwali u kollettiv, u l-qrati soċjali għandhom ġurisdizzjoni fit-tilwim soċjali.

It-tribunali industrijali u l-qorti soċjali tal-prim’ istanza jiddeċiedu fl-ewwel istanza. Il-Qorti Għolja Soċjali u Industrijali (Višje delovno in socialno sodišče) tiddeċiedi dwar l-appelli kontra d-deċiżjonijiet tat-tribunali industrijali u tal-qorti soċjali tal-prim’ istanza, filwaqt li l-appelli kontra u remedji għad-deċiżjonijiet tal-Qorti Għolja Soċjali u Industrijali jinstemgħu mill-Qorti Suprema tar-Repubblika tas-Slovenja.

Tribunal industrijali għandu ġurisdizzjoni jiddeċiedi dwar it-tilwim industrijali individwali li ġej:

  • dwar il-konklużjoni, l-eżistenza, id-durata u l-waqfien tar-relazzjonijiet industrijali;
  • dwar id-drittijiet, l-obbligi u r-responsabbiltajiet li jirriżultaw mir-relazzjoni industrijali bejn l-impjegati u min iħaddem jew is-suċċessuri ġuridiċi tagħhom;
  • dwar id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw b’rabta mar-relazzjonijiet bejn l-impjegati u l-klijenti li jiġu kkuntrattati biex jaħdmu magħhom b’kuntratt bejn l-impjegati u l-klijenti;
  • bejn min iħaddem u r-rikorrent b’rabta mal-proċeduri ta’ reklutaġġ;
  • dwar id-drittijiet u l-obbligi li joħorġu minn proprjetà industrijali, maqbula bejn ħaddiem u min iħaddem abbażi tar-relazzjonijiet industrijali;
  • dwar ix-xogħol li jsir minn tfal taħt il-15-il sena, apprendisti, tfal tal-iskola u studenti;
  • dwar boroż ta’ studju għall-persunal, bejn min iħaddem u tfal tal-iskola jew studenti;
  • dwar it-twettiq volontarju ta’ probazzjoni;
  • kif speċifikat mil-liġi.

Tribunal industrijali għandu wkoll ġurisdizzjoni jiddeċiedi jekk kumpanija tal-assigurazzjoni hijiex kokonvenut f’tilwima dwar id-danni li fuqha tribunal industrijali jkun ingħata ġurisdizzjoni.

Tribunal industrijali għandu ġurisdizzjoni jiddeċiedi dwar it-tilwim industrijali kollettiv li ġej:

  • bejn il-partijiet fi ftehim kollettiv jew bejn il-partijiet fi ftehim u parti terza li tikkonċerna l-validità u l-eżekuzzjoni ta’ ftehim kollettiv;
  • dwar il-kompetenza li jitwettqu negozjati kollettivi;
  • dwar il-konkordanza ta’ ftehimiet kollettivi mal-liġi, il-konkordanza reċiproka ta’ ftehimiet kollettivi, u l-konkordanza ta’ atti legali ġenerali minn min iħaddem mal-liġi u ma’ ftehim kollettiv;
  • dwar il-legalità ta’ strajks u ta’ azzjonijiet industrijali oħra;
  • dwar il-parteċipazzjoni tal-ħaddiema fil-maniġment;
  • dwar il-kompetenzi tat-trade unions b’rabta mar-relazzjonijiet industrijali;
  • b’rabta ma’ deċiżjonijiet dwar ir-rappreżentattività tat-trade unions;
  • kif speċifikat mil-liġi.

Il-qorti soċjali għandha ġurisdizzjoni tiddeċiedi dwar it-tilwim soċjali li ġej:

1. Fil-qasam tal-assigurazzjoni tal-pensjoni u d-diżabilità:

  • dwar id-drittijiet għall-assigurazzjoni obbligatorja tal-pensjoni u tad-diżabilità u d-drittijiet li jirriżultaw minnha,
  • dwar id-drittijiet għall-assigurazzjoni obbligatorja addizzjonali tal-pensjoni u d-drittijiet li jirriżultaw minnha;
  • dwar il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet għall-assigurazzjoni obbligatorja tal-pensjoni u tad-diżabilità u tal-assigurazzjoni obbligatorja addizzjonali tal-pensjoni;
  • dwar l-ispeċifikazzjoni jew it-terminazzjoni ta’ pożizzjonijiet li għalihom l-inklużjoni f’assigurazzjoni addizzjonali tal-pensjoni hija obbligatorja;
  • dwar l-inklużjoni volontarja f’assigurazzjoni obbligatorja tal-pensjonijiet u tad-diżabilità u l-ħlas tal-kontribuzzjonijiet għal din l-assigurazzjoni;
  • dwar ir-rikonoxximent u l-akkwist tal-perjodu tal-assigurazzjoni;
  • dwar id-drittijiet għal pensjoni tal-istat;
  • b’konnessjoni mar-reġistru uffiċjali;

2. Fil-qasam tal-assigurazzjoni tas-saħħa:

  • dwar id-drittijiet għall-assigurazzjoni obbligatorja tas-saħħa u tad-drittijiet li jirriżultaw minnha u l-ħlas tal-kontribuzzjonijiet għal din l-assigurazzjoni;

3. Fil-qasam tal-assigurazzjoni tal-qgħad u tar-reklutaġġ:

  • dwar id-drittijiet għall-assigurazzjoni obbligatorja tal-qgħad u tad-drittijiet li jirriżultaw minnha u l-ħlas tal-kontribuzzjonijiet għal din l-assigurazzjoni;
  • dwar l-inklużjoni volontarja f’assigurazzjoni obbligatorja tal-qgħad u l-ħlas tal-kontribuzzjonijiet għal din l-assigurazzjoni;
  • dwar boroż ta’ studju, li fl-għoti tagħhom inventarju tal-assi jkun deċiżiv, u boroż ta’ studju għal dawk b’talent speċjali;
  • dwar self għal studju abbażi ta’ garanziji u rati tal-imgħax issussidjati, li fl-għoti tagħhom inventarju tal-assi jkun deċiżiv;

4. Fil-qasam tal-protezzjoni tal-ġenituri u tal-benefiċċji tal-familja:

  • dwar id-drittijiet għall-assigurazzjoni tal-protezzjoni tal-ġenituri u d-drittijiet li jirriżultaw minnha u l-ħlas tal-kontribuzzjonijiet għal din l-assigurazzjoni;
  • dwar id-drittijiet għall-benefiċċji tal-familja;

5. Fil-qasam tal-benefiċċji soċjali:

  • dwar il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali;
  • dwar id-drittijiet għall-benefiċċji soċjali taħt diversi intestaturi, jekk l-għan ikun li tiġi riżolta s-sitwazzjoni tas-sigurtà soċjali tar-rikorrent, u jekk inventarju tal-assi jkun deċiżiv għar-rikonoxximent tad-dritt għal dan il-benefiċċju.

Il-qorti soċjali għandha wkoll ġurisdizzjoni fl-oqsma msemmija hawn fuq fit-tilwim soċjali li ġej:

  • dwar ir-restituzzjoni ta’ fondi miksuba b’mod mhux xieraq;
  • Dwar kumpens għal danni kkawżati minn korp statali uffiċjali jew minn detentur ta’ awtorità pubblika lil persuna assigurata jew lil rikorrent għal sigurtà soċjali, jew danni lil persuna assigurata tikkawża lil xi istituzzjoni b’konnessjoni ma’ relazzjonijiet ta’ assigurazzjoni, jew b’konnessjoni mal-eżerċizzju ta’ drittijiet skont is-sigurtà soċjali.

Il-qorti soċjali għandha wkoll ġurisdizzjoni fit-tilwim soċjali kif speċifikat mil-liġi.

Il-qrati tal-prim’ istanza fir-Repubblika tas-Slovenja huma dawn:

  • It-Tribunal Industrijali ta’ Celje, ibbażata f’Celje, b’ġurisdizzjoni fuq it-territorju tad-distrett ġudizzjarju ta’ Celje;
  • It-Tribunal Industrijali ta’ Koper, ibbażata f’Koper, b’ġurisdizzjoni fuq it-territorju tad-distretti ġudizzjarji ta’ Koper u Nova Gorica;
  • il-Qorti Soċjali u Industrijali ta’ Ljubljana, ibbażata f’Ljubljana, b’ġurisdizzjoni tiddeċiedi f’tilwim industrijali għat-territorju tad-distretti ġudizzjarji ta’ Kranj, Krško, Ljubljana u Novo Mesto, u b’ġurisdizzjoni biex tiddeċiedi kwistjonijiet soċjali għat-territorju tar-Repubblika tas-Slovenja;
  • It-Tribunal Industrijali ta’ Maribor, ibbażata f’Maribor, b’ġurisdizzjoni fuq it-territorju tad-distretti ġudizzjarji ta’ Maribor, Murska Sobota, Ptuj u Slovenj Gradec.

Il-Qrati tal-prim’ istanza jiddeċiedu fit-tilwim dwar ix-xogħol fis-sede tal-qorti, sakemm ma jkunx speċifikat li jridu jiddeċiedu f’dipartimenti esterni.

F’tilwim industrijali u soċjali, qorti tal-prim’ istanza tiddeċiedi f’bord magħmul minn imħallef bħala president tal-bord u minn żewġ imħallfin onorarji bħala membri, li wieħed minnhom irid jiġi elett minn lista ta’ kandidati ta’ ħaddiema jew persuni assigurati, u l-ieħor minn lista ta’ kandidati ta’ min iħaddem jew ta’ istituzzjonijiet.

Imħallef individwali jiddeċiedi dwar tilwim industrijali u soċjali individwali li jikkonċerna pretensjonijiet ġuridiċi materjali jekk is-suġġett tal-kawża fit-tilwima ma jkunx jaqbeż EUR 40 000. Ċerti kwistjonijiet importanti jridu jiġu deċiżi minn imħallef individwali irrispettivament mill-valur tas-suġġett tal-kawża, pereż. tilwim industrijali individwali relatat mas-sospensjoni ta’ kuntratt ta’ impjieg, xogħol bi prova, sahra, pawżi, mistrieħ, mistrieħ u liv u assenzi oħra mix-xogħol, id-dmir li jsir xogħol minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, sanzjonijiet dixxiplinari, sospensjoni temporanja mix-xogħol minħabba l-bidu ta’ proċedura dixxiplinarja u riassenjazzjoni temporanja; tilwim soċjali dwar id-dritt għal benefiċċju tal-attendenza, id-dritt għal benefiċċju tad-diżabbiltà għal diżabbiltà fiżika u d-dritt għal trattament fi spa.

Qorti Ogħla Soċjali u Industrijali (Višje delovno in socialno sodišče)

Il-Qorti Għolja Soċjali u Industrijali tiddeċiedi l-appelli kontra d-deċiżjonijiet tat-tribunali industrijali u tal-qorti soċjali tal-prim’ istanza. Il-Qorti Suprema tar-Repubblika tas-Slovenja (Vrhovno sodišče Republike Slovenije) tiddeċiedi dwar l-appelli u r-rieżamijiet tad-deċiżjonijiet tal-Qorti Ogħla Soċjali u Industrijali.

Il-Qorti Għolja Soċjali u Industrijali hija bbażata f’Ljubljana.

Il-Qorti Għolja Soċjali u Industrijali tiddeċiedi f’bord ta’ tliet imħallfin.

Il-Qorti Amministrattiva tar-Repubblika tas-Slovenja (Upravno sodišče Republike Slovenije)

Il-Qorti Amministrattiva tar-Repubblika tas-Slovenja għandha l-ġurisdizzjoni tiddeċiedi f’tilwima amministrattiva skont il-metodi u l-proċeduri stabbiliti fl-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv.

F’tilwima amministrattiva, il-protezzjoni ġudizzjarja tad-drittijiet u tal-benefiċċji tal-individwi u tal-organizzazzjonijiet hija żgurata fir-rigward tad-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet tal-korpi Statali, il-korpi tal-komunità lokali u d-detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet pubbliċi f’konformità mal-Att.

F’tilwima amministrattiva l-Qorti:

  • tiddeċiedi dwar il-legalità ta’ atti amministrattivi finali li jinterferixxu mal-pożizzjoni ġuridika tar-rikorrent;
  • taġġudika dwar il-legalità ta’ atti u azzjonijiet individwali li jinterferixxu mad-drittijiet tal-bniedem u mal-libertajiet fundamentali ta’ individwu, sakemm ma tkunx ġiet garantita forma differenti ta’ proċess xieraq;
  • tiddeċiedi dwar il-legalità ta’ atti adottati minn korpi Statali taħt forma ta’ regolament, meta dawn jirregolaw relazzjonijiet individwali,
  • tiddeċiedi dwar tilwim skont il-liġi pubblika bejn l-Istat u komunitajiet lokali, fost komunitajiet lokali jew bejn komunitajiet lokali u detenturi ta’ awtorizzazzjoni pubblika, fejn previst mil-liġi jew fejn l-ebda forma oħra ta’ proċess dovut ma tkun teżisti skont il-kostituzzjoni jew xi liġi,
  • tiddeċiedi dwar il-legalità ta’ atti oħra, fejn previst mil-liġi.

F’tilwima amministrattiva, il-Qorti Amministrattiva tar-Repubblika tas-Slovenja tiddeċiedi fil-prim’ istanza. Madankollu, il-Qorti Suprema tar-Repubblika tas-Slovenja tiddeċiedi dwar ilment kontra jew ir-reviżjoni ta’ deċiżjoni tal-prim’ istanza f’tilwima amministrattiva.

L-uffiċċju prinċipali tal-Qorti Amministrattiva tar-Repubblika tas-Slovenja jinsab f’Ljubljana.

Il-Qorti Amministrattiva taġġudika fl-uffiċċju prinċipali u fl-uffiċċji tal-fergħat li ġejjin:

  • id-dipartiment ta’ Celje għaż-żona koperta mill-Qorti Għolja ta’ Celje;
  • id-dipartiment ta’ Nova Gorica għaż-żoni koperti mill-Qorti Superjuri ta’ Koper;
  • id-dipartiment ta’ Maribor għaż-żona koperta mill-Qorti Għolja ta’ Maribor.

Il-Qorti Amministrattiva tiddeċiedi f’bord ta’ tliet imħallfin, ħlief f’ċerti każijiet previsti mil-liġi li fihom jiddeċiedi mħallef wieħed.

Il-Qorti Suprema tiddeċiedi b’imħallef wieħed dwar is-sospensjoni ta’ proċedimenti; fl-appelli u fir-rieżamijiet hija tiddeċiedi f’bord ta’ tliet imħallfin; f’tilwimiet dwar kompetenza bejn il-Qorti Amministrattiva u qorti ta’ kompetenza ġenerali jew qorti speċjalizzata l-bord ikun magħmul minn tliet imħallfin; f’tilwimiet li jikkonċernaw il-kompetenza bejn il-Qorti Amministrattiva u l-Qorti Suprema, il-bord ikun magħmul minn ħames imħallfin.

Bażijiet ta’ data ġuridiċi

Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar il-qrati fis-Slovenja fis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web uffiċjali tal-Qorti Suprema tar-Repubblika tas-Slovenja.

Ħoloq relatati:

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTribunali Industrijali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Amministrattiva tar-Repubblika tas-Slovenja

L-aħħar aġġornament: 27/05/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Qrati speċjalizzati nazzjonali - Slovakkja

Din it-taqsima tagħtik informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-qrati speċjalizzati fis-Slovakkja.

Qrati amministrattivi

Kwistjonijiet tad-dritt amministrattiv jaqgħu prinċipalment taħt l-awtorità tal-qrati reġjonali (krajský súd) u l-Qorti Suprema tar-Repubblika Slovakka (Najvyšší súd Slovenskej republiky).

Ir-Repubblika Slovakka m’għandhiex qrati amministrattivi separati; minflok, għandha għadd ta' awli ppreseduti minn imħallfin amministrattivi.

Qrati speċjalizzati

Il-Qorti Kostituzzjonali

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Kostituzzjonali tar-Repubblika Slovakka (Ústavný súd Slovenskej republiky) hija korp ġudizzjarju indipendenti bis-setgħa li jiddeċiedi dwar Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-kostituzzjonalità tal-leġiżlazzjoni.

Is-sede tal-Qorti Kostituzzjonali tinsab f’Košice, fi Hlavná 110, Košice 042 65, b’uffiċċju ta’ fergħa fi Bratislava f’Župné námestie 12.

Kompetenzi

Skont il-Kostituzzjoni tar-Repubblika Slovakka, il-Qorti Kostituzzjonali tiddeċiedi dwar jekk:

  • il-liġijiet humiex konformi mal-Kostituzzjoni, il-liġijiet kostituzzjonali u t-trattati internazzjonali approvati mill-Kunsill Nazzjonali tar-Repubblika Slovakka rratifikati u promulgati skont il-liġi;
  • ir-regolamenti tal-gvern, u d-dispożizzjonijiet tal-liġi li jorbtu b’mod ġenerali promulgati mill-ministeri u minn korpi tal-gvern ċentrali oħrajn humiex konformi mal-Kostituzzjoni, mal-liġijiet kostituzzjonali u trattati internazzjonali approvati mill-Kunsill Nazzjonali tar-Repubblika Slovakka u rratifikati u promulgati skont il-liġi;
  • ir-regolamenti li jorbtu b’mod ġenerali humiex konformi mal-Kostituzzjoni (l-Artikolu 68), mal-liġijiet kostituzzjonali u mat-trattati internazzjonali approvati mill-Kunsill Nazzjonali tar-Repubblika Slovakka, u rratifikati u promulgati skont il-liġi, u l-liġijiet, sakemm ma tkunx meħtieġa tiddeċiedi qorti oħra;
  • id-dispożizzjonijiet legali li jorbtu b’mod ġenerali promulgati minn korpi tal-gvern lokali u r-regolamenti li jorbtu b’mod ġenerali ta’ korpi awtonomi lokali (skont l-Artikolu 71(2)) humiex konformi mal-Kostituzzjoni, mal-liġijiet kostituzzjonali u mat-trattati internazzjonali promulgati skont il-liġi, il-liġijiet, ir-regolamenti tal-gvern u d-dispożizzjonijiet legali li jorbtu b’mod ġenerali promulgati mill-ministeri u minn korpi tal-gvern ċentrali oħrajn, sakemm ma tkunx meħtieġa tiddeċiedi fuqhom qorti oħra.

Il-Qorti Kostituzzjonali trid ukoll:

  • tiddeċiedi dwar il-konformità ta’ trattati internazzjonali nnegozjati li għalihom huma meħtieġa kemm il-kunsens tal-Kunsill Nazzjonali tar-Repubblika Slovakka kif ukoll il-konformità mal-Kostituzzjoni u/jew ma' liġi kostituzzjonali;
  • tiddeċiedi jekk is-suġġett ta’ referendum li jkun se jseħħ b’riżultat ta’ petizzjoni popolari jew riżoluzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tar-Repubblika Slovakka (skont l-Artikolu 95(1)) ikunx konformi mal-Kostituzzjoni jew ma' liġi kostituzzjonali;
  • tiddeċiedi dwar tilwim fuq kompetenzi bejn il-korpi tal-gvern ċentrali, sakemm il-liġi ma tipprovdix li trid tkun awtorità statali oħra li tiddeċiedi dwar dan it-tilwim;
  • tiddeċiedi dwar ilmenti mressqa minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkunu qed isostnu li nkisru d-drittijiet tal-bniedem jew il-libertajiet fundamentali tagħhom skont trattat internazzjonali li ġie rratifikat mir-Repubblika Slovakka u li ġie ppromulgat skont il-liġi, sakemm ma tridx tkun qorti oħra li tiddeċiedi dwar il-protezzjoni ta’ dawn id-drittijiet u l-libertajiet;
  • tiddeċiedi dwar ilmenti mressqa minn korpi awtonomi lokali dwar l-antikostituzzjonalità jew l-illegalità ta’ deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet tal-awtonomija lokali jew ta' ndħil fiha, sakemm ma tridx tkun qorti oħra li trid tiddeċiedi dwar il-protezzjoni tagħhom;
  • tinterpreta l-Kostituzzjoni jew liġi kostituzzjonali meta jkun hemm tilwim dwar kwistjoni;
  • tiddeċiedi dwar ilment imressaq kontra deċiżjoni li tikkonferma jew tivverifika l-mandat ta’ Membru tal-Parlament;
  • tiddeċiedi dwar il-kostituzzjonalità jew il-legalità tal-elezzjonijiet (tal-President tar-Repubblika Slovakka, tal-Kunsill Nazzjonali tar-Repubblika Slovakka, tal-korpi awtonomi lokali u tal-Parlament Ewropew);
  • tiddeċiedi dwar ilmenti mressqa kontra r-riżultat ta’ referendum jew kontra r-riżultati ta’ plebixxit biex il-President tar-Repubblika Slovakka jirtira mill-kariga;
  • tiddeċiedi jekk deċiżjoni biex partit jew moviment politiku jiġi xolt jew jiġux sospiżi l-attivitajiet politiċi tiegħu tkunx konformi mal-liġijiet kostituzzjonali u ma’ liġijiet oħrajn;
  • tiddeċiedi dwar prosekuzzjoni miftuħa mill-Kunsill Nazzjonali fil-konfront tal-President tar-Repubblika Slovakka minħabba l-ksur intenzjonali tal-Kostituzzjoni jew tradiment;
  • tiddeċiedi jekk deċiżjoni li tiddikjara stat ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali jew stat ta’ emerġenza u deċiżjonijiet oħrajn konnessi ma’ din id-deċiżjoni ttiħdux f’konformità mal-Kostituzzjoni jew ma’ liġi kostituzzjonali.

Kompożizzjoni tal-qorti

Il-Qorti Kostituzzjonali hija komposta minn 13-il imħallef.

L-imħallfin tal-Qorti Kostituzzjonali jinħatru mill-President tar-Repubblika Slovakka għal mandat ta’ 12-il sena, wara proposta tal-Kunsill Nazzjonali tar-Repubblika Slovakka. Il-Kunsill Nazzjonali jrid jinnomina d-doppju tal-għadd ta’ kandidati ġudizzjarji li jridu jinħatru mill-President.

Informazzjoni rilevanti oħra

Id-deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali jridu jittieħdu f'sessjoni plenarja preseduta minn tliet membri.

Id-deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali huma finali: għalhekk, ma jistax isir rikors kontrihom.

Il-Qorti Kostituzzjonali tista’ tagħti bidu għall-proċedimenti hekk kif tirċievi talba mressqa minn:

  • tal-inqas kwint il-membri kollha tal-Kunsill Nazzjonali Repubblika Slovakka,
  • il-President tar-Repubblika Slovakka,
  • il-Gvern tar-Repubblika Slovakka,
  • qorti,
  • il-Prosekutur Ġenerali (generálny prokurátor),
  • kwalunkwe persuna li d-drittijiet tagħha jkunu aġġudikati fil-każijiet skont l-Artikolu 127 (appelli ppreżentati minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi) u l-Artikolu 127a (appelli minn korpi awtonomi lokali),
  • l-Uffiċċju Suprem tal-Awditjar tar-Repubblika Slovakka (Najvyšší kontrolnýúrad Slovenskej republiky) fil-każijiet previsti fl-Artikolu 126(2) (ikollux il-ġuriżdizzjoni l-Uffiċċju Suprem tal-Awditjar jew le),
  • il-President tal-Kunsill Ġudizzjarju tar-Repubblika Slovakka fi kwistjonijiet relatati mal-kostituzzjonalità ta’ leġiżlazzjoni skont l-Artikolu 125(1) li jikkonċerna l-amministrazzjoni tal-ġustizzja,
  • l-Ombudsman fi kwistjonijiet relatati mal-kostituzzjonalità ta’ leġiżlazzjoni skont l-Artikolu 125(1), meta l-applikazzjoni ulterjuri ta’ tali leġiżlazzjoni tista’ tipperikola d-drittijiet jew il-libertajiet fundamentali jew id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali li jirriżultaw minn trattat internazzjonali ratifikat mir-Repubblika Slovakka u promulgat skont il-liġi,
  • kwalunkwe persuna li tikkontesta l-attività ta’ awditjar tal-Uffiċċju Suprem tal-Awditjar tar-Repubblika Slovakka fil-każ stipulat fl-Artikolu 126(2).

Bażijiet tad-data ġuridiċi

Is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit elettroniku tal-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika Slovakka jipprovdi aċċess liberu:

  • għad-deċiżjonijiet tal-qorti,
  • għar-rapporti dwar konklużjonijiet u deċiżjonijiet,
  • għall-istqarrijiet għall-istampa,
  • għall-attivitajiet internazzjonali,
  • għall-informazzjoni dwar il-qorti.

Il-Qorti Kriminali Speċjali

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Kriminali Speċjali (Špecializovaný trestný súd) inħolqot fl-2009 bħala suċċessur għall-Qorti Speċjali. Il-Qorti Kriminali tiddeċiedi dwar kwistjonijiet kriminali u kwistjonijiet oħra deċiżi fil-proċedimenti tal-qorti kif stabbilit mil-leġiżlazzjoni (il-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali). Hija qorti tal-ewwel istanza bl-istatus ta’ qorti reġjonali. L-Artikolu 14 tal-Att Nru 301/2005, il-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali, jistabbilixxi l-kompetenzi u l-funzjonijiet ta’ din il-qorti.

Id-dettalji ta’ kuntatt tal-Qorti Kriminali Speċjali tar-Repubblika Slovakka:

Indirizz: Suvorovova č. 5/A, P.O.BOX 117, 902 01 Pezinok
Tel.: +421 33 69 031 14
Faks: +421 33 69 032 72

Kompetenzi

Il-Qorti Kriminali Speċjali għandha ġuriżdizzjoni biex tisma' kawżi li jinvolvu r-reati li ġejjin:

  • omiċidju tal-ewwel grad,
  • il-manipulazzjoni tal-akkwist pubbliku u l-irkanti pubbliċi skont l-Artikolu 266(3) tal-Kodiċi Kriminali,
  • il-falsifikazzjoni u l-iffalsifikar tal-flus u t-titoli skont l-Artikolu 270(4) tal-Kodiċi Kriminali,
  • abbuż ta' poter f'kariga pubbliku skont l-Artikolu 326(3) u (4) tal-Kodiċi Kriminali flimkien ma' reati skont is-subparagrafi (b), (c), (e), (f), (g), (h), (i), (l) jew (m),
  • l-aċċettazzjoni ta’ tixħim skont l-Artikoli 328 sa 330 tal-Kodiċi Kriminali,
  • it-tixħim skont l-Artikoli 332 sa 334 tal-Kodiċi Kriminali,
  • il-korruzzjoni indiretta skont l-Artikolu 336 tal-Kodiċi Kriminali,
  • it-tixħim elettorali skont l-Artikolu 336a tal-Kodiċi Kriminali,
  • il-korruzzjoni sportiva skont l-Artikolu 336b tal-Kodiċi Kriminali,
  • il-ħolqien, l-organizzazzjoni jew il-promozzjoni ta’ grupp kriminali, b’mod partikolari reati serji mwettqa minn gruppi kriminali,
  • it-terroriżmu,
  • ir-reati kontra l-propjetà fit-Titolu Erbgħa tal-parti speċjali tal-Kodiċi Kriminali jew ir-reati ekonomiċi fit-Titolu Ħamsa tal-parti speċjali tal-Kodiċi Kriminali, meta r-reat jirriżulta fi ħsara jew gwadann ta' mill-inqas 25 000 darba l-ammont ta' ħsara minuri fil-Kodiċi Kriminali jew meta l-impatt tar-reat kommess jammonta għal tal-inqas 25 000 darba l-ammont ta' ħsara minuri fil-Kodiċi Kriminali,
  • il-ħsara lill-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea,
  • ir-reati relatati ma’ dawk elenkati fis-subparagrafi (a) sa (l) jew (m), meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet għal proċedimenti magħqudin,
  • l-estremiżmu skont l-Artikolu 140a tal-Kodiċi Kriminali.
L-aħħar aġġornament: 27/02/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Qrati speċjalizzati nazzjonali - Finlandja

Din it-taqsima tagħti informazzjoni dwar il-qrati speċjali fil-Finlandja.

Il-Qrati Speċjali

Hemm diversi qrati speċjali fil-Finlandja, li dmirijiethom huma stabbiliti fi statuti speċjali. Il-qrati speċjali kienu stabbiliti għal kawżi li ma jistgħux jiġu trattati mill-qrati ġenerali jew amministrattivi minħabba li jeħtieġu għarfien espert speċjali. Il-kompożizzjoni tal-qrati speċjali ġeneralment tirrifletti l-għarfien espert pertinenti għall-qasam inkwistjoni. Il-qrati speċjali huma:

  • It-Tribunal Industrijali
  • Il-Qorti tas-Suq
  • Il-Qorti tal-Assigurazzjoni u
  • Il-Qorti Superjuri tal-Akkuża.

It-Tribunal Industrijali

It-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTribunal Industrijali jittratta u jsolvi t-tilwim dwar l-interpretazzjoni tal-Att dwar il-Kuntratti tal-Impjieg, l-Att dwar il-Kuntratti tal-Impjegati Statali taċ-Ċivil, tal-Att dwar il-Kuntratti tal-Impjegati Muniċipali taċ-Ċivil u l-istatut li jirregola l-kuntratti tal-impjegati taċ-ċivil li jaħdmu mal-Knisja Evanġelika Luterana. Dan jittratta wkoll it-tilwim marbut mal-kuntratti tal-impjegati taċ-ċivil tal-Istat u l-ftehim kollettiv tal-impjegati.

Il-Qorti tas-Suq

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti tas-Suq taġixxi bħala qorti speċjalizzata għall-kompetizzjoni u l-eżekuzzjoni, il-proprjetà intellettwali u l-liġi tas-suq.

Il-Qorti tal-Assigurazzjoni

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti tal-Assigurazzjoni taġixxi bħala qorti speċjali għal kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali. Il-kwistjonijiet ttrattati mill-Qorti tal-Assigurazzjoni jinkludu, fost l-oħrajn, l-intitolament ta’ persuna għal pensjoni tal-impjieg, pensjoni nazzjonali u benefiċċju tal-qgħad u għal kumpens fuq il-bażi ta’ inċident fuq il-post tax-xogħol, mard ikkaġunat mix-xogħol, ħsara kkawżata minn reat, invalidità militari jew inċident militari.

Il-Qorti Superjuri tal-Akkuża

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Superjuri tal-Akkuża hija qorti speċjali li tisma’ kawżi li jikkonċernaw akkużi ta’ kondotta uffiċjali illegali fil-konfront tal-Membri Parlamentari Finlandiżi, imħallfin tal-Qorti Suprema u tal-Qorti Amministrattiva Suprema u ċerti impjegati taċ-ċivil imlaħħqin. Il-Qorti Superjuri tal-Akkuża tissejjaħ biss meta dan ikun meħtieġ.

Informazzjoni addizzjonali

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-sit elettroniku tal-qrati Finlandiżi jinkludi informazzjoni dwar is-sistema ġudizzjarja tal-Finlandja. Dan huwa portal uniku li jipprovdi informazzjoni dwar qrati, prosekuturi, awtoritajiet ta' infurzar u għajnuna legali.

Is-sit jinkludi, pereżempju, l-iktar ġurisprudenza reċenti mill-qrati tal-appell u mill-qrati amministrattivi flimkien ma’ links għas-siti elettroniċi tal-qrati kollha.

L-aħħar aġġornament: 02/02/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Qrati speċjalizzati nazzjonali - Svezja

Din it-taqsima tagħtik informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-qrati speċjalizzati fl-Iżvezja.

Qrati speċjalizzati

Għadd ta’ qrati u tribunali speċjalizzati ġew stabbiliti biex jisimgħu tipi speċifiċi ta’ kawżi u kwistjonijiet:

  • Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Industrijali (Arbetsdomstolen) tittratta t-tilwim industrijali. Tilwima industrijali hija kwalunkwe tilwima li tikkonċerna r-relazzjoni bejn min iħaddem u l-impjegati tiegħu. Il-Qorti Industrijali normalment tkun l-ewwel u l-unika istanza kompetenti f’tilwimiet industrijali. Madankollu, xi tipi ta’ tilwimiet industrijali l-ewwel jinstemgħu f’qorti distrettwali, u wara jkun jista’ jiġi ppreżentat appell quddiem il-Qorti Industrijali, li mbagħad issir il-qorti tat-tieni u l-aħħar istanza.
  • Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti tas-Suq (Marknadsdomstolen) tittratta, fost affarijiet oħra, tilwim skont l-Att dwar il-Kompetizzjoni u l-Att dwar il-Prattiki ta’ Kummerċjalizzazzjoni.
  • Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti tal-Appelli dwar il-Privattivi (Patentbesvärsrätten) tittratta l-appelli kontra d-deċiżjonijiet tal-Uffiċċju Żvediż tal-Privattivi u r-Reġistrazzjoni (Patent- och registreringsverket), li jikkonċernaw il-privattivi, it-trademarks u d-disinji u affarijiet oħrajn. L-appelli kontra d-deċiżjonijiet tal-qorti jistgħu jiġu ppreżentati lill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Amministrattiva Suprema (Högsta förvaltningsdomstolen).

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qrati tal-Artijiet u tal-Ambjent (Mark- och miljödomstolar) jisimgħu kawżi relatati ma' permessi għal operazzjonijiet idriċi u operazzjonijiet perikolużi għall-ambjent, kwistjonijiet relatati mal-ħarsien tas-saħħa, il-konservazzjoni tan-natura, il-ġbir tal-iskart, iż-żoni mniġġsa u l-iskart perikoluż, id-danni relatati mal-ambjent u kwistjonijiet ta’ kumpens, il-kwistjonijiet marbuta mal-permessi tal-bini, tat-twaqqigħ u tal-artijiet skont l-Att dwar l-Ippjanar u l-Bini, iċ-ċnus fuq l-artijiet, l-appelli fi kwistjonijiet ta’ pjanifikazzjoni, it-tqassim tal-artijiet, is-servitujiet tal-utilitajiet u l-esproprjazzjoni. Hemm ħames Qrati tal-Artijiet u tal-Ambjent, li huma qrati speċjalizzati u li huma parti mill-Qrati Distrettwali ta’ Nacka, Vänersborg, Växjö, Umeå u Östersund. L-appelli minn sentenzi u deċiżjonijiet tal-Qrati tal-Artijiet u tal-Ambjent jistgħu jiġu ppreżentati fil-Qorti tal-Appell tal-Artijiet u tal-Ambjent (Mark- och miljööverdomstolen), li tagħmel parti mill-Qorti tal-Appell ta’ Svea. L-appelli f’kawżi li jkunu nbdew fil-Qorti tal-Artijiet u tal-Ambjent u li jkunu ġew appellati u mismugħa fil-Qorti tal-Appell tal-Artijiet u tal-Ambjent, jistgħu jiġu ppreżentati fil-Qorti Suprema (Högsta domstolen).

Il-Qrati Marittimi (Sjörättsdomstolar) jittrattaw kawżi skont il-Kodiċi Marittimu Żvediż (1994:1009). Hemm seba' qrati marittimi li huma parti mill-Qrati Distrettwali ta' Luleå, Sundsvall, Stockholm, Kalmar, Malmö, Gothenburg u Värmland.

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qrati tal-Migrazzjoni (Migrationsdomstolar) jeżaminaw id-deċiżjonijiet tal-Aġenzija Żvediża dwar il-Migrazzjoni (Migrationsverket) dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw il-barranin u ċ-ċittadinanza. Il-Qrati tal-Migrazzjoni huma qrati speċjalizzati li huma parti mill-Qrati Amministrattivi f'Malmö, Gothenburg, Stokkolma u Luleå. L-appelli minn sentenzi u deċiżjonijiet tal-Qrati tal-Migrazzjoni jistgħu jiġu ppreżentati fil-Qorti tal-Appell tal-Migrazzjoni(Migrationsöverdomstolen), li tagħmel parti mill-Qorti Amministrattiva ta’ Stokkolma.

Ċerti tipi ta’ tilwim li jkunu jinvolvu l-kirjiet, sjieda mill-inkwilini u ċnus jinstemgħu mit-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidatribunali reġjonali tal-kera u taċ-ċens (hyres- och arrendenämnder). Dawn huma korpi semiġudizzjarji b’setgħat simili għal dawk tal-qrati.

Qrati speċjali oħrajn

Ma hemm l-ebda qorti kostituzzjonali jew korp simili fl-Iżvezja.

L-aħħar aġġornament: 09/11/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Qrati speċjalizzati nazzjonali - L-Ingilterra u Wales

Din il-paġna tagħtik informazzjoni dwar uħud mill-qrati speċjalizzati fl-Ingilterra u Wales, inklużi t-tribunali.

Qrati amministrattivi

L-Att tal-2007 dwar it-Tribunali tal-Qrati u l-Eżekuzzjoni ħoloq struttura unifikata unika għall-parti l-kbira tat-tribunali, maqsuma fit-Tribunal tal-Ewwel Istanza (First-tier Tribunal) u t-Tribunal Superjuri (Upper Tribunal). Kemm it-Tribunal tal-Ewwel Istanza u kemm it-Tribunal Superjuri għandhom awli separati li jkopru suġġetti differenti, li jlaqqgħu ġuriżdizzjonijiet simili. Id-dettalji tat-tribunali jinsabu fuq is-sit web tas-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Maestà Tagħha (Her Majesty’s Courts and Tribunals Service - HMCTS).

It-tribunal tal-ewwel istanza

It-tribunal tal-ewwel istanza huwa tribunal ġeneriku. Il-funzjoni prinċipali tiegħu hija li jisma’ appelli minn deċiżjonijiet tal-gvern f’oqsma fejn it-tribunal ikun ingħata l-ġuriżdizzjoni. Għal xi finijiet, huwa għandu ġuriżdizzjoni fir-Renju Unit kollu. It-tribunal tal-ewwel istanza huwa maqsum f’sitt awli:

  • L-Awla tal-Intitolament Soċjali (The Social Entitlement Chamber)
  • L-Awla tas-Saħħa, l-Edukazzjoni u l-Kura Soċjali (The Health, Education and Social Care Chamber)
  • L-Awla tal-Pensjonijiet tal-Gwerra u l-Kumpens għall-Forzi Armati (The War Pensions and Armed Forces Compensation Chamber)
  • L-Awla tat-Taxxi (The Tax Chamber).
  • L-Awla Regolatorja Ġenerali (General Regulatory Chamber)
  • L-Awla tal-Immigrazzjoni u l-Ażil (Immigration and Asylum Chamber)
  • L-Awla tal-Proprjetà (Property Chamber)

It-tribunal superjuri

It-tribunal superjuri prinċipalment iżda mhux esklużivament, jiddeċiedi appelli li jirriżultaw mid-deċiżjonijiet tat-Tribunal tal-Ewwel Istanza. Hija Qorti superjuri tar-Reġistru (superior Court of Record) u għandha wkoll is-setgħa li tittratta kawżi ta’ stħarriġ ġudizzjarju f’ċerti ċirkostanzi.

It-Tribunal Superjuri jikkonsisti fi:

  • L-Awla tal-Appelli Amministrattivi (The Administrative Appeals Chamber)
  • L-Awla tal-Artijiet (The Lands Chamber)
  • L-Awla tat-Taxxi u l-Kanċellerija (The Tax and Chancery Chamber)
  • L-Awla tal-Immigrazzjoni u l-Ażil (Immigration and Asylum Chamber)

Karatteristika tat-tribunali hija l-kompetenza tagħhom fis-suġġett tal-appelli. L-istruttura hija tali li l-imħallfin tat-tribunali jkunu esperti fil-liġi tal-ġuriżdizzjoni tagħhom u l-membri mhux legali jew ikunu kkwalifikati professjonalment jew ikkwalifikati bl-esperjenza fil-qasam tagħhom. Il-panels għal tipi individwali ta’ appelli jkunu varjati skont is-suġġett tal-appell.

It-Tribunal Industrijali (Employment Tribunal) u t-Tribunal tal-Appelli Industrijali (Employment Appeal Tribunal)

It-Tribunal Industrijali u t-Tribunal tal-Appelli Industrijali huma barra mill-istruttura tat-tribunali unifikati iżda huma appoġġati mill-HMCTS. Ir-rwol tat-tribunal huwa li jwettaq il-kompiti amministrattivi meħtieġa biex ikunu jistgħu jiġu ddeterminati t-talbiet quddiem it-tribunali industrijali u l-appelli sussegwenti quddiem it-Tribunal tal-Appelli Industrijali.

Fl-Ingilterra u Wales, ħidmet il-Qorti Amministrattiva tinkludi l-ġuriżdizzjoni tad-dritt amministrattiv fuq l-Ingilterra u Wales, kif ukoll ġuriżdizzjoni superviżorja fuq il-qrati u t-tribunali inferjuri.

Qrati speċjalizzati

Hemm għadd ta’ qrati speċjalisti fl-Ingilterra u Wales:

  • Fil-Qrati tal-Koroners (Coroners' Courts), koroner (xi drabi bil-ġurija) jinvestiga l-kawżi ta’ mwiet vjolenti, mhux naturali u suspettużi, jew imwiet istantanji fejn ir-raġuni tal-mewt ma’ tkunx magħrufa
  • Il-Qorti tal-Protezzjoni (Court of Protection) tieħu deċiżjonijiet dwar il-proprjetà u l-affarijiet, il-kura tas-saħħa u l-benessri personali tal-adulti (u f’xi każijiet tat-tfal), li jkunu neqsin mill-kapaċità. Il-qorti għandha wkoll is-setgħa li tagħmel dikjarazzjonijiet dwar jekk xi ħadd ikollux il-kapaċità li jieħu deċiżjoni partikolari. Hija qorti superjuri li s-sentenzi tagħha jistgħu jiġu ċitati u jkunu rreġistrati uffiċjalment u tista’ tistabbilixxi preċedenti
  • Fil-Qrati Marzjali (Courts Martial), jitressqu kawżi suġġetti għad-dritt militari kontra membri tal-forzi armati
  • Il-Qrati Ekkleżjastiċi (Ecclesiastical Courts) jiddeċiedu kwistjonijiet marbuta mal-Knisja Anglikana u mad-dritt ekkleżjastiku
  • Il-Qrati Kummerċjali/Merkantili (Commercial/Mercantile Courts) jittrattaw kwistjonijiet kummerċjali
  • Il-Qrati tat-Teknoloġija u l-Kostruzzjoni (Technology and Construction Courts) jittrattaw kwistjonijiet relatati ma’ xogħlijiet ta’ bini jew kuntratti tal-IT

Ħoloq Relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Maestà Tagħha

L-aħħar aġġornament: 28/05/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Qrati speċjalizzati nazzjonali - L-Irlanda ta’ fuq

Din it-taqsima tipprovdik b'informazzjoni dwar it-tribunali li s-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Irlanda ta' Fuq jappoġġa b'mod amministrattiv.

Id-Dipartiment tal-Ġustizzja huwa responsabbli għall-amministrazzjoni ta’ diversi tribunali fl-Irlanda ta’ Fuq. Fil-prattika, din il-funzjoni titwettaq mis-Servizz tal-Qrati u mit-Tribunali tal-Irlanda ta’ Fuq (NICTS) (aġenzija eżekuttiva tad-Dipartiment).

Id-Dipartiment għandu responsabbiltà statutorja għat-tribunali segwenti;

  • Tribunal tal-Indukrar
  • Tribunal tal-Karità
  • Bord tal-Appelli għall-Kumpens għal Danni Kriminali għall-Irlanda ta’ Fuq
  • Tribunal tal-Artijiet
  • Tribunal għar-Rieżami tas-Saħħa Mentali
  • Tribunal tal-Irlanda ta’ Fuq dwar is-Saħħa u s-Sigurtà
  • Tribunal tal-Irlanda ta’ Fuq dwar il-Penali tat-Traffiku
  • Tribunal tal-Irlanda ta’ Fuq dwar il-Valwazzjoni
  • Kummissarji tas-Sigurtà Soċjali u Kummissarji tal-Manteniment tat-Tfal
  • Tribunal tal-Bżonnijiet Edukattivi Speċjali u tad-Diżabilità
  • Tribunal skont l-Iskeda 11 mad-Digriet dwar is-Servizzi tas-Saħħa u Soċjali Personali (l-Irlanda ta' Fuq) 1972

Huwa assuma wkoll ir-responsabbiltà amministrattiva għas-Servizz tal-Appelli u għall-bord tal-Valutazzjoni tal-Kera f'April 2010, li t-tnejn huma ġestiti minn ftehim dwar il-livell ta' servizz mad-Dipartiment għall-Komunitajiet. Huwa ppjanat li t-tnejn li huma jkunu trasferiti għad-Dipartiment bħala parti mill-programm ta’ riforma tat-tribunal.

L-NICTS jipprovdi wkoll sostenn amministrattiv skont it-termini ta’ ftehim dwar il-livell ta' servizz għat-tribunali madwar ir-Renju Unit li jinsabu fl-Irlanda ta’ Fuq, inkluż il-Kamra tat-Taxxa, Il-Kamra tal-Immigrazzjoni u l-Ażil u l-ġurisdizzjoni dwar id-Drittijiet għall-Informazzjoni fil-Kamra Regolatorja Ġenerali tat-Tribunal tal-ewwel livell, u l-Kamra tal-Appelli Amministrattivi tat-Tribunal Superjuri.

Aktar informazzjoni dwar il-ħidma tat-tribunali amministrati mill-NICTS, inkluż dettalji ta’ kuntatt għal kull wieħed, jistgħu jinsabu fuq is-sit web tas-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Qrati u tat-Tribunali tal-Irlanda ta’ Fuq.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-Servizz tal-Qrati u tat-Tribunali tal-Irlanda ta’ Fuq

L-aħħar aġġornament: 10/07/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Qrati speċjalizzati nazzjonali - Skozja

Din il-paġna tiddeskrivi xi qrati speċjalizzati fl-Iskozja.

Qrati amministrattivi

L-Att tal-2007 dwar it-Tribunali u l-Qrati (The Tribunals and Courts Enforcement Act 2007) ħoloq struttura unifikata waħda għall-parti l-kbira tat-tribunali riżervati għall-Gvern tar-Renju Unit, li jinqasmu fi Tribunal tal-Ewwel Istanza (First-tier Tribunal) u Tribunal Superjuri (Upper Tribunal). Kull wieħed mit-Tribunal tal-Ewwel Istanza u t-Tribunal Superjuri għandu awli separati li jkopru suġġetti differenti, li jiġbru flimkien ġuriżdizzjonijiet simili. Id-dettalji tat-tribunali jinsabu fis-sit web tas-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Maestà Tagħha (Her Majesty's Courts and Tribunals Service - HMCTS).

L-Att tal-2014 dwar it-Tribunali (l-Iskozja) (The Tribunals (Scotland) Act 2014) joħloq Tribunal tal-Ewwel Istanza u Tribunal Superjuri għall-Iskozja. L-ewwel tribunali ġew ittrasferiti lejn l-istruttura l-ġdida fl-1 ta’ Diċembru 2016.

L-Artikolu 39 tal-Att tal-2016 dwar l-Iskozja (Scotland Act 2016) jippermetti li l-ġestjoni u l-operazzjoni ta’ għadd ta’ tribunali riżervati jiġu devoluti lill-Iskozja.

It-Tribunal tal-Ewwel Istanza tar-Renju Unit

It-Tribunal tal-Ewwel Istanza tar-Renju Unit huwa tribunal ġeneriku li l-funzjoni prinċipali tiegħu hija li jisma’ l-appelli mid-deċiżjonijiet tal-gvern f’oqsma li t-tribunal ingħata l-ġuriżdizzjoni tagħhom. Għal xi finijiet, huwa għandu ġuriżdizzjoni fir-Renju Unit kollu, inkluż l-Iskozja. Attwalment it-Tribunal tal-Ewwel Istanza jinqasam f’seba’ awli:

  • L-Awla tal-Intitolament Soċjali
  • L-Awla tas-Saħħa, l-Edukazzjoni u l-Kura Soċjali
  • L-Awla tal-Pensjonijiet tal-Gwerra u l-Kumpens għall-Forzi Armati
  • L-Awla tat-Taxxi
  • L-Awla Regolatorja Ġenerali
  • L-Awla tal-Immigrazzjoni u l-Ażil
  • L-Awla tal-Proprjetà

It-Tribunal Superjuri tar-Renju Unit

It-Tribunal Superjuri tar-Renju Unit prinċipalment, iżda mhux esklużivament, jiddeċiedi l-appelli li jirriżultaw minn deċiżjonijiet tat-Tribunal tal-Ewwel Istanza tar-Renju Unit. Dan it-tribunal huwa Qorti superjuri tar-Reġistri (superior Court of Record) u għandu wkoll is-setgħa li jittratta kawżi ta’ stħarriġ ġudizzjarju f’ċerti ċirkustanzi.

It-Tribunal Superjuri tar-Renju Unit jikkonsisti fi:

  • L-Awla tal-Appelli Amministrattivi
  • L-Awla tal-Artijiet
  • L-Awla tat-Taxxi u l-Kanċellerija
  • L-Awla tal-Immigrazzjoni u l-Ażil

Karatteristika tat-tribunali hija l-għarfien espert tagħhom fis-suġġett tal-appelli. L-istruttura hija tali li l-imħallfin ikunu esperti fil-liġi tal-ġuriżdizzjoni tagħhom u l-membri li ma jkunux ġejjin mill-qasam legali jkunu kkwalifikati professjonalment jew ikkwalifikati bl-esperjenza fil-qasam tagħhom. Il-kulleġġ ġudikanti għal tipi individwali ta’ appelli jvarjaw skont is-suġġett tal-appell.

It-Tribunal Industrijali (Employment Tribunal) u t-Tribunal tal-Appelli Industrijali (Employment Appeal Tribunal)

It-Tribunal Industrijali u t-Tribunal tal-Appelli Industrijali mhumiex parti mill-istruttura tat-tribunali unifikata iżda huma appoġġati mill-HMCTS. Ir-rwol tagħhom huwa li jwettqu l-kompiti amministrattivi neċessarji sabiex ikunu jistgħu jiġu ddeterminati t-talbiet quddiem it-Tribunal Industrijali u l-appelli sussegwenti quddiem it-Tribunal tal-Appelli Industrijali. Hemm Tribunal tal-Appelli Industrijali separat għall-Iskozja.

It-Tribunali Skoċċiżi

Hemm għadd ta’ tribunali fl-Iskozja. Il-biċċa l-kbira tal-ġuriżdizzjonijiet tat-tribunali jitmexxew minn president separat u kull wieħed minnhom għandu setgħat ta’ eżekuzzjoni differenti. Il-ġuriżdizzjonijiet ivarjaw minn appelli kontra multi ta’ parkeġġ ħażin sat-trattament obbligatorju u t-trażżin ta’ pazjenti b’mard mentali serju.

L-appelli kontra d-deċiżjonijiet tat-tribunali Skoċċiżi jinstemgħu mill-qrati ċivili fl-Iskozja u jistgħu jiġu kkunsidrati mill-Qorti tax-Sheriff (Sheriff Court) u l-Qorti tas-Sessjoni (Court of Session).

Ir-Riforma tat-Tribunali Skoċċiżi

L-Att tal-2014 dwar it-Tribunali (l-Iskozja) stabbilixxa struttura ta’ żewġ livelli simplifikata għat-tribunali Skoċċiżi. L-iktar imħallef anzjan tal-Iskozja, il-Lord President, għandu t-tmexxija tal-istrutturi l-ġodda, simili għall-mudell tar-Renju Unit deskritt hawn fuq. Il-Lord President iddelega għadd ta’ funzjonijiet lil Lady Smith, li nħatret bħala l-President tat-Tribunal Skoċċiż.  It-Tribunal Superjuri jieħu r-responsabbiltà għas-smigħ tal-parti l-kbira tal-appelli mid-deċiżjonijiet tal-ewwel istanza, u jneħħihom mill-ġuriżdizzjonijiet tal-qrati. L-amministrazzjoni tat-Tribunal tal-Ewwel Istanza u tat-Tribunal Superjuri ssir mis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiż (Scottish Courts and Tribunals Service). It-tribunali se jiġu ttrasferiti lejn it-Tribunali Skoċċiżi fi proċess gradwali, u l-ewwel trasferiment beda f’Diċembru 2016.

Il-prattika tat-Tribunali

Kumplessivament, il-proċedura fit-tribunali Skoċċiżi u tar-Renju Unit għandha t-tendenza li tkun inqas formali milli fil-qrati l-oħra. Il-membri tat-tribunali jistgħu jinkludu speċjalisti jew esperti mhux mill-qasam legali, bħal tobba u persuni mhux professjonisti, għalkemm il-president kważi dejjem ikollu kwalifiki fil-qasam legali.

Kwistjonijiet tad-dritt amministrattiv (stħarriġ ġudizzjarju) fl-Iskozja jinstemgħu mill-Qorti tas-Sessjoni. Aktar informazzjoni dwar it-Tribunali Skoċċiżi tinsab fis-sit web tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi.

Qrati speċjalizzati

Fl-Iskozja, meta kawża (ċivili jew kriminali) tqajjem kwistjoni kostituzzjonali li tirriżulta mid-devoluzzjoni mir-Renju Unit (pereżempju, kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem), hija tkun tista’ tiġi deċiża mill-Qorti Suprema tar-Renju Unit.

Il-Qorti tax-Sheriff għad-Danni Personali (Sheriff Personal Injury Court)

Din il-qorti ġiet stabbilita fit-22 ta’ Settembru 2015 biex taġixxi bħala ċentru nazzjonali ta’ għarfien espert f’kawżi ta’ korriment personali. Il-kawżi ta’ danni personali jistgħu jitressqu quddiem il-qorti jekk is-somma mitluba tkun ta’ aktar minn £5 000. Il-partijiet għandhom ukoll l-għażla li jagħmlu talbiet ta’ danni personali ta’ kwalunkwe valur fil-Qorti tax-Sheriff lokali. Hemm dispożizzjoni speċjali għal kawżi ta’ danni personali fuq il-post tax-xogħol: dawk għal aktar minn £1 000 jistgħu jitressqu direttament fil-Qorti tax-Sheriff għad-Danni Personali, filwaqt li kawżi fuq il-post tax-xogħol ta’ inqas minn £1 000 jistgħu jintbagħtu lura lill-Qorti jekk ix-Sheriff lokali jqis li jkunu ta’ importanza jew diffikultà suffiċjenti. Mit-22 ta’ Settembru 2015 ’l hawn, il-Qorti tas-Sessjoni m’għadhiex tista’ tikkunsidra kawżi ta’ danni personali ta’ inqas minn £100 000.

Qrati oħrajn jinkludu:

Ħoloq Relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Maestà Tagħha

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti tal-Lord Lyon

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Skoċċiża tal-Artijiet

L-aħħar aġġornament: 28/05/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.