Din it-taqsima tagħtik informazzjoni dwar kif inhuma organizzati l-qrati speċjalizzati fis-Slovenja.
Sib informazzjoni għal kull reġjun
Skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni, it-tribunali industrijali għandhom ġurisdizzjoni biex jiddeċiedu dwar tilwim industrijali individwali u kollettiv, u l-qrati soċjali għandhom ġurisdizzjoni fit-tilwim soċjali.
It-tribunali industrijali u l-qorti soċjali tal-prim’ istanza jiddeċiedu fl-ewwel istanza. Il-Qorti Għolja Soċjali u Industrijali (Višje delovno in socialno sodišče) tiddeċiedi dwar l-appelli kontra d-deċiżjonijiet tat-tribunali industrijali u tal-qorti soċjali tal-prim’ istanza, filwaqt li l-appelli kontra u remedji għad-deċiżjonijiet tal-Qorti Għolja Soċjali u Industrijali jinstemgħu mill-Qorti Suprema tar-Repubblika tas-Slovenja.
Tribunal industrijali għandu ġurisdizzjoni jiddeċiedi dwar it-tilwim industrijali individwali li ġej:
Tribunal industrijali għandu wkoll ġurisdizzjoni jiddeċiedi jekk kumpanija tal-assigurazzjoni hijiex kokonvenut f’tilwima dwar id-danni li fuqha tribunal industrijali jkun ingħata ġurisdizzjoni.
Tribunal industrijali għandu ġurisdizzjoni jiddeċiedi dwar it-tilwim industrijali kollettiv li ġej:
Il-qorti soċjali għandha ġurisdizzjoni tiddeċiedi dwar it-tilwim soċjali li ġej:
1. Fil-qasam tal-assigurazzjoni tal-pensjoni u d-diżabilità:
2. Fil-qasam tal-assigurazzjoni tas-saħħa:
3. Fil-qasam tal-assigurazzjoni tal-qgħad u tar-reklutaġġ:
4. Fil-qasam tal-protezzjoni tal-ġenituri u tal-benefiċċji tal-familja:
5. Fil-qasam tal-benefiċċji soċjali:
Il-qorti soċjali għandha wkoll ġurisdizzjoni fl-oqsma msemmija hawn fuq fit-tilwim soċjali li ġej:
Il-qorti soċjali għandha wkoll ġurisdizzjoni fit-tilwim soċjali kif speċifikat mil-liġi.
Il-qrati tal-prim’ istanza fir-Repubblika tas-Slovenja huma dawn:
Il-Qrati tal-prim’ istanza jiddeċiedu fit-tilwim dwar ix-xogħol fis-sede tal-qorti, sakemm ma jkunx speċifikat li jridu jiddeċiedu f’dipartimenti esterni.
F’tilwim industrijali u soċjali, qorti tal-prim’ istanza tiddeċiedi f’bord magħmul minn imħallef bħala president tal-bord u minn żewġ imħallfin onorarji bħala membri, li wieħed minnhom irid jiġi elett minn lista ta’ kandidati ta’ ħaddiema jew persuni assigurati, u l-ieħor minn lista ta’ kandidati ta’ min iħaddem jew ta’ istituzzjonijiet.
Imħallef individwali jiddeċiedi dwar tilwim industrijali u soċjali individwali li jikkonċerna pretensjonijiet ġuridiċi materjali jekk is-suġġett tal-kawża fit-tilwima ma jkunx jaqbeż EUR 40 000. Ċerti kwistjonijiet importanti jridu jiġu deċiżi minn imħallef individwali irrispettivament mill-valur tas-suġġett tal-kawża, pereż. tilwim industrijali individwali relatat mas-sospensjoni ta’ kuntratt ta’ impjieg, xogħol bi prova, sahra, pawżi, mistrieħ, mistrieħ u liv u assenzi oħra mix-xogħol, id-dmir li jsir xogħol minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, sanzjonijiet dixxiplinari, sospensjoni temporanja mix-xogħol minħabba l-bidu ta’ proċedura dixxiplinarja u riassenjazzjoni temporanja; tilwim soċjali dwar id-dritt għal benefiċċju tal-attendenza, id-dritt għal benefiċċju tad-diżabbiltà għal diżabbiltà fiżika u d-dritt għal trattament fi spa.
Il-Qorti Għolja Soċjali u Industrijali tiddeċiedi l-appelli kontra d-deċiżjonijiet tat-tribunali industrijali u tal-qorti soċjali tal-prim’ istanza. Il-Qorti Suprema tar-Repubblika tas-Slovenja (Vrhovno sodišče Republike Slovenije) tiddeċiedi dwar l-appelli u r-rieżamijiet tad-deċiżjonijiet tal-Qorti Ogħla Soċjali u Industrijali.
Il-Qorti Għolja Soċjali u Industrijali hija bbażata f’Ljubljana.
Il-Qorti Għolja Soċjali u Industrijali tiddeċiedi f’bord ta’ tliet imħallfin.
Il-Qorti Amministrattiva tar-Repubblika tas-Slovenja għandha l-ġurisdizzjoni tiddeċiedi f’tilwima amministrattiva skont il-metodi u l-proċeduri stabbiliti fl-Att dwar it-Tilwim Amministrattiv.
F’tilwima amministrattiva, il-protezzjoni ġudizzjarja tad-drittijiet u tal-benefiċċji tal-individwi u tal-organizzazzjonijiet hija żgurata fir-rigward tad-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet tal-korpi Statali, il-korpi tal-komunità lokali u d-detenturi ta’ awtorizzazzjonijiet pubbliċi f’konformità mal-Att.
F’tilwima amministrattiva l-Qorti:
F’tilwima amministrattiva, il-Qorti Amministrattiva tar-Repubblika tas-Slovenja tiddeċiedi fil-prim’ istanza. Madankollu, il-Qorti Suprema tar-Repubblika tas-Slovenja tiddeċiedi dwar ilment kontra jew ir-reviżjoni ta’ deċiżjoni tal-prim’ istanza f’tilwima amministrattiva.
L-uffiċċju prinċipali tal-Qorti Amministrattiva tar-Repubblika tas-Slovenja jinsab f’Ljubljana.
Il-Qorti Amministrattiva taġġudika fl-uffiċċju prinċipali u fl-uffiċċji tal-fergħat li ġejjin:
Il-Qorti Amministrattiva tiddeċiedi f’bord ta’ tliet imħallfin, ħlief f’ċerti każijiet previsti mil-liġi li fihom jiddeċiedi mħallef wieħed.
Il-Qorti Suprema tiddeċiedi b’imħallef wieħed dwar is-sospensjoni ta’ proċedimenti; fl-appelli u fir-rieżamijiet hija tiddeċiedi f’bord ta’ tliet imħallfin; f’tilwimiet dwar kompetenza bejn il-Qorti Amministrattiva u qorti ta’ kompetenza ġenerali jew qorti speċjalizzata l-bord ikun magħmul minn tliet imħallfin; f’tilwimiet li jikkonċernaw il-kompetenza bejn il-Qorti Amministrattiva u l-Qorti Suprema, il-bord ikun magħmul minn ħames imħallfin.
Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar il-qrati fis-Slovenja fis-sit web uffiċjali tal-Qorti Suprema tar-Repubblika tas-Slovenja.
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.