Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna is-Slovakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Qrati speċjalizzati nazzjonali

Slovakkja

Din it-taqsima tipprovdi informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-qrati speċjalizzati fis-Slovakkja.

Il-kontenut ipprovdut minn
Slovakkja
Ma hemm l-ebda traduzzjoni uffiċjali tal-verżjoni tal-lingwa li qed tara.
Hawnhekk tista' tara verżjoni tradotta awtomatikament ta' dan il-kontenut. Jekk jogħġbok innota li din hi pprovduta biss għal finijiet kuntestwali. Is-sid ta’ din il-paġna ma jaċċetta ebda responsabbiltà jew obbligazzjoni fir-rigward tal-kwalità ta’ dan it-test tradott b'mod awtomatiku.

Qrati amministrattivi

Kwistjonijiet ta' liġi amministrattiva jaqgħu prinċipalment taħt il-ġuriżdizzjoni tal- rati reġjonali (krajský súd) u l-Qorti Suprema tar-Repubblika Slovakka (Najvyšší súd Slovenskej republiky).

Ir-Repubblika Slovakka m’għandiex qrati amministrattivi separati; minflok, għandha numru ta' awli ippreseduti minn imħallfin b'ġuriżdizzjoni amministrattiva

Qrati speċjalizzati

Il-Qorti Kostituzzjonali

Il- Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika Slovakka (Ústavný súd Slovenskej republiky) hija korp ġudizzjarju indipendenti bis-setgħa li jiddeċiedi dwar il- kostituzzjonalità tan-normi ġuridiċi.

Is-sede tal-Qorti Kostituzzjonali qiegħda f'Košice, f' Hlavná 110, Košice 042 65, b'uffiċċju ieħor tal-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika Slovakka f'Bratislava fi Župné námestie 12.

Kompetenzi

Skont il-Kostituzzjoni tar-Repubblika Slovakka, il-Qorti Kostituzzjonali tiddeċiedi dwar jekk:

  • il-liġijiet humiex konformi mal- Kostituzzjoni, il-liġijiet kostituzzjonali u t-trattati internazzjonali approvati mill- Kunsill Nazzjonali tar-Repubblika Slovakka irratifikati u promulgati skont il-liġi;
  • ir-regolamenti tal-Gvern, u n-normi ġuridiċi ta' applikazzjoni ġenerali tal-ministeri u ta' entitatjiet tal-gvern ċentrali humiex konformi mal-Kostituzzjoni, mal-liġijiet kostituzzjonali u trattati internazzjonali approvati mill-Kunsill Nazzjonali tar-Repubblika Slovakka u rratifikati u promulgati skont il-liġi;
  • ir-regolamenti ta' applikazzjoni ġenerali humiex konformi mal-Kostituzzjoni (l-Artikolu 68), mal-liġijiet kostituzzjonali u mat-trattati internazzjonali approvati mill-Kunsill Nazzjonali tar-Repubblika Slovakka, u li ġew irratifikati u ppromulgati skont il-liġi, sakemm ma tkunx meħtieġa tiddeċiedi qorti oħra;
  • in-normi ġuridiċi ta' applikazzjoni ġenerali tal-entitajiet tal-amministrazzjoni ċentrali u r-regolamenti ta' applikazzjoni ġenerali tal-entitajiet indipendenti (skont l-Artikolu 71(2)) humiex konformi mal-Kostituzzjoni, mal-liġijiet kostituzzjonali u mat-trattati internazzjonali approvati mill-Kunsill Nazzjonali tar-Repubblika Slovakka, u li ġew irratifikati u ppromulgati skont il-liġi;
  • ir-regolamenti tal-gvern u n-normi ġuridiċi tal-ministeri u ta’ entitajiet amministrattivi ċentrali oħrajn tal-gvern ikunux konformi mal-Kostituzzjoni, mal-liġijiet kostituzzjonali u mat-trattati internazzjonali li ġew ippromulgati skont il-liġi, sakemm ma tkunx meħtieġa tiddeċiedi qorti oħra.

Barra minn hekk, il-Qorti Kostituzzjonali trid:

  • tiddeċiedi dwar il-konformità ta’ trattati internazzjonali nnegozjati li għalihom huma meħtieġa kemm il-kunsens tal-Kunsill Nazzjonali tar-Repubblika Slovakka kif ukoll il-konformità mal-Kostituzzjoni u/jew ma' liġi kostituzzjonali;
  • tiddeċiedi jekk is-suġġett ta’ referendum li ser jinżamm wara l-petizzjoni taċ-ċittadini jew riżoluzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tar-Repubblika Slovakka (skont l-Artikolu 95 (1)) huwiex konformi mal-Kostituzzjoni u/jew ma' liġi kostituzzjonali;
  • tiddeċiedi dwar tilwim fuq kompetenzi bejn l-entitajiet ċentrali tal-Gvern, sakemm il-liġi ma tipprovdix li trid tkun awtorità oħra tal-Istat li tiddeċiedi dwar dan it-tilwim;
  • tiddeċiedi dwar ilmenti mressqa minn persuni naturali jew ġuridiċi li qed isostnu li nkisru d-drittijiet tal-bniedem jew il-libertajiet fundamentali tagħhom taħt trattat internazzjonali li ġie rratifikat mir-Repubblika Slovakka u li ġie ppromulgat bil-mod stabbilit mil-liġi, sakemm ma tridx tkun qorti oħra li tiddeċiedi dwar il-protezzjoni ta’ dawn id-drittijiet u l-libertaijiet;
  • tiddeċiedi dwar ilmenti mressqa minn entitajiet awtogovernattivi dwar l-anti-kostituzzjonalità jew l-illegalità ta’ deċiżjonijiet jew ta' indħil fi kwistjonijiet awogovernattivi, sakemm ma tridx tkun qorti oħra li tiddeċidi dwar il-protezzjoni tagħhom;
  • tinterpreta l-Kostituzzjoni jew liġi kostituzzjonali meta kwistjoni tkun dubbjuża;
  • tiddeċiedi dwar ilment imressaq kontra deċiżjoni li tikkonferma jew tivverifika l-mandat ta’ Membru tal-Parlament;
  • tiddeċiedi jekk l-elezzjonijiet (tal-President tar-Repubblika Slovakka, tal-Kunsill Nazzjonali tar-Repubblika Slovakka u ta’ entitajiet awtogovernattivi) sarux f’konformità mal-Kostituzzjoni u mal-liġijiet applikabbli oħra;
  • tiddeċiedi dwar ilmenti mressqa kontra r-riżultat ta’ referendum jew kontra r-riżultati ta’ plebixxit biex il-President tar-Repubblika Slovakka jirtira mill-kariga;
  • tiddeċiedi jekk deċiżjoni biex partit jew moviment politiku jiġi xolt jew jiġux sospiżi l-attivitaijiet politiċi tiegħu tkunx konformi mal-liġijiet kostituzzjonali u ma’ liġijiet oħrajn;
  • tiddeċiedi dwar prosekuzzjoni li nbdiet mill-Kunsill Nazzjonali fil-konfront tal-President tar-Repubblika Slovakka minħabba l-ksur intenzjonali tal-Kostituzzjoni jew wara tradiment;
  • tiddeċiedi jekk deċiżjoni li tiddikjara stat ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali jew stat ta’ emerġenza u deċiżjonijiet oħrajn konnessi ma’ din id-deċiżjoni ttieħdux f’konformità mal-Kostituzzjoni u mal-liġijiet kostituzzjonali.

Kompożizzjoni tal-qorti

Il-Qorti Kostituzzjonali hija komposta minn 13-il imħallef.

L-imħallfin tal-Qorti Kostituzzjonali jinħatru mill-President tar-Repubblika Slovakka għal mandat ta’ 12-il sena, fuq proposta tal-Kunsill Nazzjonali tar-Repubblika Slovakka. Il-Kunsill Nazzjonali jrid jipproponi d-doppju tan-numru ta’ kandidati li jridu jinħatru mill-President.

Informazzjoni rilevanti oħra

Id-deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali jridu jittieħdu minn bord ta’ tliet membri (senat) jew f'sessjoni plenarja.

Id-deċiżjonijiet tal-Qorti Kostituzzjonali huma finali: jiġifieri li mhemmx appell kontra dawn id-deċiżjonijiet.

Il-Qorti Kostituzzjonali tista’ tagħti bidu għal proċedimenti hekk kif tirċievi mozzjoni mressqa minn:

  • tal-inqas 1/5 tal-membri kollha tal-Kunsill Nazzjonali tar-Repubblika Slovakka,
  • il-President tar-Repubblika Slovakka,
  • il-Gvern tar-Repubblika Slovakka,
  • qorti,
  • l-Avukat-Ġenerali (generálny prokurátor),
  • kull min għandu dritt għal seduta ta' smigħ fil-każijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 127 (appelli mressqa minn persuni naturali jew ġuridiċi) u l-Artikolu 127a (appelli minn entitajiet awtogovernattivi),
  • L-Uffiċċju Suprem tal-Awditjar tar-Repubblika Slovakka (Najvyšší kontrolný úrad Slovenskej republiky) fil-każijiet previsti fl-Artikolu 126 (2) (dwar il-ġuriżdizzjoni tal-Uffiċċju Suprem tal-Awditjar),
  • l-Ombusdman f'materji dwar il-kostituzzjonalità tal-leġiżlazzjoni taħt l-Artikolu 125 (1) (dwar jekk is-suġġett ta' referendum li ser jinżamm minħabba petizzjoni taċ-ċittadini jew fuq riżoluzzjoni tal-Kunsill Nazzjonali tar-Repubblika Slovakka humiex konformi mal-Kostituzzjoni u/jew ma' liġi kostituzzjonali), fejn l-applikazzjoni ta' din il-leġiżlazzjoni tista' tqiegħed fil-perikolu id-drittijiet fundamentali jew il-libertajiet jew id-drittijiet tal-bniedem u l-libertaijiet fundamentali ġejjin minn trattat internazzjonali irratifikat mir-Repubblika Slovakka u promulgat skont il-liġi.

Bażijiet tad-dejta ġuridiċi

Is- sit elettroniku tal-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika Slovakka jipprovdi aċċess mingħajr ħlas:

  • kompożizzjoni tal-qorti,
  • rapporti dwar konklużjonijiet u deċiżjonijiet;
  • dikjarazzjonijiet tal-istampa,
  • attivitajiet internazzjonali,
  • informazzjoni dwar il-qorti.

Il-Qorti Kriminali Speċjalizzata

Il-Qorti Kriminali Speċjalizzata (Špecializovaný trestný súd) f’Pezinok inħolqot fl-2009 bħala suċċessur għall-Qorti Speċjali. Il-Qorti Kriminali tiddeċiedi dwar kwistjonjiet kriminali. Hija qorti tal-prim’istanza li tinsab fuq l-istess livell bħall-qrati reġjonali. L-Att Nru 291/2009 dwar il-Qorti Kriminali Speċjalizzata u li jemenda ċerti liġijiet u li jistabbilixxi l-kompetenzi u l-funzjonijiet ta' din il-qorti.

Id-dettalji ta’ kuntatt tal-Qorti Kriminali Speċjalizzata tar-Repubblika Slovakka:

Indirizz: Suvorovova č. 5/A, P. O. BOX 117, 902 01 Pezinok
Tel: +421 33 69 031 14
Faks: +421 33 69 032 72

Kompetenzi

Il-Qorti Kriminali Speċjalizzata għandha ġuriżdizzjoni biex tisma' kawżi li jinvolvu r-reati li ġejjin:

  • qtil,
  • sfurzar u influwenza żejda b'rabta mal-akkwist pubbliku l-irkant pubbliku taħt it-Taqsima 266 (3) tal-Kodiċi Kriminali,
  • falsifikazzjoni u l-iffalsifikar tal-flus u t-titoli taħt it-Taqsima 270 (4) tal-Kodiċi Kriminali,
  • abbuż ta' poter f'kariga pubbliku taġt it-Taqsima 326 (3) u (4) tal-Kodiċi Kriminali flimkien ma' reati taħt is-subparagrafi (b), (c), (e), (f), (g), (h), (k) jew (l);
  • tixħim taħt it-Taqsimiet 328 sa 331 tal-Kodiċi Kriminali,
  • it-tixħim taħt it-Taqsimiet 332 sa 335 tal-Kodiċi Kriminali,
  • korruzzjoni indiretta taħt it-Taqsima 336 tal-Kodiċi Kriminali,
  • tixħim fl-elezzjonijiet taħt it-Taqsima 336a tal-Kodiċi Kriminali,
  • il-ħolqien, l-organizzazzjoni jew il-promozzjoni ta' grupp kriminal jew terroristiku,
  • delitti mwettqa minn gruppi kriminali jew terroristiċi,
  • reati kontra l-propjetà taħt it-Titolu 4 tal-parti speċjali tal-Kodiċi Kriminali jew ir-reati ekonomiċi taħt it-Titolu 5 tal-parti speċjali tal-Kodiċi Kriminali, fejn ir-reat jirriżulta fi ħsara jew gwadann ta' mill-inqas 25,000 darba aktar mill-ammont ta' ħsara minima taħt il-Kodiċi Kriminali jew fejn l-impatt tar-reat kommess huwa tal-inqas 25,000 darb aktar mill-ammont ta' ħsara minima taħt il-Kodiċi Kriminali,
  • ħsara lill-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej,
  • reati marbuta ma' dawk imsemmija hawn fuq fejn jiġu sodisfatti l-kundizzzjonijiet għal proċedimenti konġunti.
L-aħħar aġġornament: 18/03/2019

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.