Qrati speċjalizzati nazzjonali

Rumanija

Din il-paġna tagħtik informazzjoni dwar il-qrati speċjalizzati tar-Rumanija.

Il-kontenut ipprovdut minn
Rumanija

Qrati speċjalizzati

Tribunal Braşov għall-Kwistjonijiet tal-Familja u l-Minorenni (Tribunalul pentru Minori şi Familie)

It-Tribunal ibbażat fi Brașov għall-Kwistjonijiet tal-Familja u l-Minorenni jisma’ kawżi dawr reati kommessi mit-tfal jew fuq it-tfal. Qabel ma twaqqaf dan it-Tribunal speċjalizzat, dawn il-kawżi kienu jinstemgħu mit-Tribunal Brașov.

Tribunal speċjalizzati

Hemm tliet tribunal speċjalizzati (l-eks tribunali kummerċjali):

  • It-Tribunal Speċjalizzat ta’ Cluj (Tribunalul Specializat Cluj)
  • It-Tribunal Speċjalizzat ta’ Mures (Tribunalul Specializat Cluj)
  • It-Tribunal Speċjalizzat ta’ Arges (Tribunalul Specializat Cluj)

Dawn jisimgħu kawżi li jinvolvu l-professjonisti. Kull persuna li għandha impriża hija meqjusa bħala professjonista.

Il-qrati militari

Il-ġuriżdizzjoni tal-qrati militari hija stabbilita fil-Kodiċi ta’ Proċedura Kriminali. Kull qorti militari għandha l-istatus ta’ bażi militari.

L-organizzazzjoni tal-ġerarkija tal-qrati militari hija kif ġej:

  • Erba’ qrati militari (f’Bucharest, Cluj-Napoca, Iași u Timișoara)
  • It-Tribunal Militari ta’ Bucharest
  • Il-Qorti Militari tal-Appell ta’ Bucharest

Il-qrati militari għandhom imħallfin militari, skrivana, arkivisti u persunal ieħor.

It-Tribunali Militari

Hemm erba’ tribunali militari fir-Rumanija, fl-ibliet li ġejjin:

  • Bucharest;
  • Cluj-Napoca;
  • Iași;
  • Timișoara

Bħala l-ogħla qorti tal-ewwel istanza, it-tribunal militari jista’ jisma kawżi dwar ir-reati kollha mwettqa mill-persunal militaru sa u inkluż ir-rank ta’ kurunell, u każijiet oħra li hemm dispożizzjoni speċjali għalihom mil-liġi.

Il-Qorti Militari tal-Appell ta’ Bucharest

Il-Qorti Militari tal-Appell ta’ Bucharest tiddeċiedi:

  • Bħala qorti tal-ewwel istanza, tisma l-kawżi dwar reati kontra s-sigurtà nazzjonali: tradiment, tradiment bi trażmissjoni ta’ intelliġenza sigrieta tal-Istat, tradiment bi tħajjir tal-għadu, azzjonijiet kontra l-ordni Kostituzzjonali, miżuri ostili kontra l-Istat, spjunar, attakk li jqiegħed fil-periklu is-sikurezza nazzjonali, attakk kontra l-komunità, atti ta’ diverżjoni, misrappreżentazzjoni, propaganda għall-gwerra, tqegħid fil-periklu tal-interessi tal-Istat, żvelar li jqiegħed f’periklu is-sikurezza nazzjonali, reati kontra persuni taħt protezzjoni internazzjonali, nuqqas ta’ rappurtar ta’ reati kontra s-sikurezza nazzjonali, li jiġu kommessi mill-persunal militari, reati fuq is-sikurezza nazzjonali tar-Rumanija, kif previst f’liġijiet speċjali, li jiġu kommessi mill-persunal militari, reati mwettqa mill-imħallfin tat-tribunali militari u mill-prosekuturi militari mill-uffiċċji tal-prosekuzzjoni militari annessi ma’ dawn il-qrati, reati mwettqa minn ġenerali, marixxalli u ammiralli, u rikorsi għall-ispostament, kif previst mil-liġi;
  • bħala qorti ta’ appell, hija tisma l-appelli minn sentenzi tat-tribunali militari tal-ewwel istanzal;
  • taqta’ u tiddeċiedi l-kunflitti ta’ ġuriżdizzjoni bejn tribunali militari fil-qasam ta’ ġuriżdizzjoni tagħha u l-appelli mis-sentenzi ta’ dawn it-tribunali kif previst mil-liġi.

Il-qrati amministrattivi

Mhemmx qrati amministrattivi fir-Rumanija. Taqsima speċjali amministrattiva tal-qorti għandha s-setgħa tisma’ l-kawżi amministrattivi.

Qrati speċjali oħra

Il-Qorti Kostituzzjonali

Il-Qorti Kostituzzjonali għandha disa’ mħallfin, maħtura b’mandat ta’ disaż snin li ma jistgħux jiġu mġedda jew estiżi. Tliet imħallfin jiġu maħtura mill-Kamra tad-Deputati, tlieta mis-Senat u tlieta mill-President tar-Rumanija. L-imħallfin tal-Qorti Kostituzzjonali jagħżlu l-President tal-Qorti Kostituzzjonali b’vot sigriet, għal mandat ta’ tliet snin. Il-Qorti Kostituzzjonali tissostitwixxi terz tal-imħallfin tagħha kull tliet snin.

Skont l-Artikolu 146 tal-Kostituzzjoni Rumena, il-Qorti Kostituzzjonali għandha s-setgħat li ġejjin:

  • tiddeċiedi dwar il-kostituzzjonalità tal-liġijiet qabel jiġu ppromulgati, fuq talba tal-President tar-Rumanija; mill-President ta’ waħda mi-żewġ Kmamar tal-Parlament; mill-Gvern; mill-Qorti Superjuri tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja; mill-Ombusman, b’mill-inqas 50 Deputat jew 25 Senatur, u ex officio, għall-inizjattivi li jipproponu r-reviżjoni tal-Kostituzzjoni;
  • tiddeċiedi dwar il-kostituzzjonalità tat-trattati jew ftehimiet internazzjonali oħra, fuq proposta tal-President jew waħda mill-Kmamar tal-Parlament, jew mill-inqas 50 Deputat jew 25 Senatur;
  • tiddeċiedi dwar il-kostituzzjonalità tar-regolamenti tal-Parlament, fuq proposta tal-President jew waħda mill-Kmamar tal-Parlament, minn grupp parlamentari, jew mill-inqas 50 Deputat jew 25 Senatur;
  • tiddeċiedi dwar in-nuqqas ta’ kostituzzjonalità ta’ liġijiet u ordnijiet li jiġu invokati quddiem il-qrati tal-liġi jew it-tribunali għall-arbitraġġ kummerċjali; din l-oġġezzjoni tista’ titqajjem ukoll direttament mill-Ombudsman;
  • tiddeċiedi dwar tilwim legali ta’ natura kostituzzjonali bejn l-awtoritajiet pubbliċi, fuq talba tal-President tar-Rumanija, il-President ta’ waħda mill-Kmamar tal-Parlament, il-Prim Ministru, jew il-President tal-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura;
  • tissorvelja l-konformità mal-proċedura għall-elezzjoni tal-President tar-Rumanija, u tikkonferma r-riżultati tal-elezzjoni;
  • toħroġ opinjonijiet konsultattivi dwar proposti biex jiġi sospiż il-President tar-Rumanija mill-kariga;
  • tikkonferma l-preżenza ta’ ċirkostanzi li jiġġustifikaw il-preżenza ta’ Aġent Kap tal-Istat, u tagħti rapport tas-sejbiet tagħha lill-Parlament u lill-Gvern;
  • tissorvelja l- konformità mal-proċedura għall-organizzazzjoni u twettiq ta’ referendum, u tikkonferma r-riżultati tiegħu;
  • tivverifika li jkun hemm il-kundizzjonijet sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jeżerċitaw inizjattiva leġiżlattiva;
  • tiddeċiedi fuq oġġezzjonijiet dwar in-nuqqas ta’ kostituzzjonalità ta’ partit politiku;
  • twettaq kwalunkwe dmirijiet oħra previsti mil-liġi organika tal-Qorti (Liġi Nru 47/1992, ippubblikata mill-ġdid)

Bażijiet tad-data legali

Il-bażijiet tad-data legali li ġejjin huma disponibbli onlajn:

L-aċċess għall-bażi tad-data legali huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess għall-bażi tad-data legali huwa mingħajr ħlas.

Ħoloq rilevanti

Il-ġuriżdizzjoni tal-qrati - ir-Rumanija

L-aħħar aġġornament: 25/05/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.