Qrati speċjalizzati nazzjonali

L-Irlanda ta’ fuq

Din it-taqsima tipprovdik b'informazzjoni dwar it-tribunali li s-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Irlanda ta' Fuq jappoġġa b'mod amministrattiv.

Il-kontenut ipprovdut minn
L-Irlanda ta’ fuq

Id-Dipartiment tal-Ġustizzja huwa responsabbli għall-amministrazzjoni ta’ diversi tribunali fl-Irlanda ta’ Fuq. Fil-prattika, din il-funzjoni titwettaq mis-Servizz tal-Qrati u mit-Tribunali tal-Irlanda ta’ Fuq (NICTS) (aġenzija eżekuttiva tad-Dipartiment).

Id-Dipartiment għandu responsabbiltà statutorja għat-tribunali segwenti;

  • Tribunal tal-Indukrar
  • Tribunal tal-Karità
  • Bord tal-Appelli għall-Kumpens għal Danni Kriminali għall-Irlanda ta’ Fuq
  • Tribunal tal-Artijiet
  • Tribunal għar-Rieżami tas-Saħħa Mentali
  • Tribunal tal-Irlanda ta’ Fuq dwar is-Saħħa u s-Sigurtà
  • Tribunal tal-Irlanda ta’ Fuq dwar il-Penali tat-Traffiku
  • Tribunal tal-Irlanda ta’ Fuq dwar il-Valwazzjoni
  • Kummissarji tas-Sigurtà Soċjali u Kummissarji tal-Manteniment tat-Tfal
  • Tribunal tal-Bżonnijiet Edukattivi Speċjali u tad-Diżabilità
  • Tribunal skont l-Iskeda 11 mad-Digriet dwar is-Servizzi tas-Saħħa u Soċjali Personali (l-Irlanda ta' Fuq) 1972

Huwa assuma wkoll ir-responsabbiltà amministrattiva għas-Servizz tal-Appelli u għall-bord tal-Valutazzjoni tal-Kera f'April 2010, li t-tnejn huma ġestiti minn ftehim dwar il-livell ta' servizz mad-Dipartiment għall-Komunitajiet. Huwa ppjanat li t-tnejn li huma jkunu trasferiti għad-Dipartiment bħala parti mill-programm ta’ riforma tat-tribunal.

L-NICTS jipprovdi wkoll sostenn amministrattiv skont it-termini ta’ ftehim dwar il-livell ta' servizz għat-tribunali madwar ir-Renju Unit li jinsabu fl-Irlanda ta’ Fuq, inkluż il-Kamra tat-Taxxa, Il-Kamra tal-Immigrazzjoni u l-Ażil u l-ġurisdizzjoni dwar id-Drittijiet għall-Informazzjoni fil-Kamra Regolatorja Ġenerali tat-Tribunal tal-ewwel livell, u l-Kamra tal-Appelli Amministrattivi tat-Tribunal Superjuri.

Aktar informazzjoni dwar il-ħidma tat-tribunali amministrati mill-NICTS, inkluż dettalji ta’ kuntatt għal kull wieħed, jistgħu jinsabu fuq is-sit web tas-Servizz tal-Qrati u tat-Tribunali tal-Irlanda ta’ Fuq.

Links relatati

Is-Servizz tal-Qrati u tat-Tribunali tal-Irlanda ta’ Fuq

L-aħħar aġġornament: 10/07/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna