Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.
Swipe to change

Qrati speċjalizzati nazzjonali

Olanda

Din it-taqsima tagħtik informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-qrati speċjalizzati fl-Olanda.

Il-kontenut ipprovdut minn
Olanda

Qrati amministrattivi

Il-qrati amministrattivi fl-Olanda huma:

  • il-Qorti distrettwali (Rechtbank): l-ewwel istanza għall-kawżi amministrattivi kollha
  • il-Qorti tal-Appell (Gerechtshof): il-qorti tal-appell għal kawżi dwar taxxi
  • il-Qorti Suprema (Hoge Raad): il-qorti suprema għal kawżi dwar taxxi
  • it-Tribunal Ċentrali tal-Appelli (Centrale Raad van Beroep): il-qorti tal-appell (u dik finali) għall-kawżi dwar is-sigurtà soċjali
  • it-Tribunal tal-Appelli Kummerċjali u Industrijali (College van Beroep voor het bedrijfsleven): il-qorti tal-appell (u dik finali) għal-liġi amministrattiva soċjo-ekonomika
  • id-Diviżjoni tal-Ġurisdizzjoni Amministrattiva tal-Kunsill tal-Istat (Afdeling Bestuursrechtspraak van de Raad van State): il-qorti tal-appell (u dik finali) għall-kawżi amministrattivi kollha li ma jiġux deċiżi minn qrati oħrajn tal-appell.

Bażijiet tad-dejta legali

Tista’ ssib l-informazzjoni li trid fis-sit web iddedikat għas-Sistema ġudizzjarja fl-Olanda.

Links relatati

Il-Ġudikatura Olandiża u l-Qorti Suprema tal-Olanda

L-aħħar aġġornament: 11/01/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna