Qrati speċjalizzati nazzjonali

Ungerija

Din it-taqsima tagħtik informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-qrati speċjalizzati fl-Ungerija.

Il-kontenut ipprovdut minn
Ungerija

Qrati speċjalizzati

Qrati amministrattivi u industrijali

Il-Liġi Fundamentali tal-Ungerija tiddefinixxi s-sistema tal-qrati bħala struttura b’bosta livelli u tipprevedi t-twaqqif ta' qrati speċjalizzati għal ċerti tipi ta' każijiet. Fi ħdan is-sistema tal-qrati, il-qrati amministrattivi u industrijali (közigazgatási és munkaügyi bíróságok) joperaw bħala qrati speċjalizzati.

Il-qrati amministrattivi u industrijali ilhom attivi mill-1 ta’ Jannar 2013. Qabel dan, il-kompiti tagħhom kienu jitwettqu mill-qrati industrijali u l-qrati .

Bħala qorti tal-prim'istanza, qorti amministrattiva u industrijali tisma’ kawżi li jikkonċernaw ir-reviżjoni ġudizzjarja ta’ deċiżjonijiet amministrattivi jew li jikkonċernaw ir-relazzjonijiet fl-impjiegi u relazzjonijiet ġuridiċi simili, kif ukoll kawżi oħra li jiġu riferuti għaliha bil-liġi. Il-qorti ġenerali, jew, fil-każijiet li jikkonċernaw reviżjoni ġudizzjarja, il-Qorti Suprema (Kúria) taġixxi bħala l-qorti tat-tieni istanza.

Qorti Kostituzzjonali (Alkotmánybíróság)

Il-Qorti Kostituzzjonali hija korp indipendenti li taħdem b'mod separat mis-sistema tal-qorti.

Il-Qorti Kostituzzjonali hija l-korp ewlieni għall-protezzjoni tal-Liġi Fundamentali u għandha s-sede tagħha f’Budapest.

Il-Qorti Kostituzzjonali tikkonsisti fi ħmistax-il membru eletti għal tnax-il sena b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tal-Parlament Ungeriż. President jiġi elett minn fost il-membri tal-Qorti Kostituzzjonali b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri tal-Parlament. Il-mandat tal-President idum sat-tmiem tat-terminu tiegħu fil-kariga ta’ Mħallef tal-Qorti Kostituzzjonali. Il-membri tal-Qorti Kostituzzjonali ma jistgħux ikunu membri ta’ partiti politiċi jew iwettqu attivitajiet politiċi. Id-dettalji tal-ġurisdizzjoni, l-organizzazzjoni u l-funzjonament tal-Qorti Kostituzzjonali huma stabbiliti f’liġijiet kardinali.

  1. ir-reviżjoni tal-kostituzzjonalità tal-leġiżlazzjoni li ġiet adottata iżda li ma tkunx għadha ġiet promulgata;
  2. ir-reviżjoni, fuq l-inizjattiva ta’ mħallef, tal-kostituzzjonalità ta’ atti ġuridiċi li għandha tiġi applikata f’każ speċifiku;
  3. ir-reviżjoni, wara appell kostituzzjonali, tal-kostituzzjonalità ta’ atti ġuridiċi li għandha tiġi applikata f’każ speċifiku;
  4. ir-reviżjoni, wara appell kostituzzjonali, tal-kostituzzjonalità ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji;
  5. ir-reviżjoni tal-kostituzzjonalità tal-leġiżlazzjoni fuq l-inizjattiva tal-Gvern, kwart mill-membri Parlamentari jew il-Kummissarju għad-Drittijiet Fundamentali (alapvető jogok biztosa);
  6. ir-reviżjoni tal-konformità tal-leġiżlazzjoni mat-trattati internazzjonali;
  7. l-eżerċizzju ta' setgħat oħra u t-twettiq ta' dmirijiet oħra previsti fil-Liġi Fundamentali jew f’liġijiet kardinali oħra.

Filwaqt li taġixxi fil-kompetenza tagħha skont il-punti (b), (c) u (d), il-Qorti Kostituzzjonali tneħħi l-atti legali u deċiżjonijiet leġiżlattivi oħra li jinstabu li jkunu fi ksur tal-Liġi Fundamentali;

filwaqt li taġixxi fil-kompetenza tagħha skont il-punt (d), hija tannulla d-deċiżjonijiet ġuridiċi li jinstabu li jkunu fi ksur tal-Liġi Fundamentali;

filwaqt li taġixxi fil-kompetenza tagħha skont il-punt (f), hija tista’ tneħħi atti ġuridiċi u deċiżjonijiet leġiżlattivi oħra li jinstabu li jkunu fi ksur ta' trattat internazzjonali;

jew timponi l-konsegwenzi ġuridiċi stabbiliti mil-liġi kardinali.

Bażi ta’ dejta legali

Tista’ ssib aktar informazzjoni fil-websajt tal-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Ungerija (Magyar Köztársaság Alkotmánybírósága).

Links relatati

Websajt uffiċjali tal-Qorti Kostituzzjonali tar-Repubblika tal-Ungerija

Websajt uffiċjali tal-qrati Ungeriżi

L-aħħar aġġornament: 06/04/2017

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna