Qrati speċjalizzati nazzjonali

Greċja

Ez a szakasz Görögország szakosított bíróságainak rendszeréről nyújt tájékoztatást.

Il-kontenut ipprovdut minn
Greċja

Il-Kunsill tal-Istat

Il-Kunsill tal-Istat (Συμβούλιο της Επικρατείας), stabbilit fl-Artikolu 95 tal-Kostituzzjoni Griega, huwa l-qorti amministrattiva suprema u jeżerċita l-ġurisdizzjoni tiegħu fis-Sessjonijiet Plenarji (Ολομέλεια) jew f'Taqsimiet. (τμήματα). Is-Sessjoni Plenarja hija ffurmata mill-President, mill-inqas għaxar Kunsilliera (σύμβουλοι), żewġ kunsilliera assoċjati subalterni (πάρεδροι) u Skrivan (γραμματέας).

Hemm sitt Taqsimiet: I, II, III, IV, V u VI.

L-ewwel erba' taqsimiet (I, II,III u IV) jeżerċitaw il-kompetenzi ġudizzjarji tal-Kunsill u jorganizzaw seduti miftuħa għall-pubbliku. Is-seduti għas-smigħ jinkludu l-President tat-Taqsima (il-Viċi-President tal-Kunsill tal-Istat), żewġ Kunsilliera, żewġ Kunsilliera Assoċjati subalterni u Skrivan (ħames membri b'kollox).

Kull waħda minn dawn it-Taqsimiet tista' tiġi ffurmata minn bord b'seba' membri, bil-parteċipazzjoni addizzjonali ta' żewġ Kunsilliera oħra. Dan jista' jsir biss f'każijiet li jkunu tressqu quddiem Taqsima b'seba' membri mill-President tal-Qorti, jew f'każijiet imressqa quddiemha mit-Taqsima b'ħames membri.

It-Taqsima V hija responsabbli għall-ipproċessar tad-digrieti u l-eżerċizzju tad-dixxiplina. Hija ffurmata minn President (il-Viċi-President tal-Kunsill tal-Istat). mill-inqas Kunsillier, Kunsillier Assoċjat subaltern (li għandu l-vot deċiżiv fl-eżerċizzju ta' dmirijietu u Skrivan.

It-Taqsima VI hija responsabbli għall-kassazzjoni ġudizzjarja (reviżjoni) (tħassir) tas-sentenzi dwar il-Kodċi għall-Ġbir tal-Introjtu Pubbliku, (Κώδικας Είσπραξης Δημόσιων Εσόδων) u għad-danni kkaġunati minn kawżi amministrattivi. Il-formazzjoni tagħha hija ekwivalenti għal dik tal-ewwel erba' Taqsimiet.

L-obbligi ewlenin tal-Kunsill tal-Istat huma mniżżlin fl-Artikolu 95( subinċiż 1 ) tal-Kostituzzjoni u huma eżegwiti kif trid il-liġi. L-amministrazzjoni għandha l-obbligu li tħares is-sentenzi ta' tħassir tal-Kunsill tal-Istat; kwalunkwe korp responsabbli stabbilit bil-liġi huwa responsabbli għal kull nuqqas ta' konformità.

Id-dmirijiet ewlenin tal-Kunsill tal-Istat huma kif ġej:

  • Iħassar, wara talba għal dan, l-atti eżegwibbli tal-awtoritajiet amministrattivi li jkunu saru obbligatorji fiż-żmien tal-ħruġ tagħhom, minħabba abbuż ta' poter jew ksur tal-liġi; mill-awtoritajiet amministrattivi.
  • Jerġa' jikkunsidra, wara talba għal dan, sentenzi finali, wara l-għeluq tal-appell kontra deċiżjoni meħuda minn Qorti Amministrattiva ordinarja, kif imfissra mil-liġi; (Qorti Amministrattiva u Qorti Amministrattiva tal-Appell).
  • Jisma' kawżi amministrattivi sostantivi li jkunu ġew imressqa quddiemu kif rikjest skont il-Kostituzzjoni u bil-liġi;
  • Jipproċessa d-digrieti kollha ta' natura regolatorja. Matul dan il-proċess, irid jiġi aċċertat jekk id-digrieti humiex konformi mal-Kostituzzjoni u l-liġi. L-użu tal-formoli korretti u kwistjonijiet oħra ta' importanza sekondarja jiġu aċċertati wkoll.

L-awtoritajiet iridu jħarsu s-sentenzi mħassra mill-Kunsill tal-Istat. Kwalunkew awtorità kompetenti, kif imfissra mil-liġi, tista' tinżamm responsabbli għal dan in-nuqqas.

Kwalunkwe digriet regolatorju li ma jkunx ġie pproċessat mill-Kunsill tal-Istat jiġi ddikjarat illegali u mhux eżegwibbli mill-qrati.

L-ewwel tliet kompetenzi huma d-dmirijiet ġudizzjarji, filwaqt li r-raba' hija dik amministrattiva u hija assenjata lill-Kunsill tal-Istat fil-kapaċità tiegħu ta' konsulent tal-amministrazzjoni ċentrali. Madankollu, il-Kunsill tal-Istat iżomm il-karattru ġudizzjarju tiegħu meta jeżerċita d-dmir amministrattiv imsemmi hawn qabel.

Il-Qorti tal-Awditjar

Il-Qorti tal-Awditjar (Ελεγκτικό Συνέδριο), stabbilita mill-Artikolu 98 tal-Kostituzzjoni Griega, hija qorti suprema ta' natura doppja, bi dmirijiet ġudizzjarji u amministrattivi. Hija żżomm il-karattru ġudizzjarju tagħha meta teżerċita l-kompetenzi amministrattivi tagħha. Il-kompożizzjoni tal-Qorti tal-Awditjar hija ekwivalenti għal dik tal-Kunsill tal-Istat. Il-Qorti tal-Awditjar teżerċita l-kompetenzi ġudizzjarji tagħha fis-Sessjoni Plenarja (Ολομέλεια), fit-tlietTaqsimiet (τμήματα) u Unitajiet (κλιμάκια).

Il-kompetenzi ewlenin tagħha huma:

  • Sabiex tivverifika l-infiq mill-Istat u mill-gvernijiet lokali jew entitatijiet ġuridiċi oħra rregolati mid-dritt pubbliku;.
  • Sabiex tivverifika l-kuntratti ta' valur ekonomiku u finanzjarju kbir fejn il-kuntrattur huwa l-Istat jew entità bi status ekwivalenti flok dan;
  • tivverifika l-kontijiet tal-uffiċjali pubbliċi tal-kontabilità u l-gvern lokali jew persuni ġuridiċi oħra rregolati mid-dritt pubbliku;
  • Sabiex tagħti opinjoni dwar proposti leġiżlattivi dwar il-pensjonijiet jew ir-rikonoxximent tas-servizz għall-benefiċċji tal-pensjoni;
  • Sabiex tħejji u tagħti rapport lill-Parlament dwar l-introjtu u l-infiq tal-Gvern (απολογισμός) u l-karta bilanċjali (ισολογισμός) tal-Istat;
  • Sabiex tisma kawżi dwar l-għoti tal-pensjonijiet;
  • Saiex tisma' kawżi dwar il-ħtija ta' impjegati politiċi, ċivili jew militari għal kull ħsara kkaġunata lill-Istat bi ħsieb jew b'nuqqas ta' ħsieb.

Is-sentenzi tal-Qorti tal-Awditjar mhumiex soġġetti għall-awtorità ġudizzjarja tal-Kunsill tal-Istat.

Qrati oħra speċjalizzati

Il-Qrati Marzjali(lρατοδικεία), Il-Qrati Navali (ναυτοδικεία) u l-Qrati tal-Qawwa tal-Ajru (αεροδικεία)

Dawn huma qrati speċjali kriminali. Kull reat kommess mill-persunal militari fl-armata, fil-qawwa navali jew fil-qawwa tal-ajru (mingħajr eċċezzjonijiet) huwa soġġett għall-ġurisdizzjoni tal-qrati militari.

Il-Qorti Suprema Speċjali

Il-Qorti Suprema Speċjali (Ανώτατο Ειδικό Δικαστήριο) hija qorti speċjalizzata, simili għal Qorti Kostituzzjonali fis-sens li l-biċċa l-kbira tal-kawżi soġġetti għall-ġurisdizzjoni tagħha jkunu ta' natura kostituzzjonali. Il-Qorti hija stabbilita permezz tal-Artikolu 100 tal-Kostituzzjoni Griega u hija responsabbli biex tiddeċiedi dwar il-validità tal-elezzjonijiet parlamentari, it-tneħħija tal- Membri tal-Parlament mill-kariga tagħhom jew issib soluzzjoni għall-kunflitti bejn it-tliet qrati superjuri Griegi. Is-sentenzi tal-Qorti Suprema Speċjali huma finali u ma jistgħux jiġu appellati.

Din hija l-ogħla Qorti. Din il-Qorti hija ffurmata mill-President tal-Kunsill tal-Istat, il-President tal-Qorti Suprema (Άρειος Πάγος) tal-Kassazzjoni, il-President tal-Qorti tal-Awditjar, erba' Kunsilliera tal-Istat u erba' Kunsillera tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni (li jiġu maħtura bix-xorti kull sentejn mhux konsekuttivi).

Il-Qorti tkun ipreseduta mill-aktar President anzjan tal-Presidenti tal-Kunsill tal-Istat jew tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni. Meta tisma' kawżi li jinvolvu s-soluzzjoni għal tilwim ta' natura kostituzzjonali jew l-interpretazzjoni ta' dispożizzjonijiet tal-liġi, il-Qorti jkollha wkoll żewġ professuri regolari mill-fakultajiet tal-liġi minn universitajiet Griegi.

Il-Qorti Speċjali tisma' wkoll kawżi għal proċess latenti u sentenzi difettużi/ħżiena

Il-Qorti Speċjalizzata għall-Kawżi dwar Proċessi Latenti (Ειδικό Δικαστήριο Αγωγών Κακοδικίας) hija stabbilita skont l-Artikolu 99 tal-Kostituzzjoni u l-Liġi 693/1977 u tiddeċiedi dwar proċeduri latenti kontra uffiċjali ġudizzjarji. Il-Qorti hija ffurmata mill-President tal-Kunsill tal-Istat, li jservi bħala l-President tal-qorti speċjali. Il-membri l-oħra jinkludu Kunsillier tal-Kunsill tal-Istat, Kunsillier tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni, Kunsillier tal-Qorti tal-Awditjar, żewġ professuri tal-liġi mill-fakultajiet tal-liġi f'universitajiet Griegi u żewġ avukati (membri tal-Bord Suprem ta' Dixxiplina tal-Avukati, li jittellgħu bix-xorti).

Il-Qorti Speċjali għandha ġurisdizzjoni dwar ir-responsabbilità tal-Ministri

Il-Qorti Speċjali għar-responsabbiltà tal-Ministri (Ειδικό Δικαστήριο Ευθύνης Υπουργών) hija organizzata kif jistabbilixxi l-Artikolu 86 tal-Kostituzzjoni.

Din il-Qorti tissejjaħ għal kull każ partikolari u tkun iffurmata minn sitt membri tal-Kunsill tal-Istat u seba' membri tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni, li jkunu magħżula bix-xorti mill-iSpeaker tal-Parlament wara l-bidu tal-proċeduri legali. Is-seduti jieħdu l-forma ta' sessjoni pubblika tal-Parlament u jkunu mmexxija mill-membri taż-żewġ qrati supremi msemmija hawn qabel – li jridu jkunu maħtura jew promossi għar-rang tagħhom qabel is-sottomissjoni tal-proposta biex jinbdew proċeduri legali. Il-membri tal-qorti jittellgħu bix-xorti. L-ogħla membru minn fost dawk magħżula mill-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni; jippresjedi; jekk aktar minn membru wieħed ikollu l-istess rang, jippresjedi l-anzjan fosthom. Membru mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tal-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni jew is-sostitut tiegħu jew deputat, it-tnejn magħżula bix-xorti, iservi bħala l-Prosekutur Pubbliku.

Din il-Qorti Speċjali għandha l-ġurisdizzjoni biex tiddeċiedi reati kriminali kommessi minn ministri tal-Gvern u d-deputati ministri, fil-qadi ta' dmirijiethom. Dan il-proċess kriminali jippresupponi li l-każijiet ikunu ġew imressqa quddiem din il-qorti mill-Parlament.

Il-Qorti Speċjali tisma' kawżi dwar il-pagi tal-Uffiċjali Ġudizzjarji.

Il-Qorti Speċjali għat-Tilwim dwar il-pagi tal-Uffiċjali Ġudizzjarji (Ειδικό Δικαστήριο Μισθολογικών Διαφορών Δικαστικών Λειτουργών) hija stabbilita skont l-Artikolu 88 tal-Kostituzzjoni.

Hija ffurmata mill-membri tal-Qorti Speċjali skont l-Artikolu 99 tal-Kostituzzjoni, bil-parteċipazzjoni addizzjonali ta' professur regolari tal-liġi u avukat ieħor.

Il-Qorti għandha ġurisdizzjoni tisma' t-tilwim (ta' kull tip) dwar il-pagi (ta' kull tip) u l-pensjonijiet tal-uffiċjali ġudizzjarji, jekk is-soluzzjoni tal-kwistjoni legali x'aktarx taffettwa s-salarju, il-pensjoni jew l-istat tat-taxxa ta' numru kbir ta' uffiċjali.

Bażijiet tad-dejta ġuridiċi

  1. Is-sitt elettroniku tal-Kunsill tal-Istat għandu aktar minn 250 000 deċiżjoni.

L-aċċess għall-bażi tad-dejta huwa mingħajr ħlas.

  1. Dawn li ġejjin huwa s-siti elettroniċi tal-Qrati Amministrattivi tal-Prim'Istanza Griegi ewlenin (διοικητικά πρωτοδικεία):

* Dawn is-siti għadhom qed jitlestew.

Is-servizzi li ġejjin jinsabu fuq is-sit elettroniku tal- Qorti Amministrattiva tal-Prim'Istanza ta' Ateni li huma:

  • Faċilitajiet ta' riċerka għall-ġurisprudenza;
  • Bullettini tal-ġurisprudenza.

Is-servizzi li ġejjin se jkunu disponibbli dalwaqt:

  • Ħruġ ta' ċertifikati;
  • Monitoraġġ tal-kawżi;
  • Arkivjar ta' dokumenti legali.

Fuq is-siti elettroniċi tal-qrati l-oħra, is-servizzi disponibbli huma:

  • Skedi tas-smigħ ta' kull ġurnata
  • Applikazzjoni elettronika għall-ħruġ taċ-ċertifikati;
  • monitoraġġ tal-kawżi.

Bosta mis-siti elettroniċi ta' hawn fuq fihom informazzjoni dwar il-ġurisdizzjoni tal-qrati, l-istorja, ir-regoli tal-proċedura, tabelli tal-organizzazzjoni, l-imħallfin attwalment fil-kariga; eċċ.

L-aċċess huwa ġeneralment mingħajr ħlas. Madankollu, l-użu tal-bażi tad-dejta ġuridika huwa riservat għall-Imħallfin u jeħtieġ softwer speċjali u kodiċi tal-identità għall-utenti.

  1. Dawn huma s-siti elettroniċi tal-Qrati Amministrattivi tal-Appell Griegi ewlenin (διοικητικά εφετεία):

Is-servizzi li ġejjin huma disponibbli:

  • Skedi tas-smigħ ta' kull ġurnata;
  • Applikazzjoni elettronika għall-ħruġ taċ-ċertifikati;
  • Monitoraġġ tal-kawżi.

L-aċċess huwa ġeneralment mingħajr ħlas. Madankollu, l-użu tal-bażi tad-dejta ġuridika huwa riservat għall-Imħallfin u jeħtieġ softwer speċjali u kodiċi tal-identità għall-utenti.

Ħoloq relatati

Il-Kunsill tal-Istat

Il-Qorti tal-Awditjar

L-aħħar aġġornament: 25/06/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna