Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna l-Ingliż ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Qrati speċjalizzati nazzjonali

L-Ingilterra u Wales

Din il-paġna tagħtik informazzjoni dwar uħud mill-qrati speċjalizzati fl-Ingilterra u f’Wales, inklużi t-tribunali.

Il-kontenut ipprovdut minn
L-Ingilterra u Wales
Ma hemm l-ebda traduzzjoni uffiċjali tal-verżjoni tal-lingwa li qed tara.
Hawnhekk tista' tara verżjoni tradotta awtomatikament ta' dan il-kontenut. Jekk jogħġbok innota li din hi pprovduta biss għal finijiet kuntestwali. Is-sid ta’ din il-paġna ma jaċċetta ebda responsabbiltà jew obbligazzjoni fir-rigward tal-kwalità ta’ dan it-test tradott b'mod awtomatiku.

Qrati amministrattivi

Bidliet reċenti fir-Renju Unit raw it-tnedija ta’ sistema unifikata ġdida ta’ tribunali. Dettalji dwar it-tribunali jinsabu fis-sit elettroniku tas-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Maestà Tagħha. Tribunal tal-ewwel istanza

It-tribunal tal-ewwel istanza huwa tribunal ġeneriku. Il-funzjoni prinċipali tiegħu hija li jisma’ appelli minn deċiżjonijiet tal-gvern f’oqsma fejn it-tribunal ngħata ġuriżdizzjoni. Għal xi finijiet, huwa għandu ġuriżdizzjoni fir-Renju Unit kollu. It-tribunal tal-ewwel istanza huwa maqsum f’sitt awli:

  • L-Awla tal-Intitolament Soċjali
  • L-Awla tas-Saħħa, l-Edukazzjoni u l-Kura Soċjali
  • L-Awla tal-Pensjonijiet tal-Gwerra u l-Kumpens għall-Forzi Armati
  • L-Awla tat-Taxxi.
  • L-Awla Regolatorja Ġenerali
  • L-Awla tal-Immigrazzjoni u l-Ażil

Eventwalment se tinħoloq is-seba' Awla, l-Awla tad-Djar u l-Proprjetà tal-Artijiet.

Tribunal superjuri

It-tribunal superjuri nħoloq biex jittratta appelli minn deċiżjonijiet tat-tribunal tal-ewwel istanza. Huwa għandu ġuriżdizzjoni fir-Renju Unit kollu u huwa maqsum f'awli. Huwa għandu wkoll setgħat biex jisma’ proċedimenti ta’ sħarriġ ġudizzjarju rinvijati quddiemu mill-Qorti Superjuri. Bħalissa hemm erba' awli, li huma:

  • L-Awla tal-Appelli Amministrattivi
  • L-Awla tal-Artijiet
  • L-Awla tat-Taxxi u l-Kanċellerija
  • L-Awla tal-Immigrazzjoni u l-Ażil

It-Tribunal Industrijali u t-Tribunal tal-Appelli Industrijali tar-Renju Unit

It-Tribunal Industrijali u t-Tribunal tal-Appelli Industrijali huma separati mit-Tribunal tal-Ewwel Istanza u t-Tribunal Superjuri, għalkemm ikun hemm rabtiet mill-qrib bejniethom.

Kollox ma’ kollox, il-proċedura fit-tribunali għandha t-tendenza li tkun inqas formali milli fil-qrati l-oħra. Il-membri tat-tribunali jistgħu jinkludu speċjalisti jew esperti mhux mill-qasam legali, bħal tobba u persuni mhux professjonisti, għalkemm il-president kważi dejjem ikollu kwalifiki fil-qasam legali.

Fl-Ingilterra u Wales, ħidmet il-Qorti Amministrattiva tinkludi l-ġuriżdizzjoni tad-dritt amministrattiv fuq l-Ingilterra u Wales, kif ukoll ġuriżdizzjoni superviżorja fuq il-qrati u t-tribunali inferjuri.

Qrati speċjalizzati

Hemm għadd ta’ qrati speċjalisti fl-Ingilterra u Wales:

  • Fil-Qrati tal-Coroner, coroner (xi drabi flimkien ma’ ġurija) jinvestiga l-kawżi ta’ mwiet vjolenti, mhux naturali u suspettużi, jew imwiet f’daqqa meta r-raġuni tal-mewt ma tkunx magħrufa
  • Il-Qorti tal-Protezzjoni tieħu deċiżjonijiet dwar il-proprjetà u l-affarijiet, il-kura tas-saħħa u l-benessri personali tal-adulti (u fi ftit każijiet, tat-tfal), li jkunu neqsin mill-kapaċità. Il-qorti għandha wkoll is-setgħa li tagħmel dikjarazzjonijiet dwar jekk xi ħadd ikollux il-kapaċità li jieħu deċiżjoni partikolari. Hija qorti superjuri li s-sentenzi tagħha jistgħu jiġu ċitati u jkunu rreġistrati uffiċjalment u tista’ tistabbilixxi preċedenti
  • Fil-Qrati Marzjali, jitressqu kawżi suġġetti għad-dritt militari kontra membri tal-forzi armati
  • Il-Qrati Ekkleżjastiċi jiddeċiedu kwistjonijiet marbuta mal-Knisja Anglikana u mad-dritt ekkleżjastiku.

Ħoloq Relatati

Is-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Maestà Tagħha

L-aħħar aġġornament: 30/11/2016

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna