Sib informazzjoni għal kull reġjun
Il-qrati speċjalizzati huma l-qrati tal-kontravvenzjonijiet, il-qrati tal-kummerċ u t-tribunali amministrattivi bħala qrati tal-prim'istanza, u l-Qorti Superjuri tal-Kontravvenzjonijiet tar-Repubblika tal-Koazja, il-Qorti Superjuri tal-Kummerċ tar-Repubblika tal-Kroazja u t-Tribunal Superjuri Amministrattiv tar-Republika tal-Kroazja bħala qrati tal-appell.
Il-qrati tal-kontravvenzjonijiet - 61 qorti tal-kontravvenzjonijiet twaqqfu taħt l-Att dwar il-Qrati (il-Kompetenzi u s-Sede). Il-qrati tal-kontravvenzjonijiet fil-prim'istanza, jiddeċiedu dwar reati relatati mas-sigurtà fit-toroq, mal-ekonomija u mal-ordni pubbliku.
L-Att għadu fis-seħħ iżda se jitħassar fl-1 ta' Lulju 2015, meta d-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Qrati (il-Kompetenzi u s-Sede) (OG 128/14) jidħlu fis-seħħ.Il-qrati tal-kummerċ - hemm seba' qrati tal-kummerċ fir-Repubblika tal-Kroazja (f'Zagreb, Split, Rijeka, Osijek, Bjelovar, Varazdin, Zadar) li jiddeċiedu dwar tilwim ta' bejn il-kumpaniji, jiddeċiedu dwar mozzjonijiet sabiex jitwaqqfu jew jingħalqu kumpaniji, iżommu r-reġistri tal-qorti dwar il-kumpaniji, iwettqu proċeduri relatati mar-rikonoxximent ta' sentenzi minn qrati barranin u deċiżjonijiet ta' arbitraġġ dwar tilwim kummerċjali, iwettqu proċeduri ta' insolvenza u jipprovdu assistenza legali internazzjonali fil-ġbir tal-provi ta' kwistjonijiet kummerċjali u attivitajiet oħra.
It-tribunali amministrattivi - hemm erba' tribunali amministrattivi fir-Repubblika tal-Kroazja, f'Zagreb, Split, Rijeka u Osijek. Dawn it-tribunali jiddeċiedu dwar appelli kontra deċiżjonijiet individwali ta' korpi rregolati bid-dritt pubbliku, rikorsi kontra l-aġir ta' korpi rregolati mid-dritt pubbliku, appelli għax ma jiġux adottati deċiżjonijiet individwali u appelli kontra ftehimiet amministrattivi u kontra l-eżekuzzjoni ta' ftehimiet amministrattivi.
Il-Qorti Superjuri tal-Kontravvenzjonijiet tar-Repubblika tal-Kroazja, il-Qorti Superjuri tal-Kummerċ tar-Repubblika tal-Kroazja u t-Tribunal Superjuri Amministrattiv tar-Repubblika tal-Kroazja bħala qrati tat-tieni istanza jiddeċiedu dwar appelli kontra deċiżjonijiet tal-qrati tal-kontravvenzjonijiet u tal-kummerċ u tat-tribunali amministrattivi fil-Kroazja, u għandhom is-sede tagħhom f'Zagreb.
Il-qrati tal-kontravvenzjonijiet (274 Kb)
Apparti l-ġuriżdizzjoni prevista permezz ta' liġijiet oħra, il-qrati tal-kummerċ:
It-tribunali amministrattivi (180 Kb)
Il-Qorti Superjuri tal-Kontravvenzjonijiet tar-Repubblika tal-Kroazja
Ulica Augusta Šenoe 30
10 000 Zagreb
Tel: +385 1 480 75 10
Faks: +385 1 461 12 91
Posta elettronika: predsjednik@vpsrh.pravosudje.hr
http://sudovi.pravosudje.hr/VPSRH/
Il-Qorti Superjuri tal-Kummerċ tar-Repubblika tal-Kroazja
Berislavićeva 11
10 000 Zagreb
Tel: +385 1 489 68 88
Faks: +385 1 487 23 29
http://www.vtsrh.hr/
It-Tribunal Superjuri Amministrattiv tar-Repubblika tal-Kroazja
Frankopanska 16
10 000 Zagreb
Tel: +385 1 480 78 00
Faks: +385 1 480 79 28
http://www.upravnisudrh.hr/
Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.