Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna Kroat ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Swipe to change

Qrati speċjalizzati nazzjonali

il-Kroazja

Il-kontenut ipprovdut minn
il-Kroazja
Ma hemm l-ebda traduzzjoni uffiċjali tal-verżjoni tal-lingwa li qed tara.
Hawnhekk tista' tara verżjoni tradotta awtomatikament ta' dan il-kontenut. Jekk jogħġbok innota li din hi pprovduta biss għal finijiet kuntestwali. Is-sid ta’ din il-paġna ma jaċċetta ebda responsabbiltà jew obbligazzjoni fir-rigward tal-kwalità ta’ dan it-test tradott b'mod awtomatiku.

Il-qrati speċjalizzati huma l-qrati tal-kontravvenzjonijiet, il-qrati tal-kummerċ u t-tribunali amministrattivi bħala qrati tal-prim'istanza, u l-Qorti Superjuri tal-Kontravvenzjonijiet tar-Repubblika tal-Koazja, il-Qorti Superjuri tal-Kummerċ tar-Repubblika tal-Kroazja u t-Tribunal Superjuri Amministrattiv tar-Republika tal-Kroazja bħala qrati tal-appell.

Il-kompetenzi differenti ġuriżdizzjonali:

Il-qrati tal-kontravvenzjonijiet - 61 qorti tal-kontravvenzjonijiet twaqqfu taħt l-Att dwar il-Qrati (il-Kompetenzi u s-Sede). Il-qrati tal-kontravvenzjonijiet fil-prim'istanza, jiddeċiedu dwar reati relatati mas-sigurtà fit-toroq, mal-ekonomija u mal-ordni pubbliku.

L-Att għadu fis-seħħ iżda se jitħassar fl-1 ta' Lulju 2015, meta d-dispożizzjonijiet tal-Att dwar il-Qrati (il-Kompetenzi u s-Sede) (OG 128/14) jidħlu fis-seħħ.

Il-qrati tal-kummerċ - hemm seba' qrati tal-kummerċ fir-Repubblika tal-Kroazja (f'Zagreb, Split, Rijeka, Osijek, Bjelovar, Varazdin, Zadar) li jiddeċiedu dwar tilwim ta' bejn il-kumpaniji, jiddeċiedu dwar mozzjonijiet sabiex jitwaqqfu jew jingħalqu kumpaniji, iżommu r-reġistri tal-qorti dwar il-kumpaniji, iwettqu proċeduri relatati mar-rikonoxximent ta' sentenzi minn qrati barranin u deċiżjonijiet ta' arbitraġġ dwar tilwim kummerċjali, iwettqu proċeduri ta' insolvenza u jipprovdu assistenza legali internazzjonali fil-ġbir tal-provi ta' kwistjonijiet kummerċjali u attivitajiet oħra.

It-tribunali amministrattivi - hemm erba' tribunali amministrattivi fir-Repubblika tal-Kroazja, f'Zagreb, Split, Rijeka u Osijek. Dawn it-tribunali jiddeċiedu dwar appelli kontra deċiżjonijiet individwali ta' korpi rregolati bid-dritt pubbliku, rikorsi kontra l-aġir ta' korpi rregolati mid-dritt pubbliku, appelli għax ma jiġux adottati deċiżjonijiet individwali u appelli kontra ftehimiet amministrattivi u kontra l-eżekuzzjoni ta' ftehimiet amministrattivi.

Il-Qorti Superjuri tal-Kontravvenzjonijiet tar-Repubblika tal-Kroazja, il-Qorti Superjuri tal-Kummerċ tar-Repubblika tal-Kroazja u t-Tribunal Superjuri Amministrattiv tar-Repubblika tal-Kroazja bħala qrati tat-tieni istanza jiddeċiedu dwar appelli kontra deċiżjonijiet tal-qrati tal-kontravvenzjonijiet u tal-kummerċ u tat-tribunali amministrattivi fil-Kroazja, u għandhom is-sede tagħhom f'Zagreb.

Il-qrati tal-kontravvenzjonijiet

  1. jiddeċiedu fil-prim'istanza dwar reati minuri, ħlief meta l-liġi tipprevedi li l-proċedimenti għall-kontravvenzjoni jitmexxew minn korp ieħor,
  2. jipprovdu assistenza legali internazzjonali fil-proċedimenti ta' kompetenza ġuridika tagħhom u attivitajiet oħra speċifikati bil-liġi.

Il-qrati tal-kontravvenzjonijiet PDF (274 Kb) hr

Il-qrati tal-kummerċ

Apparti l-ġuriżdizzjoni prevista permezz ta' liġijiet oħra, il-qrati tal-kummerċ:

  1. jaġixxu fi kwistjonijiet ta' reġistrazzjoni u jżommu r-reġistri tal-qorti,
  2. jiddeċiedu dwar l-entrati fir-Reġistru tal-Bastimenti u l-Jottijiet f'dawk il-kwistjonijiet li skont il-Kodiċi Marittimu jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-kummerċ, dwar il-limitazzjonijiet tar-responsabbiltajiet tas-sidien tal-bastimenti u l-ilmenti kontra d-deċiżjonijiet aħħarija dwar il-likwidazzjoni permezz tar-responsabbiltà proporzjonali, dejjem jekk il-liġi ma tipprevedix xort'oħra għal xi  każ partikolari,
  3. jiddeċiedu dwar applikazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mat-twaqqif, l-operat u l-għeluq ta' kumpanija,
  4. jiddeċiedu fi kwistjonijiet mhux kontenzjużi preskritti skont l-Att dwar il-Kumpaniji,
  5. iwettqu proċeduri għar-rikonoxximent ta' sentenzi tal-qrati barranin, kif ukoll ta' deċiżjonijiet ta' arbitraġġ f'tilwim kummerċjali,
  6. iżommu l-provi għall-proċedimenti li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom,
  7. jimponu miżuri protettivi fi proċedimenti u f'dawk il-proċedimenti li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom,
  8. jiddeċiedu dwar l-applikazzjonijiet ta' falliment u jwettqu proċedimenti ta' falliment,
  9. jagħtu assistenza legali internazzjonali fil-ġbir tal-provi fi kwistjonijiet kummerċjali,
  10. iwettqu obbligi oħra stipulati mil-liġi.

Il-qrati tal-kummerċ PDF (192 Kb) hr

Nixtiequ niġbdulek l-attenzjoni dwar netwerk ġdid ta' qrati muniċipali u tal-kummerċ, li jikkonsisti minn 24 qorti muniċipali u tmien qrati tal-kummerċ li se jitwaqqaf fl-1 ta' April 2015. Fl-1 ta' Lulju 2015 se jitwaqqaf netwerk ġdid ta' 22 qorti tal-kontravvenzjonijiet. Dawn huma rregolati mill-Att dwar il-Qrati (il-Kompetenzi u s-Sede) (OG 128/14)
L-informazzjoni mogħtija hawnhekk hija attwalment aġġornata u preċiża, iżda se tinbidel wara l-1 ta' April u l-1 ta' Lulju tal-2015.

It-tribunali amministrattivi

  1. jiddeċiedu dwar rikorsi kontra deċiżjonijiet individwali ta' korpi rregolati bid-dritt pubbliku,
  2. jiddeċiedu dwar rikorsi kontra l-azzjonijiet ta' korpi rregolati bid-dritt pubbliku,
  3. jiddeċiedu dwar appelli meta ma jiġux adottati deċiżjonijiet individwali jew meta parti minn korp irregolat bid-dritt pubblika ma jaġixxix sal-iskadenza statutorja,
  4. jiddeċiedu dwar appelli li jittieħdu kontra ftehimiet amministrattivi u l-eżekuzzjoni ta' ftehimiet ammistrattivi.
  5. jiddeċiedu f'każijiet oħra preskritti mil-liġi.

It-tribunali amministrattivi PDF (180 Kb) hr

Il-Qorti Superjuri tal-Kontravvenzjonijiet

  1. tiddeċiedi dwar appelli kontra deċiżjonijiet tal-qrati tal-kontravvenzjonijiet u tal-korpi amministrattivi pubbliċi li jiddeċiedu fi proċedimenti dwar reati ta' prim'istanza u l-appelli kontra d-deċiżjonijiet ta' awtoritajiet oħra meta jkunu preskritti b'liġi speċifika,
  2. issolvi kunflitti ta' ġuriżdizzjoni bejn il-qrati tal-kontravvenzjonijiet,
  3. tiddeċiedi dwar rimedji legali straordinarji kontra deċiżjonijiet finali u vinkolanti li għandhom x'jaqsmu ma' xi reat, meta preskritt b'liġi speċifika,
  4. twettaq obbligi oħra stipulati mil-liġi.

Il-Qorti Superjuri tal-Kontravvenzjonijiet tar-Repubblika tal-Kroazja
Ulica Augusta Šenoe 30
10 000 Zagreb
Tel: +385 1 480 75 10
Faks: +385 1 461 12 91
Posta elettronika: predsjednik@vpsrh.pravosudje.hr
http://sudovi.pravosudje.hr/VPSRH/

Il-Qorti Superjuri tal-Kummerċ tar-Repubblika tal-Kroazja

  1. tiddeċiedi dwar appelli kontra deċiżjonjiet li jittieħdu fil-prim'istanza mill-qrati tal-kummerċ
  2. tiddeċiedi dwar kunflitti marbutin mal-ġuriżdizzjoni territorjali bejn qrati tal-kummerċ kif ukoll tiddeċiedi dwar it-trasferiment tal-ġuriżdizzjooni bejn il-qrati tal-kummerċ,
  3. twettaq obbligi oħra stipulati fil-liġi.

Il-Qorti Superjuri tal-Kummerċ tar-Repubblika tal-Kroazja
Berislavićeva 11
10 000 Zagreb
Tel: +385 1 489 68 88
Faks: +385 1 487 23 29
http://www.vtsrh.hr/

It-Tribunal Superjuri Amministrattiv tar-Repubblika tal-Kroazja

  1. jiddeċiedi dwar appelli kontra sentenzi tat-tribunali amminisrattivi u deċiżjonijiet li jista' jsirilhom appell,
  2. jiddeċiedi dwar il-legalità ta' atti ġenerali,
  3. jiddeċiedi dwar kunflitti ta' ġuriżdizzjoni bejn it-tribunali amministrattivi,
  4. jiddeċiedi f'każijiet oħra preskritti mil-liġi.

It-Tribunal Superjuri Amministrattiv tar-Repubblika tal-Kroazja
Frankopanska 16
10 000 Zagreb
Tel: +385 1 480 78 00
Faks: +385 1 480 79 28
http://www.upravnisudrh.hr/

L-aħħar aġġornament: 20/07/2016

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna