Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin diġà ġew tradotti.
Swipe to change

Qrati speċjalizzati nazzjonali

Bulgarija

Din it-taqsima tipprovdi informazzjoni dwar il-qrati speċjalizzati fil-ġudikatura Bulgara. Il-qrati speċjalizzati Fil-Bulgarija m'hemm l-ebda qorti speċjalizzata tax-xogħol, marittima, kummerċjali jew tip ieħor ta' qorti speċjalizzata. Id-diviżjonijiet kummerċjali speċjalizzati joperaw fil-qrati distrettwali. Il-qrati kollha fil-ġerarkija tal-qorti jżommu diviżjoni ta' bordijiet ċivili u penali, diviżjonijiet u kulleġġi.

Il-kontenut ipprovdut minn
Bulgarija

Il-Qrati Amministrattivi

Bl-adozzjoni tal-Kodiċi l-ġdid ta' Proċedura Amministrattiva fl-2006 ġiet stabbilita sistema ta' qrati amministrattivi fir-Repubblika tal-Bulgarija. Is-sistema amministrattiva tal-ġustizzja tikkonsisti minn 28 qorti amministrattiva fil-livell distrettwali u Qorti Amministrattiva Suprema.

Il-qrati amministrattivi fil-livell distrettwali

Il-qrati amministrattivi għandhom ġurisdizzjoni fuq il-kawżi kollha dwar mozzjonijiet għal:

  • ħruġ, modifika, revoka jew dikjarazzjoni ta' nullità ta' atti amministrattivi;
  • dikjarazzjoni ta' nullità jew nullità ta' soluzzjonijiet skont il-Kodiċi tal-Proċedura Amministrattiva;
  • rimedji għal azzjonijiet u nuqqasijiet mhux iġġustifikati mill-amministrazzjoni;
  • protezzjoni mill-infurzar koersiv ħażin;
  • kumpens għad-detriment li jirriżulta minn atti legalment mhux konformi, azzjonijiet u nuqqasijiet minn awtoritajiet u uffiċjali amministrattivi;
  • kumpens għad-detriment li jirriżulta minn infurzar koersiv;
  • dikjarazzjoni ta' nullità, invalidazzjoni jew inversjoni ta' sentenzi mogħtija mill-qrati amministrattivi;
  • stabbiliment tal-falsità ta' atti amministrattivi skont il-Kodiċi tal-Proċedura Amministrattiva.

Kwalunkwe persuna tista' tagħmel rikors legali għall-iżgurar tal-eżistenza jew in-nuqqas ta' eżistenza ta' dritt amministrattiv jew relazzjoni legali, fejn din tkun toqgħod u fejn ma jkun hemm disponibbli l-ebda proċedura ta' rimedju oħra.

Il-kawżi jiġu eżaminati mill-qorti amministrattiva li fil-ġurisdizzjoni tagħha jkun hemm is-sede tal-awtorità li tkun ħarġet l-att amministrattiv ikkontestat, u meta s-sede msemmija tkun tinsab barra l-pajjiż, mill-Qorti Amministrattiva tal-Belt ta' Sofia.

Kwalunkwe att amministrattiv, li bih tiġi implimentata immedjatament il-politika estera, tad-difiża u tas-sigurtà nazzjonali, m'għandux ikun soġġett għall-appell ġudizzjarju, ħlief jekk ikun previst mod ieħor fil-liġi.

Il-Qorti Amministrattiva Suprema

Il-Qorti Amministrattiva Suprema tittratta kwereli u protesti kontra l-atti tal-Kunsill tal-Ministri, il-Prim Ministru, il-Viċi Prim Ministru, il-ministri, il-kapijiet ta' istituzzjonijiet oħra direttament subordinati għall-Kunsill tal-Ministri, l-atti tal-Kunsill Ġudizzjarju Suprem, l-atti tal-Bank Nazzjonali Bulgaru, l-atti tal-gvernaturi distrettwali u atti oħra stabbiliti permezz ta' statut; hija taġġudika dwar kontestazzjonijiet tal-istrumenti statutorji ta' leġislazzjoni sekondarja; bħala istanza tal-kassazzjoni hija teżamina l-atti ġudizzjarji, taġġudika f'kawżi amministrattivi u teżamina l-mozzjonijiet għall-inversjoni tal-atti ġudizzjarji effettivi dwar kawżi amministrattivi.

Il-Qorti Amministrattiva Suprema tikkonsisti minn żewġ kulleġġi, li għandhom diviżjonijiet. Il-president tal-Qorti u d-deputati tiegħu jmexxu l-kulleġġi.

Qrati speċjalizzati oħra

Il-Qrati militari

L-istorja tal-qrati militari tmur lura għall-1 ta' Lulju 1879. Fl-1956 sar ristrutturar fis-sistema tal-qrati militari wara l-allokazzjoni tal-armati fil-bliet ta' Sofia, Plovdiv, Sliven, Varna u Pleven. Attwalment il-qrati militari jsegwu l-istess struttura.

Il-Qorti militari

Il-Qorti militari

Bħala qorti tal-prim'istanza, il-qrati militari jeżaminaw kawżi kriminali li jikkonċernaw reati mwettqin minn uffiċjali tas-servizz militari, ġenerali, uffiċjali, uffiċjali mhux ikkummissjonati u persunal ordinarju f'ministeri u aġenziji oħra, persunal ċivili fil-Ministeru tad-Difiża, fl-Aġenzija għas-Sigurtà Nazzjonali u fis-Servizz Nazzjonali tal-Intelligence waqt it-twettiq ta' dmirijiethom. Il-kawżi aġġudikati mill-qrati nazzjonali jiġu eżaminati mill-Qorti Militari tal-Appell bħala l-istanza ta' reviżjoni intermedja tal-appell. Il-Kodiċi tal-Proċedura Amministrattiva jistabbilixxi l-ġurisdizzjoni tal-qrati militari. Dawn il-qrati għandhom l-istess statut bħall-qorti distrettwali.

Il-Qorti tal-Arbitraġġ fil-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija Bulgara (AC fil-BCCI)

L-AC fil-BCCI issolvi t-tilwim ċivili dwar proprjetà kif ukoll tilwim dwar il-mili tal-vojt f'kuntratti jew l-adattament ta' kuntratti għal ċirkostanzi ġodda, irrispettivament minn jekk parti waħda jew it-tnejn li huma jgħixu jew għandhom id-domiċilji tagħhom fil-Bulgarija jew barra l-pajjiż.

L-AC fil-BCCI tenniet il-pożizzjoni tagħha bħala l-aktar istituzzjoni ta' arbitraġġ importanti fil-Bulgaríja, li tiggwadanja l-fiduċja għall-ogħla attività professjonali tagħha bħala korp li jsolvi tilwim legali. Kull sena l-AC fil-BCCI jsolvi bejn 250 u 300 tilwima – kemm internazzjonali kif ukoll domestiċi. 82 % tal-kawżi domestiċi jiġu solvuti f'perijodu ta' 9 xhur, waqt li 66 % tal-kawżi internazzjonali jiġu solvuti f'perijodu ta' 12-il xahar.

Fl-istess waqt il-Qorti tal-Arbitraġġ hija involuta b'mod attiv fil-proċess biex tittejjeb il-leġislazzjoni tal-arbitraġġ. It-tilwim dwar id-drittijiet relatati mal-proprjetà immobbli, it-talbiet u d-drittijiet għall-manteniment li jirriżultaw minn relazzjonijiet ta' xogħol, jew tilwim dwar proprjetà inkorporali jew il-liġi tal-familja ma jistgħux jiġu riferuti lill-qorti tal-arbitraġġ.

Il-bażi tad-data legali

Il-websajts tal-qorti

Kull qorti Bulgara għandha websajt li tipprovdi informazzjoni dwar l-istruttura u l-attività tal-qorti, informazzjoni dwar kawżi li għadhom għaddejjin jew diġà magħluqin kif ukoll informazzjoni utli oħra li hija aċċessibbli għall-pubbliku.

Il-websajt tal-Kunsill Ġudizzjarju Suprem tipprovdi lista dettaljata tal-qrati fil-Bulgarija flimkien mal-indirizzi u l-websajts tagħhom (fil-Bulgarija biss).

L-atti ġudizzjarji jiġu ppubblikati fil-websajt tal-qorti rispettiva immedjatament wara l-adozzjoni, f'konformità mal-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data Personali u l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Informazzjoni Klassifikata.

L-atti dwar il-kawżi li jikkonċernaw l-istatus ċivili jew tas-saħħa tal-individwi jiġu ppubblikati mingħajr ir-raġunijiet tagħhom.

Għal aktar informazzjoni utli jekk jogħġbok idħol fil-paġni tal-Internet li ġejjin:

L-aħħar aġġornament: 17/12/2018

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Feedback

Uża l-formola li ġejja biex taqsam il-kummenti u l-feedback tiegħek fis-sit web ġdid tagħna