Qrati speċjalizzati nazzjonali

Danska

Din it-taqsima tipprovdilek informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-qrati speċjalizzati fid-Danimarka.

Sadržaj omogućio
Danska

Qrati speċjalizzati

Il-Qorti marittima u kummerċjali (Sø- og Handelsretten)

Sa mill-istabbiliment tagħha fl-1862, il-Qorti Marittima u Kummerċjali semgħet każijiet li jikkonċernaw kwistjonijiet marittimi u kummerċjali fil-pajjiż kollu.

Maż-żmien il-kompetenza tal-qorti marittima u kummerċjali ġiet estiża; illum il-qorti tisma’ każijiet li jikkonċernaw l-Att Daniż dwar il-Marki Kummerċjali, l-Att dwar id-Diżinn, l-Att dwar il-Prattiki Kummerċjali, l-Att dwar il-Kompetizzjoni, il-kundizzjonijiet internazzjonali tal-kummerċ kif ukoll kwistjonijiet kummerċjali oħra.

Barra minn hekk, id-diviżjoni dwar il-falliment tisma’ każijiet li jikkonċernaw il-falliment, is-sospensjoni ta’ ħlasijiet, is-soluzzjoni obbligatorja ta’ dejn u l-iskedar mill-ġdid tad-dejn li jseħħu fi Greater Copenhagen.

Il-qorti tar-reġistrazzjoni tal-artijiet (Tinglysningsretten)

Il-Qorti tar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet ġiet stabbilita fl-1 ta’ Jannar 2007. Il-ġurisdizzjoni tagħha hija estiża fid-Danimarka kollha.

B’mod gradwali din il-qorti se tkun responsabbli mir-reġistrazzjonijiet li jsiru fil-qrati distrettwali. Din se tittratta r-reġistrazzjoni ta’ titoli fuq l-art, ipoteki u spejjeż oħra, is-soluzzjoni ta’ żwiġijiet u l-bqija.

Il-qorti tar-reġistrazzjoni tal-art issolvi każijiet li jkunu qamu minħabba r-reġistrazzjoni. Jeżisti wkoll id-dritt tal-appell quddiem il-Qorti Superjuri tad-Damimarka tal-Punent.

Il-Qorti Speċjali tal-Akkużi u r-Reviżjonijiet (Den Særlige Klageret)

Il-Qorti Speċjali tal-Akkużi u r-Reviżjonijiet tittratta kwistjonijiet dixxiplinarji li jikkonċernaw lill-imħallfin jew impjegati legali oħra li jaħdmu fil-qorti, inkluż il-qrati tal-Gżejjer Faroe u Greenland u l-Bord tal-Permess tal-Appelli. Barra minn hekk, il-qorti tista’ tiftaħ mill-ġdid każijiet kriminali u tiskwalifika lill-avukat tad-difiża f’każijiet kriminali.

Il-Qorti Speċjali tal-Akkużi u r-Reviżjonijiet hija komposta minn imħallef tal-Qorti Suprema, imħallef tal-qorti superjuri, imħallef ta’ qorti distrettwali, avukat u avukat b’ħiliet esperti xjentifiċi.

Il-qrati amministrattivi

Is-sistema ġudizzjali Daniża ma tinkludix il-qrati amministrattivi.

L-aħħar aġġornament: 04/05/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.