Izvorna jezična inačica ove stranice grčki nedavno je izmijenjena. Naši prevoditelji trenutačno pripremaju jezičnu inačicu koju vidite.
Swipe to change

Qrati speċjalizzati nazzjonali

Cipar

Sadržaj omogućio
Cipar
Službeni prijevod nije dostupan u jezičnoj verziji koju tražite.
Ovdje možete pristupiti strojnom prijevodu ovog sadržaja. Imajte na umu da je svrha tog prijevoda samo pružiti kontekst. Vlasnik ove stranice ne prihvaća nikakvu odgovornost ni obvezu u pogledu kvalitete strojno prevedenog teksta.

Il-qrati speċjalizzati li ġejjin joperaw fir-Repubblika ta’ Ċipru:

Qrati speċjalizzati

Il-Qorti Amministrattiva

Il-Qorti Amministrattiva għandha ġuriżdizzjoni esklużiva biex tisma’ fl-ewwel istanza appelli skont l-Artikolu 146 tal-Kostituzzjoni rigward kwalunkwe deċiżjoni, att jew ommissjoni ta’ persuni jew korpi li jeżerċitaw awtorità amministrattiva. Il-Qorti Amministrattiva tista’ tannulla kull att amministrattiv eżekutorju li mogħti fir-rigward ta’ ksur jew użu ħażin ta’ setgħat jew li jmur kontra l-liġi jew il-Kostituzzjoni. Meta l-appell ikollu x’jaqsam ma’ kwistjoni ta’ taxxa jew ma’ proċedimenti ta’ protezzjoni internazzjonali, il-Qorti tkun tista’ temenda d-deċiżjoni jew l-att rilevanti kompletament jew parzjalment.

Il-Qrati tal-Familja

Il-Qorti tal-Familja għandha ġuriżdizzjoni esklussiva biex tisma’ talbiet għal divorzju, għall-kustodja tat-tfal, għall-manteniment u għat-tilwim dwar il-proprjetà bejn il-konjuġi li jkunu membri tal-Knisja Ortodossa Griega.

Jekk il-partijiet jappartjenu għal wieħed mill-gruppi reliġjużi l-oħra f’Ċipru, jiġifieri l-Armeni, il-Maroniti jew il-Kattoliċi, il-ġuriżdizzjoni għall-kwistjonijiet ta’ hawn fuq tkun f’idejn il-Qorti tal-Familja għall-Gruppi Reliġjużi.

Hemm tliet Qrati tal-Familja, waħda għal Nikosija u Kyrenia, waħda għal Limassol u Paphos u waħda għal Larnaca u Famagusta. Hemm ukoll Qorti tal-Familja għall-Gruppi Reliġjużi għal Ċipru kollu, ibbażat f’Nikosija.

Il-kawżi quddiem il-Qorti tal-Familja jinstemgħu minn imħallef wieħed, ħlief it-talbiet għal divorzju, li jinstemgħu minn tliet imħallfin.

It-Tribunal Industrijali

It-Tribunal Industrijali għandu ġuriżdizzjoni esklużiva biex jisma’ t-tilwim industrijali kollu li jirriżulta minn terminazzjoni ta’ impjieg, bħall-ħlas ta’ kumpens għal tkeċċija inġusta (ħlief meta l-ammont mitlub jaqbeż l-ekwivalenti ta’ salarju ta’ sentejn, f’dak il-każ il-ġuriżdizzjoni tkun f’idejn il-Qorti Distrettwali), ħlas minflok preavviż, ħlas għas-sensji u talbiet li jirriżultaw mill-kuntratt ta’ impjieg, bħal pagi dovuti, vaganzi annwali, ħlas tat-13-il xahar jew bonusijiet. Għandha ġuriżdizzjoni wkoll biex tisma’ kwalunkwe talba ċivili bbażata fuq l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Maternità (Ο περί Προστασίας της Μητρότητας Νόμος), il-kawżi ta’ trattament mhux ugwali u ta’ fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol u t-tilwimiet bejn il-Fondi Providenti (Ταμεία Πρόνοιας) u l-membri tagħhom.

It-Tribunal Industrijali huwa magħmul minn President jew Imħallef, li jkun membru tas-Servizz Ġudizzjarju tar-Repubblika (Δικαστική Υπηρεσία της Δημοκρατίας), u żewġ membri li mhux ġejjin mill-qasam ġuridiku u li jkunu maħtura fuq ir-rakkomandazzjoni tar-rappreżentanti tal-impjegaturi u tal-impjegati. Il-membri mhux ġejjin mill-qasam ġuridiku ikollhom rwol purament konsultattiv.

Bħalissa hemm tliet Tribunali Industrijali fir-Repubblika, ibbażati f’Nikosija, Limassol u Larnaca.

It-Tribunal tal-Kontroll tal-Kera

It-Tribunal tal-Kontroll tal-Kera għandu ġuriżdizzjoni biex jisma’ kwistjonijiet rigward l-irkupru tal-pussess ta’ proprjetà mikrija, l-istabbiliment ta’ kirjiet ġusti u kwalunkwe kwistjoni inċidentali jew addizzjonali oħra.

Kull Tribunal tal-Kontroll tal-Kera huwa magħmul minn President, li jkun membru tal-ġudikatura, u żewġ membri oħra nnominati mir-rappreżentanti tal-kerrejja u ta’ sidien il-kera. Dawn il-membri għandhom rwol purament konsultattiv. It-Tribunal għandu żewġ awli.

Il-Qorti Militari

Il-Qorti Militari għandha ġuriżdizzjoni biex tisma’ kawżi ta’ reati mwettqa minn persunal militari bi ksur tal-Kodiċi Kriminali Militari (Στρατιωτικός Ποινικός Κώδικας), tal-Att dwar il-Gwardja Nazzjonali (Ο περί Εθνικής Φρουράς Νόμος), il-Kodiċi Kriminali (Ποινικός Κώδικας) jew kwalunkwe liġi oħra, irrispettivament mis-sentenza mogħtija. Bħala eċċezzjoni, individwi privati jistgħu wkoll jitressqu quddiem il-Qorti Militari meta dan ikun previst skont il-Kodiċi Kriminali Militari jew kwalunkwe liġi oħra.

Jekk l-imputat ikollu l-grad ta’ kurunell jew ogħla, il-Qorti Militari tiġi kkostitwita bl-istess mod bħall-Qorti Kriminali (Kακουργιοδικείου).

Il-President tal-Qorti huwa mħallef li jappartjeni lis-Servizz Ġudizzjarju tar-Repubblika. Hemm żewġ imħallfin assoċjati li huma militari u maħtura mill-Kunsill Ġudizzjarju Suprem.

Bażijiet tad-data ġuridiċi

Għad m’hemm l-ebda bażi tad-data ġuridika uffiċjali. Hemm għadd ta’ bażijiet ta’ data ġuridiċi privati, li wħud minnhom jipprovdu servizzi lill-abbonati u xi wħud minnhom jipprovdu aċċess b’xejn.

Fihom informazzjoni dwar sentenzi tal-qorti u leġiżlazzjoni primarja.

L-aħħar aġġornament: 22/05/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.
L-Istati Membri responsabbli għall-ġestjoni tal-paġni tal-kontenut nazzjonali huma fil-proċess li jaġġornaw xi ftit mill-kontenut fuq dan is-sit web fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Jekk is-sit ikun fih kontenut li għadu ma jirriflettix il-ħruġ tar-Renju Unit, dan mhux intenzjonat u se jiġi indirizzat.

Povratne informacije

Koristite se obrascem u nastavku kako biste podijelili svoje komentare i povratne informacije o našoj novoj internetskoj stranici