National ordinary courts

Ordinary courts are the core of the judicial systems in the Member States. They deal with a major part of judicial proceedings. Their scope of jurisdiction varies considerably. You can find here information on the ordinary courts and their jurisdiction in each Member State.

In most Member States, the ordinary courts deal with two main types of proceedings:

  • Proceedings in criminal matters, i.e. regarding punishable (criminal) offences (such as theft, vandalism, fraud, etc.); these courts can impose penalties and are often referred to as "criminal courts",
  • Proceedings in civil matters, i.e. disputes between citizens and/or businesses (for instance, problems with rent, a service contract or a divorce, etc.); these courts are often referred to as "civil courts".

Please select the relevant country's flag to obtain detailed national information.

Last update: 17/11/2021

This page is maintained by the European Commission. The information on this page does not necessarily reflect the official position of the European Commission. The Commission accepts no responsibility or liability whatsoever with regard to any information or data contained or referred to in this document. Please refer to the legal notice with regard to copyright rules for European pages.

Qrati ordinarji nazzjonali - Belġju

Din it-taqsima tippreżenta deskrizzjoni ġenerali tal-qrati ordinarji fil-Belġju.

Qrati ordinarji - introduzzjoni

Qorti suprema

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti tal-Kassazzjoni (Cour de cassation/Hof van Cassatie): din hija l-qorti suprema – il-“qorti tal-qrati” – li tinsab fi Brussell.

Cour d'assises

Hemm Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidacour d'assises (cour d’assises/hof van assisen) għal kull waħda mill-10 provinċji u għad-distrett amministrattiv ta’ Brussell. Din mhijiex qorti permanenti iżda titlaqqa’ kull meta jintbagħtu persuni akkużati quddiemha.

Qrati tal-appell

  • Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti tal-appell (cour d’appel/hof van beroep): hemm ħames qrati tal-appell fil-Belġju:
    • Brussell (għad-distretti ġudizzjarji ta’ Walloon Brabant, Leuven u Brussell),
    • Liège (għad-distretti ġudizzjarji ta’ Liège, Eupen, Namur u l-Lussemburgu),
    • Mons (għad-distrett ġudizzjarju ta’ Hainaut),
    • Ghent (għad-distretti ġudizzjarji ta’ Flanders tal-Punent u ta’ Flanders tal-Lvant),
    • Antwerp (għad-distretti ġudizzjarji ta’ Antwerp u ta’ Limburg).
  • Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti industrijali (cour du travail/arbeidshof): hemm ħames qrati industrijali fil-Belġju. Dawn huma l-qrati tal-appell li jispeċjalizzaw fil-liġi industrijali. Huma għandhom l-istess ġurisdizzjoni territorjali bħall-qrati tal-appell imsemmija hawn fuq.

Qrati tal-prim’istanza

  • Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti tal-prim’istanza (tribunal de première instance/rechtbank van eerste aanleg): hemm 13-il qorti tal-prim’istanza fil-Belġju (waħda għal kull distrett ġudizzjarju u tnejn fid-distrett ta’ Brussell – waħda li titkellem bl-Olandiż u waħda li titkellem bil-Franċiż).
  • Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaTribunal industrijali (tribunal du travail/arbeidsrechtbank): hemm disa’ tribunali industrijali fil-Belġju (fil-prinċipju, wieħed fil-ġurisdizzjoni territorjali ta’ kull qorti tal-appell, ħlief għall-ġurisdizzjoni territorjali tal-qorti tal-appell ta’ Brussell, fejn hemm tribunali industrijali f’Leuven u Nivelles u tnejn oħra fi Brussell innifisha – wieħed li jitkellem bl-Olandiż u wieħed li jitkellem bil-Franċiż – u ħlief għad-distrett ġudizzjarju ta’ Eupen).
  • Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti tan-negozju (tribunal de l’entreprise/ondernemingsrechtbank): hemm disa’ qrati tan-negozju fil-Belġju (fil-prinċipju, waħda fil-ġurisdizzjoni territorjali ta’ kull qorti tal-appell, ħlief għall-ġurisdizzjoni territorjali tal-qorti tal-appell ta’ Brussell, fejn hemm qrati tan-negozju f’Leuven u Nivelles u tnejn oħra fi Brussell innifisha – waħda li titkellem bl-Olandiż u waħda li titkellem bil-Franċiż – u ħlief għad-distrett ġudizzjarju ta’ Eupen).

Qrati inferjuri jew lokali

  • Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti tal-imħallef tal-paċi (justice de paix/vredegerecht): hemm 187 qorti tal-imħallef tal-paċi fil-Belġju (waħda għal kull distrett ġudizzjarju).
  • Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti tal-pulizija (tribunal de police/politierechtbank): hemm 15-il qorti tal-pulizija fil-Belġju, jiġifieri waħda għal kull distrett ġudizzjarju, ħlief għal Brussell fejn hemm erbgħa.

Ġurisdizzjoni tal-qrati

Qorti tal-imħallef tal-paċi

Il-qorti tal-imħallef tal-paċi tittratta t-talbiet kollha ta’ anqas minn EUR 5 000 li ma jkunux assenjati esklussivament lil qorti oħra. L-imħallef tal-paċi (juge de paix/vrederechter) għandu wkoll ġurisdizzjoni fuq tilwim li jirrigwarda kirjiet, fastidju, servitù u xiri obbligatorju, tkun xi tkun is-somma involuta, u li jordna miżuri interim f’tilwim bejn il-konjuġi. Ħlief f’każijiet fejn it-talba ma taqbiżx EUR 2 000, is-sentenzi tal-imħallef tal-paċi huma miftuħa għall-appell quddiem il-qorti tal-prim’istanza.

Qorti tal-pulizija

Il-qorti tal-pulizija hija qorti kriminali u ċivili li tikkunsidra kontravenzjonijiet (contraventions/overtredingen), reati prosegwibbli (délits/wanbedrijven) li jkunu qed jiġu ttrattati bħala kontravenzjonijiet, ksur ta’ liġijiet speċifiċi (bħall-Kodiċi Rurali (Code rural/Veldwetboek) jew il-Kodiċi Forestali (Code forestier/Boswetboek)), talbiet għal kumpens għad-danni li jirriżultaw minn inċidenti tat-traffiku, u reati tat-traffiku fit-toroq. Is-sentenzi tal-qorti tal-pulizija huma miftuħa għall-appell quddiem il-qorti tal-prim’istanza, ħlief fil-kwistjonijiet elenkati fil-Kodiċi Ġudizzjarju (Code judiciaire/Gerechtelijk Wetboek) fejn it-talba ma taqbiżx EUR 1 240.

Qorti tal-prim’istanza

Il-qorti tal-prim’istanza għandha ġurisdizzjoni fuq it-tilwimiet kollha li ma jkunux assenjati bil-liġi lil qrati oħra. Għalhekk għandha ġurisdizzjoni residwa.

Il-qorti tal-prim’istanza hija suddiviża f’erba’ sezzjonijiet: il-qorti ċivili, il-qorti kriminali, il-qorti tal-familja u l-qorti tal-minorenni. Mill-2007 kien hemm ukoll sezzjoni msejħa l-qorti tal-infurzar tas-sentenzi fil-qrati tal-prim’istanza f’Antwerp, Brussell, il-Flanders tal-Lvant, Liège u Hainaut.

Qorti ċivili

Il-qorti ċivili (tribunal civil/burgerlijke rechtbank) tittratta kwistjonijiet ta’ status personali. Hija għandha wkoll ġurisdizzjoni fuq tilwim li jinvolvi somom ta’ aktar minn EUR 1 860, tilwim dwar id-drittijiet ta’ suċċessjoni jew id-drittijiet tal-awtur, u appelli kontra sentenzi mogħtija minn imħallef tal-paċi.

Qorti kriminali

Il-qorti kriminali (tribunal correctionnel/correctionele rechtbank) tipproċessa r-reati u r-reati serji (crimes/misdaden) kollha, bħal qerq, frodi, qtil ta’ persuna mingħajr intenzjoni, serq mid-djar jew serq, li jkunu qed jiġu ttrattati bħala reati prosegwibbli. Hija tisma’ wkoll appelli kontra sentenzi mogħtija minn qorti tal-pulizija.

Kwistjoni tista’ titressaq quddiem il-qorti kriminali b’wieħed minn żewġ modi: permezz ta’ ċitazzjoni diretta maħruġa mill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku (ministère public/openbaar ministerie) jew minn parti li titlob il-kumpens għad-danni, jew permezz ta’ ordni magħmula mill-bank ta’ qabel il-proċess tal-qorti tal-prim’istanza, li tiddetermina, fit-tmiem tal-kompilazzjoni (instruction/gerechtelijk onderzoek), jekk l-akkużat għandux jitressaq għal proċess quddiem il-qorti kriminali jew le.

Il-bank ta’ qabel il-proċess (chambre du conseil/raadkamer) jittratta l-kompilazzjonijiet. Dan jikkonsisti minn imħallef tal-qorti tal-prim’istanza waħdu, li jikkunsidra jekk il-każ għandux jiġi rinvijat lill-qorti kriminali jew jekk l-akkużat għandux jiġi rilaxxat (non lieu/buitenvervolginstelling). Huwa wkoll il-bank ta’ qabel il-proċess li jiddeċiedi jekk l-akkużat għandux jinżamm fuq detenzjoni preventiva jew jiġix meħlus, jekk ikun meħtieġ soġġett għal ċerti kundizzjonijiet, jew fuq bażi ta’ xahar b’xahar, jew, fil-każ ta’ reat prosegwibbli serju li ma jkunx jista’ jiġi ttrattat bħala reat prosegwibbli, kull tliet xhur.

Detenzjoni preventiva (détention préventive/voorlopige hechtenis) hija miżura ta’ sigurtà fejn persuna suspettata li wettqet reat prosegwibbli jew reat prosegwibbli serju tinżamm b’mod preventiv sakemm isir il-proċess. Din tista’ tiġi ordnata sabiex jiġi evitat li s-suspettat jonqos milli jidher quddiem l-imħallef, iwettaq reati oħra f’dak iż-żmien, jipprova jiddisponi mill-evidenza, jew jikkuntattja persuni oħra (pereżempju biex jinfluwenza x-xhieda jew il-kokonvenuti). Il-persuni suspettati li finalment jiġu meħlusa mill-akkużi jew li l-proċedimenti kontrihom jitwaqqgħu jistgħu jitolbu kumpens mill-Ministru tal-Ġustizzja għaż-żmien li jkunu qattgħu b’mod inġust fil-ħabs. Sabiex jingħata dan il-kumpens għal detenzjoni mhux ġustifikata (indemnité en cas de détention inopérante/vergoeding wegens onwerkzame hechtenis), iridu jiġu ssodisfati żewġ kundizzjonijiet: il-persuna suspettata trid tkun inżammet għal aktar minn tmint ijiem, u ma tridx tkun ikkawżat id-detenzjoni jew it-tkomplija tad-detenzjoni bl-imġiba personali tagħha. Il-Ministru jivvaluta din il-kundizzjoni tal-aħħar b’mod strett ħafna.

Id-deċiżjonijiet tal-bank ta’ qabel il-proċess jistgħu jiġu kkontestati fl-appell quddiem is-sezzjoni tal-akkużi (chambre des mises en accusation/kamer van inbeschuldigingstelling) tal-qorti tal-appell. Din hija s-sezzjoni li tittratta l-kompilazzjonijiet fil-livell tal-qorti tal-appell.

Qorti tal-minorenni

Is-sezzjonijiet tal-minorenni li jiffurmaw il-qorti tal-minorenni (tribunal de la jeunesse/jeugdrechtbank) għandhom ġurisdizzjoni fuq kwistjonijiet li jinvolvu żgħażagħ f'riskju u minorenni li jkunu wettqu reati kriminali.

L-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku biss jista’ jiddeċiedi jekk każ għandux jitressaq quddiem il-qorti tal-minorenni. B’differenza minn kwistjonijiet ċivili, ma jistgħux jitressqu kawżi minn individwi. Il-minorenni jistgħu jitressqu quddiem il-qorti tal-minorenni f’żewġ każijiet.

  • L-ewwel nett, jekk ikunu wettqu reat, il-pulizija tagħti isimhom lill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku. Dan tal-aħħar imbagħad jiddeċiedi jekk l-avvenimenti jkunux suffiċjentement serji biex jiġu rinvijati lill-imħallef tal-minorenni.
  • It-tieni, jekk iż-żgħażagħ ikunu għaddejjin minn sitwazzjoni diffiċli d-dar, x’aktarx li diġà jkunu ġew f’kuntatt ma’ uffiċċju taż-żgħażagħ (service d’aide à la jeunesse). Jekk ma tkunx tista’ tinstab soluzzjoni għas-sitwazzjoni tagħhom, l-uffiċċju taż-żgħażagħ jirreferi l-każ lil kumitat ta’ medjazzjoni (commission de médiation) li jittratta l-appoġġ speċjali għaż-żgħażagħ. Jekk ikun meħtieġ, dan il-kumitat ta’ medjazzjoni jista’ jitlob lill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku biex jirreferi l-każ lill-qorti tal-minorenni sabiex ikunu jistgħu jittieħdu l-miżuri xierqa.

Qorti tal-familja

Il-qorti tal-familja (tribunal de la famille/familierechtbank) għandha ġurisdizzjoni biex tisma’ kull tilwima relatata mal-familja skont l-Artikoli 572bis u 577(3) tal-Kodiċi Ġudizzjarju.

Ħlief għal xi eċċezzjonijiet, il-qorti għandha ġurisdizzjoni fuq il-kwistjonijiet li ġejjin, irrispettivament mis-somma involuta fit-tilwima:

  • kwalunkwe rikors li jinvolvi l-istatus personali u l-konsegwenzi tiegħu: tilwim relatat maż-żwieġ jew mal-obbligi tiegħu, id-divorzju u l-konsegwenzi tiegħu fuq il-proprjetà, l-istabbiliment jew il-kontestazzjoni ta’ filjazzjoni, il-kontestazzjoni ta’ ċerti deċiżjonijiet li jkunu ħadu r-reġistraturi, eċċ.;
  • kwalunkwe rikors li jinvolvi l-koabitazzjoni legali u l-konsegwenzi tagħha: miżuri relatati mal-proprjetà tal-koabitanti, il-kanċellazzjoni ta’ koabitazzjonijiet legali, eċċ.;
  • kwalunkwe rikors li jinvolvi t-tfal: id-determinazzjoni tal-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri u/jew l-arranġamenti tal-għajxien, id-determinazzjoni tad-drittijiet ta’ kuntatt, eċċ.;
  • kwalunkwe rikors li jinvolvi l-obbligi ta’ manteniment: l-istabbiliment jew l-emendar tal-manteniment għal ex-konjuġi jew ġenitur, id-determinazzjoni jew l-adattament ta’ kontribuzzjoni għall-manteniment, eċċ.;
  • ċerti rikorsi li jinvolvu benefiċċji tal-familja: id-determinazzjoni tal-pretendent tal-benefiċċji tal-familja jew il-kontestazzjoni tal-pagament tal-benefiċċji tal-familja lill-pretendent;
  • kwalunkwe rikors li jinvolvi l-proprjetà ta’ familja: rigali ta’ proprjetà mill-proprjetà tal-familja, is-saldu ta’ proprjetà li tappartjeni lill-konjuġi, tilwim dwar il-wirt (eż. rinunzja ta’ wirt), eċċ.;
  • kwalunkwe rikors li jinvolvi projbizzjoni temporanja fuq ir-residenza fil-każ ta’ vjolenza domestika.

Il-qorti għandha l-ġurisdizzjoni wkoll li tordna miżuri interim u urġenti.

Fl-aħħar nett, hija għandha wkoll il-ġurisdizzjoni li tisma’ kwalunkwe appell kontra sentenzi mogħtija minn imħallfin tal-paċi fir-rigward ta’ persuni neqsin mill-kapaċità.

Qrati tal-infurzar tas-sentenzi

Il-qorti tal-infurzar tas-sentenzi (tribunal de l’application des peines/strafuitvoeringsrechtbank) tagħti sentenzi dwar l-istatus legali barra mill-ħabs ta’ persuni kkundannati għal ċaħda tal-libertà. Il-qorti tista’ tippermetti l-arranġamenti li ġejjin: detenzjoni limitata (détention limitée/beperkte detentie), sorveljanza elettronikalibertà kondizzjonali (libération conditionnelle/voorwaardelijke invrijheidstelling) u libertà provviżorja (mise en liberté provisoire/voorlopige invrijstelling) bil-ħsieb ta’ espulsjoni jew ritorn lejn il-pajjiż tal-oriġini. Id-deċiżjonijiet tal-qrati tal-infurzar tas-sentenzi jistgħu jiġu appellati quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni mill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jew mill-persuna kkundannata.

Appelli kontra deċiżjonijiet tal-qorti tal-prim’istanza

Ħlief fil-każ ta’ deċiżjonijiet meħuda minn qorti tal-infurzar tas-sentenzi, meta parti jew l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku ma jkunux sodisfatti b’sentenza mogħtija minn qorti tal-prim’istanza, huma jistgħu jappellaw is-sentenza, bil-kundizzjoni li din tkun ingħatat fil-prim’istanza, jiġifieri ma tkunx ingħatat hija stess fl-appell kontra deċiżjoni mogħtija minn qorti tal-pulizija jew minn imħallef tal-paċi. F’dan il-każ, l-appell jinstema’ mill-qorti tal-appell, irrispettivament minn jekk is-sentenza kkontestata tkunx ġiet mogħtija minn qorti ċivili, qorti kriminali jew qorti tal-minorenni.

Tribunal industrijali

Tribunal industrijali għandu ġurisdizzjoni fuq kwistjonijiet soċjali: is-sigurtà soċjali (pensjonijiet, qgħad, eċċ.), it-tilwim industrijali (kuntratti ta’ impjieg, regolamenti tax-xogħol, eċċ.) u l-inċidenti industrijali. Huwa jiddeċiedi wkoll dwar rikorsi għal arranġamenti mal-kredituri (règlement collectif de dettes/collectieve schuldenregeling) ippreżentati minn individwi.

Tribunal industrijali huwa magħmul minn diversi sezzjonijiet. Ħlief fejn ikun previst mod ieħor mill-Kodiċi Ġudizzjarju, dawn jikkonsistu minn imħallef professjonali, li jippresjiedi, u żewġ imħallfin mhux esperti. Skont in-natura tal-każ li jkun qed jinstema’ mit-tribunal, l-imħallfin mhux esperti jirrappreżentaw lill-ħaddiema, lil min iħaddem jew lill-persuni li jaħdmu għal rashom. Huma jinħatru wara li jkunu ġew nominati minn organizzazzjonijiet fid-dinja tax-xogħol (min iħaddem, ħaddiema mhux manwali, ħaddiema manwali jew persuni li jaħdmu għal rashom). F’dan ir-rwol, il-prosekutur pubbliku huwa magħruf bħala l-prosekutur pubbliku għax-xogħol (auditeur du travail/arbeidsauditeur), u l-uffiċċju tiegħu bħala l-auditorat du travail/arbeidsauditoraat.

Parti li ma taqbilx mas-sentenza tat-tribunal industrijali tista’ tappella quddiem il-qorti industrijali.

Qorti tan-negozju

Il-qorti tan-negozju għandha ġurisdizzjoni fuq tilwim bejn in-negozji, irrispettivament mill-ammont involut.

L-individwi jistgħu jressqu wkoll azzjonijiet kontra n-negozji quddiem il-qorti tan-negozju.

Il-qorti tan-negozju tisma’ tilwim bejn in-negozji, jiġifieri persuni fiżiċi li jaħdmu fuq bażi ta’ impjieg għal rashom (kummerċjanti, professjonijiet liberi u diretturi), persuni ġuridiċi (kumpaniji, assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet) u organizzazzjonijiet mingħajr personalità ġuridika. It-tilwim ma jridx jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni speċjali ta’ qrati oħra u, fir-rigward ta' persuni fiżiċi, ma jridx jinvolvi att li jkun b’mod ċar mhux marbut man-negozju.

Il-qorti tan-negozju tinkludi sezzjoni waħda jew aktar. Kull sezzjoni tikkonsisti minn imħallef professjonali u żewġ imħallfin mhux esperti. Dawn l-imħallfin mhux esperti mhumiex imħallfin professjonali, iżda pjuttost intraprendituri, diretturi ta’ kumpaniji, accountants, awdituri, eċċ. Huma jassistu lill-imħallef professjonali billi jipprovdu l-esperjenza tagħhom tad-dinja tan-negozju.

F’ċerti każijiet, l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jressaq kawżi quddiem il-qorti tan-negozju, li fihom ikun rappreżentat mill-prosekutur pubbliku, deputat għoli wieħed jew aktar u deputat ieħor wieħed jew aktar.

Jekk parti tkun tixtieq tikkontesta sentenza tal-qorti tan-negozju, hija tippreżenta appell quddiem il-qorti tal-appell. Madankollu, is-sentenza kkontestata trid tkun ingħatat fil-prim’istanza.

Qrati tal-appell u qrati industrijali

Qorti tal-appell tikkonsisti minn diversi sezzjonijiet.

  • Is-sezzjonijiet ċivili (chambres civiles/burgerlijke kamers) jikkunsidraw appelli kontra sentenzi mogħtija fil-prim’istanza mis-sezzjonijiet ċivili tal-qrati tal-prim’istanza u mill-qrati kummerċjali.
  • Is-sezzjonijiet kriminali (chambres correctionnelles/correctionele kamers) jikkunsidraw appelli kontra sentenzi mogħtija fil-prim’istanza mill-qrati kriminali.
  • Is-sezzjonijiet tal-minorenni (chambres de la jeunesse/kamers in jeugdzaken) jikkunsidraw appelli kontra sentenzi mogħtija fil-prim’istanza mill-qrati tal-minorenni.
  • Is-sezzjoni tal-akkużi (chambre des mises en accusation/kamer van inbeschuldigingstelling) tittratta l-kompilazzjonijiet u tisma’ appelli kontra d-deċiżjonijiet tal-bank ta’ qabel il-proċess tal-qorti tal-prim’istanza. Hija wkoll is-sezzjoni tal-akkuża li tirreferi lis-suspettati quddiem il-cour d’assises meta dawn allegatament ikunu wettqu reati prosegwibbli serji, reati tal-istampa jew reati politiċi.

Bħal fil-każ tat-tribunal industrijali, is-sezzjonijiet tal-qorti industrijali jikkonsistu minn imħallef professjonali u żewġ jew erba’ mħallfin mhux esperti. Il-qorti industrijali tikkunsidra appelli kontra d-deċiżjonijiet tat-tribunali industrijali.

Cour d’assises

Reati prosegwibbli serji

Meta persuna tiġi akkużata b’reat prosegwibbli serju (crime/misdaad) li ma jkunx jista’ jiġi ttrattat jew li ma jkunx qed jiġi ttrattat bħala reat prosegwibbli (délit/wanbedrijf), hija tiġi mħarrka biex tidher quddiem il-cour d’assises sabiex tiġi pproċessata b’ġuri.

Il-cour d’assises hija preseduta minn imħallef professjonali, assistit minn żewġ imħallfin oħra li jkunu wkoll professjonisti. L-imħallfin ma jiddeċidux dwar il-ħtija jew l-innoċenza tal-akkużat. Huma l-membri tal-ġurija, jew il-ġurati, li jiddeċiedu jekk l-akkużat ikunx wettaq ir-reat jew le. Il-ġurati jintgħażlu billi jittellgħu bil-polza minn fost il-popolazzjoni. Kull ċittadin Belġjan ta’ bejn 28 u 65 sena jista’ jintalab jagħmel servizz ta’ ġurija, bil-kundizzjoni li huwa jkun jista’ jeżerċita liberament id-drittijiet ċivili u politiċi tiegħu, ikun jista’ jaqra u jikteb, u qatt ma jkun ġie kkundannat għal aktar minn erba’ xhur ħabs jew għal aktar minn 60 siegħa servizz komunitarju.

Il-proċedimenti fil-cour d’assises jibdew bil-qari tal-akkuża, li tiġbor fil-qosor il-proċess ta’ sejbien tal-fatti u tistabbilixxi l-evidenza prinċipali miġbura matul il-kompilazzjoni. Imbagħad, jinstemgħu x-xhieda u l-persuni involuti fil-kompilazzjoni. Dawn is-seduti ta’ smigħ huma maħsuba biex jippermettu lill-ġurati, li ma jkunux setgħu jikkonsultaw il-fajl tal-każ, jiffurmaw opinjoni. Imbagħad, il-prosekutur pubbliku jagħmel l-indirizz tal-prosekutur fejn jitlob sentenza speċifika, jiġu mismugħa l-partijiet li jkunu qegħdin jitolbu l-kumpens għad-danni, u l-avukati tad-difiża jippreżentaw is-sottomissjonijiet tagħhom. Jinstema’ wkoll l-akkużat. Huwa jwieġeb il-mistoqsijiet magħmula mill-imħallef li jippresjiedi, jipprovdi spjegazzjonijiet, u jista’ wkoll jiddikjara l-innoċenza tiegħu. Fi tmiem il-proċedimenti, it-tnax-il ġurat jirtiraw wara l-bibien magħluqa. Huma jridu jagħtu verdett dwar il-ħtija jew l-innoċenza tal-akkużat. Huma jiddeċiedu permezz ta’ votazzjoni u d-deċiżjoni tagħhom tista’ tkun kwalifikata. Huma jistgħu, pereżempju, isibu lill-akkużat ħati filwaqt li jirrikonoxxu l-eżistenza ta’ ċirkostanzi estenwanti. Jekk l-akkużat jinstab ħati, l-imħallfin professjonali u l-ġurati mbagħad jiddeċiedu flimkien is-sentenza li għandha tiġi imposta. Din id-deċiżjoni tittieħed permezz ta’ maġġoranza assoluta. Id-deċiżjoni dwar il-ħtija tal-akkużat trid tkun motivata.

Fil-prinċipju, sentenza tal-cour d’assises mhijiex miftuħa għall-appell (appel/hoger beroep). Madankollu, il-persuna kkundannata, parti li tkun qed titlob kumpens għad-danni jew l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jistgħu jressqu appell quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni (pourvoi en cassation/cassatieberoep). Jekk il-Qorti tal-Kassazzjoni tħassar kundanna, hija tibgħat il-każ lura quddiem cour d’assises oħra, li trid tiddeċiedi dwar il-każ mill-ġdid.

Reati tal-istampa u reati politiċi

Reat tal-istampa (délit de presse/drukpersmisdrijf) huwa fejn ikun hemm espressjoni kriminali ta’ ħsieb permezz ta’ testi li diversi kopji tagħhom jiġu distribwiti permezz ta’ proċess tekniku. Reat politiku (délit politique/politiek misdrijf) huwa reat imwettaq għal raġuni politika u għal skopijiet politiċi. Ir-reati politiċi u r-reati tal-istampa jiġu pproċessati mill-cour d’assises, ħlief fil-każ ta’ reati tal-istampa motivati mir-razziżmu jew il-ksenofobija.

Qorti tal-Kassazzjoni

Il-Qorti tal-Kassazzjoni hija l-garanti li jiżgura li l-qrati u t-tribunali jaġixxu skont il-liġi. Hija għandha ġurisdizzjoni fuq il-Belġju kollu. Il-Qorti tal-Kassazzjoni ma tiddeċidix dwar il-fatti iżda biss dwar kwistjonijiet tal-liġi. Appell quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni jista’ jiġi ppreżentat biss fuq punti tal-liġi, għalhekk fuq il-bażi li kien hemm ksur tal-liġi jew ta’ prinċipju ġenerali tal-liġi. Jistgħu jitressqu biss appelli quddiem il-Qorti tal-Kassazzjoni kontra sentenzi mogħtija fl-aħħar istanza, jiġifieri sentenzi li ma jkunx aktar possibbli li jiġu appellati.

Il-Qorti tal-Kassazzjoni hija magħmula mill-ewwel president, president, presidenti tas-sezzjonijiet u mħallfin ordinarji. L-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku huwa rappreżentat mill-Kap Prosekutur fil-Qorti tal-Kassazzjoni jew minn avukat ġenerali. Il-Qorti tikkonsisti minn tliet diviżjonijiet: l-ewwel diviżjoni tikkunsidra kawżi ċivili, kummerċjali, fiskali u dixxiplinarji; it-tieni tisma’ kawżi kriminali, u t-tielet tittratta kawżi li jikkonċernaw il-liġi dwar l-impjiegi u s-sigurtà soċjali. Kull waħda minn dawn id-diviżjonijiet għandha sezzjoni bil-lingwa Franċiża u sezzjoni bil-lingwa Olandiża. F’kull sezzjoni, l-għadd ta’ mħallfin preżenti f’kawża normalment huwa ta’ ħamsa.

Qabel ma tagħti s-sentenza, il-qorti tisma’ l-opinjoni tal-prosekutur pubbliku fil-Qorti tal-Kassazzjoni. Il-qorti tista’ tiddeċiedi li tirrifjuta l-appell. Jekk hija ma taċċettax l-argumenti mressqa, hija tirrifjuta l-appell u s-sentenza kkontestata ssir finali. Jekk hija tqis li s-sentenza kkontestata tkun fil-fatt difettuża fuq punt tal-liġi, hija tħassar is-sentenza, b’mod sħiħ jew parzjali, u tista' tirrinvija jew ma tirrinvijax il-kawża lura. Jekk hija tikkonkludi li s-sustanza tal-kawża għandha terġa’ tiġi kkunsidrata, il-kawża tiġi rinvijata lura quddiem qorti jew tribunal fl-istess livell bħal dak li jkun ta s-sentenza kkontestata. Il-kawża qatt ma tiġi rinvijata lura lill-qorti oriġinali.

Nota

Għandu jiġi nnotat li, flimkien mal-qrati ċivili, is-sezzjonijiet kriminali tal-qorti tal-appell, il-cour d’assises, is-sezzjonijiet kriminali tal-qorti tal-prim’istanza (qorti kriminali) u l-qorti tal-pulizija (meta tisma’ kawżi kriminali) jisimgħu wkoll rikorsi ċivili (prinċipalment għad-danni) ippreżentati minn partijiet li jkunu qegħdin jitolbu kumpens għad-danni fi proċedimenti kriminali, jiġifieri l-vittmi ta’ reati kriminali fl-aktar sens wiesa’.

Bażijiet ta’  data ġuridiċi

Aktar informazzjoni dwar il-qrati u t-tribunali Belġjani hija disponibbli mill-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaportal tal-Ġudikatura fil-Belġju.

L-aċċess għall-bażi tad-data huwa mingħajr ħlas?

Iva, l-aċċess għall-bażi tad-data huwa mingħajr ħlas.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz Pubbliku Federali għall-Ġustizzja

L-aħħar aġġornament: 28/07/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Qrati ordinarji nazzjonali - Bulgarija

Din it-taqsima tipprovdi informazzjoni dwar is-sistema ġudizzjarja Bulgara.

L-organizzazzjoni tal-ġustizzja – is-sistema ġudizzjarja

Il-qrati tal-ewwel istanza f'kawżi ċivili u kriminali

Il-Qrati Distrettwali

Il-qorti tal-ewwel istanza ewlenija hija l-qorti distrettwali. Din teżamina l-kawżi kollha ħlief dawk li huma assenjati lill-qrati l-oħra skont il-liġi. Hija teżamina l-kawżi ċivili, kriminali u amministrattivi. Id-deċiżjonijiet tal-qrati distrettwali huma soġġetti għall-appell quddiem il-qorti provinċjali rispettiva.

Il-qorti distrettwali tkun magħmula minn imħallfin u hija mmexxija minn president.

Il-qrati provinċjali

Meta taġixxi bħala qorti tal-ewwel istanza, il-qorti provinċjali teżamina:

kawżi ċivili - rikorsi biex tiġi stabbilita parentela, tiġi tterminata adozzjoni, biex persuna tiġi ddikjarata li hija taħt inkapaċità ġudizzjarja jew biex titneħħa tali inkapaċità; rikorsi biex tiġi stabbilita sjieda fuq proprjetà jew drittijiet reali fuq proprjetà jekk il-valur tat-talba jkun ogħla minn BGN 50 000; tilwim ċivili jew kummerċjali fuq somma ta' aktar minn BGN 25 000 (bl-eċċezzjoni ta' talbiet ta' manteniment, talbiet taħt il-liġi tax-xogħol jew għall-irkupru ta' nefqa mhux awtorizzata); rikorsi biex reġistrazzjoni ta’ kumpanija li għaliha l-liġi tipprevedi li l-qrati provinċjali għandhom ġurisdizzjoni inizjali tiġi stabbilita bħala inammissibbli, nulla jew żbaljata; tilwim soġġett għal eżami minn qorti provinċjali taħt leġislazzjoni oħra.

kawżi kriminali - kawżi relatati ma’ delitti skont l-Artikoli 95 - 110, 115, 116, 118, 119, 123, 124, 131(2)(1) u (2), 142, 149(5), 152(4), 196a, 199, 203, 206(4), 212(5), 213a(3) u (4), 214(2), 219, 224, 225b, 225c, 242, 243 - 246, 248 - 250, 252 - 260, 277а - 278e, 282 - 283b, 287а, 301 - 307а, 319а - 319f, 330(2) u (3), 333, 334, 340 - 342, 343(1)(c), (3)(b) u (4), 349(2) u (3), 350(2), 354a(1) u (2), 354b, 356f - 356i, 357 - 360 - tal-Kodiċi Kriminali, bl-eċċezzjoni tal-kawżi li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-qorti kriminali speċjalizzata taħt l-Artikolu 411a tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKodiċi Kriminali.

F’Sofija hemm stabbilita Qorti tal-Belt li għandha s-setgħat ta' qorti provinċjali. Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti tal-Belt ta’ Sofija taġixxi bħala qorti tal-ewwel istanza għal kawżi relatati ma' reati ta' natura ġenerali mwettqa minn persuni li jgawdu l-immunità jew membri tal-Kunsill tal-Ministri.

Il-qrati provinċjali jinsabu fiċ-ċentri provinċjali. F’kull żona ġudizzjarja ta' kull qorti provinċjali hemm qorti distrettwali waħda jew diversi.

Qrati tat-tieni istanza f'kawżi ċivili u kriminali

Il-qrati provinċjali, li jaġixxu bħala qrati tat-tieni istanza, jeżaminaw atti li huma appellati f’kawżi quddiem il-qrati distrettwali, kif ukoll kawżi oħra assenjati lilhom bil-liġi.

Bħala qrati tat-tieni istanza, il-qrati tal-appell jeżaminaw atti appellati fil-kawżi tal-qrati provinċjali, kif ukoll kawżi oħra tal-qorti assenjati lilhom bil-liġi.

Il-qrati tat-tielet istanza f'kawżi ċivili u kriminali

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Suprema tal-Kassazzjoni hija l-ogħla Qorti ġudizzjarja f'kawżi kriminali u ċivili. Il-ġurisdizzjoni tagħha tkopri t-territorju kollu tar-Repubblika tal-Bulgarija.

Il-bażi tad-data legali

Kull qorti fil-Bulgarija żżomm sit web li jikkorrispondi mal-ħtiġijiet taċ-ċittadini, l-entitajiet legali u l-awtoritajiet amministrattivi. Dawn is-siti web jipprovdu informazzjoni dwar l-istruttura u l-attivitajiet tal-qrati, kif ukoll informazzjoni dwar kawżi li għaddejjin u kawżi li jkunu diġà ingħalqu.

L-isem u l-URL tal-bażijiet tad-data rispettivi

Is-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill Superjuri tal-Maġistratura jipprovdi lista dettaljata tal-qrati fil-Bulgarija, inklużi l-indirizzi u s-siti web tagħhom (aċċessibbli bil-Bulgaru biss).

L-aħħar aġġornament: 29/06/2023

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Qrati ordinarji nazzjonali - Iċ-Ċekja

L-istruttura tal-qorti fir-Repubblika Ċeka hija magħmula minn 89 qorti distrettwali, tmien qrati reġjonali u l-Qorti Suprema.

Qrati ordinarji — introduzzjoni

Ġuriżdizzjoni f’kawżi ċivili

Il-qrati distrettwali, il-qrati reġjonali, il-qrati għoljin u l-Qorti Suprema tar-Repubblika Ċeka huma responsabbli biex jiġġudikaw il-kawżi ċivili.

Qrati tal-prim'istanza

Il-qrati distrettwali jisimgħu u jiġġudikaw tilwim u kawżi legali oħra li jirriżultaw minn relazzjonijiet ċivili, tal-impjieg, tal-familja u kummerċjali kull meta l-ebda qorti oħra ma jkollha ġuriżdizzjoni materjali fuqhom skont il-liġi.

Kwistjonijiet oħra li mhumiex ta’ natura privata (eż. dwar il-ħatra u t-tkeċċija tal-arbitri, dwar l-annullament ta’ deċiżjoni ta’ arbitraġġ, eċċ.) għandhom jinstemgħu u jiġu ġġudikati mill-qrati distrettwali fi proċedimenti ċivili fejn il-liġi tipprevedi hekk.

Kawżi li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ qorti distrettwali normalment jiġu deċiżi minn imħallef wieħed biss.

Fejn il-liġi hekk tiddetermina, l-impjiegi u kwistjonijiet oħra jinstemgħu minn awla li tikkonsisti minn imħallef u minn żewġ imħallfin li ma jkunux esperti fil-qasam.

Il-qrati reġjonali jaġixxu bħala qrati tal-prim’istanza f’kawżi u tilwim imsemmija fl-Artikoli 9(2) u 9a tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili.

Il-proċedimenti quddiem qorti reġjonali bħala qorti tal-prim’ istanza jinstemgħu u jiġu deċiżi minn imħallef wieħed; awla li tikkonsisti minn president ta’ awla u minn żewġ imħallfin tisma’ u tiddeċiedi dwar il-proċedimenti fl-ewwel istanza, meta l-liġi tipprevedi hekk.

Il-Qorti Suprema tagħti deċiżjonijiet fl-ewwel istanza abbażi tal-Artikolu 51 tal-Att Nru 91/2012 dwar id-dritt internazzjonali privat. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Qorti Suprema tirrikonoxxi d-deċiżjonijiet finali tal-qrati barranin.

Il-Qorti Suprema tippresjedi bħala awla jew Awla Manja.

It-Tieni Istanza

Meta l-qrati distrettwali jisimgħu l-każ fl-ewwel istanza, qorti reġjonali tkun il-qorti tal-appell (il-qorti tat-tieni istanza).

Meta l-qrati reġjonali jisimgħu l-każ fl-ewwel istanza, il-qrati għolja jaġixxu bħala l-qrati tal-appell.

Il-qorti għolja tippresjedi bħala awla li tikkonsisti minn president tal-awla u minn żewġ imħallfin sakemm ma jkunx hemm dispożizzjonijiet legali separati bil-kontra.

Bażijiet ta' data legali

Il-leġiżlazzjoni tar-Repubblika Ċeka tinsab fuq il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaportal uffiċjali tal-gvern Ċek (biċ-Ċek biss).

L-aċċess għall-bażi tad-data legali huwa mingħajr ħlas?

Iva, dan il-portal biss jipprovdi estratti leġiżlattivi mingħajr ħlas.

Ġuriżdizzjoni f’kawżi kriminali

Il-qrati distrettwali, il-qrati reġjonali, il-qrati għoljin u l-Qorti Suprema tar-Repubblika Ċeka huma responsabbli biex jiġġudikaw il-kawżi kriminali.

Qrati tal-prim'istanza

Sakemm l-Att Nru 141/1961 dwar proċedimenti kriminali ma jiddeterminax mod ieħor, il-proċedimenti fl-ewwel istanza jseħħu fil-qorti distrettwali.

Il-proċedimenti kriminali quddiem qorti jiġu deċiżi minn awla ta’ mħallfin jew minn imħallef wieħed; il-President tal-Awla jew l-imħallef waħdieni jiddeċiedi waħdu biss meta dan ikun espressament previst mil-liġi. Il-kmamar tal-qorti distrettwali huma magħmula minn president ta’ awla u minn żewġ imħallfin mhux esperti. President tal-Awla jew imħallef jista’ jaġixxi bħala mħallef wieħed. Imħallef biss jista’ jaġixxi bħala president tal-awla.

Il-qrati reġjonali jisimgħu proċedimenti fl-ewwel istanza dwar reati kriminali li fir-rigward tagħhom il-liġi tipprovdi għal sentenza ta’ mill-inqas ħames snin ħabs, jew fejn tista’ tiġi imposta sentenza eċċezzjonali. Il-qrati reġjonali jaġixxu wkoll bħala qrati tal-prim’ istanza fir-rigward ta’ reati kriminali msemmija fl-Artikolu 17(1) tal-Att dwar il-Proċedimenti Kriminali anki jekk il-piena minima ta’ priġunerija hija aktar baxxa.

Il-qrati reġjonali jaġixxu f’awli. Imħallef wieħed jagħti deċiżjonijiet fil-każijiet previsti fil-liġijiet dwar il-proċedimenti fil-qrati.

L-awli reġjonali tal-qorti huma magħmulin minn

  1. president ta’ awla u ta’ żewġ imħallfin mhux esperti jekk dawn jaġixxu bħala qrati tal-prim’ istanza f’kawżi kriminali;
  2. president tal-awla u ta’ żewġ imħallfin f’każijiet oħra.

President tal-Awla jew imħallef jista’ jaġixxi bħala mħallef wieħed. Imħallef biss jista’ jaġixxi bħala president tal-awla.

It-Tieni Istanza

Il-qorti reġjonali superjuri tiddeċiedi dwar l-appelli mis-sentenzi tal-qorti distrettwali. Il-qorti għolja superjuri tiddeċiedi dwar appelli minn sentenzi ta’ qorti reġjonali fl-ewwel istanza.

Il-qorti għolja tippresjedi bħala awla li tikkonsisti minn president tal-awla u minn żewġ imħallfin sakemm ma jkunx hemm dispożizzjonijiet legali separati bil-kontra.

Ġuriżdizzjoni f’kawżi amministrattivi

Ir-rwol tal-ġudikatura f’materji amministrattivi huwa li jipproteġi d-drittijiet individwali ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi skont il-liġi pubblika.

Dan ir-rwol jitwettaq mill-qrati amministrattivi. Dawn huma awli speċjalizzati fi ħdan is-sistema tal-qrati reġjonali li jaġixxu bħala qrati tal-prim’ istanza.

Il-qrati amministrattivi huma magħmula minn: il-president tal-qorti reġjonali, il-viċi presidenti u l-imħallfin. Il-kawżi individwali jinstemgħu minn awla komposta minn tliet imħallfin.

Il-qrati amministrattivi jiddeċiedu dwar

  1. ilmenti kontra deċiżjonijiet amministrattivi maħruġa minn korp eżekuttiv, korp tal-gvern lokali jew reġjonali, persuna fiżika jew ġuridika jew korp ieħor li għandhom is-setgħa li jiddeċiedu dwar id-drittijiet u l-obbligi ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi fl-amministrazzjoni pubblika (minn hawn ’il quddiem “korp amministrattiv”);
  2. il-protezzjoni kontra n-nuqqas li taġixxi awtorità amministrattiva;
  3. il-protezzjoni kontra intervent illegali minn korp amministrattiv;
  4. azzjonijiet dwar kwistjonijiet ta’ ġuriżdizzjoni;
  5. kwistjonijiet elettorali u kwistjonijiet relatati mar-referenda lokali jew reġjonali;
  6. kwistjonijiet relatati ma’ partiti politiċi u movimenti politiċi;
  7. ir-revoka ta’ miżura ta’ natura ġenerali jew parti minnha li hija kontra l-liġi;
  8. kwistjonijiet dixxiplinari li għandhom x’jaqsmu ma’ mħallfin, uffiċjali tal-qorti, prosekuturi tal-istat u bailiffs;
  9. kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ ċerti regoli ta’ kondotta professjonali.

Il-Qorti Amministrattiva Suprema hija l-qorti amministrattiva tal-aħħar istanza u tikkonsisti mill-President tal-Qorti Amministrattiva Suprema, il-viċi presidenti u l-imħallfin. Il-kawżi individwali jinstemgħu normalment minn awla magħmula minn tliet imħallfin.

Minbarra mis-smigħ tal-appelli, il-Qorti Amministrattiva Suprema tiddeċiedi dwar ix-xoljiment ta’ partit politiku jew ta’ moviment politiku, is-sospensjoni jew it-tkomplija tal-attivitajiet tagħhom, dwar kwistjonijiet ta’ ġuriżdizzjoni u dwar ir-revoka ta’ miżuri ta’ natura ġenerali jew parti minnhom. Il-ġuriżdizzjoni sostantiva ulterjuri tal-Qorti Amministrattiva Suprema hija stabbilita f’liġijiet speċifiċi.

Aktar dettalji fuq is-sit web dwar Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidal-Atlas Ġudizzjarju Ewropew f’Materji Ċivili - is-Sistema Ġudizzjarja tar-Repubblika Ċeka.

Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb fuq is-sit web li ġej: Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaNejvyšší správní soud (Qorti Amministrattiva Suprema).

Ħoloq relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSistema ġudizzjarja

L-aħħar aġġornament: 09/11/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Qrati ordinarji nazzjonali - Danimarka

Din it-taqsima tipprovdilek informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-qrati ordinarji fid-Danimarka.

Qrati ordinarji – introduzzjoni

Qorti Suprema (Højesteret)

Il-Qorti Suprema hija l-ogħla qorti tal-appell fid-Danimarka u tinstab f’Copenhagen. Il-qorti tirrevedi s-sentenzi u l-ordnijiet mogħtija minn:

  • Il-Qorti Superjuri tad-Danimarka tal-Lvant
  • Il-Qorti Superjuri tad-Danimarka tal-Punent u
  • Il-Qorti Marittima u Kummerċjali ta’ Copenhagen.

Il-Qorti Suprema tirrevedi kemm każijiet ċivili kif ukoll kriminali u hija l-ogħla qorti tal-appell (it-tielet grad) fir-rigward ta’ każijiet ta’ rahan, falliment, infurzar u ta’ reġistrazzjoni ta’ artijiet.

Il-Qorti Suprema ma tirrevedix kwistjonijiet ta’ ħtija jew innoċenza f’każijiet kriminali. F’każijiet eċċezzjonali biss jeżisti d-dritt tal-appell (it-tielet grad) quddiem il-Qorti Suprema (ara hawn taħt). Mhemm l-ebda imħallfin onorarji li jservu fil-Qorti Suprema.

Il-Qorti Superjuri tal-Lvant (Østre Landsret) u l-Qorti Superjuri tal-Punent (Vestre Landsret)

Fid-Danimarka hemm żewġ qrati superjuri fid-Danimarka – il-Qorti Superjuri tad-Danimarka tal-Punent u l-Qorti Superjuri tad-Danimarka tal-Lvant. Il-qrati superjuri jisimgħu l-appelli mill-qrati distrettwali.

Il-każijiet ċivili u kriminali jiġu trattati mill-qrati distrettwali (l-ewwel grad). Taħt ċerti kundizzjonijiet każ ċivili jista’ jitressaq quddiem qorti superjuri.

Il-qrati distrettwali (Byretterne)

Il-qrati distrettwali jisimgħu każijiet ċivili, kriminali, ta’ infurzar, ta’ rahan u falliment. L-atti notarili wkoll jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-qrati distrettwali. Ċerti qrati distrettwali se jkomplu jamministraw ir-reġistrazzjoni f’ċerti distretti ġurisdizzjonali sakemm din tgħaddi għal għand il-Qorti tar-Reġistrazzjoni tal-Artijiet.

Bażijiet tad-dejta legali

Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkonsulta l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidakarta strutturali tas-sistema ġudizzjarji Daniża .

L-aħħar aġġornament: 05/05/2022

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Qrati ordinarji nazzjonali - Ġermanja

Din it-taqsima tipprovdilek informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-qrati ordinarji fil-Ġermanja.

Qrati ordinarji - introduzzjoni

Ġurisdizzjoni f'materji kriminali

Il-qrati distrettwali (Amtsgerichte) bħala qrati tal-ewwel istanza jittrattaw kawżi ċivili - l-aktar dawk fejn il-valur tat-talba jkun sa € 5 000. Huma jittrattaw ukoll xi kawżi, bħal tilwim fuq kiri u kwistjonijiet familjali u ta’ manteniment, irrispettivament mill-valur tat-talba.

Il-kawżi fil-qrati distrettwali jiġu mismugħa minn imħallef uniku.

Il-qrati reġjonali (Landgerichte) bħala qrati tal-ewwel istanza jittrattaw il-kawżi ċivili kollha li ma jaqgħux taħt il-ġurisdizzjoni tal-qrati distrettwali. Normalment dawn ikunu tilwim fejn il-valur tat-talba jkun ta' aktar minn € 5 000.

Fil-prinċipju, il-kawżi quddiem il-qrati reġjonali jiġu mismugħa wkoll minn imħallef uniku. Madankollu, kawżi kumplessi u kawżi ta' importanza fundamentali jiġu deċiżi minn awla magħmula minn tliet imħallfin professjonali.

Il-qrati reġjonali bħala qrati tat-tieni istanza jittrattaw appelli kontra deċiżjonijiet dwar materji ċivili minn qrati distrettwali. L-appelli jinstemgħu minn awla li normalment tkun magħmula minn tliet imħallfin.

Barra minn hekk, jistgħu jitwaqqfu awli li jittrattaw materji kummerċjali fil-qrati reġjonali. Dawn jeżaminaw tilwim kummerċjali fl-ewwel u fit-tieni istanza. Dawn l-awli huma komposti minn imħallef li jippresjedi u żewġ persuni tan-negozju li jaġixxu bħala assessuri mhux esperti.

Il-qrati reġjonali superjuri (Oberlandesgerichte) normalment huma qrati tat-tieni istanza. F'kawżi ċivili, huma jiddeċiedu fuq appelli kontra sentenzi minn qrati reġjonali u minn qrati distrettwali f'materji familjari.

Is-senati (Senate) tal-qrati reġjonali superjuri huma normalment magħmula minn tliet imħallfin professjonali. Madankollu, kawżi ċivili li ma jippreżentaw l-ebda diffikultà partikolari u li mhumiex ta' importanza fundamentali jistgħu wkoll jiġu ttrasferiti lil imħallef uniku.

L-ogħla qorti ordinarja hija l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Federali tal-Ġustizzja (Bundesgerichtshof), li hija l-qorti tal-aħħar istanza u li tittratta l-appelli fuq punti ta' liġi biss. Is-senati tal-Qorti Federali tal-Ġustizzja huma magħmula minn ħames imħallfin professjonali.

Ġurisdizzjoni f'materji kriminali

Il-qrati tal-ewwel istanza

L-Att dwar il-Ġudikatura (Gerichtsverfassungsgesetz – GVG) jistabbilixxi l-ġurisdizzjoni tal-qrati f'materji kriminali. Il-qorti distrettwali hija l-qorti tal-ewwel istanza f'materji kriminali, sakemm ma tkunx stabbilita l-ġurisdizzjoni tal-qorti reġjonali jew il-qorti reġjonali superjuri (punt 24(1)(1) sa (3) tal-GVG). Imħallef tal-qorti kriminali jiddeċiedi dwar reat (punt 25 tal-GVG) jekk:

  • il-prosekuzzjoni tal-każ tkun waħda privata
  • jew mhix mistennija piena ta' aktar minn sentejn priġunerija.

Fil-każijiet l-oħra kollha, titwaqqaf qorti b'evalwaturi mhux esperti (Schöffengericht) (punt 28 tal-GVG); din hija magħmula minn imħallef professjonali wieħed u żewġ evalwaturi mhux esperti.

Din il-qorti tittratta reati ta' serjetà medja li l-qorti distrettwali għandha ġurisdizzjoni fuqhom (punt 24(1) tal-GVG), sakemm ma jkunux ġew ittrasferiti lil imħallef tal-qorti kriminali (punt 25 tal-GVG). Dawn huma kawżi fejn il-piena mistennija tkun sentenza ta' ħabs ta' bejn sentejn u erba' snin. Il-qorti tista' tiġi estiża fuq talba tal-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku (punt 29(2) tal-GVG) jekk l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku u l-qorti jikkunsidraw li hemm bżonn li jkun involut imħallef ieħor minħabba n-natura tal-każ.

Il-ġurisdizzjoni tal-qorti reġjonali hija rregolata mill-punt 74(1) tal-GVG. Dan jiddikjara li l-qorti reġjonali tittratta r-reati kollha li ma jaqgħux taħt il-ġurisdizzjoni tal-qorti distrettwali jew tal-qorti reġjonali superjuri, jiġifieri fejn tkun mistennija sentenza itwal ta' ħabs.

Il-Kodiċi Kriminali Ġermaniż (Strafgesetzbuch) jiddistingwi bejn reat (Vergehen) u delitt (Verbrechen). Delitt huwa att li għalih il-liġi tistipula piena minima ta’ sena ħabs. Id-delitti għalhekk huma aktar serji minn reat.

Il-qorti reġjonali tittratta l-atti kriminali kollha fejn il-piena mistennija taqbeż l-erba' snin ħabs (l-ewwel parti tat-tieni sentenza tal-punt 74(1), tal-GVG). Hija għandha wkoll ġurisdizzjoni jekk l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku jiddeċiedi li jiftaħ kawża fil-qorti reġjonali minħabba l-importanza partikolari tal-kawża, anki jekk il-qorti distrettwali normalment ikollha ġurisdizzjoni.

Il-kawżi kriminali fil-qorti reġjonali jinstemgħu fl-ewwel istanza minn qorti kriminali kbira ( Große Strafkammer), li hija ġeneralment magħmula minn tliet imħallfin u żewġ evalwaturi mhux esperti. Skont il-punt 76(2) tal-GVG, qorti kriminali kbira tista' tiddeċiedi fil-ftuħ ta' proċess jew meta tiġi ffissata d-data ta' proċess li l-kawża tinstema' minn żewġ imħallfin u żewġ evalwaturi mhux esperti biss.

Il-qorti reġjonali superjuri għandha ġurisdizzjoni fl-ewwel istanza għall-atti kriminali elenkati fil-punt 120(1) u (2) tal-GVG, li ħafna minnhom jinvolvu theddida għas-sigurtà jew għall-eżistenza tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja. Is-senat kriminali (Strafsenat) tal-Qorti Federali tal-Ġustizzja jista' jkun magħmul minn ħames imħallfin, inkluż l-imħallef li jippresjedi. Madankollu, meta jibda l-proċess, tista' tiddeċiedi li l-kawża tinstema' minn tliet imħallfin, inkluż l-imħallef li jippresjedi, sakemm in-natura jew il-kumplessità tal-każ ma jagħmlux neċessarju l-involviment ta' żewġ imħallfin oħra (l-ewwel u t-tieni sentenzi tal-punt 122(2) tal-GVG).

Appelli

Il-qorti reġjonali tisma’ appelli kontra s-sentenzi tal-qorti distrettwali (punt 312 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali [Strafprozessordnung, StPO]), fejn l-appell jinstema' mid-"diviżjoni kriminali żgħira" (Kleine Strafkammer) (punt 76(1) tal-GVG), magħmul minn imħallef professjonali u żewġ evalwaturi mhux esperti. Fil-każ ta' appelli kontra sentenza minn qorti akbar b'evalwaturi mhux esperti, jissejjaħ it-tieni imħallef professjonali (punt 76(6) tal-GVG). Barra minn hekk, skont il-punt tal-335 StPO, huwa possibbli li tiġi kkontestata sentenza dwar punt ta’ liġi minflok permezz ta' appell ordinarju (“appell b'qabża 'l quddiem”, Sprungrevision).

Appell fuq punt ta' liġi (Revision) jista' jiġi ppreżentat kontra kwalunkwe sentenza tal-qorti reġjonali jew tal-qorti reġjonali superjuri fl-ewwel istanza (punt 333 tal-StPO). Il-Qorti Federali tal-Ġustizzja hija l-qorti tal-appell (Revisionsinstanz) mid-deċiżjonijiet kollha tal-qorti reġjonali superjuri u d-diviżjonijiet kriminali l-kbar tal-qorti reġjonali (punt 135(1) tal-GVG). Is-senati tal-Qorti Federali tal-Ġustizzja jiddeċiedu dwar l-appelli b’ħames imħallfin professjonali, inkluż l-imħallef li jippresjedi. L-appelli minn sentenzi (oħra) tal-qorti reġjonali jiġu deċiżi mill-qorti reġjonali superjuri.

Links relatati

Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Federali tal-Ġustizzja

L-aħħar aġġornament: 14/05/2021

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Qrati ordinarji nazzjonali - Estonja

Din it-taqsima tipprovdi informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-qrati ordinarji fl-Estonja.

Il-qrati ordinarji – introduzzjoni

Il-Qrati tal-Kontea huma qrati ordinarji tal-prim'istanza u jisimgħu l-kawżi ċivili, kriminali u ta' infrazzjoni kollha u jwettqu proċedimenti oħra li huma mqiegħda taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom bil-liġi. Il-proċedimenti ġuridiċi fil-qrati tal-kontej huma regolati mill-Kodiċijiet li ġejjin: il-Kodiċi ta' Proċedura Ċivili f’kawżi ċivili, il-Kodiċi ta' Proċedura Kriminali f'kawżi kriminali u l-Kodiċi ta’ Proċedura ta' Infrazzjoni f'kawżi ta' infrazzjoni.

Is-sentenzi u d-deċiżjonijiet tal-qrati tal-kontej jiġu rieżaminati minn qrati distrettwali, bħala qrati tat-tieni istanza, fuq il-bażi ta' appelli kontra dawk is-sentenzi u dawk id-deċiżjonijiet. Proċedimenti fil-qrati amministrattivi huma regolati mill-istess Atti bħall-proċedimenti fil-qrati tal-Prim'Istanza.

Qrati tal-prim'istanza

Hemm erba' qrati tal-kontej fl-Estonja. Il-qrati tal-kontej huma maqsuma f'organi ġudizzjarji.

Qrati tal-Kontea:

il-Qorti tal-Kontea ta’ Harju (Harju Maakohus):

  1. il-qorti ta’ Talinn

il-Qorti tal-Kontea ta’ Viru (Viru Maakohus):

  1. il-Qorti ta’ Jõhvi
  2. il-Qorti ta’ Narva
  3. il-Qorti ta’ Rakvere

il-Qorti tal-Kontea ta’ Pärnu (Pärnu Maakohus):

  1. il-Qorti ta’ Pärnu
  2. il-Qorti ta’ Haapsalu
  3. il-Qorti ta’ Kuressaare
  4. il-Qorti ta’ Rapla
  5. il-Qorti ta’ Paide

Il-Qorti tal-Kontea ta’ Pärnu għandha wkoll dipartiment għall-ordnijiet tal-ħlas, li jirċievi fi ħdanu rikorsi għall-proċedura mħaffa għal ordnijiet tal-ħlas.

Il-Qorti tal-Kontea ta’ Tartu (Tartu Maakohus):

  1. il-Qorti ta’ Tartu
  2. il-Qorti ta’ Jõgeva
  3. il-Qorti ta’ Viljandi
  4. il-Qorti ta’ Valga
  5. il-Qorti ta’ Võru

Il-Qorti tal-Kontea ta’ Tartu għandha wkoll dipartiment tar-reġistru u tar-reġistru tal-artijiet. Ir-reġistru tal-artijiet u r-reġistru tal-vapuri jinżammu fid-dipartiment tar-reġistru tal-artijiet. Ir-reġistru kummerċjali, ir-reġistru ta' assoċazzjonijiet u fondazzjonijiet mingħajr skop ta' profitt u r-reġistru tal-wegħdiet kummerċjali jinżammu fid-dipartiment tar-reġistru.

- Qrati tat-tieni istanza

Hemm żewġ qrati distrettwali fl-Estonja.

- Qrati Distrettwali:

  • Il-Qrati Distrettwali ta’ Tallinn
  • Il-Qrati Distrettwali ta’ Tartu

Bażijiet tad-data ġuridiċi

L-informazzjoni ta’ kuntatt għall-qrati Estonjani hija disponibbli fuq is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit elettroniku tal-qrati. L-aċċess għad-dettalji ta’ kuntatt huwa mingħajr ħlas.

L-aħħar aġġornament: 01/10/2020

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Qrati ordinarji nazzjonali - Irlanda

Din it-taqsima tagħtik informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-qrati ordinarji fl-Irlanda.

Qrati Ordinarji

Is-sistema tal-qrati fl-Irlanda għandha l-oriġini tagħha fil-Kostituzzjoni tal-1922, li pprovdiet għall-istabbiliment ta’ qrati ġodda biex jieħdu post dawk li kienu evolvew taħt l-amministrazzjoni Brittanika. Fl-1924 ġew stabbiliti qrati ġodda taħt l-Att dwar il-Qrati tal-Ġustizzja, 1924, li stabbilixxa l-bażi ġuridika għal sistema tal-qrati.
Il-qrati preżenti ġew stabbiliti bl-Att dwar il-Qrati (Stabbiliment u Kostituzzjoni) tal-1961, skont l-Artikolu 34 tal-Kostituzzjoni adottata mill-poplu Irlandiż fl-1937. Il-Qorti tal-Appell ġiet stabbilita fid-29 ta’ Ottubru, 2014, wara referendum fl-2013.
L-Artikoli 34 sa 37 tal-Kostituzzjoni jittrattaw l-amministrazzjoni tal-ġustizzja b’mod ġenerali. L-Artikolu 34.1 jistipula li, “Il-ġustizzja għandha tiġi amministrata fi Qrati stabbiliti bil-liġi”. Il-Kostituzzjoni tiddeskrivi l-istruttura tas-sistema tal-qrati li tikkonsisti minn qorti tal-appell finali, il-Qorti Suprema, il-Qorti tal-Appell li għandha ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet kemm kriminali kif ukoll ċivili, u l-qrati tal-prim’istanza li jinkludu High Court (il-Qorti Għolja) li għandha ġurisdizzjoni sħiħa fil-kwistjonijiet kriminali u ċivili kollha u l-qrati ta’ ġurisdizzjoni limitata, Circuit Court u Qorti Distrettwali organizzati fuq bażi reġjonali.

Il-Qrati Ċivili

Il-Qorti Suprema

Saru tibdiliet sinifikanti fil-ġurisdizzjoni tal-appell tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Suprema bid-dħul fis-seħħ fit-28 ta’ Ottubru 2014, tat-Tlieta u tletin Emenda tal-Kostituzzjoni li stabbiliet il-Qorti tal-Appell. B’effett mill-jum tal-istabbiliment, il-Qorti Suprema għandha ġurisdizzjoni biex tisma’ appelli –
(a) minn deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell jekk il-Qorti Suprema tkun sodisfatta li d-deċiżjoni tinvolvi kwistjoni ta’ importanza pubblika ġenerali, jew fl-interessi tal-ġustizzja jkun neċessarju li jsir appell quddiem il-Qorti Suprema, u;
(b) minn deċiżjoni tal-High Court jekk il-Qorti Suprema tkun sodisfatta li hemm ċirkustanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw appell quddiemha – prekundizzjoni biex il-Qorti Suprema tkun sodisfatta hija l-preżenza ta’ wieħed miż-żewġ fatturi li ġejjin jew tat-tnejn li huma – id-deċiżjoni tinvolvi kwistjoni ta’ importanza pubblika ġenerali; l-interessi tal-ġustizzja.

L-appelli fi proċedimenti ċivili mill-High Court li qabel it-Tlieta u tletin Emenda kienu jinstemgħu mill-Qorti Suprema issa huma f’idejn il-Qorti tal-Appell, ħlief f'dawk il-każijiet li fihom il-Qorti Suprema ppermettiet appell quddiemha wara li kienet sodisfatta li l-appell jissodisfa l-limitu stabbilit fl-Artikolu 34.5.4° tal-Kostituzzjoni. Barra minn hekk, kwistjonijiet tal-liġi li qabel setgħu jiġu rinvijati mis-Circuit Court lill-Qorti Suprema biex jiġu deċiżi (“każ iddikjarat”) issa jiġu deċiżi mill-Qorti tal-Appell.
It-Tlieta u tletin Emenda ma affettwatx il-ġurisdizzjoni oriġinali tal-Qorti Suprema li fil-fatt tikkonsisti mill-funzjoni skont l-Artikolu 26 tal-Kostituzzjoni. L-Artikolu 26 jistipula li l-Qorti Suprema għandha s-setgħa li tiddeċiedi jekk Abbozz ta' liġi (jew kwalunkwe dispożizzjoni jew dispożizzjonijiet tiegħu), li jkun għadda miż-żewġt Ikmamar tal-Oireachtas u ġie ppreżentat lill-President tal-Irlanda għall-firma tiegħu qabel jiġi promulgat f’liġi, imurx kontra l-Kostituzzjoni, fir-rigward tal-kwistjoni rinvijata lill-qorti mill-President. Jekk tqum kwistjoni dwar l-inkapaċità permanenti tal-President, tali kwistjoni għandha tiġi deċiża mill-Qorti Suprema.

Il-Qorti ġeneralment tiltaqa’ b’kompożizzjoni ta’ tlieta jew ħames imħallfin u, b’mod eċċezzjonali, seba’ mħallfin. Meta jkunu qegħdin jinstemgħu kawżi dwar il-validità kostituzzjonali ta' Att tal-Oireachtas (Parlament), il-Kostituzzjoni tirrikjedi li l-qorti tkun magħmula minn tal-anqas ħames imħallfin. Dan ir-rekwiżit japplika wkoll meta l-Qorti tintalab tagħti opinjoni dwar il-validità kostituzzjonali ta’ Abbozz ta’ liġi adottat mill-Oireachtas meta jiġi rinvijat lilha mill-President tal-Irlanda skont l-Artikolu 26 tal-Kostituzzjoni. Huwa meħtieġ ukoll minimu ta’ ħames imħallfin jekk il-Qorti jkollha tistabbilixxi, skont l-Artikolu 12 tal-Kostituzzjoni, jekk il-President ikunx sar inkapaċitat b’mod permanenti. Il-Prim Imħallef jew imħallef tal-Qorti Suprema jista’ jisma’ waħdu ċerti rikorsi interlokutorji u proċedurali.

Il-Qorti tal-Appell

Il-Qorti tal-Appell ġiet stabbilita fid-29 ta’ Ottubru 2014, wara referendum fl-2013. Bħal Qrati Superjuri oħra, parti mill-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Appell hija mogħtija mill-Kostituzzjoni u parti hija mogħtija mil-leġiżlazzjoni. Hija tokkupa livell ġurisdizzjonali ta' appell bejn il-High Court u l-Qorti Suprema.
Il-Qorti għandha ġurisdizzjoni biex tisma’ appelli fi proċedimenti ċivili mill-High Court li, qabel it-Tlieta u tletin Emenda tal-Kostituzzjoni kienu jinstemgħu mill-Qorti Suprema. L-eċċezzjonijiet huma dawk il-każijiet li fihom il-Qorti Suprema ppermettiet appell quddiemha wara li kienet sodisfatta li l-appell jissodisfa l-limitu stabbilit fl-Artikolu 34.5.4 tal-Kostituzzjoni. Il-Qorti tista’ tisma’ appelli minn kawżi mismugħa fil-High Court dwar jekk liġi hijiex kostituzzjonali jew le. Il-Kostituzzjoni tistipula li ma tista’ tiġi mgħoddija l-ebda liġi li tillimita l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Appell biex tagħmel dan.
Il-Qorti tal-Appell hija komposta minn President u disa’ mħallfin ordinarji. Il-Prim Imħallef u l-President tal-High Court huma mħallfin ex officio tal-Qorti tal-Appell. Il-Qorti tista’ tiltaqa’ f’diviżjonijiet ta’ tliet imħallfin. Xi rikorsi interlokutorji u proċedurali jistgħu jinstemgħu mill-President waħdu jew minn imħallef ieħor nominat mill-President.

Il-High Court

Skont il-Kostituzzjoni, il-High Court għandha ġurisdizzjoni u setgħa oriġinali sħiħa biex tiddeċiedi l-kawżi u l-kwistjonijiet kollha, kemm ta’ fatt jew ta’ dritt, ċivili jew kriminali. Il-High Court għandha ġurisdizzjoni esklużiva fi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-adozzjoni tat-tfal u fir-rigward tar-rikorsi għall-estradizzjoni. Il-ġurisdizzjoni tal-High Court testendi għall-kwistjoni tal-validità ta’ kwalunkwe liġi, skont id-dispożizzjonijiet tal-Kostituzzjoni (ħlief liġi li diġà tkun ġiet rinvijata lill-Qorti Suprema mill-President tal-Irlanda). Il-biċċa l-kbira tal-kawżi quddiem il-High Court jiġu deċiżi minn imħallef wieħed, għalkemm hemm dispożizzjoni fil-liġi għal ċerti kwistjonijiet bħalma huma l-kawżi għal libell, offiża fuq il-persuna jew arrest illegali li jiġu ġġudikati minn imħallef bil-ġurija. Kawżi ta’ importanza eċċezzjonali jistgħu jinstemgħu minn żewġ imħallfin jew aktar li jiltaqgħu bħala Qorti Diviżjonali.
Il-High Court taġixxi bħala qorti tal-appell mis-Circuit Court fi kwistjonijiet ċivili. Minbarra l-ġurisdizzjoni tagħha li tisma’ l-appelli ċivili mis-Circuit Court, il-High Court għandha wkoll is-setgħa li tirrieżamina d-deċiżjonijiet tat-tribunali inferjuri kollha permezz tal-ħruġ ta’ ordnijiet prerogattivi ta' Mandamus, Projbizzjoni u Certiorari. Dawn l-ordnijiet ma jirrigwardawx il-merti tad-deċiżjoni tat-tribunali inferjuri iżda l-kwistjoni dwar jekk tkunx inqabżet il-ġurisdizzjoni.
Il-High Court tista’ tiddeċiedi dwar kwistjoni tal-liġi mressqa mill-Qorti Distrettwali. Hija tisma' wkoll ir-rikorsi għal pleġġ meta l-imputat ikun ġie akkużat b’reat ta’ omiċidju jew fejn l-imputat ikun jixtieq varjazzjoni tat-termini u tal-kundizzjonijiet imposti mill-Qorti Distrettwali.
Normalment il-High Court tiltaqa’ f’Dublin biex tisma’ l-kawżi oriġinali. Hija tippresjedi wkoll f’għadd ta’ postijiet provinċjali biex tisma’ kawżi oriġinali għad-danni minħabba Offiżi Personali u Fatali. Il-High Court on Circuit tisma’ appelli mis-Circuit Court f’postijiet provinċjali.

Is-Circuit Court

Il-ġurisdizzjoni ċivili tas-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaCircuit Court hija waħda limitata sakemm il-partijiet kollha f’kawża ma jagħtux il-kunsens tagħhom, f’liema każ il-ġurisdizzjoni tkun illimitata. Il-limitu tal-ġurisdizzjoni tal-qorti jirrigwarda prinċipalment kawżi fejn it-talba ma taqbiżx EUR 75 000 (EUR 60 000 f’kawżi dwar danni personali).
Is-Circuit Court għandha ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet relatati mal-probation, u fi kwistjonijiet li jikkonċernaw it-titolu jew il-kirjiet ta’ proprjetà immobbli fejn il-valwazzjoni stmata tal-proprjetà ma taqbiżx EUR 253,95. Is-Circuit court għandha ġurisdizzjoni wkoll fi proċeduri tal-liġi tal-familja inklużi s-separazzjoni ġudizzjarja, id-divorzju, l-annullament u l-appelli mill-Qorti Distrettwali.
Il-kawżi ċivili fis-Circuit Court jiġu ġġudikati minn imħallef mingħajr ġurija. Din il-qorti taġixxi bħala qorti tal-appell mill-Qorti Distrettwali fi kwistjonijiet kemm ċivili kif ukoll kriminali. L-appell jieħu l-forma ta’ smigħ mill-ġdid u d-deċiżjoni tas-Circuit Court hija finali u ma tistax tiġi appellata aktar.
Is-Circuit Court għandha ġurisdizzjoni wkoll fil-każijiet kollha ta’ rikors għal liċenzji ġodda għall-bejgħ tal-alkoħol għall-konsum fuq il-post, u għandha ġurisdizzjoni biex tisma’ appelli mid-deċiżjonijiet ta’ tribunali bħad-Direttur tal-Investigazzjonijiet dwar l-Ugwaljanza.

Il-Qorti Distrettwali

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Distrettwali għandha ġurisdizzjoni lokali u limitata. Fi kwistjonijiet tal-Liġi tal-Familja hija għandha s-setgħa li tagħti ordnijiet ta’ manteniment, barring, kustodja, aċċess u affiljazzjoni.
Il-Qorti Distrettwali għandha ġurisdizzjoni biex tisma’ kawżi ċivili msejsa fuq kuntratt, ftehim ta’ lokazzjoni b’opzjoni ta' xiri jew ta’ bejgħ bi kreditu, obbligi, nuqqas ta’ ħlas tal-kera jew iż-żamma illegali ta’ oġġetti, fejn il-valur tat-talba ma jaqbiżx EUR 15 000. Hija għandha wkoll ġurisdizzjoni fir-rigward tal-infurzar ġenerali tas-sentenzi ta’ kwalunkwe qorti dwar id-dejn, ġurisdizzjoni fir-rigward ta’ għadd kbir ta’ dispożizzjonijiet dwar liċenzji, pereżempju relatati mal-bejgħ ta’ xorb alkoħoliku, u ġurisdizzjoni fir-rigward ta’ talbiet għad-danni malizzjużi meta l-ammont mitlub ma jaqbiżx EUR 15 000.
Il-Qorti Distrettwali tiltaqa’ f’postijiet madwar il-pajjiż f’24 Distrett li jinkludu d-Distrett Metropolitan ta’ Dublin u 23 Distrett ieħor. Ġeneralment, il-post fejn tinstema’ l-kawża jiddependi minn fejn ikun sar il-kuntratt, jew fejn ikun joqgħod il-konvenut jew iwettaq in-negozju tiegħu, jew f’kawżi dwar liċenzji, mill-post fejn ikun jinstab il-bini liċenzjat.

Qrati Kriminali

Il-Qorti Suprema

Il-Qorti Suprema tisma’ appelli mill-Qorti tal-Appell f’kawżi fejn jitqajjem punt tal-liġi ta’ importanza pubblika eċċezzjonali.

Il-Qorti tal-Appell

Skont l-Att dwar il-Qorti tal-Appell tal-2014, il-Qorti tal-Appell ingħatat il-ġurisdizzjoni tal-appell li qabel kienet eżerċitata mill-Qorti tal-Appell Kriminali.
L-appelli minn persuni misjuba ħatja mis-Circuit Court jew mill-Qorti Kriminali Ċentrali, li jiksbu ċertifikat mill-imħallef tal-proċess kriminali li l-każ jista' jiġi appellat, issa jsiru fil-Qorti tal-Appell. F’każ ta’ ċaħda minn dan iċ-ċertifikat, il-Qorti tal-Appell innifisha, wara appell minn din iċ-ċaħda, tista’ tagħti permess għall-appell.
Barra minn hekk, id-Direttur tal-Prosekuzzjonijiet Pubbliċi jista’ jappella lill-Qorti tal-Appell għal raġunijiet ta’ klemenza eċċessiva tas-sentenza skont l-Artikolu 2 tal-Att tal-1993 dwar il-Ġustizzja Kriminali. F’każ ta’ allegata amministrazzjoni ħażina tal-ġustizzja, jista’ jiġi ppreżentat appell skont l-Artikolu 2 tal-Att dwar il-Proċedura Kriminali tal-1993.
Il-Qorti tal-Appell ingħatat ukoll ġurisdizzjoni biex tisma’ appelli mid-Direttur tal-Prosekuzzjonijiet Pubbliċi fuq kwistjoni tal-liġi li toħroġ minn proċessi kriminali li rriżultaw f’ħelsien mill-ħtija. Id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Appell ma taffettwax il-verdett ta’ ħelsien mill-ħtija f’każijiet bħal dawn.
L-appelli mid-Direttur tal-Prosekuzzjonijiet Pubbliċi kontra ħelsien mill-ħtija jew kontra deċiżjoni biex ma jiġix ordnat proċess ġdid isiru wkoll lill-Qorti tal-Appell. Skont l-Att dwar il-Qorti tal-Appell tal-2014, il-Qorti tal-Appell ingħatat il-ġurisdizzjoni tal-appell li qabel kienet eżerċitata mill-Qorti tal-Appell Marzjali. Dan ifisser li l-appelli minn persuni li nstabu ħatja minn qorti marzjali issa jsiru fil-Qorti tal-Appell.

Qorti tal-Appell Kriminali

Skont l-Att dwar il-Qorti tal-Appell tal-2014, il-ġurisdizzjoni ta’ appell tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti tal-Appell Kriminali ġiet trasferita lill-Qorti tal-Appell.

Qorti Kriminali Speċjali

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Kriminali Speċjali ġiet stabbilita għall-proċess ta’ reati fejn kien stabbilit li l-qrati ordinarji mhumiex adegwati biex jiżguraw l-amministrazzjoni effettiva tal-ġustizzja u ż-żamma tal-paċi u l-ordni pubbliċi. Il-qorti tippresjedi bi tliet imħallfin mingħajr ġurija.

Qorti Kriminali Ċentrali

Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Kriminali Ċentrali hija t-taqsima kriminali tal-High Court. Hija tipproċessa reati serji, inklużi reati ta’ omiċidju, reati ta’ stupru, tradiment u piraterija u proċessi kriminali skont l-Att dwar il-Kompetizzjoni, 2002. Il-qorti tippresjedi b’imħallef u ġurija.

Qorti Kriminali tas-Circuit

Il-Qorti Kriminali tas-Circuit tipproċessa reati għajr dawk li jistgħu jiġu pproċessati fil-Qorti Kriminali Ċentrali. Il-qorti tippresjedi b'imħallef u ġurija. Hija tisma’ appelli mill-Qorti Distrettwali.

Qorti Distrettwali

Il-Qorti Distrettwali tittratta reati sommarji (il-biċċa l-kbira ta’ natura statutorja) u xi reati li jistgħu jwasslu għal akkuża. Il-qorti tiġi preseduta minn imħallef biss.

L-aħħar aġġornament: 18/01/2024

Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

Qrati ordinarji nazzjonali - Greċja

Qrati ċivili (Politiká dikastíria)

Il-kwistjonijiet privati kollha jiġu rinvijati lill-qrati ċivili, inklużi l-kawżi mhux kontenzjużi assenjati lil dawn il-qrati bil-liġi.

Il-qrati ċivili huma:

  1. Il-Qorti Suprema (Áreios Págos)
  2. Il-Qrati tal-Appell (Efeteía)
  3. Il-Qrati tal-Prim’Istanza b’numru ta’ mħallfin (Polymelí Protodikeía)
  4. Il-Qrati b’Membru tal-Ġudikatura Wieħed (Monomelí Protodikeía)
  5. Il-Qrati Ċivili Distrettwali (Eirinodikeía)

Il-Qrati Kriminali (Poiniká dikastíria)

Il-Qrati Kriminali jisimgħu l-kawżi kriminali.

Il-Qrati Kriminali huma:

  1. Il-Qorti Suprema (Áreios Págos)
  2. Il-Qrati tal-Appell b’ħames membri tal-ġudikatura (Pentamelí Efeteía)
  3. Il-Qrati tal-ġurija mħallta (meiktá orkotá dikastíria)
  4. Il-Qrati tal-Appell b’ġurija mħallta (meiktá orkotá Efeteía)
  5. Il-Qrati tal-Appell bi tliet membri tal-ġudikatura (Trimelí Efeteía)
  6. Il-Qrati tal-Maġistratura bi tliet membri tal-ġudikatura (Trimelí Plimmeleiodikeía)
  7. Il-Qrati tal-Maġistratura b’membri wieħed tal-ġudikatura (Monomelí Plimmeleiodikeía)
  8. Il-Qrati Kriminali Distrettwali (Ptaismatodikeía)
  9. Il-Qrati tal-Minorenni (Dikastíria Anilíkon)

Bis-saħħa tal-liġijiet speċjali, il-ġuriżdizzjoni kriminali tiġi eżerċitata wkoll minn:

  • Qrati Marzjali (Stratodikeía)
  • Qrati Navali (Naftodikeía)
  • Qrati tal-Forzi tal-Ajru (Aerodikeía)

Dawn il-qrati jisimgħu kawżi bħala qrati kriminali speċjali.

Dawn il-qrati jisimgħu kawżi li jinvolvu reati kommessi minn persunal militari fl-armata, fil-qawwa navali jew fil-forzi tal-ajru.

Qrati Amministrattivi (Dioikitiká dikastíria)

  • Il-Kunsill tal-Istat (Symvoúlio tis Epikrateías) huwa wieħed mill-ogħla tliet qrati fil-Greċja (flimkien mal-Qorti Suprema u l-Qorti Ellenika tal-Awdituri (Elegktikó Synédrio)).
  • Fil-qosor, il-Kunsill tal-Istat jisma’ kawżi li jinkludu:

    • rikorsi għall-annullament ta’ atti amministrattivi għal ksur tal-liġi, abbuż ta’ poter, nuqqas ta’ kompetenza jew ommissjoni formali;
    • appelli tal-impjegati, tal-persunal militari, governattiv u oħrajn mid-deċiżjonijiet tal-kunsilli tal-persunal (ypiresiaká symvoúlia) dwar il-promozzjoni, it-tkeċċija, ir-regressjoni fil-karriera, eċċ.;
    • rikorsi għal rieżami ta’ deċiżjonijiet minn Qrati Amministrattivi. Il-qrati amministrattivi huma responsabbli biex isolvu tilwim ta’ natura amministrattiva bejn l-amministrazzjoni tal-gvern u ċ-ċittadini.
  • Il-Qorti tal-Awdituri għandha kemm setgħat ġudizzjarji kif ukoll amministrattivi, li jagħmluha korp b’żewġ funzjonijiet. Il-mandat tagħha huwa li tikkontrolla n-nefqa tal-Istat, kemm mis-settur pubbliku kif ukoll mill-awtoritajiet lokali. Hija responsabbli wkoll mis-sorveljanza u l-għoti ta’ responsabbiltà lill-amministraturi pubbliċi, u għandha setgħat ġudizzjarji biex tiddeċiedi dwar ċerti każijiet ta’ salarju tal-impjegati taċ-ċivil.
  • Il-Qrati Amministrattivi Ordinarji (taktiká dioikitiká dikastíria) huma l-Qrati Amministrattivi tal-Prim’Istanza (Dioikitiká Protodikeía) u l-Qrati Amministrattivi tal-Appell (Dioikitiká Efeteía).

  • Il-Qrati Amministrattivi tal-Prim’Istanza għandhom formazzjoni ta’ membru wieħed jew ta’ tliet membri, skont il-valur monetarju tat-tilwima. Dawn il-qrati jisimgħu kawżi dwar it-taxxa, tilwim bejn individwi u organizzazzjonijiet tas-sigurtà soċjali jew tal-politika soċjali u tilwim ta’ natura amministrattiva bejn iċ-ċittadini u l-gvern nazzjonali jew lokali.
  • Il-qrati amministrattivi tal-prim’istanza b’bord ta’ tliet persuni jisimgħu wkoll l-appelli mid-deċiżjonijiet tal-qrati amministrattivi tal-prim’istanza b’membru wieħed.

  • Il-qrati amministrattivi tal-appell jisimgħu l-appelli mid-deċiżjonijiet tal-qrati amministrattivi tal-prim’istanza b’membru wieħed. Dawn il-qrati jisimgħu wkoll fil-prim’istanza r-rikorsi għall-annullament ta’ atti amministrattivi dwar l-impjiegi tal-ħaddiema tal-gvern (tkeċċijiet, nuqqas ta’ ħatra jew għoti ta’ promozzjoni, eċċ.).
  • Bażijiet tad-data legali

    1. Sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaKunsill tal-Istat L-aċċess għall-bażi tad-data huwa mingħajr ħlas.
    2. Sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Suprema. L-aċċess għall-bażi tad-data huwa b’xejn.

    Links relatati

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Suprema

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kunsill tal-Istat u l-Ġustizzja Amministrattiva

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti tal-Awdituri Ellenika

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti tal-Prim’Istanza ta’ Ateni

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Tessaloniki

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti tal-Ewwel Istanza ta’ Piraeus

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti tal-Prim’Istanza ta’ Patras

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti tal-Prim’Istanza ta’ Tripoli

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti tal-Prim’Istanza ta’ Amfissa

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Ċivili Distrettwali ta’ Patras

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Ċivili Distrettwali ta’ Nikaia

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Ċivili Distrettwali ta’ Korintu

    L-aħħar aġġornament: 04/07/2023

    Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

    Qrati ordinarji nazzjonali - Spanja

    L-Artikolu 117 tal-Kostituzzjoni Spanjola tal-1978 jistabbilixxi l-prinċipju tal-unità ġuriżdizzjonali bbażata fuq l-organizzazzjoni u l-funzjonament tat-Tribunali.

    Dan il-prinċipju jimmanifesta ruħu fl-eżistenza ta’ ġuriżdizzjoni unika, magħmula minn korp uniku ta’ mħallfin u maġistrati li jiffurmaw il-Ġuriżdizzjoni Ordinarja.

    Jeżistu diversi qrati u tribunali li jqassmu xogħolhom skont il-kriterji għat-tqassim skont il-kompetenza: is-suġġett, l-ammont, il-persuna, il-funzjoni jew it-territorju, billi l-Għaqda Ġuriżdizzjonali ma teskludix l-eżistenza ta’ organi differenti b’kompetenzi differenti.

    Il-Kostituzzjoni Spanjola tal-1978 tipproklama li Spanja hija Stat Soċjali u Demokratiku bbażat fuq l-Istat tad-Dritt li bħala valuri superjuri tal-ordni ġuridiku tiegħu għandu l-libertà, il-ġustizzja, l-ugwaljanza u l-pluraliżmu politiku.It-Titolu VI tal-Kostituzzjoni huwa ddedikat lill-Ġudikatura u l-Artikolu 117 tiegħu jistabbilixxi li l-prinċipju tal-għaqda ġuriżdizzjonali huwa l-bażi għall-organizzazzjoni u l-funzjonament tat-Tribunali.

    Dawn il-prinċipji jsostnu l-Organizzazzjoni tal-Qrati u t-Tribunali fi Spanja u jirriżultaw fl-eżistenza ta’ korp wieħed ta’ mħallfin u maġistrati li huma indipendenti, li ma jistgħux jitneħħew, li huma responsabbli u li huma suġġetti biss għall-Kostituzzjoni u l-istat tad-dritt.

    Il-qrati u t-tribunali ddeterminati mil-liġi u mit-trattati internazzjonali huma responsabbli esklussivament għall-eżerċizzju tas-setgħa ġudizzjarja billi jaqtgħu u jeżegwixxu s-sentenzi.

    It-Tribunali ordinarji - introduzzjoni

    Jeżistu diversi qrati u tribunali li jqassmu xogħolhom skont kriterji differenti għat-tqassim skont il-kompetenza stabbilita mil-liġi: is-suġġett, l-ammont, il-persuna, il-funzjoni jew it-territorju, billi l-Għaqda Ġuriżdizzjonali ma teskludix l-eżistenza ta’ organi differenti b’kompetenzi differenti. Il-qrati u t-tribunali jeżerċitaw il-ġuriżdizzjoni tagħhom biss fil-każijiet fejn il-liġi tagħtihielhom.

    Il-Liġi Organika dwar il-Ġudikatura, prevista mill-Artikolu 122 tal-Kostituzzjoni Spanjola tal-1978, hija dik li tiddetermina l-kostituzzjoni, il-funzjonament u t-tmexxija tal-qrati u t-tribunali.

    Trid issir distinzjoni bejn tliet aspetti fundamentali;

    • l-aspett territorjali.
    • in-natura individwali jew kolleġjali tal-organi.
    • l-aspett kompetenzjali.

    L-aspett territorjali

    Skont il-memorandum ta’ spjegazzjoni tal-Liġi Organika 6/1985 tal-1 ta’ Lulju dwar il-Ġudikatura, l-Istat jinqasam territorjalment, għall-finijiet tal-ġudikatura, f’muniċipalitajiet, distretti, provinċji u komunitajiet awtonomi.

    L-eżerċizzju tas-setgħa ġudizzjarja jingħata lill-qrati u t-tribunali li ġejjin: il-Kummissarji tal-Ġustizzja (Juzgados de Paz), il-Qrati tal-Ewwel Istanza u tal-Kumpilazzjoni (Juzgados de Primera Instancia e Instrucción), il-Qrati Kummerċjali (Juzgados de lo Mercantil), il-Qrati tal-Vjolenza kontra n-Nisa (Juzgados de Violencia sobre la Mujer), il-Qrati Kriminali (Juzgados de lo Penal), il-Qrati Amministrattivi (Juzgados de lo Contencioso-Administrativo), il-Qrati Industrijali (Juzgados de lo Social), il-Qrati tal-Minuri (Juzgado de Menores), il-Qrati ta’ Viġilanza Penitenzjarja (Juzgados de Vigilancia Penitenciaria), il-Qrati Provinċjali (Audiencias Provinciales), it-Tribunali Superjuri tal-Ġustizzja (Tribunales Superiores de Justicia), il-Qorti Nazzjonali (Audiencia Nacional) u t-Tribunal Suprem (Tribunal Supremo).

    Il-Qorti Nazzjonali, it-Tribunal Suprem, i l-Qrati Ċentrali tal-Kumpilazzjoni (Juzgados Centrales de Instrucción) u l-Qrati Amministrattivi Ċentrali (Juzgados Centrales de lo Contencioso‑administrativo) għandhom awtorità ġuriżdizzjonali fit-territorju nazzjonali kollu.

    Organi ġudizzjarji bi mħallef wieħed u b’kulleġġ ta’ mħallfin

    L-organi kollha huma bi mħallef wieħed bl-eċċezzjoni tat-Tribunal Suprem, il-Qorti Nazzjonali, it-Tribunali Superjuri tal-Ġustizzja u l-Qrati Provinċjali.

    It-Tribunal Suprem ibbażat f’Madrid huwa l-organu ġudizzjarju superjuri għall-ordnijiet kollha, soġġett għad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-garanziji kostituzzjonali. Il-Qorti Suprema hija ffurmata mill-President tagħha, il-Presidenti tal-Awla u l-Maġistrati li jiddeterminaw il-liġi għal kull waħda mill-Awli u t-Taqsimiet tagħhom.

    It-Tribunal Suprem huwa magħmul mill-awli li ġejjin:

    • L-ewwel: l-Awla Ċivili.
    • It-tieni: l-Awla Kriminali.
    • It-tielet: l-Awla Amministrattiva.
    • Ir-raba’: l-Awla Industrijali.
    • Il-ħames: l-Awla Militari, li hija rregolata mil-leġiżlazzjoni speċifika tagħha u,fuq bażi supplimentari mil-Liġi Organika dwar il-Ġudikatura (LOPJ) u mir-regolamenti komuni tal-Awli tat-Tribunal Suprem.

    Il-Qorti Nazzjonali ibbażata f’Madrid għandha ġuriżdizzjoni fi Spanja kollha. Hija magħmula mill-President tagħha, il-Presidenti tal-Awla u l-Maġistrati li jiddeterminaw il-liġi għal kull waħda mill-Awli u t-Taqsimiet tagħhom (tal-Appelli, Kriminali, Amministrattiva u Industrijali).

    Hemm Tribunali Superjuri tal-Ġustizzja f’kull Komunità Awtonoma li tkun huma l-ogħla tribunali fl-organizzazzjoni ġudizzjarja fil-ġuriżdizzjoni territorjali tagħhom, mingħajr preġudizzju għall-ġuriżdizzjoni tat-Tribunal Suprem. It-Tribunal Superjuri tal-Ġustizzja jieħu isem il-Komunità Awtonoma kkonċernata u jestendi l-ġuriżdizzjoni tiegħu għat-territorju tagħha.

    Huwa magħmul minn tliet awli: dik Ċivili u Kriminali, dik Amministrattiva u dik Industrijali.

    Huma ffurmati minn President, li jkun ukoll il-President tal-Awli Ċivili u Kriminali; il-Presidenti tal-Awla u l-Maġistrati li jiddeterminaw il-liġi għal kull Sala tagħhom u, meta japplika, tat-Taqsimiet li jistgħu jinħolqu fi ħdanhom.

    Il-Qrati Provinċjali jkunu bbażati fil-kapitali tal-provinċja li jieħdu isimha u li l-ġuriżdizzjoni tagħhom, bħala regola ġenerali, tkopri l-provinċja kollha. Huma magħmula minn President u żewġ Maġistrati jew aktar. Huma jistgħu wkoll ikunu komposti minn żewġ taqsimiet jew iktar tal-istess kompożizzjoni, u f’dak il-każ il-President tal-Qorti jippresjedi waħda mit-Taqsimiet.

    Huma jisimgħu kawżi ċivili u kriminali.

    L-Uffiċċju Ġudizzjarju

    Il-Liġi Organika tal-Ġudikatura tiddefinixxi l-Uffiċċju Ġudizzjarju bħala "l-organizzazzjoni ta' natura strumentali li toffri sostenn u appoġġ għall-attività ġuriżdizzjonali tal-qrati u t-tribunali."

    Dan kien imfassal biex itejjeb l-effikaċja u l-effiċjenza tal-organi ġudizzjarji u t-trasparenza tal-proċessi ġudizzjarji, iħaffef il-qtugħ tal-kawżi, u jħeġġeġ il-kooperazzjoni u l-koordinament bejn id-diversi servizzi u unitajiet li jiffurmaw l-Uffiċċju Ġudizzjarju. Għaldaqstant, it-tnedija tiegħu hija reazzjoni għall-impenn lejn servizz pubbliku eqreb taċ-ċittadin u ta' kwalità, b'konformità mal-valuri kostituzzjonali u adattat għall-bżonnijiet reali taċ-ċittadini.

    Dan huwa mudell organizzattiv ġdid li jintroduċi tekniki moderni ta' ġestjoni, ibbażati fuq il-kumbinazzjoni ta' unitajiet amministrattivi differenti; Unitajiet Proċedurali ta' Appoġġ dirett, li huma ekwivalenti għall-qrati l-antiki, li jappoġġaw lill-Imħallef jew Maġistrat fil-funzjoni ġuriżdizzjonali tiegħu u Servizzi proċedurali komuni, immexxija minn uffiċjali ġudizzjarji (Letrados de la Administración de Justicia) li jwettqu u jiddeċiedu l-funzjonijiet kollha li ma jkunux strettament ġuriżdizzjonali, fosthom: jirċievu dokumenti, jieħdu ħsieb in-notifiki, jeżegwixxu d-deċiżjonijiet, jittrattaw proċedimenti mhux ġudizzjarji, jilqgħu rikorsi għall-ftuħ ta' kawża, jinnotifikaw il-partijiet, jirrimedjaw nuqqasijiet proċedurali.

    Hemm tliet tipi ta' Servizzi komuni proċedurali:

    • Is-Servizz Komuni Ġenerali
    • Is-Servizz Komuni tal-Ġestjoni tal-Kawża
    • Is-Servizz Komuni tal-Eżekuzzjoni

    L-aspett kompetenzjali

    Flimkien mal-element territorjali, is-suġġetti u l-kwistjonijiet li jistgħu jisimgħu l-qrati u t-tribunali jinqasmu f'erba’ oqsma ġuriżdizzjonali:

    Ċivili: It-tribunali u l-qrati ċivili, minbarra l-kawżi fil-kompetenza tagħhom, jisimgħu wkoll il-kawżi li ma jkunux koperti mill-kompetenzi tal-qrati l-oħrajn. Għalhekk jistgħu jiġi kklassifikati bħala qrati ordinarji jew komuni.

    Kriminali: Kawżi u proċessi kriminali jridu jinstemgħu fis-sistema kriminali, ħlief dawk koperti mill-ġuriżdizzjoni militari.Hija karatteristika tal-liġi Spanjola li l-kawża ċivili li tirriżulta minn reat kriminali tista’ titressaq fl-istess ħin ma' azzjoni kriminali. F’każ bħal dan, il-qorti kriminali tiddeċiedi d-danni xierqa sabiex tagħmel tajjeb għat-telf ikkawżat mid-delitt.

    Amministrattiv: Il-Kostituzzjoni tiddikjara li l-qrati jikkontrollaw l-awtorità regolatorja u l-legalità tal-azzjoni amministrattiva, kif ukoll il-konformità ta’ din l-azzjoni amministrattiva mal-għanijiet li jiġġustifikawha. Il-Qrati Amministrattivi eżaminaw il-legalità tal-atti mwettqa mill-awtoritajiet, inklużi t-talbiet finanzjarji kontrihom. Dan minħabba li skont it-termini stabbiliti mil-liġi, l-individwi għandhom il-jedd li jkunu kkumpensati għal kull telf li jistgħu jsofru fir-rigward tal-beni u l-jeddijiet tagħhom, ħlief f’każ ta’ forza maġġuri, bil-kundizzjoni li t-telf ikun ikkawżat mill-funzjonament tas-servizzi pubbliċi.

    Industrijali: tisma’ l-pretensjonijiet fil-qasam tad-dritt industrijali, kemm f’kunflitti individwali u kemm f’kunflitti kollettivi, kif ukoll talbiet fil-materja tas-Sigurtà Soċjali jew kontra l-Istat meta jkollu responsabbiltà skont il-leġiżlazzjoni industrijali.

    Minbarra l-erba’ oqsma ġuriżdizzjonali, fi Spanja hemm ukoll il-Ġuriżdizzjoni Militari.

    Il-Ġuriżdizzjoni Militari hija eċċezzjoni għall-prinċipju tal-unità ġuriżdizzjonali.

    Il-Kostituzzjoni tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-attività ġudizzjarja u tistabbilixxi l-unità tal-Ġudikatura tal-Istat. L-organi tal-ġuriżdizzjoni militari, li jifformaw parti mill-Ġudikatura tal-Istat, jibbażaw l-organizzazzjoni u l-funzjonament tagħhom fuq il-prinċipju tal-unità ġudizzjarja. Huma jamministraw il-ġustizzja fil-qasam strettament militari u, meta japplika, fuq materji li jistabbilixxu d-dikjarazzjoni ta’ stat ta’ assedju skont il-Kostituzzjoni u d-dispożizzjonijiet tal-liġijiet kriminali, proċedurali u dixxiplinari militari.

    Il-kompetenza tal-ġuriżdizzjoni militari fi żmien ta’ paċi hija limitata għall-ambitu strettament militari, jiġifieri li tisma’ kawżi ta’ kondotta kklassifikata bħala reat fil-kodiċi kriminali militari, bil-kompetenza tagħha tiġi estiża għal kwalunkwe tip ta’ reat fil-każ ta’ truppi stazzjonati barra mit-territorju nazzjonali. Fi żmien ta’ gwerra, il-Liġi Organika 4/1987 dwar il-Kompetenza u l-Organizzazzjoni tal-Ġuriżdizzjoni Militari tipprevedi tibdil f’dan l-ambitu, għalkemm huwa l-Parlament li jrid jieħu dik id-deċiżjoni u, f’każ li jkun ġie awtorizzat, il-Gvern.

    Fis-sistema ċivili, il-qrati militari huma kompetenti li jipprevjenu l-proċedimenti tas-suċċessjoni testamentarja jew intestata tal-membri tal-forzi armati li, fi żminijiet ta’ gwerra, imutu fil-ġlied jew fil-baħar, u jillimitawhom għall-assistenza essenzjali biex isir id-dfin tad-deċedut u l-ħolqien tal-inventarju fiżiku u l-iżgurar tal-beni tiegħu, filwaqt li tinżamm infurmata l-awtorità ġudizzjarja ċivili kompetenti.

    L-organi ġuridizzjarji militari huma ffurmati minn persunal militari professjonali, membri tal-Forzi Armati u impjegati tal-Ministeru tad-Difiża.

    Dawn kollha jiffurmaw it-tribunali militari: il-Qrati Militari Territorjali (Juzgados Togados Territoriales), il-Qrati Militari Ċentrali (Juzgados Togados Centrales), it-Tribunali Militari Territorjali (Tribunales Militares Territoriales), u t-Tribunal Militari Ċentrali (Tribunal Militar Central). Madankollu, fil-quċċata tal-ġuriżdizzjoni militari hemm il-Ħames Awlaª tat-Tribunal Suprem.

    It-Tribunal Militari Ċentrali bbażat f’Madrid għandu l-ġuriżdizzjoni tat-territorju nazzjonali kollu u jikkostitwixxi tribunal ċentralizzat li jisma’ l-kawżi assenjati lilu mil-Liġi Organika 4/1987 tal-15 ta’ Lulju, dwar il-Kompetizzjoni u l-Organizzazzjoni tal-Ġuriżdizzjoni Militari.

    Il-Qrati Militari Reġjonali (Juzgados Togados Militares) huma responsabbli għall-investigazzjoni ta’ proċedimenti kriminali militari bbażati fuq atti li seħħew fiż-żona tal-ġuriżdizzjoni tagħhom u li s-smigħ ta’ dawn il-proċedimenti huwa tat-Tribunal Militari Territorjali rispettiv u tal-qorti tal-viġilanza penitenzjarja fir-rigward tal-istabbilimenti penitenzjarji militari u tal-ħabsin tagħha, fost funzjonijiet oħrajn.

    Il-ħolqien ta’ Awla Militari fi ħdan it-Tribunal Suprem, soġġetta f’termini tas-sistema tagħha u l-istatus tal-membri tagħha għall-istess regoli bħall-awli l-oħra, tirrappreżenta l-unità fil-quċċata, taż-żewġ ġuriżdizzjonijiet li jiffurmaw il-ġudikatura.

    Il-kompożizzjoni ta’ din l-awla ta’ maġistrati kemm mill-ġuriżdizzjoni ordinarja kif ukoll minn dik militari hija garanzija tal-piż tal-ħidma ġuriżdizzjonali tal-ogħla livell, li normalment tissejjaħ biex taġixxi fl-evalwazzjoni ta’ appelli fuq punti tal-liġi u rieżami, anki jekk, loġikament, jintuża fond ta’ persunal estern li jkollu pożizzjoni militari għolja b’responsabbiltà għall-persunal militari li jkun se jiġi ġġudikat minn din l-awla.

    Ma jeżisti l-ebda qasam ġuriżdizzjonali straordinarju fi Spanja, madankollu nistgħu nirrimarkaw li fl-oqsma ġuriżdizzjonali li diġà ssemmew, ġew stabbiliti Qrati speċjalizzati fuq is-suġġett. Bħal, pereżempju, il-qrati li jittrattaw il-Vjolenza kontra n-Nisa, il-qrati ta' viġilanza penitenzjarja u qrati tal-minuri. Dawn il-qrati għandhom ġuriżdizzjoni ordinarja bi speċjalizzazzjoni minħabba s-suġġett li jittrattaw. Għal aktar informazzjoni, ara “qrati u tribunali speċjalizzati fi Spanja.”

    Billi nanalizzaw l-erba’ oqsma ġuriżdizzjonali li jeżistu, se neżaminaw il-kompetenza tad-diversi qrati u tribunali f’dawn is-suġġetti.

    Il-qasam ġudizzjarju ċivili

    L-Ewwel Awla tat-Tribunal Suprem, l-Awla Ċivili u Kriminali tat-Tribunali Superjuri tal-Ġustizzja, it-Taqsimiet Ċivili tal-Qrati Provinċjali, il-Qrati tal-Ewwel Istanza u l-Qrati tal-Kummissarju tal-Ġustizzja flimkien ma' ċerti qrati speċjalizzati (Qrati tal-Familja, Qrati Kummerċjali, Qrati tat-Trademark Komunitarja, Qrati tal-Vjolenza kontra n-Nisa) għandhom il-kompetenza fil-qasam ġuridizzjarju ċivili.

    Il-Qrati Kummerċjali, tat-Trademark Komunitarja, tal-Vjolenza kontra n-Nisa huma analizzati fid-dettall fil-paġna dwar il-Ġuriżdizzjoni Speċjalizzata fi Spanja.

    Il-qasam ġudizzjarju kriminali

    It-Tieni Awla tat-Tribunal Suprem, l-Awla Kriminali tal-Qorti Nazzjonali, l-Awla Ċivili u Kriminali tat-Tribunali Superjuri tal-Ġustizzja, it-Taqsimiet Kriminali tal-Qrati Provinċjali, il-Qrati Kriminali, il-Qrati tal-Kumpilazzjoni, il-Qrati tal-Minuri, il-Qrati ta' Viġilanza Penitenzjarja, il-Qrati tal-Vjolenza kontra n-Nisa u l-Qrati tal-Kummissarju tal-Ġustizzja għandhom il-kompetenza fil-qasam ġudizzjarju kriminali.

    Il-Qrati tal-Minuri, il-Qrati ta' Viġilanza Penitenzjarja u l-Qrati tal-Vjolenza kontra n-Nisa huma analizzati fid-dettall fil-paġna dwar il-Ġuriżdizzjoni Speċjalizzata fi Spanja.

    Il-qasam ġudizzjarju amministrattiv

    L-organi ġuriżdizzjonali fil-qasam amministrattiv huma t-Tielet Awla tat-Tribunal Suprem, l-Awla Amministrattiva tal-Qorti Nazzjonali, l-Awla Amministrattiva tat-Tribunali Superjuri tal-Ġustizzja, il-Qrati Amministrattivi Ċentrali u l-Qrati Amministrattivi.

    Il-qasam ġudizzjarju industrijali

    Il-qasam industrijali huwa magħmul mir-Raba’ Awla tat-Tribunal Suprem, l-Awla Industrijali tal-Qorti Nazzjonali, l-Awla Industrijali tat-Tribunali Superjuri tal-Ġustizzja u l-Qrati Industrijali.

    Il-kompetenzi tal-organi kollha msemmija fuq huma stabbiliti fil-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi Organika dwar il-Ġudikatura.

    Ħoloq relatati

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Kunsill Ġenerali tal-Ġudikatura fi Spanja

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Liġi Organika dwar il-Ġudikatura

    L-aħħar aġġornament: 17/01/2024

    Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

    Qrati ordinarji nazzjonali - Franza

    F’din it-taqsima tingħata ħarsa ġenerali lejn il-qrati ordinarji fi Franza.

    Il-qrati ordinarji - introduzzjoni

    Il-qrati tal-prim' istanza

    Il-qrati ċivili

    1. 1. Il-Qorti Reġjonali (Tribunal de grande instance)

    Il-Qorti Reġjonali tiddeċiedi dwar tilwim bejn partijiet privati (kawżi ċivili u kummerċjali) li jikkonċernaw ammonti li jaqbżu l-EUR 10,000.

    Barra minn hekk, hija għandha ġurisdizzjoni, ikun xi jkun l-ammont tal-pretensjoni, fl-oqsma li ġejjin:

    • Il-liġi tal-familja: żwieġ, filjazzjoni, adozzjoni, dikjarazzjoni li persuna tkun nieqsa (déclarations d’absence);
    • Ir-rettifika tal-atti tal-istat ċivili (état civil: twelid, żwieġ, mewt eċċ.);
    • Is-suċċessjonijiet;
    • Il-multi (amendes civiles) mġarrba mill-uffiċjali tar-reġistru pubbliku (officiers d’état civil);
    • Kawżi dwar il-proprjetà biex tiġi stabbilita s-sjieda (pétitoires) u l-pussess (possessoires);
    • Kumpensi industrijali (récompenses industrielles);
    • L-istralċi tal-assoċjazzjonijiet;
    • Is-salvagwardja (sauvegarde), l-irkupru taħt superviżjoni tal-qorti (redressement judiciaire) u l-likwidazzjoni mill-qorti (liquidation judiciare) meta d-debitur la jkun kummerċjant u lanqas ma jkun irreġistrat fir-reġistru tal-kummerċi (répertoire des métiers);
    • L-assigurazzjoni kontra l-aċċidenti u l-mard marbuta mal-professjoni ta' persuni li jaħdmu għal rashom fil-qasam tal-agrikoltura;
    • Id-drittijiet tar-reġistrazzjoni (droits d'enregistrement), l-imposti fuq ir-reġistrazzjoni tal-art (taxes de publicité foncìere), il-bolla (droits de timbre) u t-taxxi indiretti u taxxi oħra meqjusa bħala ekwivalenti għal dawn il-miżati, imposti jew drittijiet;
    • Kirjiet kummerċjali (baux commerciaux) minbarra t-tilwim relatat mal-iffissar tal-prezz tal-kirja fil-każ ta’ kirjiet riveduti jew imġedda, kirjiet ta’ proprjetà għall-attivitajiet professjonali jew ta’ snajja’ (baux profesionnels), kif ukoll kuntratti proviżorji għal skopijiet kummerċjali (conventions d’occupation précaire en matière commerciale);
    • Kontestazzjoni ta' awtentiċità (inscription en faux) fir-rigward ta' atti awtentiċi (actes authentiques);
    • Azzjonijiet ċivili marbuta mal-malafama (diffamation) jew mal-inġurji (injure) pubbliċi jew mhux pubbliċi, verbali jew bil-miktub.
    • Tilwim rigward il-pagament, il-garanzija jew ir-rimborż tad-djun ta’ kull xorta rkuprati mill-amministrazzjoni doganali u affarijiet oħra konnessi mad-dwana fil-każijiet u l-kundizzjonijiet previsti mill-kodiċi doganali

    Il-Qorti Reġjonali hija magħmula minn ġudikanti professjonisti (magistrats): il-President, il-Viċi-Presidenti, il-ġudikanti ordinarji, il-prosekutur pubbliku (procureur de la République), il-Viċi prosekuturi pubbliċi (vice-procureurs) u l-assistenti prosekuturi pubbliċi (substituts).

    Xi wħud minn dawn ikunu ġudikanti spċjalizzati, li jkunu attivi prinċipalment f’kawżi kriminali, bħal:

    • il-ġudikant tat-tfal (juge des enfants), li huwa kompetenti biex jieħu miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-minorenni fil-periklu u li jmexxi ġurijiet ta’ minuri akkużati b’reati kriminali minuri u intermedjarji (contraventions de cinquième classe  et délits). Fil-qasam kriminali, meta ma jkunx qed jgħaddi l-ġudizzju tiegħu bil-miftuħ, jista' jadotta biss miżuri edukattivi (mesures éducatives); meta jippresiedi l-qorti għat-tfal (tribunal pour enfants), huwa jaqdi r-rwol tiegħu flimkien ma' żewġ assessuri (assesseurs) li ma jkunux ġudikanti professjonisti u l-qorti tista' jew tordna passi edukattivi jew inkella taqta' sentenzi kriminali, skont il-każ.
    • Il-ġudikant li responsabbli mill-implimentazzjoni tas-sentenzi (juge de l'application des peins) , li xogħlu huwa li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ewlenin għall-eżekuzzjoni tal-priġunerija; meta jkun hemm każ ta’ priġunerija, «»huwa jista’ jordna li jittieħdu miżuri li jtaffu l-piena (bħal kollokament fl-estern, libertà parzjali (semi-liberté), libertà kondizzjonali, tqegħid taħt sorveljanza elettronika); f’każ li l-persuna ma tkunx issentenzjata għall-ħabs, il-ġudikant jissorvelja l-implimentazzjoni tas-sentenza, (fil-każ pereżempju ta’ priġunerija sospiża jew probation (emprisonnement avec sursis et mise à l’épreuve), xogħol komunitarju (travail d’intérêt général), jew superviżjoni soċjali u ġudizzjarja (suivi socio-judiciaire....);
    • il-ġudikant inkwirenti (juge d'instruction) jaqa’ taħt is-superviżjoni tal-awla inkwirenti tal-Qorti tal-Appell (chambre de l'instruction de la cour d'appel), huwa inkarigat li jipproċedi għall-miżuri kollha meħtieġa biex tiġi stabbilita l-verità; hu jiġbor flimkien l-elementi kollha tal-kawża, kemm jekk ikunu inkriminatorji u kemm jekk skolpatorji; meta jqis li l-investigazzjoni tkun kompluta, huwa jista’ jiddikjara li l-każ ma kienx jagħti lok għal proċess (ordonnance de non-lieu) jew jibgħat lill-persuna investigata għal proċess quddiem il-qorti. Il-ġudikanti inkwirenti ma jistgħux jieħdu każijiet fuq inizjattiva tagħhom stess. Jeħtieġ li dan jiġi mqabbad mill-prosekutur pubbliku jew mill-vittma, fil-kuntest ta' lment imressaq dwar att kriminali, flimkien ma' talba għad-danni bħala parti ċivili (constitution de partie civile).

    Ġeneralment, il-Qorti Reġjonali jkollha s-sede tagħha fil-belt prinċipali tal-kontea (département) iżda tista’ tkun qiegħda wkoll f’postijiet oħrajn. Fl-1 ta' Jannar 2017 kien hemm 164 Qorti Reġjonali.

    2. Il-Qorti Distrettwali (Tribunal d’instance)

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-qorti distrettwali jidhru quddiemha kawżi bejn partijiet privati (kawżi ċivili) fejn l-ammont ma jkunx jeċċedi EUR 10 000 (hija għandha ċerti oqsma esklussivi ta’ ġuriżdizzjoni irrispettivament mill-ammont tal-kawża bħal pereżempju kawżi dwar il-konfini tal-proprjetà u t-tkeċċija minn postijiet mikrija.)

    Għandha wkoll ċerti kompetenzi ġuridiċi (eż: deċiżjonijiet fejn jidħlu s-salarji dovuti (saisies des rémunérations du travail), kuntratti ta’ vitalizju (rentes viagères), problemi marbuta mal-elezzjonijiet, ma’ kirjiet ta’ bini reżidenzjali (baux d’habitation) u ċerti kompetenzi amministrattivi; pereżempju, d-direttur tar-Reġistru tal-qorti distrettwali (directeur des services de  de greffe judiciaire) għandu l-kompetenza li joħroġ ċertifikati ta’ ċittadinanza.

    Barra minn hekk, ġudikant tal-Qorti Distrettwali jaqdi l-funzjonijiet tal-ġudikant tal-kustodji, minbarra l-kustodja tal-minorenni li, permezz tal-liġi tat-12 ta' Mejju 2009, issa taqa’ taħt ġudikant tal-Qorti Reġjonali inkarigat mill-kawżi tal-familja): huwa responsabbli mill-protezzjoni ta’ adulti vulnerabbli b’mod partikolari billi jikkontrolla l-immaniġġjar tal-patrimonju tagħhom.

    Il-Qorti Distrettwali hija magħmula minn ġudikant wieħed jew iktar, iżda l-kawżi dejjem jinstemgħu quddiem ġudikant wieħed.

    Ġeneralment, il-Qorti Distrettwali jkollha s-sede tagħha fil-belt prinċipali tad-distrett (arrondissement). Fl-1 ta' Jannar 2017, kien hemm 307 Qorti Distrettwali.

    3. Il-Qorti għal Talbiet Żgħar u għal Offiżi Żgħar (Tribunal de proximité)

    Il-Qorti għal Talbiet Żgħar u għal Offiżi Żgħar jidher quddiemha tilwim ċivili bejn partijiet privati li l-ammont tagħhom ikun inqas minn EUR 4,000.

    Fl-1 ta’ Lulju 2017, il-qrati għal talbiet żgħar u għal offiżi żgħar ġew aboliti (bil-liġi n°2011-1862 tat-13 ta’ Diċembru 2011), u l-kompetenzi tagħhom għaddew għand il-qrati distrettwali.

    4. Il- Qorti Kummerċjali (Tribunal de commerce)

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Kummerċjali jidhru quddiema tilwimiet relatati ma' ftehimiet bejn kummerċjanti jew bejn istituzzjonijiet ta' kreditu, jew bejn dawn it-tnejn, kif ukoll tilwimiet relatati ma’ kumpaniji kummerċjali jew ma’ tranżazzjonijiet kummerċjali bejn kull xorta ta’ partijiet. Hi tisma’ wkoll proċeduri relatati ma’ impriżi f’diffikultà.

    Il-Qorti Kummerċjali hija magħmula minn ġudikant mhux professjonisti, volontarji, negozjanti jew kapijiet fl-impriżi. Jintgħażlu għal perjodu ta’ sentejn (2) wara l-ewwel darba li jiġu eletti, imbagħad għal erba’ (4) snin wara tmiem l-ewwel perjodu tagħhom fil-kariga, minn kulleġġ elettorali magħmul minn ġudikanti u eks-ġudikanti fil-qrati kummerċjali u delegati minn fost il-kummerċjanti. Dawn tal-aħħar ikunu kummerċjanti jew kapijiet ta’ impriżi magħżula kull ħames (5) snin fil-qasam li jaqa’ taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qorti. Huma għandhom id-dmir li jipparteċipaw, kull sena, fl-elezzjonijiet tal-ġudikanti tal-qrati kummerċjali.

    Fl-1 ta’ Jannar 2017 kien hemm 134 qorti kummerċjali fi Franza metropolitana, seba’ (7) taqsimiet kummerċjali fil-kontej (départements) ta’ l-Alsace u l-Moselle, u disa’ (9) qrati mħallta kummerċjali fil-kontej extra-Ewropej (outre mer).

    Il-qorti kummerċjali tkun magħmula minn tal-anqas tliet ġudikanti, ħlief fejn ikun hemm dispożizzjonijiet mod ieħor.

    L-interessi tas-soċjetà f’dawn il-qrati huma rappreżentati mill-prosekutur pubbliku. Huwa għandu jkun dejjem involut f’kawżi dwar kumpaniji f’diffikultà.

    Il-funzjonijiet tar-reġistratur tal-qorti kummerċjali jsiru minn reġistratur, li jkun uffiċjal legali fl-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku.

    5. It-Tribunal għall-Impjiegi (Conseil de prud’hommes)

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIt-Tribunal għall-Impjiegi għandu l-kompetenza li jisma’ kawżi bejn impjegati u minn iħaddimhom marbuta ma’ kuntratti tax-xogħol (salarji, ħinijiet ta’ xogħol, fastidju, pieni...). Hija entità kollettiva magħmula minn ġudikanti mhux professjonisti li jirrappreżentaw lil min iħaddem u lill-impjegati.

    Hija maqsuma f’ħames taqsimiet speċjalizzati (għall-maniġment. il-manifattura, ix-xogħol ta’ distribuzzjoni u s-servizzi kummerċjali, l-agrikoltura u attivitajiet mixxellanji). Fil-każ li l-erba’ ġudikanti li jkunu qegħdin jisimgħu każ jiġu tnejn kontra tnejn, it-Tribunal għall-Impjiegi jiġi ppresedut imbagħad minn imħallef maħtur mill-Qorti Distrettwali, li jkollu l-vot deċiżiv.

    Għal kull kontea hemm Tribunal għall-Impjiegi wieħed jew iktar, u jkun hemm mill-anqas wieħed fiż-żona ta’ ġurisdizzjoni ta’ kull Qorti Reġjonal.

    B'kollox hemm 210 Tribunal għall-Impjiegi.

    Bħala riżultat tat-tiġdid tat-tribunali għall-impjiegi li sar fl-2017, il-membri tiegħu ma għadhomx jiġu eletti iżda maħtura wara proposta mit-trade unions u l-għaqiet ta’ min iħaddem li jkunu l-aktar rappreżentattivi. Huma jinħatru għal mandat ta’ erba’ (4) snin.

    6. It-Tribunal għas-Sigurtà Soċjali (TASS) (Tribunal des affaires de la sécurité sociale)

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIt-Tribunal għas-Sigurtà Soċjali jiddeċiedi dwar tilwim bejn il-fondi tas-sigurtà soċjali (caisses de sécurité sociale) u l-utenti (eż. problemi marbuta mas-sħubija ma' xi fond, ma' allokazzjonijiet jew u mal-għoti ta' benefiċċji eċċ.).

    Dan it-Tribunal huwa magħmul minn President li jkun ġudikant Qorti Reġjonali, jew maġistrat onorarju, minn assessur li jirrappreżenta lill-ħaddiema impjegati u minn assessur li jirrappreżenta lil min iħaddem u lil dawk li jaħdmu għal rashom, it-tnejn li huma maħtura għal tliet (3) snin mill-ewwel President tal-Qorti tal-Appell minn lista mfassla għaż-żona li taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tat-tribunal partikolari mid-Direttur Reġjonali taż-Żgħażagħ, tal-Isport u tal-Koeżjoni Soċjali fuq proposta tat-trade unions u tal-għaqdiet ta’ min iħaddem l-aktar l-aktar rappreżentattivi.

    B'kollox hemm 114-il Tribunal għas-Sigurtà Soċjali.

    7. It-Tribunal għad-Diżabilità - TCI (Tribunal du contentieux de l’incapacité)

    It-Tribunal għad-Diżabilità għandu s-setgħa li jiddeċiedi tilwim relatat mal-invalidità jew mad-diżabilità li jaħdem ta' xi detentur tas-sigurtà soċjali, jiġifieri, il-kundizzjoni jew il-grad tad-diżabilità fil-każ ta’ mard jew ta' aċċident fuq il-post tax-xogħol jew il-grad tal-invalidità fil-każ ta’ mard jew ta' aċċident mhux marbut max-xogħol.

    Dan it-Tribunal huwa magħmul minn President li jkun ġudikant onorarju jew xi persuna kompetenti, maħtura b’deċiżjoni tal-Ministru tal-Ġustizzja, minn assessur li jirrappreżenta lill-ħaddiema u minn assessur li jirrappreżenta lil dawk li jaħdmu għal rashom (it-tnejn li huma jkunu maħtura għal tliet (3) snin mill-ewwel President tal-Qorti tal-Appell, fil-ġurisdizzjoni fejn ikun hemm is-sede tat-Tribunal partikolari, fuq lista stabbilita mid-Direttur Reġjonali taż-Żgħażagħ, tal-Isport u tal-Koeżjoni Soċjali fuq proposta tal-aktar organizzazzjonijiet professjonali rappreżentattivi).

    B'kollox hemm 26 Tribunal għad-Diżabilità.

    Mill-1 ta’ Jannar 2019, il-kawżi li jiġu rifetuti għat-TASS u għat-TCI u xi wħud minn dawk li jiġu riferuti lill-kummissjonijiet dipartimentali tal-assistenza soċjali (CDAS) se jkunu trasferiti għat-taqsima soċjali tal-qrati reġjonali. Dawn il-qrati speċjalizzati mbagħad jiġu aboliti.

    8. It-It-Tribunal Konġunt għal-Lokazzjonijiet Agrikoli (Tribunal paritaire des baux ruraux)

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIt-Tribunal Konġunt għal-Lokazzjonijiet Agrikoli huwa kompetenti biex jisma’ disputi bejn il-lokaturi u l-prendituri ta' lokazzjonijiet agrikoli relatati mal-patt ta’ kiri ta’ raba' u mal-patt ta’ mezzadrija (fermage et du métayage, aux baux à cheptel, aux baux à domaine congéable, aux baux à complants, aux baux emphytéotiques, aux contrats d’exploitation de terres à vocation pastorale).

    Ikun ġudikant mill-Qorti Distrettwali li jippresiedi fuq it-Tribunal Konġunt għal-Lokazzjonijiet Agrikoli. Huwa jkun megħjun minn erba’ assessuri mhux professjonisti, eletti mill-pari tagħhom: żewġ (2) lokaturi u żewġ (2) prendituri ta' lokazzjonijiet, eletti għal sitt (6) snin minn fuq listi elettorali stabbiliti mill-prefett (préfet) fuq il-proposta tal-kummissjoni tat-tħejjija tal-listi elettorali.

    Bħala riżultat tat-tiġdid tat-Tribunali Konġunti għal-Lokazzjonijiet Agrikoli li sar fl-2018, l-assessuri ma għadhomx jiġu eletti iżda maħtura fuq proposta mill-għaqdiet professjonali li jkunu l-aktar rappreżentattivi. Huma jinħatru għal mandat ta sitt (6) snin.

    Il-Qrati Kriminali

    1. Il-Qorti tal-Assiżi (Cour d’Assises)

    Il-Qorti tal-Assiżi hija kompetenti sabiex tiddeċiedi dwar reati kriminali, jiġifieri dwar l-aktar ksur gravi, li kapaċi jkun ikkastigat b’piena ta’ bejn għaxar (10) snin priġunerija u priġunerija għall-għomor.

    Hemm qorti tal-assiżi f’kull kontea, iżda ma tkunx ikkostitwita b’mod permanenti. Id-dati għall-ftuħ tas-seduti tagħha jiġu stabbiliti skont kif ikun kull darba meħtieġ. Madankollu, din il-qorti tisma’ kawżi b’mod kważi permanenti fl-aktar kontej importanti.

    Hija magħmula minn tliet (3) ġudikanti professjonisti: il-President (President tal-awla jew ġudikant ordinarju tal-Qorti tal-Appell), u żewġ (2) assessuri (ġudikanti ordinarji tal-Qorti tal-Appell jew ġudikanti tal-Qorti Reġjonali tal-kontea fejn ikun qed isir is-smigħ), flimkien ma’ ġurija (sitt ċittadini li jittellgħu bix-xorti). Hija tisma' wkoll kawżi dwar reati kriminali minn minorenni, u f’dak il-każ tkun tissejjaħ il-Qorti tal-Assiżi tal-Minorenni (cour d’assises des mineurs). F’dawn il-każijiet, l-assessuri jkunu ġudikanti tal-qorti tat-tfal.

    Ċerti reati li jkunu relatati mal-leġiżlazzjoni dwar it-terroriżmu jew il-militar, jew li jkunu relatati mat-traffikar tad-droga jinstemgħu minn qorti tal-assiżi magħmula esklussivament minn ġudikanti professjonisti.

    Il-prosekutur pubbliku huwa rrappreżentat minn Avukat Ġenerali.

    2. Il-Qorti Kriminali (Tribunal correctionnel)

    Din il-qorti hija kompetenti biex tiddeċiedi dwar id-delitti (délits), jiġifieri, il-ksur li bil-liġi jiġi kkastigat b’massimu ta' għaxar (10) snin priġunerija jew b’multa ta’ EUR 3750 jew aktar. Hija tikkostitwixxi taqsima tal-qorti reġjonali. Fil-prinċipju, hija magħmula minn tliet ġudikanti professjonisti, ħlief fejn ikun hemm dispożizzjoni biex xi każijiet jidhru quddiem ġudikanti wieħed waħdu.

    Il-prosekutur pubbliku huwa rrappreżentat mill-Prokuratur tar-Repubblika jew minn wieħed mis-sostituti tiegħu.

    3. Il-Qorti tal-Pulizija (Tribunal de police)

    Sal-1 ta’ Lulju 2017, din il-qorti kellha ġurisdizzjoni fuq kontravenzjonijiet tal-ħames klassi (contraventions de cinquième classe), kellha s-sede fil-qorti distrettwali u kienet preseduta minn ġudikant wieħed li kien ikun ġudikant fil-qorti distrettwali. Minn dik id-data, hija għandha ġurisdizzjoni fuq ir-reati kollha, għandha s-sede fil-qorti reġjonali u hija magħmula minn ġudikant f’dik il-qorti.

    Il-prosekutur pubbliku huwa rrappreżentat mill-Prokuratur tar-Repubblika jew minn wieħed mis-sostituti tiegħu.

    4. Il-Qorti għal Talbiet Żgħar u għal Offiżi Żgħar (Tribunal de proximité)

    Sal-1 ta’ Lulju 2017 hija kienet kompetenti biex tieħu deċiżjonijiet dwar kontravenzjonijiet tal-ewwel u tar-raba' klassi (contraventions de la première à la quatrième classe). Is-sede tagħha kienet tkun fil-Qorti Distrettwali. Kienet tkun ippresjeduta minn ġudikant tal-qorti lokali, li kien jisma’ l-każijiet waħdu.

    Il-funzjoni tal-prosekutur pubbliku ġeneralment kienet titwettaq minn Kummissarju tal-pulizija. Mill-1 ta’ Lulju 2017, hija ġiet abolita, u l-kompetenzi tagħha ġew trasferiti lill-qorti tal-pulizija li min-naħa tagħha ġiet magħquda mal-qorti reġjonali, minn dik id-data ’l quddiem.

    5. Il-Qrati Speċjalizzati

    Hemm ukoll qrati speċjalizzati f'ċerti materji kriminali, bħall-Qrati Marittimi Kummerċjali (tribunaux maritimes commerciaux), li preżentament hemm sitta (6) minnhom u li huma kompetenti biex jiddeċiedu dwar ċerti delitti ta' natura marittima.

    Il-Qrati tat-Tieni Istanza

    Il-Qorti tal-Appel (cours d'appel) tisma’ kawżi ta’ appelli biex terrġa’ tiddeċiedi de jure jew de facto dwar il-kawżi li jkunu diġà ġew iġġudikati mill-qrati tal-prim’istanza.

    Hija magħmula esklussivament minn ġudikanti professjonsti: l-ewwel President (premier président), il-Presidenti tal-awli (présidents de chambre) u minn ġudikanti ordinarji tal-Qorti tal-Appell (conseillers) (minbarra fil-każ tal-Qorti tal-Appell tal-Assiżi, ara hawn fuq).

    Kull qorti hija maqsuma f’numru varjabbli ta’ awli li wħud minnhom huma speċjalizzati (affarijiet ċivili, soċjali, kummerċjali u penali)

    L-appell kontra sentenzi ta’ qorti tal-assiżi jinstemgħu quddiem qorti tal-appell tal-assiżi li l-membri tagħha jinħatru mit-taqsima kriminali tal-Qorti ta’ Kassazzjoni. Il-Qorti tal-Appell tal-Assiżi hi magħmula minn disa’ (9) ġurati.

    Il-Qorti Nazzjonali għad-Diżabilità u għall-iffissar tal-primjums tal-assigurazzjoni għall-aċċidenti fuq il-post tax-xogħol hija l-qorti tal-appell f’sentenzi tat-Tribunali għad-Diżabilità. Quddiemha jitilgħu wkoll kawżi, kemm fl-ewwel kif ukoll fit-tieni istanza, marbuta ma’ tilwim dwar ir-rati ta’ assikurazzjoni fil-każ ta’ aċċidenti fuq il-post tax-xogħol. Il-prosekutur pubbliku huwa rrappreżentat mill-prosekutur pubbliku prinċipali (procureur général) jew minn assistent prosekutur pubbliku ewlieni (substitut général).

    Mill-1 ta’ Jannar 2019, din il-qorti wkoll se tkun abolita.

    Il-Qorti tal-Kassazzjoni

    Il-Qorti tal-Kassazzjoni (Cour de cassation) hija l-ogħla qorti fl-istruttura ġuridika ordinarja. Is-sede tagħha tinsab f’Pariġi. Ir-rwol tagħha huwa li tivverifika l-konformità tas-sentenzi tal-Qrati u tat-Tribunali man-normi ġuridiċi, lil hinn minn kwalunkwe valutazzjoni ġdida tal-fatti. Għalhekk, hi ma tikkostitwixxix qorti tat-terza istanza iżda tiżgura li l-każistika tkun unifikata, filwaqt li taġixxi ta' korp regolatorju tad-dritt u tar-rispett lejn il-legalità.

    Din il-qorti jista’ jkollha quddiemha każijiet li jiġu riferuti lilha għall-«“opinjoni tagħha”» minn qrati oħra biex tinkiseb opinjoni dwar xi punt ġdid tal-liġi li jkun ta’ diffikultà serja u li jitqajjem f’diversi tilwimiet.

    Fil-Qorti tal-Kassazzjoni jinqatgħu sentenzi b’reazzjoni għal appell fuq punti ta’ liġi (pourvoi en cassation) li jitressaq minn parti li tkun suġġetta ta’ sentenza ta’ qorti, jew mill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku..

    Fil-Qorti tal-Kassazzjoni jinqatgħu sentenzi b’reazzjoni għal appell fuq punti ta’ liġi (pourvoi en cassation) li jitressaq minn parti li tkun suġġetta ta’ sentenza ta’ qorti, jew mill-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku..

    Jekk il-qorti tqis li s-sentenza kkontestata ma tkunx ittieħdet f’konformità man-normi ġuridiċi, hija «tħassar» is-sentenza(casse la décision). B’hekk, il-kawża terġa' tintbagħat quddiem qorti oħra biex tiġi ġġudikata mill-ġdid.

    Fil-każ kuntrarju, hija tirrifjuta l-appell, u dan iwassal biex is-sentenza kkontestata tkun dik finali.

    F’każijiet eċċezzjonali, tista’ tħassar is-sentenza iżda mingħajr ma terġa’ tibgħatha biex tiġi ġġudikata mill-ġdid meta t-tħassir tas-sentenza ma jkunx jirrekjedi li jkollha terġa’ tiġi kkunsidrata s-sustanza tal-kawża. Hija tista’ wkoll terġa’ tikkunsidra s-sustanza ta’ xi kawża ċivili meta dan ikun ġustifikat fl-interessi tal-amministrazzjoni kif imiss tal-ġustizzja u, f’kawżi kriminali, tħassar sentenza mingħajt ma tirreferiha għal proċess ġdid u tiddeċiedi hija stess il-kawża, jekk tkun tista’ tapplika l-ġurisprudenza t-tajba fid-dawl tal-fatti kif stabbiliti mill-qorti li quddiemha tkun instemgħet il-kawża l-ewwel darba.

    Il-Qorti tal-Kassazzjoni hija maqsuma f'awli (chambres) (tliet awli ċivili, waħda kummerċjali, waħda soċjali u waħda kriminali). Kull waħda minn dawn hija magħmula minn ġudikant professjonisti u minn ġudikanti professjonali oħra. Skont in-natura tal-kawża, din il-qorti tista’ wkoll tkun ikkostitwita bħala awla mħallta (chambre mixte), jiġifieri awla magħmula minn ġudikanti li jappartjenu għal mill-inqas tliet awli, jew bħala assemblea plenarja (bl-ewwel President, il-President kif ukoll l-aktar membru anzja ta’ kull awla, flimkien ma’ ġudikant ordinarju minn kull awla).

    Il-prosekutur pubbliku huwa rrappreżentat mill-prosekutur pubbliku prinċipali i u minn Avukati Ġenerali.

    Id-databases ġuridiċi

    Id-databases ġuridiċi fi Franza huma koperti minn servizz pubbliku ta’ disseminazzjoni fuq l-internet. Is-sit webIl-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLégifrance jinkludi fih is-sentenzi tal-Qorti tal-Kassazzjoni kif ukoll tal-Qorti tal-Appell:

    • fuq id-database «CASS» għas-sentenzi tal-Qorti tal-Kassazzjoni ppubblikati,
    • fuq id-database «INCA» għas-sentenzi mhux ippubblikati, u
    • fuq id-database «CAPP» għas-sentenzi tal-qrati tal-appell.

    L-aċċess għad-databases huwa bla ħlas?

    Iva l-aċċess għall-bank huwa bla ħlas.

    Deskrizzjoni fil-qosor tal-kontenut

    Is-sentenzi huma disponibbli bil-Franċiż u xi sentenzi huma tradotti wkoll bl-Ingliż, bl-Għarbi u bil-Mandarin.

    • Id-database «CASS» fiha 120 000 sentenza u għandha fluss annwali ta’ 2 100 sentenza.
    • Id-database «INCA» fiha 246 000 sentenza u għandha fluss annwali ta’ 10 000 sentenza.
    • Id-database «CAPP» fiha 19 000 sentenza u għandha fluss annwali ta’ 20 000 sentenza.

    Links relatati

    Il-ġurisdizzjoni tal-qrati - Franza

    L-aħħar aġġornament: 15/04/2020

    Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

    Qrati ordinarji nazzjonali - il-Kroazja

    Il-qrati ordinarji huma l-qrati muniċipali u tal-kontea.

    Il-qrati muniċipali

    1. jirriżolvu kawżi kontenzjużi u mhux kontenzjużi dwar l-infurzar;
    2. isolvu każijiet ta’ suċċessjoni u każijiet li jolqtu r-reġistru tal-artijiet, u jżommu reġistri tal-artijiet;
    3. jiddeċiedu dwar kawżi kriminali, ħlief dawk li għalihom il-ġuriżdizzjoni fil-konfront tas-suġġett ta’ qorti oħra tkun stabbilita mil-liġi;
    4. jiddeċiedu dwar każijiet ta’ delitti, ħlief dawk li għalihom il-ġuriżdizzjoni fil-konfront tas-suġġett ta’ korp ieħor tkun stabbilita mil-liġi;
    5. jiddeċiedu dwar ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi ta’ qorti barranija u deċiżjonijiet ta’ korpi oħra li huma ekwivalenti għal sentenzi tal-qorti fil-pajjiż fejn ingħataw;
    6. iwettqu kompiti relatati mal-assistenza legali internazzjonali fi proċedimenti taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom;
    7. jinvolvu ruħhom f’kooperazzjoni ġudizzjarja mal-Istati Membri tal-UE fi kwistjonijiet taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom;
    8. iwettqu kompiti oħra kif previst mil-liġi.

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-qrati muniċipali fir-Repubblika tal-Kroazja

    Il-qrati tal-kontea

    1. jirriżolvu appelli minn sentenzi tal-qorti muniċipali, sakemm ma jkunx previst mod ieħor mil-liġi;
    2. jirriżolvu kawżi fl-ewwel istanza meta l-ġuriżdizzjoni tagħhom tkun preskritta mil-liġi;
    3. iwettqu investigazzjoni u proċedimenti dixxiplinari notarili f’reati dixxiplinari u jiddeċiedu fuq dawn ir-reati fl-ewwel istanza, jekk ikun previst mil-liġi;
    4. jiddeċiedu dwar appelli minn deċiżjonijiet mogħtija fi proċedimenti dixxiplinari minħabba l-kondotta li ma tkunx waħda professjonali ta’ nutar pubbliku, jekk hekk previst mil-liġi;
    5. iwettqu kompiti relatati mal-assistenza legali internazzjonali fi proċedimenti taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom;
    6. jinvolvu ruħha f’kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali mal-Istati Membri tal-UE fi kwistjonijiet li jaqgħu il-ġuriżdizzjoni tagħhom, ħlief f’każijiet ta’ delitti;
    7. jeżegwixxu sentenzi kriminali barranin;
    8. iwettqu kompiti oħra kif previst mil-liġi.

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-qrati tal-kontea fir-Repubblika tal-Kroazja

    L-aħħar aġġornament: 15/04/2020

    Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

    Qrati ordinarji nazzjonali - Italja

    Din it-taqsima tipprovdilek informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-qrati ordinarji fl-Italja.

    Il-qrati ordinarji – introduzzjoni

    Il-ġurisdizzjoni ordinarja hija maqsuma bejn:

    • Il-ġurisdizzjoni ċivili, li l-għan tagħha hija l-protezzjoni legali tad-drittijiet f’relazzjonijiet bejn suġġetti privati, jew bejn suġġetti privati u l-amministrazzjoni pubblika – f’ċirkostanzi fejn, fit-twettiq tad-dmirijiet tagħha, l-amministrazzjoni tippreġudika id-drittijiet suġġettivi ta’ persuna.
    • Il-ġurisdizzjoni kriminali, meta l-imħallfin jissejħu sabiex jiddeċiedu dwar jekk il-proċeduri kriminali stabbiliti minn prosekutur pubbliku kontra individwu partikolari humiex fondati biżżejjed.

    Il-proċeduri ċivili u kriminali huma rregolati minn żewġ sensiliet separati ta’ regoli proċedurali: il-Kodiċi tal-Proċeduri Ċivili u l-Kodiċi tal-Proċeduri Kriminali.

    Il-proċeduri kriminali jiġu stabbiliti minn membru tal-ġudikatura ordinarju, li jeżerċita l-uffiċċju ta’ prosekutur pubbliku (ara l-aħħar paragrafu tal-Artikolu 107 tal-Kostituzzjoni).

    Il-proċeduri ċivili jistgħu jsiru minn kwalunkwe entità pubblika jew privata (magħruf bħala l-attur) kontra suġġett ieħor li kontrieh l-ilment huwa indirizzat (magħruf bħala l-konvenut).

    Ġurisdizzjoni ċivili

    Il-Kummissarji tal-Ġustizzja [Giudici di Pace] huma mħallfin onorarji li jkollhom il-kompetenza fi kwistjonijiet ta’ importanza minuri.

    Il-qrati [Tribunali] huma qrati tal-ewwel istanza f’kull tilwim ieħor, u jisimgħu wkoll appelli kontra deċiżjonijiet li jittieħdu mill-kummissarji tal-ġustizzja.

    Il-qrati tal-minorenni u d-diviżjonijiet tal-minorenni tal-qorti tal-appell [Tribunali per i Minorenni e Sezione per i Minorenni delle Corti di Appello] ikollhom il-kompetenza fi kwistjonijiet li jinvolvu l-minorenni meta l-qrati ordinarji ma jkunux kompetenti.

    Id-diviżjonijiet tal-qrati u l-qrati tal-appell jispeċjalizzaw fi kwistjonijiet relatati max-xogħol [Sezione dei Tribunali e delle Corti di Appello specializzata per le controversie in materia di lavoro].

    Il-qrati tal-appell [Corti di Appello] huma qrati tat-tien’istanza.

    Il-Qorti tal-Kassazzjoni [Corte di Cassazione], li hija bbażata f'Ruma, hija l-Qorti Suprema fis-sistema ġudizzjarja, u tqis jekk il-ġudizzji ta’ qrati sarux f’konformità mal-liġi. .

    Ġurisdizzjoni kriminali

    Il-Kummissarji tal-Ġustizzja [Giudici di Pace] huma mħallfin onorarji li għandhom il-kompetenza f’reati minuri.

    Il-qrati [Tribunali] huma qrati tal-ewwel istanza fil-kwistjonijiet kriminali kollha lil jmorru lil hinn mill-kompetenza tal-kummissarji tal-ġustizzja jew tal-qrati tal-assiżi, u jkunu wkoll qrati tal-appell kontra sentenzi li jkunu ngħataw mill-kummissarji tal-ġustizzja.

    Il-qrati u d-diviżjonijiet tal-minorenni tal-qrati tal-appell [Tribunali per i Minorenni e Sezione per i Minorenni delle Corti di Appello] ikunu qrati tal-ewwel u tat-tien’istanza għar-reati kollha li jsiru mill-minorenni.

    Il-qrati tal-assiżi [Corti di Assise] ikunu qrati tal-ewwel istanza li jkollhom il-kompetenza sabiex jisimgħu l-aktar reati serji.

    Il-qrati tal-appell [Corti di Appello] ikunu qrati tat-tien’istanza.

    Il-qrati tal-assiżi tal-appell [Corti di Assise di Appello] ikunu qrati tat-tien’istanza għall-appelli kontra sentenzi li jkunu ngħataw mill-qrati tal-assiżi.

    Il-qrati u l-uffiċċju tas-sorveljanza (Tribunale di Sorveglianza e Ufficio di Sorveglianza] jirregolaw l-eżekuzzjoni tas-sentenzi ta’ priġunerija u ta’ multi u l-implementazzjoni tal-liġi penali.

    Il-Qorti Suprema tal-Kassazzjoni [Corte di Cassazione] hija l-Qorti Taljana li tittratta l-ksur tal-liġi. Din għandha l-kompetenza li tisma’ kwalunkwe talba li timpunja kwalunkwe deċiżjoni li tkun ittieħdet minn kwalunkwe qorti – mingħajr appell quddiem imħallef tat-tien’istanza – kemm fi kwistjonijiet ċivili kif ukoll kriminali, jew kontra xi restrizzjoni fuq il-libertà tal-individwu.

    Il-Corte di Cassazione hija l-qorti suprema fis-sistema ġudizzjarja. Skont il-liġi ewlienija dwar il-Ġudikatura tat-30 ta’ Jannar 1941 Nru. 12 (Artikolu 65), din għandha, fost il-funzjonijiet ewlenin tagħha, id-dover "li tiżgura l-applikazzjoni korretta tal-liġi u l-interpretazzjoni uniformi tagħha, flimkien mal-unità tad-dritt oġġettiv nazzjonali u l-ħarsien tal-limiti bejn il-ġurisdizzjonijiet differenti". Għaldaqstant, waħda mill-karatteristiċi ewlenin tar-rwol tagħha hija li tgħaqqad il-liġijiet: jiġifieri, li jkollha l-għan li tforni ċ-ċertezza fil-bini tal-liġijiet.

    Rigward is-smigħ ta’ każijiet fit-tielet istanza, ir-regoli eżistenti jippermettu li l-Qorti Suprema tinvestiga l-fatti ta’ każ meta dawn ikunu ġew trattati diġà fi proċeduri preċedenti, u biss meta jkun meħtieġ sabiex jiġu kkunsidrati r-raġunijiet awtorizzati bil-liġi sabiex jappoġġjaw talba quddiem il-Qorti Suprema.

    L-aħħar aġġornament: 18/01/2022

    Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

    Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Grieg ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
    Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliż diġà ġew tradotti.

    Qrati ordinarji nazzjonali - Ċipru

    Hemm żewġ livelli biss ta’ qrati fir-Repubblika ta’ Ċipru. Il-Qorti Suprema (Ανώτατο Δικαστήριο), li tisma’, fit-tieni istanza, il-kawżi kollha li fihom isiru appelli kontra deċiżjoni ta’ qorti tal-prim’istanza, kif ukoll il-qrati tal-prim’istanza li ġejjin:

    • Il-Qorti Amministrattiva (Διοικητικό Δικαστήριο)
    • Il-Qrati Distrettwali (Επαρχιακά Δικαστήρια)
    • Il-Qrati Kriminali (Κακουργιοδικεία)
    • Il-Qorti tal-Familja (Οικογενειακό Δικαστήριο)
    • It-Tribunal għall-Kontroll tal-Kera (Δικαστήριο Ελέγχου Ενοικιάσεων)
    • It-Tribunal għat-Tilwim Industrijali (Δικαστήριο Εργατικών Διαφορών), u
    • Il-Qorti Militari (Στρατοδικείο)

    Il-qrati ġenerali – Introduzzjoni

    • Il-Qorti Suprema

    Il-Qorti Suprema hija magħmula minn 13-il imħallef, li wieħed minnhom huwa l-President tal-Qorti. Il-Qorti Suprema għandha l-ġuriżdizzjoni li ġejja:

    Qorti tal-Appell (Εφετείο)

    Il-Qorti Suprema tisma’ l-appelli kollha kontra d-deċiżjonijiet mogħtija mill-qrati tal-prim’istanza li jeżerċitaw ġuriżdizzjoni fi kwistjonijiet ċivili u kriminali. Bħala regola, l-appelli jinstemgħu minn tliet imħallfin. Is-smigħ tal-appelli huwa bbażat fuq ir-rekords tal-proċedimenti fil-prim’istanza (ħlief f’każijiet eċċezzjonali ħafna fejn ix-xhieda jistgħu jinstemgħu wkoll). Fl-eżerċizzju tal-ġuriżdizzjoni tagħha bħala qorti tal-appell, il-Qorti Suprema tista’ tikkonferma, tbiddel jew iddawwar id-deċiżjoni kkontestata, jew tista’ tordna proċess ġdid.

    Rieżami tad-deċiżjonijiet amministrattivi

    Il-Qorti Suprema għandha ġuriżdizzjoni esklużiva biex tisma’ l-appelli ppreżentati kontra kwalunkwe deċiżjoni, att jew ommissjoni ta’ persuni jew korpi li jeżerċitaw awtorità amministrattiva. Il-Qorti Suprema tista’ tannulla kwalunkwe att amministrattiv eżekutorju li jkun sar fir-rigward ta’ ksur jew użu ħażin tas-setgħat jew li jmur kontra l-liġi jew il-Kostituzzjoni.

    Ċitazzjonijiet prerogattivi (Προνομιακά Εντάλματα)

    Il-Qorti Suprema għandha ġuriżdizzjoni esklużiva biex toħroġ iċ-ċitazzjonijiet prerogattivi ta’ Habeas Corpus, Mandamus, Certiorari, Quo Warranto u Projbizzjoni.

    Ammiraljat (Ναυτοδικίου είου)

    Il-Qorti Suprema għandha ġuriżdizzjoni tal-prim’istanza u tal-appell f’kawżi ta’ ammiraljat. Fil-prim’istanza l-kawżi jinstemgħu minn imħallef wieħed u fl-appell, il-kawżi jinstemgħu mill-qorti sħiħa.

    Petizzjonijiet elettorali (Εκλογοδικίου είου)

    Bħala qorti elettorali, il-Qorti Suprema għandha ġuriżdizzjoni esklużiva biex tisma’ petizzjonijiet dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġijiet elettorali.

    Kwistjonijiet kostituzzjonali

    Il-Qorti Suprema għandha ġuriżdizzjoni biex tiddeċiedi dwar il-kostituzzjonalità ta’ kwalunkwe liġi u biex issolvi kunflitti ta’ poter jew kompetenza li jinqalgħu bejn l-organi differenti tal-Istat. Il-Qorti Suprema tiddeċiedi wkoll dwar il-kostituzzjonalità tal-liġijiet li fir-rigward tagħhom il-President tar-Repubblika jeżerċita d-dritt kostituzzjonali tiegħu ta’ rikors.

    • Il-Qrati Distrettwali (Επαρχιακά Δικαστήρια)

    Il-Qrati Distrettwali jisimgħu fil-prim’istanza l-kawżi ċivili kollha (ħlief il-kawżi relatati mal-ammiraljat) u kawżi kriminali għal reati li jġorru piena ta’ sa ħames snin ħabs. Kull distrett amministrattiv f’Ċipru għandu Qorti Distrettwali. Il-kawżi jinstemgħu minn imħallef wieħed u ma jkunx hemm ġurija.

    • Il-Qrati Kriminali (Κακουργιοδικεία)

    Il-Qrati Kriminali jisimgħu biss kawżi kriminali. Bħala regola, huma jittrattaw l-aktar kawżi serji li jinvolvu reati li jġorru piena ta’ aktar minn ħames snin ħabs. Kull Qorti Kriminali hija komposta minn tliet imħallfin. Id-deċiżjonijiet jittieħdu b’votazzjoni b’maġġoranza. Ma jkun hemm l-ebda ġurija.

    Bażijiet ta' data ġuridiċi

    Għad m’hemmx bażi ta' data ġuridika uffiċjali. Hemm għadd ta’ bażijiet ta' data ġuridiċi privati, li wħud minnhom joffru servizzi lill-abbonati filwaqt li oħrajn jipprovdu aċċess bla ħlas.

    Dawn jinkludu informazzjoni dwar deċiżjonijiet tal-qrati u l-leġiżlazzjoni primarja.

    Ħoloq relatati

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Suprema ta’ Ċipru

    L-aħħar aġġornament: 11/04/2022

    Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

    Qrati ordinarji nazzjonali - Latvja

    Din it-taqsima tipprovdilek informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-qrati ta’ ġuriżdizzjoni ġenerali fil-Latvja.

    Qrati b’ġuriżdizzjoni ġenerali: introduzzjoni

    Fil-Latvja, is-setgħa ġudizzjarja hija eżerċitata mill-qrati distrettwali u tal-belt, mill-qrati reġjonali, mill-Qorti Suprema u mill-Qorti Kostituzzjonali (u, fl-istati ta’ emerġenza jew waqt xi gwerra, mill-qrati militari), li l-qrati ta’ ġuriżdizzjoni ġenerali tagħhom huma l-qrati distrettwali u tal-belt, il-qrati reġjonali u l-Qorti Suprema.

    Il-proċedimenti ċivili u kriminali fil-Latvja jistgħu jinstemgħu f’dawn il-qrati, li huma maqsuma fi tliet livelli:

    1. il-qrati tal-belt jew il-qrati distrettwali (rajonu (pilsētu) tiesas);
    2. il-qrati reġjonali (apgabaltiesas);
    3. Id-Dipartiment tal-Kawżi Ċivili (Civillietu departaments) u d-Dipartiment tal-Kawżi Kriminali (Krimināllietu departaments) tal-Qorti Suprema (Augstākās tiesa).

    Il-ġuriżdizzjoni territorjali tagħhom hija stabbilita fid-Deċiżjoni Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidadwar il-qrati, il-ġuriżdizzjoni territorjali tagħhom u l-post fejn jinsabu (Lēmums par tiesām, darbības teritorijām un atrašanās vietām).

    Il-qrati tal-belt u l-qrati distrettwali u l-ġuriżdizzjoni territorjali tagħhom

    Nru

    Qorti

    Territorji amministrattivi

    1.

    Il-Qorti ta’ Daugavpils (Daugavpils tiesa)

    1.1 Il-muniċipalità ta’ Augšdaugava

    1.2 Il-Belt ta’ Daugavpils

    1.3 Il-muniċipalità ta’ Krāslava

    1.4 Il-muniċipalità ta’ Līvāni

    1.5 Il-muniċipalità ta’ Preiļi

    2.

    Il-Qorti Distrettwali ta’ Kurzeme (Kurzemes rajona tiesa)

    2.1 Il-muniċipalità ta’ Dienvidkurzeme

    2.2 Il-muniċipalità ta’ Kuldīga

    2.3 Il-Belt ta’ Liepāja

    2.4 Il-muniċipalità ta’ Saldus

    2.5 Il-muniċipalità ta’ Talsi

    2.6 Il-Belt ta’ Ventspils

    2.7 Il-muniċipalità ta’ Ventspils

    3.

    Il-Qorti ta’ Rēzekne (Rēzeknes tiesa)

    3.1 Il-muniċipalità ta’ Balvi

    3.2 Il-muniċipalità ta’ Ludza

    3.3 Il-muniċipalità ta’ Rēzekne

    3.4 Il-Belt ta’ Rēzekne

    4.

    Il-Qorti Distrettwali ta’ Riga (Rīgas rajona tiesa)

    4.1 Il-muniċipalità ta’ Ādaži

    4.2 Il-Belt ta’ Jūrmala

    4.3 Il-muniċipalità ta’ Ķekava

    4.4 Il-muniċipalità ta’ Mārupe

    4.5 Il-muniċipalità ta’ Olaine

    4.6 Il-muniċipalità ta’ Ropaži

    4.7 Il-muniċipalità ta’ Salaspils

    4.8 Il-muniċipalità ta’ Saulkrasti

    4.9 Il-muniċipalità ta’ Sigulda

    5.

    Il-Qorti Distrettwali ta’ Vidzeme (Vidzemes rajona tiesa)

    5.1 Il-muniċipalità ta’ Alūksne

    5.2 Il-muniċipalità ta’ Cēsis

    5.3 Il-muniċipalità ta’ Gulbene

    5.4 Il-muniċipalità ta’ Limbaži

    5.5 Il-muniċipalità ta’ Madona

    5.6 Il-muniċipalità ta’ Smiltene

    5.7 Il-muniċipalità ta’ Valka

    5.8 Il-muniċipalità ta’ Valmiera

    5.9 Il-muniċipalità ta’ Varakļāni

    6.

    Il-Qorti Distrettwali ta’ Zemgale (Zemgales rajona tiesa)

    6.1 Il-muniċipalità ta’ Aizkraukle

    6.2 Il-muniċipalità ta’ Bauska

    6.3 Il-muniċipalità ta’ Dobele

    6.4 Il-muniċipalità ta’ Jelgava

    6.5 Il-Belt ta’ Jelgava

    6.6 Il-muniċipalità ta’ Jēkabpils

    6.7 Il-muniċipalità ta’ Ogre

    6.8 Il-muniċipalità ta’ Tukums


    Il-ġuriżdizzjoni territorjali tal-Qorti tal-Belt ta’ Riga hija t-territorju amministrattiv tal-Belt ta’ Riga.

    Il-ġuriżdizzjoni territorjali tal-Qorti Ekonomika hija t-territorju kollu tar-Repubblika tal-Latvja.

    Il-ġuriżdizzjoni territorjali tal-Qrati Reġjonali

    Nru

    Il-ġuriżdizzjoni territorjali tal-Qorti Reġjonali

    Qrati tal-belt jew qrati distrettwali

    1.

    Il-Qorti Reġjonali ta’ Kurzeme (Kurzemes apgabaltiesa) 1. Il-Qorti Distrettwali ta’ Kurzeme

    2.

    Il-Qorti Reġjonali ta’ Latgale (Latgales apgabaltiesa) 2.1 Il-Qorti ta’ Daugavpils
    2.2 Il-Qorti ta’ Rēzekne

    3.

    Il-Qorti Reġjonali ta’ Riga (Rīgas apgabaltiesa) 3.1 Il-Qorti tal-Belt ta’ Riga (Rīgas pilsētas tiesa)
    3.2 Il-Qorti Distrettwali ta’ Riga
    3.3 Il-Qorti Ekonomika

    4.

    Il-Qorti Reġjonali ta’ Vidzeme (Vidzemes apgabaltiesa) 4. Il-Qorti Distrettwali ta’ Vidzeme

    5.

    Il-Qorti Reġjonali ta’ Zemgale (Zemgales apgabaltiesa) 5. Il-Qorti Distrettwali ta’ Zemgale

    6.

    Il-Qorti Reġjonali Amministrattiva (Administratīvā apgabaltiesa) 6.1 Il-Qorti Distrettwali Amministrattiva (Administratīvā rajona tiesa)

     

    Il-proċedimenti amministrattivi jinstemgħu mill-

    • qorti distrettwali amministrattiva (li l-bini tal-qrati tagħha li jinsabu f’Riga, f’Jelgava, f’Liepāja, f’Rēzekne u f’Valmiera)
    • Il-Qorti Reġjonali amministrattiva
    • Id-Dipartiment tal-Kawżi Amministrattivi (Administratīvo lietu deparataments) tal-Qorti Suprema.

    Il-ġuriżdizzjoni territorjali tal-Qorti Reġjonali Amministrattiva u tal-Qorti Distrettwali Amministrattiva tkopri t-territorju amministrattiv kollu tal-Latvja. Il-Qorti Distrettwali Amministrattiva għandha ħames binjiet tal-qorti, waħda f’kull reġjun ġudizzjarju, jiġifieri waħda f’Riga, waħda f’Jelgava, waħda f’Rēzekne, waħda f’Valmiera u waħda f’Liepāja.

    Il-ġuriżdizzjoni territorjali tal-qrati tal-Qorti Distrettwali Amministrattiva

    Nru

    Qorti

    Territorji amministrattivi

    1.

    Qorti ta’ Riga tal-Qorti Distrettwali Amministrattiva 1.1 Il-muniċipalità ta’ Ādaži
    1.2 Il-Belt ta’ Jūrmala
    1.3 Il-muniċipalità ta’ Ķekava
    1.4 Il-muniċipalità ta’ Mārupe
    1.5 Il-muniċipalità ta’ Ogre
    1.6 Il-muniċipalità ta’ Olaine
    1.7 Il-Belt ta’ Riga
    1.8 Il-muniċipalità ta’ Ropaži
    1.9 Il-muniċipalità ta’ Salaspils
    1.10 Il-muniċipalità ta’ Saulkrasti
    1.11 Il-muniċipalità ta’ Sigulda

    2.

    Il-qorti ta’ Jelgava tal-Qorti Distrettwali Amministrattiva 2. Il-muniċipalità ta’ Aizkraukle
    2.2 Il-muniċipalità ta’ Bauska
    2.3 Il-muniċipalità ta’ Dobele
    2.4 Il-muniċipalità ta’ Jelgava
    2.5 Il-Belt ta’ Jelgava
    2.6 Il-muniċipalità ta’ Jēkabpils
    2.7 Il-muniċipalità ta’ Tukums

    3.

    Il-qorti ta’ Rēzekne tal-Qorti Distrettwali Amministrattiva 3. Il-muniċipalità ta’ Augšdaugava
    3.2 Il-muniċipalità ta’ Balvi
    3.3 Il-Belt ta’ Daugavpils
    3.4 Il-muniċipalità ta’ Krāslava
    3.5 Il-muniċipalità ta’ Līvāni
    3.6 Il-muniċipalità ta’ Ludza
    3.7 Il-muniċipalità ta’ Preiļi
    3.8 Il-muniċipalità ta’ Rēzekne
    3.9 Il-Belt ta’ Rēzekne

    4.

    Il-qorti ta’ Valmiera tal-Qorti Distrettwali Amministrattiva 4. Il-muniċipalità ta’ Alūksne
    4.2 Il-muniċipalità ta’ Cēsis
    4.3 Il-muniċipalità ta’ Gulbene
    4.4 Il-muniċipalità ta’ Limbaži
    4.5 Il-muniċipalità ta’ Madona
    4.6 Il-muniċipalità ta’ Smiltene
    4.7 Il-muniċipalità ta’ Valka
    4.8 Il-muniċipalità ta’ Valmiera
    4.9 Il-muniċipalità ta’ Varakļāni

    5.

    Il-qorti ta’ Liepāja tal-Qorti Distrettwali Amministrattiva 5. Il-muniċipalità ta’ Dienvidkurzeme
    5.2 Il-muniċipalità ta’ Kuldīga
    5.3 Il-Belt ta’ Liepāja
    5.4 Il-muniċipalità ta’ Saldus
    5.5 Il-muniċipalità ta’ Talsi
    5.6 Il-muniċipalità ta’ Ventspils
    5.7 Il-Belt ta’ Ventspils

    Il-ġuriżdizzjoni skont is-suġġett

    Skont il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar il-proċedura kriminali (Kriminālprocesa likums), qorti tal-belt jew qorti distrettwali tisma’ l-proċedimenti kriminali kollha bħala l-qorti tal-prim’istanza.

    Il-Qorti tal-Belt ta’ Riga għandha ġuriżdizzjoni bħala qorti tal-prim’istanza fi proċedimenti kriminali li fihom l-atti tal-kawża jirreferu għal materji ta’ segretezza tal-Istat. Fil-qrati distrettwali jew tal-belt, il-proċedimenti kriminali jinstemgħu minn imħallef wieħed. Jekk il-proċedimenti kriminali jkunu partikolarment kumplessi, il-president tal-qorti tal-prim’istanza jista’ jiddeċiedi illi l-proċess jinstema’ minn bord ta’ tlieta mill-imħallfin ta’ dik il-qorti.

    Appell skont il-proċedura għall-appelli (apelācija) minn sentenza ta’ qorti distrettwali jew tal-belt jinstema’ minn qorti reġjonali bħala qorti tal-appell.

    Appell fil-kassazzjoni (kasācija) fuq punt tal-liġi kontra deċiżjoni ta’ kwalunkwe qorti inferjuri jinstema’ mid-Dipartiment tal-Kawżi Kriminali tal-Qorti Suprema.

    L-appelli kriminali, kemm jekk ikunu appelli sħaħ kif ukoll jekk ikunu appelli fil-kassazzjoni, jinstemgħu minn bord ta’ mħallfin.

    Skont il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar il-proċedura ċivili (Civilprocesa licuma) il-proċedimenti huma kkunsidrati fil-prim’istanza minn qorti distrettwali jew tal-belt.

    Il-Qorti tal-Belt ta’ Riga teżamina kawżi li fihom l-atti jirreferu għal kwistjonijiet ta’ segretezza tal-Istat u kawżi rigward il-protezzjoni tad-drittijiet tal-privattivi, id-drittijiet tal-varjetajiet tal-pjanti, it-topografija ta’ prodotti semikondutturi, disinji, trademarks, marki ta’ ċertifikazzjoni u indikazzjonijiet ġeografiċi, flimkien ma’ kawżi dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, il-protezzjoni tad-drittijiet sui generis ta’ dawk li jagħmlu l-bażijiet tad-data u tal-proċedimenti li jikkonċernaw il-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali mill-akkwist, l-użu u d-divulgazzjoni illegali. Jekk il-kawża inkwistjoni tinvolvi talba relatata ma’ talba f’kawża li tkun fil-ġuriżdizzjoni jew tal-Qorti tal-Belt ta’ Riga, jew ta’ qorti distrettwali jew tal-belt, jew anke kontrotalba quddiem qorti distrettwali jew tal-belt li tkun fil-ġuriżdizzjoni tal-Qorti tal-Belt ta’ Riga, huwa f’idejn il-Qorti tal-Belt ta’ Riga li tikkunsidra l-kawża.

    Skont il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar il-privattivi (Patentu likums), il-Qorti Reġjonali ta’ Riga tisma’ l-kawżi li ġejjin li jikkonċernaw il-protezzjoni legali tal-invenzjonijiet fi proċedimenti ċivili bħala qorti tal-prim’istanza:

    • kawżi dwar ir-restawrazzjoni ta’ drittijiet ta'-privattiva;
    • kawżi dwar id-dikjarazzjoni ta’ privattiva bħala nulla;
    • kawżi dwar id-drittijiet ta’ użu minn qabel;
    • kawżi dwar l-użu illegali ta’ privattiva (il-ksur ta’ privattiva);
    • kawżi fejn il-ksur ta’ privattiva jinstab li jkun null u bla effett;
    • kawżi dwar l-għoti ta’ liċenzja, id-dispożizzjonijiet kuntrattwali ta’ liċenzja jew il-konformità ma’ dawk id-dispożizzjonijiet;
    • kawżi dwar id-dritt għall-kumpens minħabba li invenzjoni ma tkunx tista’ tintuża pubblikament.

    Skont il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar id-disinji (Dizainparaugu likums), il-Qorti Reġjonali ta’ Riga tisma’ t-tilwim li ġej dwar il-protezzjoni legali tad-disinji bħala qorti tal-prim’istanza:

    • tilwim dwar ir-rikonoxximent tar-reġistrazzjoni ta’ disinn bħala null;
    • tilwim dwar sejba li r-reġistrazzjoni ta’ disinn hija invalida;
    • tilwim dwar l-użu illegali ta’ disinn (vjolazzjoni ta’ disinn);
    • tilwim dwar l-għoti ta’ liċenzja, id-dispożizzjonijiet kuntrattwali ta’ liċenzja jew il-konformità ma’ dawk id-dispożizzjonijiet.

    Il-kawżi li jikkonċernaw id-drittijiet suġġetti għal tilwima eżaminata mill-Bord tal-Appell dwar il-Proprjetà Industrijali huma kkunsidrati mill-Qorti tal-Belt ta’ Riga.

    Il-Qorti tal-Belt ta’ Riga toħroġ ordnijiet ta’ eżekuzzjoni għal atti tal-Kunsill, tal-Kummissjoni jew tal-Bank Ċentrali Ewropew skont l-Artikolu 299 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

    Il-kawżi li jirrigwardaw is-sottomissjoni ta’ opinjoni lil qorti barranija f’kawżi li jikkonċernaw wild minuri li jkun qed jiġi ttrasferit illegalment lil hinn mill-fruntiera lejn pajjiż barrani jew li jkun qed jinżamm f’pajjiż barrani, meta l-post ta’ residenza tal-wild minuri jkun fil-Latvja, jiġu eżaminati mill-Qorti tal-Belt ta’ Riga.

    Il-kawżi li jikkonċernaw wild minuri li jkun qed jiġi ttrasferit illegalment lil hinn mill-fruntiera lejn il-Latvja jew li jkun qed jinżamm fil-Latvja, meta l-post ta’ residenza tal-wild minuri jkun f’pajjiż ieħor, jiġu eżaminati mill-Qorti tal-Belt ta’ Riga.

    Il-qrati distrettwali jew tal-belt jisimgħu wkoll kawżi dwar ir-reġistru tal-artijiet. Fl-2019, bħala parti mit-titjib fis-sistema tal-qrati, il-qrati distrettwali jew tal-belt ħatru wkoll 72 imħallef tat-taqsima tar-reġistru tal-artijiet, li żammew l-ispeċjalizzazzjoni tagħhom.

    Il-Qorti Reġjonali ta’ Riga għandha ġuriżdizzjoni bħala qorti tal-prim’istanza fi proċedimenti ċivili li fihom l-atti tal-kawża jirreferu għal materji ta’ segretezza tal-Istat. Fil-qorti tal-prim’istanza, il-kawżi ċivili jinstemgħu minn imħallef uniku, filwaqt li fl-appell (appell sħiħ jew appell fil-kassazzjoni) dawn jinstemgħu minn bord.

    Il-partijiet fil-kawża jistgħu jippreżentaw appell kontra s-sentenza (jew is-sentenza anċillari) tal-qorti tal-prim’istanza, iżda l-prosekutur jista’ joħroġ biss appell straordinarju f’konformità mal-proċeduri stabbiliti f’din it-taqsima, ħlief minn sentenzi li bil-liġi ma jistgħux jiġu appellati.

    Is-sentenza tal-qorti tal-prim’istanza mogħtija abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 30.4 tal-Liġi dwar il-proċedura ċivili u s-sentenza (sentenza anċillari) tal-qorti tal-appell jistgħu jiġu appellati mill-partijiet fuq punt ta’ liġi skont il-proċedura ta’ kassazzjoni, iżda l-prosekutur jista’ jippreżenta biss appell straordinarju fil-kassazzjoni.

    Kawżi dwar ksur tal-liġi amministrattiva jinstemgħu minn qrati distrettwali jew tal-belt u mill-qrati reġjonali li għandhom ġuriżdizzjoni f’materji ċivili u kriminali. Skont il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi Latvjana dwar l-Akkontabilità Amministrattiva (Latvijas Administratīvās atbildības likums), deċiżjoni adottata minn awtorità ogħla tista’ tiġi kkontestata f’qorti distrettwali jew tal-belt. Deċiżjoni ta’ mħallef tal-qorti distrettwali jew tal-belt tista’ tiġi appellata quddiem qorti reġjonali, jekk dan ikun previst b’mod espliċitu mill-Kodiċi Latvjan dwar il-Ksur tal-Liġi Amministrattiva. Deċiżjoni ta’ qorti tal-appell fi proċedimenti dwar ksur tal-liġi amministrattiva ma tistax tiġi appellata u ssir eżekutorja fil-ġurnata meta tingħata.

    Skont il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaLiġi dwar il-proċedura amministrattiva (Administratīvā procesa likums), il-proċedimenti amministrattivi jinstemgħu fil-prim’istanza fil-binja tal-Qorti Distrettwali Amministrattiva, sakemm il-liġi ma tipprovdix mod ieħor. Jekk il-proċedimenti jinstemgħu fil-Qorti Distrettwali Amministrattiva bħala l-qorti tal-prim’istanza, u dik il-qorti teħtieġ tivverifika informazzjoni relatata ma’ kwistjoni ta’ segretezza tal-Istat, il-proċedimenti jinstemgħu fil-Qorti Distrettwali Amministrattiva f’Riga. Jekk il-liġi tipprevedi li l-proċedimenti amministrattivi għandhom jinstemgħu fil-prim’istanza mill-Qorti Reġjonali Amministrattiva jew mid-Dipartiment tal-Kawżi Amministrattivi tal-Qorti Suprema minflok mill-Qorti Distrettwali Amministrattiva, ir-rikors rilevanti jrid jiġi ppreżentat lill-Qorti Reġjonali Amministrattiva jew lid-Dipartiment tal-Kawżi Amministrattivi tal-Qorti Suprema, skont il-każ. Parti fi proċedimenti amministrattivi tista’ tressaq appell sħiħ kontra sentenza jew sentenza anċillari tal-qorti tal-prim’istanza, sakemm il-liġi ma tipprevedix illi dik is-sentenza ma tistax tiġi appellata, jew li trid tiġi appellata fil-kassazzjoni. Sentenza tal-Qorti Distrettwali Amministrattiva li tkun għadha ma saritx eżekutorja tista’ tiġi appellata quddiem il-Qorti Reġjonali Amministrattiva. Parti fi proċedimenti amministrattivi tista’ tressaq appell fil-kassazzjoni kontra sentenza jew sentenza anċillari tal-qorti tal-appell, jekk il-qorti tkun kisret xi regoli sostantivi jew proċedurali jew eżerċitat is-setgħat tagħha b’mod ultra vires matul il-proċedimenti. Fil-qorti tal-prim’istanza, il-proċedimenti amministrattivi jinstemgħu minn imħallef uniku jew minn bord ta’ mħallfin, filwaqt li f’qorti tal-appell – appell sħiħ jew appell fil-kassazzjoni – dawn jinstemgħu minn bord.

    Il-Qorti Suprema tinkludi d-Dipartiment tal-Kawżi Ċivili, id-Dipartiment tal-Kawżi Kriminali u d-Dipartiment tal-Kawżi Amministrattivi. Id-Dipartiment tal-Kawżi Ċivili, id-Dipartiment tal-Kawżi Kriminali u d-Dipartiment tal-Kawżi Amministrattivi tal-Qorti Suprema huma l-korpi ta’ kassazzjoni fil-kawżi kollha mismugħa minn qrati distrettwali jew tal-belt u mill-qrati reġjonali, u huma l-korpi tal-prim’istanza f’kawżi li jinvolvu deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Uffiċċju tal-Awditjar tal-Istat (Valsts kontroles padome) adottati f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 55 tal-Liġi dwar l-Uffiċċju tal-Awditjar tal-Istat (Valsts kontroles likums). Fid-Dipartimenti tal-Qorti Suprema, il-kawżi jinstemgħu minn bord ta’ tliet imħallfin jew, f’ċerti każijiet stabbiliti bil-liġi, f’kompożizzjoni estiża.

    Bażijiet tad-data legali

    L-isem u l-URL tal-bażi tad-data

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Portal tal-Qrati Nazzjonali tal-Latvja

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-sit web tas-servizzi elettroniċi tal-qrati Latvjani

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-sit web tal-Qorti Suprema

    L-aċċess għall-bażi tad-data huwa mingħajr ħlas?

    Iva, l-aċċess huwa mingħajr ħlas.

    Il-kontenut tal-bażi tad-data fil-qosor

    Il-Portal tal-Qrati Nazzjonali Latvjani jipprovdi informazzjoni aġġornata ġenerali dwar il-qrati fil-Latvja.

    Is-sit web tas-servizzi elettroniċi tal-Qrati Latvjani jippermettu lill-utent jaċċessa bażi tad-data ta’ sentenzi tal-qorti anonimizzati, isegwi l-progress ta’ proċedimenti ġudizzjarji b’mod elettroniku, iressaq talba elettronika quddiem qorti, jikkalkula l-kost tal-proċedimenti ġudizzjarji u tal-ħlas tas-servizzi bl-użu ta’ kalkolatur tal-onorarji u tad-dazji, jirċievi u jimla formoli elettroniċi, u jaċċessa servizzi elettroniċi tal-qorti oħrajn.

    Is-sit web tal-Qorti Suprema fih arkivju ta’ deċiżjonijiet tal-ġurisprudenza li jipprovdi aċċess għal deċiżjonijiet riċenti tal-Qorti Suprema u kollezzjonijiet ta’ ġurisprudenza. L-informazzjoni tinsab fit-taqsima Judikatūra (“Ġurisprudenza”).

    Sfond

    L-informazzjoni ppubblikata fil-Portal tal-Qrati Nazzjonali Latvjani u d-deċiżjonijiet u l-kollezzjonijiet tal-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema ppubblikati fil-portal tal-Qorti Suprema attwalment huma disponibbli biss bil-Latvjan.

    L-aħħar aġġornament: 27/11/2023

    Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

    Qrati ordinarji nazzjonali - Litwanja

    Din il-paġna tipprovdilek informazzjoni dwar il-qrati ordinarji Litwani.

    Qrati ordinarji - introduzzjoni

    Fil-Litwanja, hemm 56 qorti ta’ ġurisdizzjoni ġenerali:

    • Il-Qorti Suprema tal-Litwanja (Lietuvos Aukščiausiasis Teismas)
    • Il-Qorti tal-Appelli tal-Litwanja (Lietuvos apeliacinis teismas)
    • 5 qrati reġjonali (apygardos teismai)
    • 49 qorti distrettwali (apylinkės teismai).

    Il-Qorti Suprema tal-Litwanja

    Il-Qorti Suprema tal-Litwanja hija l-unika qorti ta’ kassazzjoni (l-aħħar rimedju) għar-reviżjoni ta’ sentenzi effettivi, deċiżjonijiet, digrieti u ordnijiet tal-qrati ta’ ġurisdizzjoni ġenerali.

    Il-qorti żviluppat prattika tal-qorti uniformi għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġijiet u atti legali oħra.

    Tista’ ssib aktar informazzjoni fuq is-sit elettroniku tal-Qorti Suprema.

    Il-Qorti tal-Appelli tal-Litwanja

    Il-Qorti tal-Appelli toffri d-dritt ta’ appell kontra sentenzi tal-qrati reġjonali (bħala qrati tal-ewwel istanza). Tisma’ wkoll talbiet dwar ir-rikonoxximent ta’ deċiżjonijiet ta’ qrati barranin jew internazzjonali u ta’ deċiżjonijiet f’arbitraġġi barranin jew internazzjonali u l-infurzar tagħhom fir-Repubblika tal-Litwanja. Twettaq funzjonijiet oħra assenjati lill-ġurisdizzjoni tagħha bil-liġi.

    Is-sede tal-Qorti tal-Appelli torganizza u tikkontrolla l-attivitajiet amministrattivi tal-qrati distrettwali u tal-imħallfin tagħhom, skond il-proċedura stabbilita bil-liġi.

    Tista’ ssib aktar informazzjoni fuq is-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti tal-Appelli.

    Il-qrati reġjonali

    Qorti reġjonali hija qorti tal-ewwel istanza għall-każijiet kriminali jew ċivili assenjati lill-ġurisdizzjoni tagħha bil-liġi. Tisma’ wkoll appelli kontra sentenzi, deċiżjonijiet, digrieti u ordnijiet tal-qrati distrettwali.

    Is-sede ta’ qorti reġjonali torganizza u tikkontrolla l-attivitajiet amministrattivi tal-qrati distrettwali u tal-imħallfin tagħhom taħt il-ġurisdizzjoni tal-qorti, skond il-proċeduri stabbiliti bil-liġi.

    Il-qrati distrettwali

    Qorti distrettwali hija qorti tal-ewwel istanza għat-tipi ta’ każijiet li ġejjin:

    • Każijiet kriminali
    • Każijiet ċivili
    • Każijiet li jinvolvu ksur amministrattiv (assenjati lill-ġurisdizzjoni tagħha bil-liġi)
    • Każijiet assenjati lill-ġurisdizzjoni tal-imhallfin dwar self ipotekarju
    • Każijiet relatati mal-infurzar ta’ deċiżjonijiet u sentenzi

    Imħallef ta’ qorti distrettwali jwettaq ukoll il-funzjonijiet ta’ imħallef fil-proċeduri qabel is-smigħ u mħallef tal-infurzar, flimkien ma’ funzjonijiet oħra assenjati lil qorti distrettwali bil-liġi.

    L-aħħar aġġornament: 07/04/2023

    Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

    Qrati ordinarji nazzjonali - Lussemburgu

    F’din it-taqsima, għandek issib ħarsa ġenerali lejn il-qrati ordinarji fil-Lussemburgu.

    Qrati ordinarji - Introduzzjoni

    Il-Kostituzzjoni tirrikjedi li l-qrati jeżerċitaw setgħa ġudizzjarja u li japplikaw regolamenti u ordnijiet ġenerali u lokali biss sa fejn dawn ikunu konformi mal-liġi.

    Qrati ordinarji

    Il-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja

    Fil-quċċata tal-ġerarkija tal-qrati fis-sistema ġudizzjarja tinsab il-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja (Cour supérieure de Justice), li tinkludi Qorti tal-Kassazzjoni (Cour de Cassation) u Qorti tal-Appell (Cour d’Appel), kif ukoll Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku (Parquet Général).

    Il-Qorti tal-Kassazzjoni tisma’ primarjament kawżi biex jiġu kkanċellati jew annullati punti tal-liġi, deċiżjonijiet mogħtija mill-awli differenti tal-Qorti tal-Appell u sentenzi mogħtija mill-qrati tal-aħħar istanza. L-assistenza legali hija obbligatorja.

    Il-Qorti tal-Appell tisma’ kawżi ċivili, kummerċjali u kriminali u kawżi deċiżi mit-tribunali industrijali fiż-żewġ distretti ġudizzjarji tal-pajjiż. L-assistenza legali hija obbligatorja, ħlief fil-kawżi kriminali u fit-talbiet għal miżuri provviżorji (référés). L-awla kriminali tal-Qorti tal-Appell tisma’ appelli minn sentenzi tal-awla kriminali tal-Qorti Distrettwali (Tribunal d’Arrondissement).

    Qrati Distrettwali

    Il-pajjiż huwa maqsum f’żewġ distretti ġudizzjarji (arrondissements judiciaires), li kull wieħed għandu Qorti Distrettwali: waħda fil-Lussemburgu u l-oħra f’Diekirch.

    Iż-żewġ Qrati Distrettwali huma maqsuma; kull Qorti Distrettwali għandha l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tagħha magħmul minn Prokuratur tal-Istat (Procureur d’Etat) u assistenti prosekuturi (substituts). Il-maġistrati istrutturi (juges d’instruction) f’kull waħda mill-Qrati Distrettwali huma responsabbli mit-tmexxija ta’ inkjesta ġudizzjarja ta’ qabel il-proċess fil-kategoriji aktar serji ta’ reati (affaires criminelles affaires correctionnelles).

    F’kawżi ċivili u kummerċjali, il-Qorti Distrettwali hija l-qorti li għandha ġuriżdizzjoni residwa: din tisma’ l-kawżi kollha minbarra dawk li jaqgħu espressament fil-ġuriżdizzjoni ta’ qorti oħra minħabba n-natura jew il-valur tat-talba.

    Hija għandha ġuriżdizzjoni ratione valoris f’talbiet li jaqbżu l-EUR 15 000.

    Hija għandha ġuriżdizzjoni esklużiva biex tisma’ kawżi li, minħabba n-natura tagħhom, huma speċifikament assenjati lilha bil-liġi. Hija biss tista’ tisma’ t-talbiet lill-awtoritajiet għall-eżekuzzjoni ta’ sentenzi mogħtija minn qrati barranin u strumenti legali awtentikati minn uffiċjali pubbliċi barranin. Il-Qrati Distrettwali jeżerċitaw ukoll ġuriżdizzjoni volontarja, pereżempju fir-rigward tal-adozzjoni, it-tutela, l-emanċipazzjoni, eċċ.

    Il-Qorti Distrettwali tisma’ appelli minn sentenzi mogħtija fl-ewwel istanza minn Kummissarji tal-Ġustizzja li jisimgħu kawżi fid-distrett ġudizzjarju tal-Qorti.

    Il-proċedimenti quddiem il-Qorti Distrettwali bħala regola jiġu introdotti prinċipalment permezz ta’ ċitazzjoni (assignation), li tiġi nnotifikata lill-konvenut minn uffiċjal ġudizzjarju.

    Il-presidenti tal-Qrati Distrettwali, jew il-maġistrati li jissostitwuhom, jisimgħu talbiet għal miżuri provviżorji f’każijiet urġenti, kemm ċivili kif ukoll kummerċjali.

    Il-Qrati Distrettwali jeżerċitaw ġuriżdizzjoni kriminali permezz tal-awli kriminali tagħhom (chambre criminelle ou correctionnelle). Huma għandhom ġuriżdizzjoni fir-reati kollha fil-kategorija intermedja (délits) u fl-aktar kategorija serja ta’ ksur (crimes) fejn il-każ ikun tressaq quddiem il-Qorti Distrettwali mill-awla ta’ smigħ preliminari (Chambre du Conseil) jew mill-awla ta’ smigħ preliminari tal-Qorti tal-Appell. Il-konvenuti jridu jidhru quddiem il-Qorti personalment, ħlief meta l-piena tal-ksur ma tkunx aktar minn multa, f’liema każ jistgħu jkunu rappreżentati minn avukat.

    Bħala regola, il-preżenza ta’ avukat hija obbligatorja quddiem il-Qorti Distrettwali, għalkemm il-liġi tippermetti ċerti eċċezzjonijiet, bħal pereżempju f’kawżi kummerċjali u talbiet għal ordni provviżorja, fejn il-partijiet jistgħu jressqu t-talbiet tagħhom huma stess.

    Kummissarji tal-Ġustizzja

    Hemm tliet Kummissarji tal-Ġustizzja (justices de paix): wieħed fil-Lussemburgu, wieħed f’Esch-sur-Alzette (li jinsab fid-distrett ġudizzjarju tal-Lussemburgu), u ieħor f’Diekirch (id-distrett ġudizzjarju ta’ Diekirch).

    F’kawżi ċivili u kummerċjali, il-Kummissarji tal-Ġustizzja jisimgħu l-kawżi kollha li fuqhom ingħataw ġuriżdizzjoni mill-Kodiċi l-ġdid tal-Proċedura Ċivili jew permezz ta’ leġiżlazzjoni oħra; Huma għandhom ġuriżdizzjoni finali sa valur ta’ EUR 2 000, u ġuriżdizzjoni soġġetta għal appell sa valur ta’ EUR 15 000.

    Huma jisimgħu ċerti kawżi bħal, pereżempju, mandati ta’ qbid ta’ qligħ, pensjonijiet u dħul ieħor, u jiddeċiedu kif se jitqassmu l-flus maqbuda permezz tal-mandat ikun xi jkun l-ammont tad-djun.

    Bħala regola, it-talba ssir quddiem Kummissarju tal-Ġustizzja permezz ta’ rikors ġuramentat (ċitazzjoni) innotifikat minn uffiċjal ġudizzjarju. Għadd ta’ kawżi jitressqu billi jiġi ppreżentat rikors fir-reġistru tal-qorti (greffe). Il-partijiet jidhru quddiem il-Kummissarji tal-Ġustizzja waħedhom jew permezz ta’ rappreżentant. Dan ir-rappreżentant jista’ jkun avukat, jew konjuġi, qarib mid-demm jew miż-żwieġ f’linja diretta, jew qarib mid-demm jew biż-żwieġ f’linja kollaterali sat-tielet grad inkluż, kif ukoll persuna li taħdem esklużivament fis-servizz tal-parti jew fl-intrapriża tagħha.

    Fi proċedimenti kriminali, il-Kummissarji tal-Ġustizzja huma magħrufa wkoll bħala l-qrati tal-pulizija. F’din il-kapaċità, huma jiġġudikaw kontravvenzjonijiet (contraventions jew infractions) punibbli b’multi ta’ bejn EUR 25 u EUR 250, u ksur intermedju (délits) li l­awla ta’ smigħ preliminari (Chambre du Conseil) tkun ressqet quddiem il-qorti tal-pulizija.

    Huma jisimgħu wkoll kawżi li jikkonċernaw ksur minuri li jġorru piena li taqbeż il-livelli normalment fil-ġuriżdizzjoni ta’ qorti tal-pulizija, fejn il-ġuriżdizzjoni tingħata lilhom skont l-istatut. Is-sentenzi mogħtija mill-qrati tal-pulizija dejjem jistgħu jiġu appellati. L-avviż ta’ appell irid isir fi żmien erbgħin jum mid-data tal-għoti tas-sentenza jew, f’każ ta’ kontumaċja, mid-data li fiha s-sentenza tiġi nnotifikata lill-persuna jew tintbagħat fl-indirizz tagħha. L-appell jinstema’ mill-Qorti Distrettwali (Tribunal d’Arrondissement).

    Il-Kummissarji tal-Ġustizzja kollha għandhom ġuriżdizzjoni fuq it-tilwim industrijali u s-setgħa li jiddeċiedu f’tilwim li għandu x’jaqsam ma’ kuntratti ta’ xogħol u kuntratti tal-apprendisti. L-appelli f’kawżi bħal dawn jitressqu quddiem il-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja.

    Bażijiet tad-data legali

    L-aċċess għall-bażi tad-data huwa mingħajr ħlas?

    Iva, l-aċċess għall-bażijiet tad-data huwa mingħajr ħlas.

    Deskrizzjoni qasira tal-kontenut

    Jekk jogħġbok irreferi għas-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQrati ordinarji.

    Jekk jogħġbok ara s-sit web tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQrati amministrattivi.

    Links relatati

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Ministeru għall-Ġustizzja

    L-aħħar aġġornament: 05/05/2023

    Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

    Qrati ordinarji nazzjonali - Ungerija

    Din is-sezzjoni tagħti informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-qrati ordinarji fl-Ungerija.

    Qrati ordinarji - Daħla

    Sistema ġudizzjarja ċivili

    Qrati tal-prim'istanza

    Qrati tad-distrett u l-qrati ġenerali

    Il-proċedimenti kollha li bil-liġi ma jitressqux quddiem il-qrati ġenerali jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qrati tad-distrett (járásbíróságok).

    Il-qrati ġenerali (törvényszékek) iservu bħala qrati tal-prim'istanza fir-rigward ta':

    • talbiet dwar il-liġi tal-propjetà, fejn l-ammont inkwistjoni jaqbeż il-HUF 30 miljun (bejn wieħed u ieħor EUR 106 000), ħlief meta l-proċedimenti jinbdew flimkien ma' talba għad-divorzju;
    • proċedimenti dwar drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, u l-protezzjoni tal-privattivi industrijali;
    • proċedimenti ta' kumpens għad-danni kkaġunati matul l-istħarriġ ta' proċeduri uffiċjali minn persuni li kienu qegħdin jaġixxu fi ħdan il-kompetenza pubblika amministrattiva tagħhom;
    • proċedimenti dwar ftehimiet internazzjonali dwar it-trasport u l-bgħit tal-merkanzija;
    • proċedimenti sabiex jiġu infurzati talbiet dwar drittijiet ċivili minħabba l-ksur ta' drittjiet morali, inklużi l-proċedimenti għall-kumpens għal dan il-ksur jekk jinbdew ma' dawn il-proċeduri jew matulhom;
    • proċedimenti dwar titoli;
    • talbiet minħabba libell;
    • ċertu tilwim dwar id-dritt soċjetarju kif imfisser mil-liġi;
      1. proċedimenti għar-revoka ta' deċiżjoni ta' reġistrazzjoni tal-qorti li tkun laqgħet ir-rikors għar-reġistrazzjoni;
      2. proċedimenti għal sentenzi dikjaratorji dwar l-eżistenza, l-invalidità jew l-effetti tal-kuntratti ta' fondazzjoni jew l-istatut ta' assoċjazzjoni;
      3. proċedimenti dwar ir-reviżjoni mill-qorti tad-deċiżjonijiet tal-assoċjazzjonijiet tan-negozju;
      4. proċedimenti dwar l-isħubija bejn il-membri (eks membri) u l-assoċjazzjonijiet tan-negozju, u bejn il-membri stess (eks membri);
      5. proċedimenti dwar l-akkwist ta' parteċipazzjoni kwalifikattiva;
      6. proċedimenti dwar il-modifiki tar-regoli dwar ir-responsabbiltà tal-azzjonisti b'ishma b'responsabbiltà limitata;
    • ċertu proċedimenti relatati ma' assoċjazzjonijiet reġistrati li ma jikkwalifikawx bħala assoċjazzjonijiet tan-negozju:
      1. proċedimenti mibdija kontra organizzazzjonijiet bħal dawn mill-korp responsabbli għas-superviżjoni tagħhom bil-liġi;
      2. proċedimenti dwar l-isħubija bejn il-membri (eks membri) u l-assoċjazzjonijiet tan-negozju, u bejn il-membri stess (eks membri);
    • proċedimenti dwar il-kuntratti ta' finanzjament konklużi mal-fornituri tas-servizzi tas-saħħa;
    • proċedimenti biex jiġu stabbiliti l-fatti għall-kawżi fejn il-valur tal-oġġett tal-proċedimenti jaqbeż il-valur kif imsemmi hawn qabel;
    • proċedimenti dwar il-kundizzjonijiet kuntrattwali inġusti;
    • proċedimenti ta' kumpens imressqa b'rabta mad-dritt tal-partijiet għal proċess ġust u li jitlesta fi żmien raġonevoli;
    • proċedimenti assenjati bil-liġi lill-ġuriżdizzjoni tal-qrati ġenerali.
    • Jekk xi wieħed mill-korikorrenti jaqa' taħt il-ġuriżdizzjoni ta' qort ġenerali, il-proċedimenti jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni ta' dik il-qorti.

    Il-Qrati tat-tieni istanza

    Qrati ġenerali (törvényszékek): kawżi taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qrati tad-distrett li jservu bħala qrati tal-prim'istanza, kif ukoll il-kawżi quddiem il-qrati amministrattivi u industrijali.

    Qrati reġjonali tal-appell (ítélőtáblák): għall-kawżi li jaqgħu taħt il-kompetenza tal- qrati ġenerali li jservu bħala qrati tal-prim'istanza.

    Il-Kurja (Kúria): għall-kawżi ġejjin mill-qrati reġjonali tal-appell. Dan hu l-każ ukoll għall-kawżi fejn tingħata deċiżjoni mill-qrati ġenerali bħala qorti tal-prim'istanza, u fejn il-partijiet, bir-rappreżentanti legali tagħhom, jitolbu b'mod konġunt illi l-kawża tagħhom tinstema' mill-Kurja – jekk l-appell ikun ibbażat fuq ksur tad-dritt sostantiv. It-talbiet lill-Kurja biex tisma' kawżi dwar id-dritt tal-propjetà jistgħu jsiru biss jekk is-somma inkwistjoni taqbeż il-HUF 500 000 (bejn wieħed u ieħor EUR 1 840).

    Il-Kurja tiddeċiedi wkoll il-mozzjonijiet għar-reviżjoni.

    Il-kompożizzjoni tal-qrati

    Il-qorti tal- prim'istanza s-soltu tkun iffurmata minn imħallef wieħed, iżda fil-każijiet stabbiliti mil-liġi il-qorti hija ffurmata minn imħallef professjonali u żewġ assessuri biex hekk jiffurmaw bord ta' tliet membri. L-assessuri għandhom l-istess drittijiet u obbligi waqt il-proċedimenti daqs l-imħallef professjonali. Madanakollu, l-imħallfin professjonali biss jistgħu jippresjedu waħedhom bħala mħallfin u jkunu l-presidenti tal-bords.

    Il-qrati tat-tieni istanza (il-qrati ġenerali u l-qrati reġjonali tal-appell) huma ffurmati minn bord ta' tliet imħallfin professjonali.

    Matul l-istħarriġ ġudizzjarju, tliet (jew f'ċerti każijiet – minħabba n-natura partikolarment kumplessa tal-kawża – ħames) imħallfin professjonali jiffurmaw il-Kurja.

    Il-ġuriżdizzjoni tal-qrati

    Il-ġuriżdizzjoni ġenerali: Bħala regola ġenerali, il-qorti bil-ġuriżdizzjoni tar-residenza permanenti tal-konvenut tista' taġixxi, jekk ma jkunx hemm xi qorti oħra b'ġuriżdizzjoni esklussiva. Il-liġi tistabbilixxi wkoll regoli addizzjonali dwar il-ġuriżdizzjoni (pereż. fin-nuqqas ta' indirizz permanenti, il-ġuriżdizzjoni tiddependi fuq il-post ta' residenza tal-konvenut).

    Il-liġi tirrikonoxxi wkoll bażijiet speċjali tal-ġuriżdizzjoni minbarra l-ġuriżdizzjoni ġenerali (il-ġuriżdizzjoni alternattiva, il-ġuriżdizzjoni esklussiva).

    Fil-każ ta' ġuriżdizzjoni alternattiva, fejn ma tiġix speċifikata ġuriżdizzjoni alternattiva, ir-rikorrent jista' jibda proċedimenti quddiem qorti oħra tal-għażla tiegħu kif stabbilit bil-liġi minflok il-qorti ġenerali (pereż. jistgħu jitressqu proċedimenti dwar il-kustodja tat-tfal quddiem il-qorti bil-ġuriżdizzjoni skont l-indirizz permanenti tat-tifel/tifla, proċedimenti għall-kumpens jistgħu jitressqu wkoll quddiem il-qorti bil-ġuriżdizzjoni skont il-post jew iż-żona fejn seħħ id-dannu, eċċ.)

    Fil-każ ta' ġuriżdizzjoni esklussiva, il-proċedimenti jistgħu jitressqu biss quddiem qorti speċifika.

    Sistema ġudizzjarja kriminali

    Qrati tal-prim'istanza

    Bħala regola ġenerali, il-qrati tad-distrett għandhom il-ġuriżdizzjoni biex imexxu l-proċedimenti kriminali.

    Madanakollu il-qrati ġenerali jistgħu jmexxu l-proċedimenti fil-każijiet speċifiċi li ġejjin:

    1. delitti li jġibu magħhom sentenza ta' priġunerija sa 15 il-sena jew sentenza ta' għomor il-ħabs; u
    2. delitti kontra l-istat (Kapitolu X tal-Kodiċi Kriminali);
    3. delitti kontra l-umanità (Kapitolu XI tal-Kodiċi Kriminali);
    4. konfoffa biex jitwettaq omiċidju, omiċidju involontarju [Sezzjoni 166(3) u (4) tal-Kodiċi Kriminali], omiċidju mwettaq waqt li l-persuna tkun taħt l-influwenza immedjata ta' passjoni istantanja (Sezzjoni 167 tal-Kodiċi Kriminali), offiża personali li tista' ġġib periklu tal-ħajja (tikkaġuna l-mewt) [Sezzjoni 170(6) u t-tielet alternattiva fis-Sezzjoni 170(7) tal-Kodiċi Kriminali], ħtif tal-persuna (Sezzjoni 175/A tal-Kodiċi Kriminali), traffikar tal-bnedmin (Sezzjoni 175/B tal-Kodiċi Kriminali), delitti kontra r-regoli dwar l-intervenzjoni medika u r-riċerka medika u d-dritt għall-awtodeterminazzjoni fil-kura medika (Titolu II tal-Kapitolu XII tal-Kodiċi Kriminali);
    5. delitti kontra l-ordni għall-elezzjonijiet, referenda, inizjattivi taċ-ċittadini u inizjattivi taċ-ċittadini Ewropej (Sezzjoni 211 tal-Kodiċi Kriminali), użu ħażin tad-dejta kwalifikata (Titolu III tal-Kapitolu XV tal-Kodiċi Kriminali), imġiba ħażina fil-kariga (Titolu IV tal-Kapitolu XV tal-Kodiċi Kriminali), vjolenza kontra persuna taħt protezzjoni internazzjonali (Sezzjoni 232 tal-Kodiċi Kriminali), irvelli fil-ħabs (Sezzjoni 246 tal-Kodiċi Kriminali), ostruzzjoni tal-ġustizzja quddiem qorti internazzjonali (Sezzjoni 294/B tal-Kodiċi Kriminali), delitti kontra l-ġustizzja pubblika (internazzjonali) (Titoli VII u VIII tal-Kapitolu XV tal-Kodiċi Kriminali);
    6. atti tat-terroriżmu (Sezzjoni 261 tal-Kodiċi Kriminali), ksur tar-restrizzjonijiet ekonomiċi internazzjonali (Sezzjoni 261/A tal-Kodiċi Kriminali), qbid ta' ajruplani u vetturi ferrovjarji, bastiment u vetturi tat-trasport tal-massa jew vetturi adatti għat-trasport bil-massa tal-merkanzija (Sezzjoni 262 tal-Kodiċi Kriminali), il-parteċipazzjoni f'organizzazzjoni kriminali (Sezzjoni 263/C tal-Kodiċi Kriminali);
    7. użu ħażin tal-prodotti u s-servizzi militari, kif ukoll prodotti b'użu doppju (Sezzjoni 263/B tal-Kodiċi Kriminali), l-abbuż minn informazzjoni privileġġjata (Sezzjoni 299/A tal-Kodiċi Kriminali), frodi fl-investiment kapitali (Sezzjoni 299/B tal-Kodiċi Kriminali), l-organizzazzjoni ta' skema piramida (Sezzjoni 299/C tal-Kodiċi Kriminali), ħasil tal-flus (Sezzjoni 303 tal-Kodiċi Kriminali);
    8. ikkaġunar ta' periklu pubbliku bil-konsegwenza ta' telf finanzjarju kbir jew serju [Sezzjoni 259(2)(b) tal-Kodiċi Kriminali], indħil fl-operat ta' utilitajiet pubbliċi li jikkaġuna telf finanzjarju kbir jew eċċezzjonalment serju [Sezzjoni 260(3) u (4) tal-Kodiċi Kriminali], reati kontra s-sistemi tal-kompjuter u d-dejta, li jikkaġuna danni kbar jew eċċezzjonalment serji [Sezzjoni 300/C(4)(b) u (c) tal-Kodiċi Kriminali]; frodi tat-taxxa u n-nuqqas tal-obbligi ta' superviżjoni jew awditjar marbuta mal-frodi tat-taxxa, bil-konsegwenza ta' telf kbir jew serju ta' introjtu [Sezzjoni 310(4)(a), (5)(a) u (6) kif ukoll is-Sezzjoni 310/A tal-Kodiċi Kriminali], użu ħażin ta' alternattivi fi flus li jikkaġuna danni kbar jew eċċezzjonalment serji [Sezzjoni 313/C(5)(a) u 313/C(6) tal-Kodiċi Kriminali], serq [Sezzjoni 316(6)(a) u 316 (7) tal-Kodiċi Kriminali] u l-approprjazzjoni indebita [Sezzjoni 317(6)(a) u 317(7) tal-Kodiċi Kriminali] ta' oġġetti ta' valur kbir jew eċċezzjonalment għoli; frodi li tikkaġuna danni kbar jew eċċezzjonalment kbar [Sezzjoni 318(6)(a) u 318(7) tal-Kodiċi Kriminali], miżapproprijazzjoni ta' fondi, li tikkaġuna telf finanzjarju kbir jew eċċezzjonalment serju [Sezzjoni 319(3)(c) u (d) tal-Kodiċi Kriminali], ġestjoni ħażina minħabba negliġenza ta' fondi li jikkaġuna telf finanzjarju kbir jew eċċezzjonalment serju [Sezzjoni 320(2) tal-Kodiċi Kriminali], serq [Sezzjoni 321(4)(b) tal-Kodiċi Kriminali] u sakkeġġ [Sezzjoni 322(3)(a) tal-Kodiċi Kriminali] ta' valur għoli jew kbir, vandaliżmu li jikkaġuna danni kbar jew eċċezzjonalment kbar [Sezzjoni 324(5) u (6) tal-Kodiċi Kriminali], traffikar ta' oġġetti misruqa ta' valur għoli jew eċċezzjonalment għoli [Sezzjoni 326(5)(a) u (b) tal-Kodiċi Kriminali], ksur tad-drittijiet tal-awtur jew drittijiet assoċjati, li jikkaġuna telf finanzjarju kbir jew eċċezzjonalment kbir [Sezzjoni 329/A(3) tal-Kodiċi Kriminali], u l-ksur tad-drittijiet protetti mid-dritt tal-privattivi industrijali [Sezzjoni 329/D(3) tal-Kodiċi Kriminali];
    9. reati kriminali skont il-liġi militari;
    10. Delitti komunisti u delitti mhux soġġetti għall-istatut ta' limitazzjonijiet skont id-dritt internazzjonali, stabbilit fil-liġi dwar ir-responsabbiltà kriminali għal u n-nuqqas ta' applikabilità tal-istatut ta' limitazzjonijiet għad-delitti kontra l-umanità u l-prosekuzzjoni ta' ċerti delitti li seħħew waqt id-dittatura Komunista.

    L-oqsma tal-kompetenza tal-qrati huma, bħala regola, iddeterminati miż-żona li fihom sar l-att kriminali.

    Jekk l-akkużat wettaq delitti li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni ta' bosta qrati, il- qorti ġenerali jkollha l-ġuriżdizzjoni biex tisma' l-kawża.

    Il-Qrati tat-tieni istanza

    Il-qrati ġenerali: għall-kawżi li jaqgħu fil-kompetenza tal-qorti tad-distrett bħala qrati tal-prim'istanza:

    Qrati reġjonali tal-appell: għall-kawżi li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-qorti ġenerali bħala qrati tal-prim'istanza.

    Il-Kurja: għall-kawżi li jaqgħu fil-kompetenza ta' qorti reġjonali tal-appell, fejn id-deċiżjoni ta' dik il-qorti tista' tiġi appellata.

    Il-Qrati tat-tielet istanza

    Qrati reġjonali tal-appell: għall-kawżi deċiżi mill-qorti ġenerali bħala qorti tat-tieni istanza.

    Il-Kurja: għall-kawżi deċiżi minn qorti reġjonali tal-appell bħala qorti tat-tieni istanza.

    Il-kompożizzjoni tal-qrati

    Fejn id-delitt kriminali inkwistjoni jkun punibbli b'sentenza ta' priġunerija ta' tmien snin jew aktar, il-qorti tad-distrett tkun iffurmata minn bord ta' mħallef professjonali u żewġ assessuri. F'każijiet oħra l-imħallef jippresjedi waħdu.

    Il-qorti ġenerali, bħala qorti tal-prim'istanza, wkoll tmexxi l-proċedimenti tagħha permezz ta' bord iffurmat minn imħallef professjonali u żewġ assessuri.

    Il-qorti bħala qorti tat-tieni jew tielet istanza tmexxi l-proċedimenti tagħha permezz ta' bord iffurmat minn tliet imħallfin professjonali. Il- Kurja tmexxi l-proċedimenti tagħha permezz ta' bord iffurmat minn tlieta jew ħames imħallfin professjonali.

    Ħoloq relatati

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSit elettroniku uffiċjali tal-qrati tal-Ungerija

    L-aħħar aġġornament: 30/10/2019

    Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

    Qrati ordinarji nazzjonali - Malta

    Din it-taqsima tagħtik informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-qrati ordinarji f’Malta.

    Qrati ordinarji – introduzzjoni

    Tista’ ssib informazzjoni dwar il-qrati ċivili u kriminali ta’ Malta fit-tabelli t’hawn taħt.

    Qrati ċivili

    Il-Qorti tal-Appell It-tieni istanza

    Appell
    Il-Qorti tal-Appell tisma’ l-appelli mill-qrati ċivili kemm fil-ġurisdizzjoni superjuri kif ukoll f’dik inferjuri. (i) Din il-qorti tisma’ l-appelli mill-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili u mill-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja). (ii) L-appelli mill-Qorti tal-Maġistrati fil-ġurisidizzjoni ċivili tagħha, mit-Tribunal għat-Talbiet Żgħar u mit-tribunali amministrattivi wkoll jinstemgħu minn din il-qorti. (i) Magħmula minn tlett imħallfin.


    (ii) Magħmula minn imħallef wieħed.

    Il-Qorti Ċivili: Il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili



     


    Il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Ġurisdizzjoni Volontarja)





    Il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja)

    L-ewwel istanza

    Il-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili tisma’ l-kawżi ċivili u/jew kummerċjali kollha li jmorru lil hinn mill-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Maġistrati. Fil-ġurisdizzjoni kostituzzjonali tagħha, tisma’ wkoll il-kawżi marbuta mal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali li huma protetti mill-Kostituzzjoni u mill-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal- Libertaijiet Fundamentali.

    Il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Ġurisdizzjoni Volontarja) hija qorti b’ġurisdizzjoni volontarja u hija responsabbli mill-interdizzjoni jew mill-inabilitazzjoni tal-persuni mentalment instabbli, min-nomina ta’ tuturi għall-istess persuni, mill-ftuħ tas-suċċessjonijiet u mill-konferma tal-eżekuturi testamentarji. Tieħu ħsieb iżżomm ukoll it-testmenti sigrieti.

    Din il-qorti tisma’ l-kawżi kollha marbuta ma’ kwistjonijiet familjari bħal annullamenti taż-żwiġijiet, separazzjoni personali, divorzju, manteniment u kustodja tat-tfal.

    Ippreseduta minn imħallef 





     

    Ippreseduta minn imħallef





    Ippreseduta minn imħallef

    Il-Qorti tal-Maġistrati L-ewwel istanza Fil-qasam ċivili, il-Qorti tal-Maġistrati għandha biss ġurisdizzjoni inferjuri tal-ewwel istanza, b’mod ġenerali limitata għat-talbiet li ma jaqbżux il-€15,000. Ippreseduta minn maġistrat
    Il-Qorti tal-Maġistrati għal Għawdex L-ewwel istanza Fil-qasam ċivili, il-Qorti tal-Maġistrati għal Għawdex għandha ġurisdizzjoni doppja: ġurisdizzjoni inferjuri paragunabbli għal dik eżerċitata mill-kontroparti tagħha f’Malta, u ġurisdizzjoni superjuri, bl-istess kompetenza tal-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili, iżda eskluża l-ġurisdizzjoni kostituzzjonali, u tal-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Ġurisdizzjoni Volontarja). Ippreseduta minn maġistrat
    Tribunal għal Talbiet Żgħar L-ewwel istanza Dan it-Tribunal jiddeċiedi b’mod sommarju, skont il-prinċipji tal- ekwità u tal-liġi, fuq talbiet b’valur ta’ inqas minn €5,000. Ippresedut minn Ġudikatur

     

    Qrati kriminali

    Il-Qorti tal-Appell Kriminali It-tieni istanza Appell Din il-Qorti fil-Ġurisdizzjoni Superjuri tagħha tisma’ l-appelli ta’ persuni misjuba ħatja mill-Qorti Kriminali. Din il-Qorti fil-Gurisdizzjoni Inferjuri tagħha tisma’ l-appelli rigward kawżi li ġew deċiżi mill-Qorti tal-Maġistrati bħala Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali. Magħmula minn tlett imħallfin   Magħmula minn imħallef wieħed
    Il-Qorti Kriminali L-ewwel istanza Din il-qorti sservi bħala qorti kriminali u tisma’ kawżi kriminali li jmorru lil hinn mill-kompetenza tal-Qorti tal-Maġistrati. Ippreseduta minn imħallef li jkollu miegħu ġurija ta’ disa’ persuni
    Il-Qorti tal-Maġistrati L-ewwel istanza Fil-qasam kriminali, il-Qorti għandha ġurisdizzjoni doppja: bħala qorti ta’ ġudikatura kriminali rigward il-kawżi li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħha, u bħala qorti istruttorja rigward reati li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Qorti Kriminali. (i) Qorti ta’ Gudikatura Kriminali – din il-Qorti għandha l-kompetenza li tisma’ l-kawżi kollha relatati ma’ reati li jġorru piena sa 6 xhur priġunerija. (ii) Qorti Istruttorja – il-Qorti tmexxi l-inkjesta preliminari rigward id-delitti u tirrinvija l-atti rilevanti lill-Avukat Ġenerali. Jekk ma jkun hemm l-ebda oġġezzjoni min-naħa tal-akkużat, l-Avukat Ġenerali jista’ jirrinvija l-każijiet li jġorru piena sa 10 snin ħabs lura quddiem il-Qorti tal-Maġistrati biex tisma’ u tiddeċiedi l-każ. Ippreseduta minn maġistrat
    Il-Qorti tal-Maġistrati għal Għawdex L-ewwel istanza Fil-qasam kriminali, il-Qorti tal-Maġistrati għal Għawdex għandha l-istess kompetenza tal-Qorti tal-Maġistrati bħala Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali u bħala Qorti Istruttorja. Ippreseduta minn maġistrat
    Il-Qorti tal-Minorenni L-ewwel istanza Il-Qorti tal-Minorenni tisma’ l-akkużi fil-konfront ta’, u tieħu ħsieb proċedimenti oħrajn marbuta ma’ minorenni li għandhom inqas minn 16-il sena u tista’ anki tagħmel ordnijiet ta’ kura. Ippreseduta minn maġistrat u żewġ membri

    Bażijiet tad-dejta legali

    Jekk jogħġbok irreferi għall-paġna Maltija “Organizzazzjoni tal-ġustizzja fl-Istati Membri – Malta” fejn għandek issib informazzjoni dettaljata dwar u links għall-bażijiet tad-dejta rilevanti.

    Links relatati

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaMinisteru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizzi tal-Qorti

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizzi tal-Qorti - Sentenzi Online

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizzi tal-Qorti - Proċeduri tal-Qorti

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizzi tal-Qorti - Użu tal-Awli

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizzi tal-Qorti - Statistika

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizzi tal-Qorti - Bejgħ b’subbasti

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizzi tal-Qorti - Formoli Ċivili (bil-Malti)

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaEsperti tal-Qorti

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizzi Legali (Liġijiet ta’ Malta)

    L-aħħar aġġornament: 04/05/2021

    Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

    Qrati ordinarji nazzjonali - Olanda

    Din it-taqsima tipprovdilek informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-qrati ordinarji fin-Netherlands.

    Il-qrati distrettwali (rechtbanken)

    Hemm 11-il qorti distrettwali fin-Netherlands.

    Kull qorti hija komposta minn numru ta’ Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasezzjonijiet:

    • Il-ġustizzja ċivili (kunflitti bejn individwi privati u/jew organizzazzjonijiet)
    • Id-dritt amministrattiv (kunflitti bejn individwi jew organizzazzjonijiet u awtoritajiet pubbliċi)
    • Id-dritt kriminali (reati kriminali)

    Il-qorti għandha wkoll settur subdistrettwali (kanton), li fih l-imħallef subdistrettwali jittratta, fost l-oħrajn, kawżi kriminali u ċivili minuri li jinvolvu ammonti ta’ sa EUR 25 000.

    Appelli

    Parti li ma taċċettax is-sentenza tal-qorti distrettwali tista’ tappella. Il-kawżi kriminali u ċivili jinstemgħu minn waħda mill-erba’ qrati tal-appell (gerechtshoven). F’każijiet amministrattivi, skont is-suġġett, l-appell jista’ jinstema’ minn:

    • Il-Qrati tal-Appell (gerechtshoven)
    • Il-Qorti tal-Appelli Ċentrali (Centrale Raad van Beroep)
    • Il-Qorti tal-Appelli Kummerċjali u Industrijali (College van Beroep voor het Bedrijfsleven)
    • Il-Kunsill tal-Istat (Raad van State), sezzjoni tal-kontroversji amministrattivi (Afdeling bestuursrechtspraak)

    Il-Qorti Suprema (Hoge Raad)

    Il-Qorti Suprema tan-Netherlands hija l-ogħla qorti fin-Netherlands fil-liġi ċivili, kriminali u fil-liġi ta’ tassazzjoni. Il-Qorti Suprema tista’ tannulla sentenzi, b’mod partikolari dawk tal-qrati tal-appell (li s-sentenzi tagħhom jistgħu jkunu kkontestati fil-Qorti Suprema dwar punti ta’ liġi, proċess magħruf bħala cassatie). Il-Qorti Suprema hija responsabbli wkoll biex tiżgura l-uniformità legali u l-iżvilupp tal-liġi Olandiża.

    Tista’ ssib aktar informazzjoni dwar kif tiġi organizzata s-sistema ġudizzjarja fis-sit Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidarechtspraak.nl.

    Bażijiet tad-data legali

    Il-bażi tad-data tal-ġurisprudenza tippubblika għadd sinifikanti ta’ sentenzi. Dawn id-deċiżjonijiet u s-sentenzi jsiru aċċessibbli għall-pubbliku billi jiġu inklużi fil-bażi tad-data fis-sit Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidarechtspraak.nl.

    L-aċċess għall-bażi tad-data huwa mingħajr ħlas?

    Iva, l-aċċess huwa mingħajr ħlas.

    Links Relatati

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-ġudikatura Olandiża u l-Qorti Suprema tan-Netherlands

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaInformazzjoni dwar is-sistema ġudizzjarja Olandiża (bl-Ingliż)

    L-aħħar aġġornament: 05/05/2023

    Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

    Qrati ordinarji nazzjonali - Awstrija

    It-taqsima li ġejja tipprovdi informazzjoni dwar il-qrati ordinarji fi kwistjonijiet ċivili u kriminali fl-Awstrija.

    Qrati ordinarji – Introduzzjoni

    Il-qrati ordinarji huma organizzati fuq erba’ livelli. Attwalment (f’Marzu 2023), il-kawżi jistgħu jiġu deċiżi mill-qrati li ġejjin:

    • 113-il qorti distrettwali (Bezirksgerichte)
    • 20 qorti reġjonali (Landesgererichte)
    • 4 qrati reġjonali superjuri (Oberlandesgerichte)
    • il-Qorti Suprema (Oberster Gerichtshof).

    Mill-bidu tal-2013, l-għadd ta’ qrati distrettwali tnaqqas b’mod gradwali minn 141 għall-113 li hawn bħalissa (fl-1 ta’ Marzu 2023) permezz tal-amalgamazzjoni u f’xi każijiet l-istabbiliment ta’ qrati distrettwali ġodda fl-Awstrija ta’ Fuq, fl-Awstrija t’Isfel, fi Styria, f’Salzburg, fit-Tirol u f’Burgenland.

    L-interess pubbliku fil-ġustizzja kriminali jitwettaq mill-Uffiċċji ta' Prosekuzzjoni; dawn huma:

    • 16-il uffiċċju tal-prosekutur pubbliku (Staatsanwaltschaften),
    • uffiċċju ċentrali tal-prosekutur pubbliku (Zentrale Staatsanwaltschaft) għall-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali u ta’ korruzzjoni,
    • 4 uffiċċji tal-prosekutur pubbliku għoli (Oberstaatsanwaltschaften),
    • l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali (Generalprokuratur).

    Hemm 28 ħabs biex jiġu eżegwiti s-sentenzi ta’ priġunerija.

    A. Organizzazzjoni tal-qrati: qrati ċivili u kriminali

    It-tilwim jiġi assenjat lill-ewwel istanza jew lill-qrati distrettwali jew lill-qrati reġjonali. Fil-kawżi ċivili, l-qorti b’ġuriżdizzjoni tiġi ddeterminata essenzjalment min-natura tat-tilwima (Eigenzuständigkeit); fil-każ tal-materji l-oħrajn kollha din tiġi ddeterminata skont il-valur tat-talba kontenzjuża (Wertzuständigkeit). Il-kompetenza skont l-oġġett tieħu preċedenza fuq il-kompetenza skont il-valur.

    Fi kwistjonijiet kriminali id-delineazzjoni tkun ibbażata fuq is-severità tal-piena marbuta mar-reat kriminali.

    Il-qrati distrettwali (l-ewwel livell ta' organizzazzjoni)

    Il-qrati distrettwali huma qrati tal-ewwel istanza. Huma għandhom il-kompetenza għal:

    • id-deċiżjoni ta’ tilwim taħt id-dritt ċivili li jinvolvi pretensjonijiet sa massimu ta’ EUR 15 000 (Wertzuständigkeit);
    • id-deċiżjoni dwar ċerti tipi ta’ kawżi irrispettivament mill-ammont tal-pretensjoni (Eigenzuständigkeit), speċjalment kawżi familjali, kawżi dwar kiri u ta’ eżekuzzjoni;
    • id-deċiżjoni dwar xi kawżi kriminali fejn ir-reat iġorr multa biss, multa u sentenza ta’ mhux aktar minn sena priġunerija jew sentenza ta’ priġunerija biss ta’ mhux aktar minn sena (eż. offiża fuq il-persuna b’negliġenza, serq).

    Qrati reġjonali (it-tieni livell)

    Il-qrati reġjonali, magħrufa wkoll f’kawżi ċivili bħala l-“qrati tal-ġustizzja tal-ewwel istanza” (Gerichthöfe erster Instanz), għandhom ġuriżdizzjoni:

    • biex jiddeċiedu fl-ewwel istanza dwar il-materji legali kollha li mhumiex riżervati għall-qrati distrettwali; abbażi tan-natura tal-każ, biex jinġiebu l-każijiet quddiem il-qorti li jirrigwardaw il-liġi dwar ir-riskju nukleari, il-liġi dwar ir-responsabbiltà amministrattiva, il-liġi dwar il-Protezzjoni tad-data, u kawżi relatati mal-kompetizzjoni u l-proprjetà intellettwali;
    • biex jiddeċiedu dwar appelli mid-deċiżjonijiet tal-qrati distrettwali.

    Qrati Reġjonali Superjuri (it-tielet livell)

    Il-qrati reġjonali superjuri, magħrufa wkoll bħala l-“qrati tal-ġustizzja tat-tieni istanza” (Gerichtshöfe zweiter Instanz), jiffurmaw it-tielet livell organizzazzjonali. Dawn jinsabu fi Vjenna (din il-qorti tkopri lil Vjenna, l-Awstrija t’Isfel u l-Burgenland), Graz (il-qorti li tkopri lil Styria u Carinthia), Linz (il-qorti li tkopri l-Awstrija ta’ Fuq u Salzburg) u Innsbruck (il-qorti li tkopri t-Tirol u Vorarlberg).

    Kemm fil-kawżi ċivili kif ukoll f’dawk kriminali, dawn il-qrati jiddeċiedu biss l-appelli (jiġifieri fit-tieni istanza).

    Għandhom ukoll rwol speċjali fl-amministrazzjoni tas-sistema ġudizzjarja. Il-president tal-qorti reġjonali superjuri jew tal-qorti tat-tieni istanza huwa l-kap tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja tal-qrati kollha f’dak id-distrett; fil-funzjoni tiegħu, huwa jwieġeb biss lill-Ministru Federali jew il-Ministru tal-Ġustizzja.

    Il-Qorti Suprema (ir-raba’ livell ta' organizzazzjoni)

    Il-Qorti Suprema fi Vjenna hija l-qorti tal-aħħar istanza fil-kawżi ċivili u kriminali. Flimkien mal-Qorti Kostituzzjonali (Verfassungsgericht) u mal-Qorti Amministrattiva (Verwaltungsgericht), hija waħda mill-“ogħla qrati” (Höchstgerichte) fil-pajjiż. Dan ifisser li l-ebda rimedju (domestiku) ieħor ma hu possibbli kontra d-deċiżjonijiet tagħha.

    Il-ġurisprudenza tal-Qorti Suprema għandha rwol essenzjali sabiex il-liġi tiġi applikata b'mod uniformi madwar il-pajjiż.

    Minkejja li l-qrati inferjuri mhumiex marbutin legalment mad-deċiżjonijiet taghha, bħala prinċipju huma jiġu ggwidati mill-ġurisprudenza tal-ogħla qrati.

    B. Ġustizzja Ċivili

    Il-ġustizzja ċivili tista’ tiġi suddiviża fi proċedimenti ċivili ordinarji, kawżi dwar l-impjieg, kawżi kummerċjali u proċedimenti mhux kontenzjużi (Außerstreitverfahren).

    Fi proċedimenti ċivili ordinarji jiġu deċiżi dawk il-materji tad-dritt ċivili, li ma jaqgħux taħt il-kompetenza tal-qrati kummerċjali jew industrijali, jew li għalihom ma tgħoddx il-proċedura mhux kontenzjuża.

    C. Appelli

    C.1. Appelli f’kawżi ċivili

    Fi proċedimenti ċivili ordinarji bħala prinċipju jeżistu żewġ sekwenzi differenti ta’ qrati, li kull waħda minnhom tista’ tinqasam fi tliet stadji. It-tilwim jiġi assenjat lill-ewwel istanza jew lill-qrati distrettwali jew lill-qrati reġjonali.

    Jekk il-qorti tal-ewwel istanza tkun qorti distrettwali, kull appell irid jiġi ppreżentat fil-qorti reġjonali, fejn jiġi deċiż minn sezzjoni tal-appelli (Berufungssenat).

    Jekk tiġi deċiża minn qorti tal-ewwel istanza, il-ġuriżdizzjoni tal-appell tkun tal-qorti tat-tieni istanza, fejn il-bord tal-appelli jiddeċiedi fit-tieni istanza.

    Il-qrati tat-tieni istanza jiġu msejħa biss għal rieżami tad-deċiżjoni fl-ewwel istanza. Huma jiddeċiedu biss bażikament fuq il-bażi ta’ mozzjonijiet fuq il-kwistjoni sostanzjali fi tmiem it-trattazzjoni verbali tal-ewwel istanza u fuq il-fatti ppreżentati sa dan il-punt. Il-qrati tat-tieni istanza jistgħu jiddeċiedu fuq il-każ (billi jikkonfermaw jew jemendaw is-sentenza). Għal dan il-għan, fil-qafas definit mill-mozzjonijiet u s-sottomissjonijiet fil-qorti inferjuri, il-qorti tat-tieni istanza tista’ tirrepeti l-proċedimenti kollha jew parti minnhom jew tkomplihom; jew jaqilbu s-sentenza tal-qorti tal-ewwel istanza u jitolbuha tagħti sentenza mill-ġdid; jew jiċħdu t-talba.

    F'każijiet li jkunu jeħtieġu kjarifika dwar kwistjonijiet legali li jkunu ta' importanza bażika, jista' jerġa' jsir appell quddiem il-Qorti Suprema.

    Il-Qorti Suprema tiddeċiedi biss dwar kwistjonijiet legali u għalhekk fid-deċiżjoni tagħha hija marbuta mal-fatti diġà stabbiliti. Hija tevalwa għalhekk biss il-korrettezza ta’ deċiżjoni mogħtija fuq din il-bażi jew tindika xi invaliditajiet u, f’għadd limitat, anki nuqqasijiet fi proċeduri preċedenti. Il-Qorti Suprema m’għandhiex biss funzjoni ta’ Qorti tal-Appell; tista’ tiddeċiedi fuq il-każ billi tikkonferma jew temenda s-sentenza. Tista’ wkoll tħassar is-sentenzi preċedenti u titlob lill-qorti tal-ewwel jew tat-tieni istanza biex tieħu deċiżjoni mill-ġdid; jew tiċħad it-talba.

    Fl-ewwel istanza, fil-maġġoranza tal-każijiet, jiddeċiedi imħallef wieħed (u fi kwistjonijiet ta’ ’l fuq minn EUR 100 000, fuq talba ta’ waħda mill-partijiet, jiddeċiedi Bord magħmul minn tliet imħallfin). Fit-tieni istanza il-kawżi jiġu deċiżi minn Bord ta’ tliet imħallfin, jew, fil-każ tal-Qorti Suprema, Bord ta’ ħames imħallfin. Meta l-kawża tkun tinvolvi kwistjoni legali ta’ importanza fundamentali (bħal pereżempju, tibdil fil-ġurisprudenza stabbilita), il-Qorti Suprema tlaqqa’ Bord magħmul minn 11-il Imħallef.

    C.2. Appelli f'każijiet kriminali

    Is-sentenzi fi proċessi kriminali jistgħu jiġu appellati darba.

    Jekk il-qorti tal-ewwel istanza tkun qorti distrettwali, appell jista’:

    • jitlob l-annullament ta’ sentenza; jew
    • jikkontesta l-kundanna u t-termini tas-sentenza.

    L-appelli jiġu deċiżi minn sezzjoni ta' tliet imħallfin mill-qorti reġjonali.

    Jekk il-kawża tiġi deċiża fl-ewwel istanza minn imħallef uniku ta’ qorti reġjonali (dan iseħħ f’kawżi reġjonali fejn l-imputat jiġi akkużat b’reat li jkollu piena massima ta’ 5 snin priġunerija, bħal pereżempju, xhieda falza quddiem il-qorti), l-appell jista’ jsir ukoll:

    • minħabba raġunijiet ta' nullità; jew
    • kontra l-istabbiliment tal-ħtija u s-severità tal-piena.

    Id-deċiżjoni tittieħed minn Bord magħmul minn tliet imħallfin.

    Jekk il-kawża tiġi deċiża fl-ewwel istanza minn qorti reġjonali ppreseduta minn assessuri mhux esperti (Schöffengericht) jew minn ġurati (Geschworenengericht), kull rikors għall-annullament irid jiġi ppreżentat quddiem il-Qorti Suprema. Jekk min-naħa l-oħra jiġu ppreżentati appelli kontra s-severità tas-sentenza, jiddeċiedi l-Bord tal-imħallfin.

    D. Forom tal-appell

    Fi proċedimenti ċivili ordinarji, is-sentenzi tal-ewwel istanza jistgħu jiġu kkontestati permezz ta’ appell fuq punti ta’ fatt u ta’ liġi (Berufung). Appell jista’ jsir fil-każijiet kollha fuq il-bażi ta’ nullità jew ta’ sentenza legalment inġusta, f’każijiet dwar kwistjonijiet speċifiċi jew fi kwalunkwe każ fejn l-ammont fil-kwistjoni huwa ’l fuq minn EUR 2 700 kif ukoll minħabba nuqqasijiet fil-proċedura jew fatti li ġew stabbiliti b’mod żbaljat.

    Is-sentenzi fit-tieni istanza jistgħu jiġu kkontestati permezz ta’ appell quddiem il-Qorti Suprema biss dwar punti ta’ liġi (Reviżjoni). Dan it-tip ta’ appell quddiem il-Qorti Suprema madankollu huwa suġġett għal ċerti limitazzjonijiet li jiddependu mis-suġġett fil-kwistjoni. Bħala prinċipju, il-Qorti Suprema tiddeċiedi biss dwar kwistjonijiet legali ta’ importanza konsiderevoli, u l-preżenza ta' tali kwistjonijiet hija rekwiżit preliminari biex il-Qorti Suprema taċċetta l-appell fuq punti ta’ liġi. Minkejja dan, f’ċerti materji, sentenzi mogħtija fit-tieni istanza li jirrigwardaw ammont inqas minn EUR 5 000 xorta waħda ma jistgħux jiġu appellati filwaqt li, meta l-ammont tat-tilwima ma jaqbiżx it-EUR 30 000, l-appell fuq punti ta’ liġi quddiem il-Qorti Suprema jista’ wkoll ikun meħtieġ li jiġi awtorizzat mill-qorti tat-tieni istanza (direttament jew permezz ta’ rikors ġdid).

    E. Bażijiet ta' data ġuridika

    Is-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidasit web tal-Ġustizzja Awstrijak jipprovdi informazzjoni ġenerali dwar is-sistema ġudizzjarja Awstrijaka.

    L-aċċess għall-bażi ta' data legali huwa mingħajr ħlas?

    Iva, l-aċċess għall-websajt tal-Ministeru tal-Ġustizzja Awstrijak huwa mingħajr ħlas.

    Links Korrispondenti

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaĠurisdizzjoni tal-Qrati

    L-aħħar aġġornament: 11/09/2023

    Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

    Jekk jogħġbok innota li l-verżjoni bil-lingwa oriġinali ta' din il-paġna il-Pollakk ġiet emendata reċentement. Il-verżjoni tal-lingwa li qed tara bħalissa attwalment qed tiġi ppreparata mit-tradutturi tagħna.
    Jekk jogħġbok innota li dawn il-lingwi li ġejjin: l-Ingliż diġà ġew tradotti.

    Qrati ordinarji nazzjonali - Polonja

    Din it-taqsima tipprovdik b’informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-qrati ordinarji fil-Polonja

    Qrati ordinarji – introduzzjoni

    Is-sistema tal-qrati komuni fil-Polonja tinkludi l-qrati tal-appell (sądy apelacyjne), provinċjali (sądy okręgowe) u distrettwali (sądy rejonowe). Dawn il-qrati jiddeċiedu, fost affarijiet oħrajn, dwar kawżi li jikkonċernaw il-liġi kriminali, ċivili, tal-familja u l-minorenni, il-liġi kummerċjali, il-liġijiet tax-xogħol u tas-sigurtà soċjali – ħlief għall-każijiet li huma kompetenza ta’ qrati speċjali oħrajn, bħall-qrati militari.

    Il-qrati komuni jżommu wkoll reġistri tal-artijiet u tal-ipoteki kif ukoll ir-reġistru tal-pledges, ir-Reġistru tal-Qorti Nazzjonali u r-Reġistru Kriminali Nazzjonali.

    Qrati Ċivili

    Hemm unità ċivili (wydział cywilny) f’kull qorti tal-appell, provinċjali u distrettwali.

    Qrati kriminali

    Hemm unità kriminali (wydział karny) f’kull qorti tal-appell, provinċjali u distrettwali.

    Bażijiet tad-dejta legali

    Is-sit elettroniku tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaGvern Pollakk fih lista ta’ Atti ppubblikati, lura sa mill-1918.

    L-aċċess għall-bażi tad-dejta huwa mingħajr ħlas.

    L-aħħar aġġornament: 19/07/2023

    Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

    Qrati ordinarji nazzjonali - Portugall

    Din it-taqsima fiha informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-qrati ordinarji fil-Portugall.

    Organizzazzjoni tal-qrati ordinarji

    Minbarra l-Qorti Kostituzzjonali (Tribunal Constitucional), li hija speċifikament kompetenti biex tamministra l-ġustizzja fi kwistjonijiet legali-kostituzzjonali, fil-Portugall jeżistu l-kategoriji ta’ qrati li ġejjin:

    1. Il-Qorti Suprema tal-Ġustizzja (Supremo Tribunal de Justiça) u l-qrati ġudizzjarji tal-prim’istanza u tat-tieni istanza.
    2. Il-Qorti Amministrattiva Suprema (Supremo Tribunal Administrativo) u l-qrati amministrattivi u fiskali l-oħra;
    3. Il-Qorti tal-Awdituri (Tribunal de Contas).

    Huma possibbli wkoll il-Qrati Marittimi u tal-Arbitraġġ u l-Kummissarji tal-Ġustizzja.

    Il-liġi tistabbilixxi l-każijiet u l-modi kif il-qrati msemmija hawn fuq jistgħu jikkostitwixxu, separatament jew flimkien, qorti tal-kunflitti (Tribunal dos Conflitos - qorti li tittratta kunflitti tal-ġuriżdizzjoni).

    Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar il-qrati militari (tribunais militares), li jistgħu jinħolqu waqt stati ta’ gwerra, huma pprojbiti l-qrati b’kompetenza esklużiva biex jiddeċiedu dwar ċerti kategoriji ta’ reati.

    Qrati Ġudizzjarji

    Qorti Suprema tal-Ġustizzja

    Il-Qorti Suprema tal-Ġustizzja hija l-ogħla korp fil-ġerarkija tal-qrati ġudizzjarji, mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Qorti Kostituzzjonali. Hija magħmula minn sezzjonijiet ċivili, kriminali u soċjali.

    Hija għandha s-sede tagħha f’Lisbona u għandha l-ġuriżdizzjoni fuq it-territorju Portugiż kollu.

    Il-Qorti Suprema tal-Ġustizzja topera taħt id-direzzjoni ta’ President (imħallef li jippresiedi), u tiltaqa’ bħala qorti sħiħa (magħmula mill-imħallfin kollha li jiffurmaw is-sezzjonijiet differenti), f’diviżjonijiet speċjalizzati u f’sezzjonijiet.

    Ħlief fil-każ tal-eċċezzjonijiet minquxin fil-liġi, il-Qorti Suprema tal-Ġustizzja tittratta biss kwistjonijiet tad-dritt.

    Qrati tal-Appell

    Bħala regola, il-Qrati tal-Appell (tribunais da relação) huma qrati tat-tieni istanza.

    Il-Qrati tal-Appell attwalment jinsabu f’Lisbona, Porto, Coimbra, Évora u Guimarães. Huma preseduti minn President (imħallef li jippresiedi) meta jiltaqgħu kemm bħala qorti sħiħa kif ukoll skont is-sezzjoni.

    Il-Qrati tal-Appell għandhom sezzjonijiet Ċivili, Kriminali, Soċjali, tal-Familja u tal-Minuri, tan-Negozju, tal-Proprjetà Intellettwali u l-Kompetizzjoni, tar-Regolamentazzjoni u tas-Superviżjoni. L-eżistenza tas-sezzjonijiet Soċjali, tal-Familja u ż-Żgħażagħ, tan-Negozju, tal-Proprjetà Intellettwali u l-Kompetizzjoni, u tar-Regolamentazzjoni u s-Superviżjoni, tiddependi fuq il-kwantità jew il-kumplessità tax-xogħol li jkun meħtieġ. Huma jiġu stabbiliti b’ordni tal-Kunsill Suprem tal-Ġudikatura fuq proposta tal-President tal-Qorti tal-Appell rispettiva.

    Qrati tal-Prim’Istanza (Tribunais judiciais de 1.ª instância)

    Bħala regola, il-Qrati tal-Prim’Istanza huma qrati distrettwali (tribunais de comarca). Huma jeżerċitaw il-ġuriżdizzjoni fil-kwistjonijiet kollha li ma jkunux assenjati lil qrati oħra. Il-Qrati Distrettwali għandhom kompetenza kemm ġenerali kif ukoll speċjalizzata.

    Il-Qrati Distrettwali huma maqsumin f’awli ta’ kompetenza speċjalizzata jew ġenerali, kif ukoll f’awli “satellita” lokali. L-awli jissemmew skont it-tip ta’ proċediment li jittrattaw u l-isem tal-muniċipalità fejn ikunu jinsabu.

    Jistgħu jinħolqu l-awli ta’ kompetenza speċjalizzata li ġejjin:

    1. Ċivili Ċentrali (Central cível);
    2. Ċivili Lokali (Local cível);
    3. Kriminali Ċentrali (Central criminal);
    4. Kriminali Lokali (Local criminal);
    5. Kriminali ta’ Livell Minuri Lokali (Local de pequena criminalidade);
    6. Kumpilazzjoni (Instrução criminal);
    7. Familja u Minuri (Familia e menores);
    8. Impjiegi (Trabalho);
    9. Kummerċjali (Comércio);
    10. Eżekuzzjoni (Execução).

    Il-qrati ġudizzjarji tal-prim’istanza jaħdmu jew bi mħallfin waħedhom, bil-qorti sħiħa, jew bil-qorti sħiħa u ġurija, skont il-każ. Kull Qorti Distrettwali għandha President b’setgħat ta’ rappreżentanza u tmexxija, ġestjoni tal-każijiet u ġestjoni amministrattiva u funzjonali.

    Meta jkun hemm aktar minn ħames imħallfin fl-istess qorti jew awla, l-imħallef li jippresiedi, wara li jkun sema’ lill-imħallfin l-oħra, jista’ jippreżenta nomina għal imħallef koordinatur (magistrado judicial coordenador) fil-Kunsill Suprem tal-Ġudikatura għal waħda mill-awli jew aktar, bil-kunsens minn qabel tal-imħallef rispettiv. Taħt il-gwida tal-imħallef li jippresiedi, l-imħallef koordinatur iwettaq il-kompiti delegati lilu minn dak l-imħallef, mingħajr preġudizzju għad-dritt li l-każ jiġi delegat lil qorti superjuri (avocação), u jrid jagħti rendikont tal-ħidma tiegħu kull meta jintalab jagħmel dan mill-imħallef li jippresiedi.

    Qrati Amministrattivi u Fiskali

    Il-qrati amministrattivi u fiskali huma kompetenti biex jiddeċiedu dwar kawżi u appelli relatati mas-soluzzjoni ta’ tilwim li jirriżulta minn relazzjonijiet legali fi kwistjonijiet amministrattivi u fiskali. Il-qrati amministrattivi u fiskali huma kif ġej:

    1. Il-Qorti Amministrattiva Suprema;
    2. il-qrati amministrattivi ċentrali;
    3. il-qrati amministrattivi distrettwali;
    4. il-qrati fiskali.

    Il-Qorti Amministrattiva Suprema

    Il-Qorti Amministrattiva Suprema hija l-ogħla korp fil-ġerarkija tal-qrati amministrattivi u fiskali, mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Qorti Kostituzzjonali.

    Hija għandha s-sede tagħha f’Lisbona u għandha l-ġuriżdizzjoni fuq it-territorju Portugiż kollu.

    Il-Qorti Amministrattiva Suprema tikkonsisti f’sezzjoni għat-tilwim amministrattiv u sezzjoni għat-tilwim fiskali. Ir-responsabbiltà prinċipali tagħha hija li tiddeċiedi fuq appelli kontra s-sentenzi mogħtija mill-qrati amministrattivi ċentrali.

    Il-Qorti Amministrattiva Suprema topera taħt id-direzzjoni ta’ President (l-imħallef li jippresiedi) assistit minn tliet Viċi Presidenti.

    Skont is-suġġett, il-qorti tiffunzjona bl-imħallfin kollha, l-imħallfin kollha għal kull sezzjoni, jew skont is-sezzjoni. Meta jkun hemm l-imħallfin kollha jew l-imħallfin kollha tas-sezzjoni, huma jeżaminaw biss punti tad-dritt.

    Il-Qrati Amministrattivi Ċentrali

    Bħala regola, il-qrati amministrattivi ċentrali huma qrati tat-tieni istanza b’ġuriżdizzjoni amministrattiva. Attwalment hemm żewġ qrati amministrattivi ċentrali (tat-Tramuntana u tan-Nofsinhar).

    Il-funzjoni prinċipali tagħhom hija li jiddeċiedu fuq appelli kontra d-deċiżjonijiet meħuda mill-qrati amministrattivi distrettwali u l-qrati fiskali.

    Kull qorti tikkonsisti f’sezzjoni għat-tilwim amministrattiv u sezzjoni għat-tilwim fiskali.

    Il-qorti amministrattiva ċentrali topera taħt id-direzzjoni ta’ President (l-imħallef li jippresiedi) assistit minn żewġ Viċi Presidenti.

    Il-qrati amministrattivi ċentrali jeżaminaw fatti u punti tad-dritt.

    Il-Qrati Amministrattivi Distrettwali u l-Qrati Fiskali

    Dawn huma qrati tal-prim’istanza, li l-funzjoni prinċipali tagħhom hija li jiddeċiedu dwar tilwim fuq kwistjonijiet amministrattivi u fiskali. Huma jistgħu jiffunzjonaw b’mod awtonomu, taħt it-titoli ta’ qrati amministrattivi distrettwali jew qrati fiskali, jew b’mod konġunt, taħt it-titolu ta’ qorti amministrattiva u fiskali.

    Huma joperaw taħt id-direzzjoni ta’ President, li jinħatar għal terminu ta’ ħames snin mis-CSTAF (Conselho Superior dos Tribunais Administrativos e Fiscais - Il-Kunsill Suprem tal-Qrati Amministrattivi u Fiskali).

    Dawn il-qrati ġeneralment ikunu preseduti minn imħallef wieħed, iżda l-liġi tgħid li f’ċerti każijiet jistgħu japplikaw arranġamenti differenti.

    Kummissarji tal-Ġustizzja

    Il-Kummissarji tal-Ġustizzja (julgados de paz) joffru metodu alternattiv għas-soluzzjoni ta’ tilwim li jkun esklussivament ta’ natura ċivili, fi kwistjonijiet li jinvolvu somom żgħar ta’ flus u li ma jinvolvux il-liġi tal-familja, tal-wirt jew tax-xogħol.

    Skont it-termini tal-verżjoni attwali tal-Liġi Nru 78/2011 tat-13 ta’ Lulju 2011, il-Kummissarji tal-Ġustizzja huma kompetenti biex jivvalutaw u jiġġudikaw azzjonijiet dikjaratorji li l-valur tagħhom ma jaqbiżx il-ġuriżdizzjoni tal-qrati tal-prim’istanza (EUR 15 000).

    Skont l-Artikolu 9 ta’ din l-istess liġi, il-Kummissarji tal-Ġustizzja huma kompetenti biex jisimgħu u jiddeterminaw:

    1. kawżi għall-eżekuzzjoni tal-konformità mal-obbligi, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li jinvolvu l-konformità mal-kuntratti finanzjarji ta’ adeżjoni;
    2. kawżi għaċ-ċessjoni ta’ beni mobbli;
    3. kawżi li jirriżultaw mid-drittijiet u d-dmirijiet ta’ koproprjetarji, meta l-laqgħa ġenerali rispettiva ma tkunx għamlitha obbligatorja li jkun hemm arbitraġġ għas-soluzzjoni tat-tilwim bejn koproprjetarji, jew bejn il-koproprjetarji u l-amministratur;
    4. kawżi għas-soluzzjoni ta’ tilwim bejn is-sidien ta’ bini dwar il-passaġġ furzat temporanju, id-drenaġġ naturali tal-ilma, xogħlijiet għall-protezzjoni kontra l-għargħar, il-kondiviżjoni ta’ drejns, kanali, u ċnut; il-ftuħ ta’ twieqi, bibien, verandi u kostruzzjonijiet simili; l-iskol tal-ilma tax-xita ta’ fuq il-bejt, it-tħawwil ta’ siġar u arbuxelli, il-ħitan ta’ partijiet interni u esterni;
    5. kawżi għall-irkupru ta’ proprjetà, kawżi possessorji, kawżi relatati ma’ użukapjoni, akkwist u diviżjoni (ta’ beni miżmuma b’mod komuni;
    6. kawżi li jikkonċernaw id-dritt għall-użu u l-amministrazzjoni ta’ koproprjetà, drittijiet fuq il-wiċċ tal-art, drittijiet ta’ użufrutt, drittijiet ta’ użu u abitazzjoni u d-dritt in rem ta’ kuntratti ta’ time-share;
    7. kawżi dwar kirjiet ta’ proprjetà, bl-eċċezzjoni tal-iżgumbramenti;
    8. kawżi li jikkonċernaw ir-responsabbiltà ċivili, kemm kuntrattwali kif ukoll mhux kuntrattwali;
    9. kawżi relatati man-nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ kuntratti, bl-eċċezzjoni tal-kuntratti ta’ impjieg u l-qbiela;
    10. kawżi li jinvolvu l-garanzija ġenerali tal-obbligi.

    Il-Kummissarji tal-Ġustizzja huma kompetenti wkoll biex jisimgħu talbiet għal kumpens ċivili meta ma jkunux tressqu akkużi jew l-akkużi jkunu twaqqgħu, li jirriżultaw minn:

    1. offiża fuq il-persuna;
    2. offiża fuq il-persuna kkawżata minn negliġenza;
    3. kalunnja;
    4. libell;
    5. serq;
    6. dannu;
    7. sfreġju ta’ monumenti;
    8. frodi biex jinkiseb ikel, xorb jew servizzi.

    Skont l-Artikolu 16, kull Kummissarju tal-Ġustizzja għandu servizz ta’ medjazzjoni disponibbli għal dawk li jkunu jeħtiġuh bħala metodu alternattiv għas-soluzzjoni tat-tilwim. L-għan ta’ dan is-servizz huwa li jinkoraġġixxi s-soluzzjoni bikrija tat-tilwim bi ftehim bejn il-partijiet. Is-servizz huwa kompetenti biex jagħmilha ta’ medjatur fi kwalunkwe tilwima soġġetta għal medjazzjoni, anki dawk li ma jaqgħux taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Kummissarju tal-Ġustizzja.

    L-aħħar aġġornament: 29/01/2024

    Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

    Qrati ordinarji nazzjonali - Rumanija

    Din il-paġna tipprovdilek informazzjoni dwar il-qrati ordinarji Rumeni.

    Introduzzjoni għas-sistema ġudizzjarja tar-Rumanija

    Is-sistema ġudizzjarja tar-Rumanija għandha l-istruttura li ġejja:

    Il-qrati tal-ġustizzja u l-uffiċċji tal-prosekutur

    L-ewwel livell

    1. Qrati distrettwali (176)
    2. Uffiċċji tal-prosekutur

    It-tieni livell

    1. Tribunali (42)
    2. Tribunali Speċjali (3)
    3. Tribunal għat-Tfal u l-Kwistjonijiet tal-Familja (1)
    4. Uffiċċji tal-prosekutur

    It-tielet livell

    1. Qrati tal-appell (15)
    2. Uffiċċji tal-prosekutur

    Ir-raba' livell

    1. Il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja
    2. Uffiċċju tal-Prosekutur
    • Is-sistema ġudizzjarja tar-Rumanija tikkonsisti fil-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja u l-qrati ġudizzjarji l-oħrajn.

    Il-Qrati

    Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja

    Bħala l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaogħla qorti fir-Rumanija, hija l-unika istituzzjoni ġudizzjarja bis-setgħa li tiżgura interpretazzjoni u applikazzjoni uniformi tal-liġi mill-qrati l-oħra. Il-proċedura prinċipali biex jintlaħaq dan hija r-reviżjoni fl-interess tal-liġi.

    Il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja għandha erba' sezzjonijiet li kull waħda għandha l-ġurisdizzjoni tagħha:

    • Sezzjoni Ċivili I;
    • Sezzjoni Ċivili II;
    • Sezzjoni Kriminali;
    • Sezzjoni Amministrattiva u tal-Kawżi Fiskali.

    Sezzjonijiet oħrajn tal-qorti suprema, li għandhom il-ġurisdizzjonijiet tagħhom, huma l-erba' bordijiet ta' ħames imħallfin, is-Sezzjonijiet Konġunti, il-bord dwar ir-reviżjonijiet fl-interess tal-liġi, u l-bord dwar il-kjarifika ta' ċerti kwistjonijiet ġuridiċi.

    Is-Sezzjoni Ċivili I, is-Sezzjoni Ċivili II, u s-Sezzjoni Amministrattiva u tal-Kawżi Fiskali tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja, jisimgħu rikorsi għal reviżjoni ta' sentenzi mogħtija minn qrati tal-appell u deċiżjonijiet oħra tal-qrati, kif previst mil-liġi, u rikorsi għar-reviżjoni kontra sentenzi mhux finali jew atti ġudizzjarji ta' kwalunkwe natura li ma jistgħux jiġu appellati bi kwalunkwe mod ieħor, u li fil-każ tagħhom il-proċedimenti legali quddiem qorti ta' appell ġew interrotti.

    Bħala qorti tal-ewwel istanza, is-Sezzjoni Kriminali tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja tisma’:

    1. il-kawżi u r-rikorsi mressqa quddiem il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja li huma bil-liġi taħt il-ġuriżdizzjoni tagħha fl-ewwel istanza;

    Bħala qorti tal-ewwel istanza, is-Sezzjoni Kriminali tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja tisma’ kawżi li jinvolvu reati ta’ tradiment għoli, reati mwettqa minn senaturi, deputati, u membri Rumeni tal-Parlament Ewropew, minn membri tal-Gvern, minn imħallfin tal-Qorti Kostituzzjonali, minn membri tal-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura, minn imħallfin tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja u minn prosekuturi tal-Uffiċċju tal-Prosekutur assoċjat mal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja.

    1. rikorsi għal reviżjoni kontra sentenzi f'kawżi kriminali mogħtija, fl-ewwel istanza, minn qorti tal-appell u mill-Qorti tal-Appell Militari;
    2. rikorsi għal reviżjoni kontra sentenzi f'kawżi kriminali mogħtija, fl-ewwel istanza, minn qorti tal-appell, mill-Qorti tal-Appell Militari u mis-Sezzjoni Kriminali tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja;
    3. rikorsi għal reviżjoni kontra sentenzi mhux finali jew atti ġudizzjarji ta' kwalunkwe natura li ma jistgħux jiġu appellati bi kwalunkwe mezz ieħor u li fil-każ tagħhom il-proċedimenti ġudizzjarji quddiem qorti tal-appell ikunu ġew interrotti;
    4. appelli kontra sentenzi kriminali finali, kif ipprovdut mil-liġi;
    5. talbiet għal deċiżjoni preliminari sabiex jiġu ċċarati ċerti kwistjonijiet legali;
    6. kunflitti ta' ġurisdizzjoni, fejn tkun l-ogħla qorti komuni fuq qrati konfliġġenti;
    7. talbiet għal rinviju mill-qorti kompetenti tal-appell lil qorti oħra tal-appell;
    8. każijiet oħra pprovduti mil-liġi.

    Il-bordijiet ta' ħames imħallfin

    Skont l-Artikolu 24 tal-Att Nru 304/2004, ippubblikat mill-ġdid, kif emendat, u ssupplimentat sussegwentement, il-bordijiet ta' ħames imħallfin jisimgħu rikorsi għar-rieżami ta’ sentenzi mogħtija, fl-ewwel istanza, mis-Sezzjoni Kriminali tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja, appelli kontra s-sentenzi mogħtija f'appell, mill-bordijiet ta' ħames imħallfin wara l-ammissjoni inizjali, rikorsi għar-rieżami ta’ konklużjonijiet mogħtija, fl-ewwel istanza, mis-Sezzjoni Kriminali tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja, kawżi dixxiplinari skont il-liġi u kawżi oħrajn riferuti lilhom u li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom skont il-liġi, u rikorsi għar-rieżami ta’ sentenzi li jiċħdu r-rinviji lill-Qorti Kostituzzjonali, li jingħataw minn bord ieħor ta' ħames imħallfin. Skont l-Artikolu 51(3) tal-Att Nru 317/2004, ippubblikat mill-ġdid, il-bordijiet ta' ħames imħallfin jisimgħu rikorsi għar-rieżami kontra sentenzi mogħtija mill-Kunsill Superjuri tal-Maġistratura f'materji dixxiplinari.

    Il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja tiltaqa' bħala Sezzjonijiet Konġunti għal dawn li ġejjin:

    1. it-trattament ta' rinviji rigward bidliet fil-ġurisprudenza tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja;
    2. ir-riferimenti lill-Qorti Kostituzzjonali sabiex din tivverifika l-kostituzzjonalità tal-liġijiet qabel ma jiġu promulgati.

    Il-Qorti tal-Appell

    Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaqrati tal-appell fir-Rumanija huma mmexxija minn President, li jista' jkun assistit minn Viċi-President wieħed jew minn żewġ Viċi-Presidenti.

    Qorti tal-appell għandha sezzjonijiet speċjalizzati jew bordijiet għal:

    • kawżi ċivili,
    • kawżi kriminali,
    • kawżi li jinvolvu t-tfal u l-kwistjonijiet tal-familja,
    • kawżi li jinvolvu tilwim amministrattiv jew fiskali,
    • kawżi relatati ma' tilwim industrijali u s-sigurtà soċjali, kumpaniji, ir-Reġistru tal-Kummerċ, l-insolvenza, il-kompetizzjoni inġusta, u kwistjonijiet oħrajn, u
    • kwistjonijiet marittimi u tax-xmajjar.

    Il-15-il qorti tal-appell għandhom personalità ġuridika u kull qorti tkopri l-ġurisdizzjoni ta' diversi tribunali (madwar 3).

    F'materji ċivili, il-qrati tal-appell jisimgħu il-kawżi li ġejjin:

    bħala qrati tal-ewwel istanza, huma jisimgħu rikorsi relatati ma' tilwim amministrattiv u fiskali, skont id-dispożizzjonijiet legali speċjali;

    bħala qrati tal-appell, huma jisimgħu appelli kontra sentenzi mogħtija minn tribunali fl-ewwel istanza;

    bħala qrati ta' rieżami, huma jisimgħu r-rikorsi għal rieżami kontra sentenzi mogħtija minn tribunali f’appell jew kontra sentenzi mogħtija fl-ewwel istanza minn tribunali li, skont il-liġi, mhumiex soġġetti għal appell, u fi kwalunkwe każ ieħor espressament previst mil-liġi.

    F'materji kriminali, il-qrati tal-appell jisimgħu l-kawżi li ġejjin.

    Bħala qrati tal-ewwel istanza:

    • ir-reati msemmija fl-Artikoli 394-397, 399-412 u 438-445 tal-Kodiċi Kriminali;
    • reati relatati mas-sigurtà nazzjonali tar-Rumanija, kif previst mil-liġijiet speċjali;
    • reati mwettqa minn imħallfin ta' qorti distrettwali jew tribunal, u minn prosekuturi tal-uffiċċji tal-prosekuturi marbuta ma' dawk il-qrati;
    • reati mwettqa minn avukati, nutara, uffiċjali ġudizzjarji tal-infurzar jew awdituri tal-Qorti tal-Kontabilità, u awdituri pubbliċi esterni;
    • reati mwettqa minn mexxejja ta' denominazzjonijiet reliġjużi organizzati skont il-liġi u figuri reliġjużi oħra ta' grad għoli, li għandhom mill-inqas il-grad ta' isqof jew l-ekwivalenti;
    • reati mwettqa minn assistenti maġistrati tal-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja, imħallfin ta' qorti ta' appell u tal-Qorti tal-Appell Militari, u prosekuturi tal-uffiċċji tal-prosekutur marbuta ma' dawk il-qrati;
    • reati mwettqa minn membri tal-Qorti tal-Kontabilità, mill-President tal-Kunsill Leġiżlattiv, mill-Ombudsman, mill-viċi ombudsmen u mill-Kwesturi;
    • rikorsi għal rinviju lil ġurisdizzjoni oħra, kif previst mil-liġijiet.

    Bħala qrati tal-appell, huma jisimgħu appelli kontra sentenzi kriminali mogħtija minn qrati u tribunali distrettwali fl-ewwel istanza.

    Il-qrati tal-appell jiddeċiedu wkoll dwar kunflitti ta' ġurisdizzjoni bejn tribunali jew qrati distrettwali fiż-żona ta' ġurisdizzjoni tagħhom, jew bejn qrati distrettwali fil-ġurisdizzjoni ta' tribunali differenti fiż-żona ta’ ġurisdizzjoni ta’ qorti tal-appell.

    Il-qrati tal-appell jiddeċiedu wkoll dwar talbiet għall-estradizzjoni jew it-trasferiment barra l-pajjiż ta' persuni kkundannati.

    Tribunali

    It-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdida42 tribunal nazzjonali għandhom personalità ġuridika, u huma organizzati fil-livell tal-kontea. Il-qasam ta' ġurisdizzjoni ta' kull tribunal ikopri l-qrati distrettwali kollha fil-kontea li fiha jinsab it-tribunal.

    It-tribunali għandhom sezzjonijiet speċjalizzati jew bordijiet għal:

    • kawżi ċivili,
    • kawżi kriminali,
    • kawżi li jinvolvu t-tfal u l-kwistjonijiet tal-familja,
    • kawżi li jinvolvu tilwim amministrattiv jew fiskali,
    • kawżi relatati ma' tilwim industrijali u s-sigurtà soċjali, kumpaniji, ir-Reġistru tal-Kummerċ, l-insolvenza, il-kompetizzjoni inġusta, u kwistjonijiet oħrajn, u
    • kawżi li jinvolvu kwistjonijiet marittimi jew tax-xmajjar.

    F'materji ċivili, it-tribunali jisimgħu l-kawżi li ġejjin

    Bħala qrati tal-ewwel istanza, it-tribunali jisimgħu r-rikorsi kollha li bil-liġi mhumiex fil-ġurisdizzjoni ta’ qrati oħrajn.

    Bħala qrati tal-appell, huma jisimgħu appelli kontra sentenzi mogħtija minn qrati distrettwali fl-ewwel istanza.

    Bħala qrati ta' rieżami, huma jisimgħu r-rikorsi għar-rieżami kontra sentenzi mogħtija minn qrati distrettwali, li, skont il-liġi mhumiex soġġetti għal appell, u fi kwalunkwe każ ieħor previst espressament mil-liġi.

    F'materji kriminali, it-tribunali jisimgħu l-kawżi li ġejjin

    Bħala qrati tal-ewwel istanza:

    • reati kontra l-ħajja, l-integrità personali u s-saħħa, reati kontra l-libertà personali, reati serji ta' qerda ta' proprjetà, reati li pproduċew konsegwenzi estremament serji, traffikar ta' immigranti, tortura, korruzzjoni u reati ta' servizzi, żvelar ta' intelligence sigrieta tal-Istat, żvelar ta' intelligence sigrieta ta’ servizzi jew mhux pubblika, akkwist illegali ta' fondi, miżapproprijazzjoni, nuqqas ta' konformità mar-reġim ta' materjali nukleari jew materjali radjuattivi oħrajn, in-nuqqas ta' konformità mar-reġim ta' splussivi, it-trażmissjoni tas-sindromu akkwistat tad-defiċjenza tal-immunità, reati kontra s-sigurtà u l-integrità tas-sistemi tal-informazzjoni u tad-data, l-istabbiliment ta' grupp kriminali organizzat;
    • reati b'intenzjoni li jirriżultaw fil-mewt ta' persuna;
    • reati li l-prosekuzzjoni tagħhom tmexxiet mid-Direttorat għall-Investigazzjoni tal-Kriminalità Organizzata u tar-Reati tat-Terroriżmu (Direcția de Investigare a Infracțiunilor de Criminalitate Organizată) jew id-Direttorat Nazzjonali kontra l-Korruzzjoni, sakemm ma jkunux bil-liġi fil-ġurisdizzjoni ta' qrati ogħla;
    • reati li jinvolvu l-ħasil tal-flus u l-evażjoni tat-taxxa skont l-Artikolu 9 tal-Att Nru 241/2005 għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa, kif emendat sussegwentement;
    • reati oħra li skont il-liġi jaqgħu fil-ġurisdizzjoni tagħhom.

    It-tribunali jiddeċiedu dwar il-kunflitti tal-ġurisdizzjoni bejn il-qrati distrettwali fil-qasam ta' ġurisdizzjoni tagħhom, u r-rikorsi għar-rieżami kontra sentenzi mogħtija minn qrati distrettwali fil-kawżi previsti mil-liġi.

    Il-qrati distrettwali

    Il-qrati distrettwali ma għandhomx personalità ġuridika, u huma stabbiliti fil-kontej nazzjonali u f'Bucharest.

    F'materji ċivili, il-qrati distrettwali jisimgħu primarjament il-kawżi li ġejjin:

    • rikorsi li, skont il-Kodiċi Ċivili, huma fil-ġurisdizzjoni tal-qorti tal-kustodja u l-familja, esklużi l-kawżi fejn il-liġi tistipula espressament mod ieħor;
    • rikorsi relatati mar-reġistri tal-istatus ċivili, skont il-liġi;
    • rikorsi relatati mal-amministrazzjoni ta' bini b'ħafna sulari, appartamenti jew spazji li jappartjenu esklużivament lil persuni differenti, jew ma' relazzjonijiet ġuridiċi stabbiliti minn assoċjazzjonijiet tas-sidien tad-djar ma' persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħrajn, kif applikabbli;
    • rikorsi għal żgumbrament;
    • rikorsi li jirreferu għal ħitan jew trinek komuni, id-distanza bejn il-bini jew il-pjantaġġuni, id-dritt ta' passaġġ, u kull impediment jew limitazzjoni li jaffettwaw id-dritt għall-propjetà kif stipulat bil-liġi, miftiehma mill-partijiet jew imposti minn qorti;
    • rikorsi relatati mal-bidliet fil-konfini jew mal-immarkar tal-konfini;
    • rikorsi għall-protezzjoni tal-proprjetà;
    • rikorsi relatati ma' obbligi biex jitwettqu jew biex ma jitwettqux azzjonijiet li ma jistgħux jitqiesu f'termini ta' flus, irrispettivament minn jekk humiex ibbażati fuq kuntratt jew le, esklużi dawk li huma bil-liġi fil-ġurisdizzjoni ta' qrati oħra;
    • rikorsi għal dikjarazzjoni mill-qorti tal-mewt ta' persuna;
    • rikorsi għal diviżjoni ġudizzjarja, irrispettivament mill-valur involut;
    • rikorsi fi kwistjonijiet ta' wirt, irrispettivament mill-valur involut;
    • rikorsi għall-pussess li jikkawża preġudizzju, ikun xi jkun il-valur involut;
    • rikorsi f'materji ta' dritt għaż-żamma ta' art, esklużi dawk li b'liġi speċjali huma fil-ġurisdizzjoni ta' qrati oħra;
    • kwalunkwe rikors ieħor li jista' jiġi espress f'termini ta' flus, sa u inkluż RON 200 000, irrispettivament minn jekk il-partijiet għandhomx l-istatus ta' professjonisti jew le.

    Barra minn hekk, il-qrati distrettwali jisimgħu appelli kontra d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet tal-amministrazzjoni pubblika lokali b'ġurisdizzjoni lokali u korpi oħra b'din il-ġurisdizzjoni, fil-każijiet previsti mil-liġi, u kwalunkwe rikors ieħor li bil-liġi huwa fil-ġurisdizzjoni tagħhom.

    F'materji kriminali, il-qrati distrettwali jisimgħu primarjament il-kawżi li ġejjin:

    B'mod ġenerali, kull tip ta' reat, ħlief għal dawk li bil-liġi għandhom jinstemgħu fl-ewwel istanza mit-tribunali, il-qrati tal-appell jew il-Qorti Għolja tal-Kassazzjoni u tal-Ġustizzja.

    Informazzjoni siewja dwar dawn il-qrati tista' tinstab fuq Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidail-Portal tal-Qrati miżmum mill-Ministeru tal-Ġustizzja Rumen.

    Bażijiet tad-data legali

    Il-bażijiet tad-data legali li ġejjin huma disponibbli online:

    L-aħħar aġġornament: 24/02/2020

    Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

    Qrati ordinarji nazzjonali - Slovenja

    Din it-taqsima tagħtik informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-qrati ordinarji fis-Slovenja.

    Il-Qrati ordinarji

    Skont l-Artikolu 98 tal-Att dwar il-Qrati, il-qrati ordinarji fis-Slovenja jinkludu:

    • il-qrati lokali (okrajna sodišča);
    • il-qrati distrettwali (okrožna sodišča);
    • il-qrati superjuri (višja sodišča);
    • il-Qorti Suprema tar-Repubblika tas-Slovenja (Vrhovno sodišče) (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Qorti Suprema”).

    Il-ġuriżdizzjoni tal-qrati lokali

    Skont l-Artikolu 99 tal-Att dwar il-Qrati, il-qrati lokali fis-Slovenja għandhom ġuriżdizzjoni fil-kwistjonijiet li ġejjin:

    Materji kriminali

    1. biex jiddeċiedu fl-ewwel istanza dwar reati kriminali punibbli b’multa jew b’terminu ta’ mhux aktar minn tliet snin priġunerija, ħlief fejn jikkonċernaw reati ta’ diffamazzjoni kriminali mwettqa mill-istampa, permezz tar-radju, it-televiżjoni jew mezzi oħra ta’ informazzjoni pubblika;
    2. biex jinvestigaw reati kriminali kif deskritt hawn fuq;
    3. biex iwettqu kompiti oħrajn stabbiliti skont l-istatut.

    Materji ċivili

    biex jiddeċiedu fl-ewwel istanza:

    1. f’kawżi ċivili skont l-Att dwar il-Proċedura Ċivili;
    2. f’materji tas-suċċessjoni u materji mhux kontenzjużi oħrajn, sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor mil-liġi, u fir-rigward tar-reġistru tal-artijiet;
    3. f’materji ta’ eżekuzzjoni u garanzija ta’ pretensjonijiet, sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor mil-liġi.

    Materji oħrajn

    biex jiddeċiedu dwar materji oħrajn, meta jkun stabbilit mil-liġi.

    Għajnuna legali

    biex jittrattaw materji li jinvolvu l-għajnuna legali meta qrati oħrajn ma jkollhomx ġuriżdizzjoni statutorja, u jittrattaw l-għajnuna legali internazzjonali f’kawżi ta’ reati minuri.

    Il-ġuriżdizzjoni tal-qrati distrettwali

    Skont l-Artikolu 101 tal-Att dwar il-Qrati, il-qrati distrettwali fis-Slovenja għandhom ġuriżdizzjoni fil-materji li ġejjin:

    Materji Kriminali

    1. biex jiddeċiedu fl-ewwel istanza dwar reati kriminali li ma jaqgħux taħt il-ġuriżdizzjoni tal-qrati lokali;
    2. biex iwettqu investigazzjoni jew azzjonijiet investigatorji li jikkonċernaw reati kriminali (kif deskritt fil-punt 1 hawn fuq);
    3. biex imexxu proċedimenti preliminari u jiddeċiedu fl-ewwel istanza dwar reati kriminali mwettqa minn minuri;
    4. biex jiddeċiedu fl-ewwel istanza dwar l-eżekuzzjoni ta’ sentenza kriminali maħruġa minn qorti barranija;
    5. biex jeżegwixxu sentenzi kriminali (li jirriżultaw mill-punti 1, 3 u 4 hawn fuq) u jeżegwixxu s-sentenzi kriminali tal-qrati lokali;
    6. biex jiddeċiedu dwar il-permess li jkun hemm interferenza mad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali;
    7. biex jittieħdu deċiżjonijiet f’awla preproċedurali (anke f’materji kriminali li koperti mill-ġuriżdizzjoni tal-qrati lokali);
    8. biex iwettqu kompiti oħrajn stabbiliti mil-liġi;
    9. biex jeżerċitaw superviżjoni fir-rigward tat-trattament legali u korrett tal-kundannati u s-superviżjoni tad-detenuti.

    Id-dipartimenti speċjalizzati tal-qrati (distrettwali) huma responsabbli biex jittrattaw il-kompiti fil-punti 1, 2, 3, 6, 7 u 8 f’każijiet aktar kumplessi li jinvolvu l-kriminalità organizzata u ekonomika, it-terroriżmu, il-korruzzjoni u attivitajiet kriminali oħrajn bħal dawn.

    Materji ċivili

    biex jiddeċiedu fl-ewwel istanza:

    1. f’materji ċivili skont l-Att dwar il-Proċedura Ċivili;
    2. dwar ir-rikonoxximent tad-deċiżjonijiet tal-qrati barranin;
    3. f’każijiet ta’ saldu obbligatorju, falliment u likwidazzjoni meta jkun fil-ġuriżdizzjoni tal-qorti, u f’tilwim konness;
    4. f’tilwim li jikkonċerna d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;
    5. dwar proposti biex jiġu ordnati miżuri kawtelatorji ppreżentati qabel il-bidu ta’ kawża, li l-qorti tkun se tiddeċiedi dwarha f’konformità mar-regoli dwar it-tilwim ekonomiku, materji li jkun hemm qbil dwar il-ġuriżdizzjoni tal-arbitraġġ tagħhom u talbiet għal miżuri provviżorji f’materji ta’ proprjetà intellettwali;
    6. fi proċedimenti mhux kontenzjużi meta jkun stabbilit mil-liġi.

    Materji oħrajn

    • iż-żamma tar-reġistru kummerċjali;
    • biex jiddeċiedu dwar materji oħrajn, meta jkun stabbilit mil-liġi;
    • biex jittrattaw kwistjonijiet li jinvolvu għajnuna legali f’materji ċivili, kriminali u materji oħrajn;
    • it-trattament tal-għajnuna legali internazzjonali.

    Il-ġuriżdizzjoni tal-qrati superjuri

    Skont l-Artikolu 104 tal-Att dwar il-Qrati, il-qrati superjuri fis-Slovenja għandhom ġuriżdizzjoni fl-oqsma li ġejjin:

    1. biex jiddeċiedu fit-tieni istanza dwar appelli kontra deċiżjonijiet ta’ qrati lokali u distrettwali fit-territorju tagħhom;
    2. biex jiddeċiedu dwar tilwim dwar il-ġuriżdizzjoni bejn il-qrati lokali jew distrettwali fit-territorju tagħhom, u biex jiddeċiedu dwar it-trasferiment tal-ġuriżdizzjoni lil qorti lokali jew distrettwali oħra fit-territorju tagħhom;
    3. biex iwettqu kompiti oħrajn stabbiliti mil-liġi.

    Bażijiet tad-data ġuridiċi

    Isem u URL tal-bażi tad-data

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSodstvo Republike Slovenije (il-Qrati tar-Repubblika tas-Slovenja)

    L-aċċess għall-bażi tad-data huwa mingħajr ħlas?

    Iva, l-aċċess għall-bażi tad-data huwa bla ħlas.

    Deskrizzjoni fil-qosor tal-kontenut

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSodstvo Republike Slovenije (il-Qrati tar-Repubblika tas-Slovenja) tagħtik aċċess għal bosta bażijiet ta’ data, bħal:

    • Is-sistema ġudizzjarja tar-Repubblika tas-Slovenja
    • Amministrazzjoni tal-qrati
    • Reġistri pubbliċi (reġistri tal-artijiet, reġistru ġudizzjarju).

    Ħoloq relatati:

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaListi tal-qrati

    L-aħħar aġġornament: 16/04/2020

    Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

    Qrati ordinarji nazzjonali - Slovakkja

    Din it-taqsima tagħtik informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-qrati ordinarji fis-Slovakkja.

    Il-qrati ordinarji – introduzzjoni

    Is-setgħa ġudizzjarja fir-Repubblika Slovakka hija eżerċitata minn qrati indipendenti u imparzjali. Fil-livelli kollha, il-kwistjonijiet ġudizzjarji huma separati minn dawk ta’ awtoritajiet nazzjonali oħra.

    Bażijiet ta’ data ġuridiċi

    Il-bażi ta’ data tal-Ministeru tal-Ġustizzja Slovakk Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSlov-Lex

    Il-proġett tal-“Ġabra Elettronika ta’ Atti Leġiżlattivi (Slov-Lex)” tal-Ministeru tal-Ġustizzja Slovakk huwa bbażat fuq żewġ sistemi ta’ informazzjoni interkonnessi:

    1. eZbierka (Ġabra elettronika) — sistema ta’ informazzjoni li tipprovdi testi elettroniċi konsolidati vinkolanti tal-leġiżlazzjoni u standards oħra għal dawk indirizzati mil-liġi
    2. eLegislatíva (Leġiżlazzjoni elettronika) — sistema ta’ informazzjoni dwar il-ġestjoni tal-proċess għall-istadji kollha tal-proċess leġiżlattiv, mgħammra b’għodod ta’ editjar avvanzati għal-leġiżlaturi

    Benefiċċji għall-gruppi fil-mira:

    Il-prinċipju legali fundamentali li l-persuni kollha jkunu familjari mal-liġi kif valida u fis-seħħ u jafu d-drittijiet u l-obbligi tagħhom huwa dejjem aktar diffiċli biex jiġi applikat fil-prattika minħabba ż-żieda fil-volum u fil-kumplessità tal-liġijiet. Il-proġett Slov-Lex se jgħin biex itejjeb l-implimentazzjoni ta’ dan il-prinċipju billi jiżgura aċċess effettiv għal kulħadd għal-leġiżlazzjoni fis-seħħ:

    • iċ-ċittadini – it-taqsima eZbierka tal-proġett b’mod partikolari se ġġib benefiċċji fil-forma ta’ aċċess imtejjeb b’mod formali u sostantiv għal-leġiżlazzjoni fis-seħħ, bla ħlas, u għarfien akbar tal-leġiżlazzjoni ġdida
    • il-ġuristi — se jiksbu aċċess kontinwu għal-leġiżlazzjoni fis-seħħ u l-possibbiltà li jiġu notifikati dwar leġiżlazzjoni ġdida Slovakka jew tal-Unjoni Ewropea, kemm b’mod ġenerali kif ukoll b’mod speċifiku f’termini tar-regolamenti li jirregolaw l-oqsma li jispeċjalizzaw fihom
    • l-imprendituri — se jiksbu wkoll aċċess kontinwu bla ħlas għal-leġiżlazzjoni fis-seħħ u l-possibbiltà li jiġu mgħarrfa dwar leġiżlazzjoni ġdida Slovakka jew tal-Unjoni Ewropea, kemm b’mod ġenerali kif ukoll b’mod speċifiku f’termini tar-regolamenti li jirregolaw l-oqsma li joperaw fihom; ambjent regolatorju mtejjeb joħloq kundizzjonijiet aktar favorevoli għall-imprenditorija u jnaqqas il-piż amministrattiv assoċjat man-negozju
    • l-awtoritajiet lokali u reġjonali — se jiksbu aċċess kontinwu bla ħlas għas-sorsi tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ, filwaqt li fl-istess ħin se jitnaqqas il-piż amministrattiv tagħhom (l-obbligu amministrattivament impenjattiv u għali sabiex jipprovdu aċċess fil-ġranet tax-xogħol għall-Ġabra ta’ Atti Leġiżlattivi, marbut ma’ abbonament u l-arkivjar ta’ kopja stampata tal-Ġabra), billi jiġi sostitwit l-obbligu oneruż li jiżguraw aċċess assistit għall-Ġabra fil-jiem tax-xogħol
    • l-amministrazzjonijiet pubbliċi — il-proġett minn naħa se jipprovdi aċċess kontinwu bla ħlas għas-sorsi tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ u, min-naħa l-oħra, se jnaqqas il-piż amministrattiv u, għalhekk, l-ispiża finanzjarja tal-proċess leġiżlattiv, kif ukoll il-possibbiltà li jittejjeb it-twettiq tal-kompiti fl-oqsma tat-tfassil tal-liġijiet u l-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni Ewropea
    • l-awtoritajiet ġudizzjarji — se jiksbu aċċess kontinwu u rapidu għal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fi kwalunkwe jum magħżul fl-istorja, u l-possibbiltà ta’ referenzi minn deċiżjonijiet ġudizzjarji għal-leġiżlazzjoni fis-seħħ fi żmien partikolari, li jwassal għall-possibbiltà li tal-anqas jiġu eliminati parzjalment l-attivitajiet ta’ rutina u tiżdied l-effiċjenza tal-ħidma tal-imħallfin u tal-uffiċjali tal-qrati
    • il-korpi leġiżlattivi — se jkunu jistgħu jużaw għodda effiċjenti biex ifasslu l-leġiżlazzjoni u jamministraw il-proċess leġiżlattiv, li se teħlishom minn ftit burokrazija u tippermettilhom li jiffukaw aħjar fuq il-kontenut tal-proposti pendenti.

    L-organizzazzjoni tal-qrati ordinarji

    Is-sistema tal-qrati tas-Slovakkja

    Il-ġudikatura Slovakka tinkludi:

    • qrati distrettwali (54)
    • qrati reġjonali (8)
    • il-Qorti Kriminali Speċjalizzata
    • il-Qorti Suprema tar-Repubblika Slovakka

    Ġuriżdizzjoni tal-qrati

    Il-qrati distrettwali

    Il-qrati distrettwali jaġixxu bħala qrati tal-prim’istanza f’kawżi ċivili u kriminali, ħlief meta r-regoli li jirregolaw il-proċedimenti tal-qorti jistipulaw mod ieħor.

    Huma jittrattaw ukoll kawżi elettorali, meta jkun stipulat mil-leġiżlazzjoni rilevanti.

    Il-qrati reġjonali

    Il-qrati reġjonali jaġixxu bħala qrati tat-tieni istanza f’kawżi ċivili u kriminali li jkunu nstemgħu fil-prim’istanza mill-qrati distrettwali.

    Ir-regoli ta’ proċedura jispeċifikaw il-kawżi ċivili u kriminali li fihom il-qrati reġjonali jaġixxu bħala qrati tal-prim’istanza.

    Il-qrati reġjonali jaġixxu bħala qrati tal-prim’istanza f’kawżi amministrattivi, ħlief fejn ikun stipulat mod ieħor minn leġiżlazzjoni speċjali.

    Huma jittrattaw ukoll kawżi oħra fejn stipulat minn leġiżlazzjoni speċjali (l-Att Nru 166/2003 dwar il-protezzjoni tal-privatezza kontra l-użu mhux awtorizzat tat-teknoloġija tal-informazzjoni u li jemenda ċerti atti oħra).

    Il-Qorti Kriminali Speċjalizzata

    Il-Qorti Kriminali Speċjalizzata tiddeċiedi dwar kwistjonijiet kriminali u kwistjonijiet oħra kif stipulat mir-regoli li jirregolaw il-proċeduri tal-qorti.

    Il-Qorti Suprema

    Il-Qorti Suprema għandha ġuriżdizzjoni:

    • fl-appelli ordinarji kontra deċiżjonijiet mill-qrati reġjonali u l-Qorti Kriminali Speċjalizzata, fejn previst mir-regoli li jirregolaw il-proċeduri tal-qorti;
    • fl-appelli straordinarji kontra deċiżjonijiet mill-qrati distrettwali, il-qrati reġjonali, il-Qorti Kriminali Speċjalizzata u l-Qorti Suprema, meta jkun previst mir-regoli li jirregolaw il-proċeduri tal-qorti;
    • fil-kunflitti ta’ ġuriżdizzjoni bejn il-qrati u l-korpi ta’ amministrazzjoni tal-gvern ċentrali;
    • fir-riassenjazzjoni ta’ kawża lil qorti li ma tkunx il-qorti kompetenti, meta jkun previst mir-regoli li jirregolaw il-proċeduri tal-qorti;
    • f’kawżi oħra, meta jkun previst minn Att jew trattat internazzjonali.

    Il-Qorti Suprema tirrieżamina d-deċiżjonijiet meħuda mill-qrati f’kawżi fejn tkun ingħatat is-sentenza finali.

    Il-Qorti Suprema tissorvelja l-interpretazzjoni uniformi u l-applikazzjoni konsistenti tal-liġijiet u atti oħra ta’ applikazzjoni ġenerali:

    • permezz tad-deċiżjonijiet proprji tagħha;
    • billi toħroġ opinjonijiet li jkollhom l-għan li jgħaqqdu l-interpretazzjoni tal-liġijiet u atti oħra ta’ interpretazzjoni ġenerali;
    • billi tippubblika deċiżjonijiet finali tal-qorti ta’ importanza ewlenija fir-Rapporti tal-Opinjonijiet tal-Qorti Suprema u d-Deċiżjonijiet tal-Qrati tar-Repubblika Slovakka.

    Ħoloq relatati

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Ministeru tal-Ġustizzja

    L-aħħar aġġornament: 27/02/2023

    Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

    Qrati ordinarji nazzjonali - Finlandja

    Din it-taqsima tipprovdilek informazzjoni dwar il-qrati ġenerali u amministrattivi fil-Finlandja.

    Qrati ġenerali u amministrattivi - introduzzjoni

    Il-qrati Finlandiżi huma maqsuma fi qrati ġenerali, li jittrattaw kawżi kriminali u ċivili, qrati amministrattivi li jipprovdu sorveljanza ġudizzjarja ta' atti amministrattivi, u ċerti qrati speċjali.

    "Qrati ġenerali" tirreferi għall-qrati li għandhom ġurisdizzjoni ġenerali. Fi kliem ieħor, huma jittrattaw kwistjonijiet legali li ma jaqgħux taħt il-ġurisdizzjoni ta' xi qorti ġudizzjarja oħra. Il-qrati ġenerali Finlandiżi jikkonsistu f'

    • 20 qorti distrettwali (käräjäoikeudet/tingsrätterna),
    • ħames (5) qrati tal-appell (hovioikeudet/hovrätterna) u
    • il-Qorti Suprema (korkein oikeus/högsta domstolen).

    Il-qrati amministrattivi huma l-qrati amministrattivi ġenerali (hallinto-oikeudet/förvaltningsdomstolarna) fil-Finlandja.

    Il-qrati amministrattivi ġenerali huma maqsuma fil-Qorti Amministrattiva Suprema (korkein hallinto-oikeus/högsta förvaltningsdomstolen) u l-qrati amministrattivi reġjonali. Hemm sitt qrati amministrattivi reġjonali fil-Finlandja: Il-Qrati Amministrattivi ta' Helsinki, Hämeenlinna, il-Finlandja tal-Lvant, il-Finlandja ta' Fuq, Turku u Vaasa. Barra minn hekk, il-Gżejjer Åland għandhom qorti amministrattiva separata, imsejħa l-Qorti Amministrattiva ta' Åland.

    Il-Qorti Amministrattiva Suprema hija l-qorti tal-aħħar istanza f'kawżi amministrattivi.

    Qrati distrettwali

    Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaqrati distrettwali jiffunzjonaw bħala qrati tal-ewwel istanza. Dawn jittrattaw kawżi kriminali u ċivili u ċerti petizzjonijiet, bħal divorzji. Bħalissa hemm 20 qorti distrettwali fil-Finlandja. Dawn ivarjaw ferm fid-daqs kemm f'termini ta' persunal kif ukoll ta' ammont ta' xogħol. Kull sena, il-qrati distrettwali jittrattaw madwar 550 000 kawża (80 000 kawża kriminali, 420 000 kawża ċivili u 50 000 petizzjoni). Il-qrati distrettwali b'kollox għandhom madwar 1 900 impjegat.

    Id-dispożizzjonijiet u r-regolamenti li jirregolaw l-operazzjonijiet u l-amministrazzjoni tal-qrati distrettwali huma stabbiliti fl-Att dwar il-Qrati (tuomioistuinlaki/domstolslag, 673/2016) kif ukoll fir-regoli ta' proċedura tal-qrati distrettwali. Skont l-att, l-imħallef anzjan f'qorti tal-ewwel istanza huwa wkoll il-kap amministrattiv tal-qorti inkwistjoni.

    Qorti distrettwali għandha wkoll bħala membri oħra, imħallfin onorarji li jipparteċipaw fit-teħid ta' deċiżjonijiet ta' kawżi kriminali aktar serji u kwistjonijiet li jikkonċernaw kawżi dwar id-drittijiet tal-art. Il-kunsilli muniċipali jaħtru lill-imħallfin onorarji. Il-Ministeru tal-Ġustizzja jikkonferma n-numru ta' mħallfin onorarji li għandhom jintgħażlu minn kull muniċipalità. Il-kumpens lill-imħallfin onorarji jitħallas mill-fondi tal-Istat.

    Proċedura fil-qrati distrettwali

    Proċedura ċivili f'qorti distrettwali għandha żewġ stadji:il-preparazzjoniseduta prinċipali. Il-preparazzjoni tibda permezz tas-sottomissjonijiet bil-miktub tal-partijiet. Il-kawżi li jikkonċernaw talbiet mhux ikkontestati sikwit ikunu diġà ssolvew matul dan l-istadju. Il-preparazzjoni orali ssir f'seduta preparatorja quddiem imħallef wieħed.

    Jekk f'dan l-istadju ma jintlaħaqx ftehim, il-kwistjoni tiġi riferita għal seduta prinċipali separata. Fis-seduta prinċipali jistgħu jkunu preżenti mħallef wieħed jew tliet imħallfin. Fejn ikun possibbli, is-seduta prinċipali ssir immedjatament wara s-seduta preparatorja.

    F'kawża kriminali, il-kompożizzjoni tal-qorti tiddependi mir-reat. Jekk ir-reat ikun żgħir, il-kawża tista' tinstema' minn imħallef wieħed, filwaqt li reati aktar serji ġeneralment jinstemgħu minn bord ta' mħallef wieħed u żewġ imħallfin onorarji, jew minn tliet imħallfin.

    Il-proċedura kriminali ssegwi l-istess prinċipji bħal fil-kawżi ċivili. Kawża kriminali tista' tibda wkoll b'seduta preparatorja. Il-qorti tista' titlob lill-konvenut biex jippreżenta l-opinjonijiet tiegħu dwar il-każ qabel is-seduta prinċipali. Il-proċedura hija orali, u s-sentenza tkun ibbażata fuq il-fatti u l-provi ppreżentati lill-qorti mill-partijiet. L-evidenza kollha tinġabar fis-seduta prinċipali. F'kawżi kriminali wkoll, is-seduta prinċipali ssir minnufih wara s-seduta preparatorja, fejn ikun possibbli. Il-kompożizzjoni tal-qorti ma tistax tinbidel waqt seduta prinċipali. Ċerti kawżi kriminali jistgħu, skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-liġi, jitqiesu permezz ta' proċedura bil-miktub mingħajr ma tiġi organizzata seduta prinċipali.

    Meta l-qorti ma jirnexxilhiex tilħaq kunsens dwar is-sentenza, jittieħed vot; kull membru tal-bord ikollu vot wieħed. Jekk ikun hemm voti ndaqs f'każ ċivili, tipprevali l-għażla ppreferuta mill-imħallef; f'każ kriminali, tipprevali l-alternattiva l-iktar klementi.

    Is-sentenza tikkonsisti f'deċiżjoni u f'dikjarazzjoni tar-raġunijiet. Fil-biċċa l-kbira tal-kawżi, is-sentenza normalment tingħata fi tmiem is-seduta prinċipali. F'kawżi estensivi jew inkella kkumplikati, madankollu, is-sentenza tista' tingħata sa ġimagħtejn wara s-seduta prinċipali. F'dak il-każ, il-partijiet jistgħu jiġbru s-sentenza bil-miktub mir-reġistru tal-qorti.

    Qrati tal-appell

    Il-Finlandja għandha ħames Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaqrati tal-appell: f'Helsinki, fil-Finlandja tal-Lvant (f'Kuopio), f'Rovaniemi, f'Vaasa u f'Turku.

    Bħala qrati tat-tieni istanza, il-qrati tal-appell jikkunsidraw l-appelli u l-ilmenti kontra d-deċiżjonijiet tal-qrati distrettwali. F'ċerti każijiet, il-qrati tal-appell jistgħu jaġixxu wkoll bħala qorti tal-ewwel istanza. Pereżempju, huma jikkunsidraw kawżi li jirrigwardaw reati f'karigi li jinvolvu mħallfin jew uffiċjali pubbliċi għolja ta' qrati amministrattivi fil-ġurisdizzjoni tagħhom.

    Kull qorti tal-appell hija responsabbli wkoll mis-superviżjoni tal-operat tal-qrati distrettwali fil-ġurisdizzjoni tagħha, kif ukoll għal ċerti materji ta' amministrazzjoni ġudizzjarja, bħall-ħruġ ta' dikjarazzjoni lill-Bord għall-Ħatriet Ġudizzjarji fuq dawk li japplikaw għall-kariga ta' mħallef ta' qorti distrettwali jew ta' qorti tal-appell. Il-qorti tal-appell trid toħroġ id-dikjarazzjoni fil-kompożizzjoni preskritta fil-liġi. Il-president tal-qorti tal-appell huwa responsabbli għall-operazzjonijiet u l-produttività tal-qorti.

    Il-qorti tal-appell hija maqsuma f'dipartimenti. Dipartiment jikkonsisti f'kap ta' dipartiment u mħallfin oħra. Ġeneralment, il-kawżi jiġu mismugħa minn bord ta' tliet imħallfin.

    Proċedura fil-qrati tal-appell

    F'ċerti kawżi kriminali u ċivili, l-appellant jeħtieġ li l-qorti tal-appell tagħti awtorizzazzjoni għal aktar kunsiderazzjoni. Id-dispożizzjonijiet dwar l-għoti ta' awtorizzazzjoni għal aktar kunsiderazzjoni huma stabbiliti mil-liġi. Il-kunsiderazzjoni tal-każ issir permezz ta' proċedura bil-miktub jew f'seduta orali prinċipali.

    Qorti Suprema

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIl-Qorti Suprema hija l-ogħla qorti ta' appell fil-Finlandja. Din hija maqsuma f'awli bi kworum b'ħames membri preżenti.

    Biex tirrinvija kawża quddiem il-Qorti Suprema, il-parti kkonċernata trid titlob għal awtorizzazzjoni biex tippreżenta appell minn sentenza ta’ qorti. Il-Qorti Suprema teżamina r-rikors u tiddeċiedi jekk tistax tingħata awtorizzazzjoni għall-appell fil-każ inkwistjoni. Id-deċiżjoni tittieħed minn bord li jikkonsisti minn żewġ jew tliet membri. Awtorizzazzjoni għal appell tista' tingħata biss taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-liġi.

    Sa mill-1980, il-Qorti Suprema kienet istituzzjoni li tistabbilixxi l-preċedenti. Fil-prattika, deċiżjoni tal-Qorti Suprema toħloq stat ta' dritt li qrati oħra jridu jsegwu f'kawżi simili. L-awtorizzazzjoni għall-appell mhijiex meħtieġa f'kawżi fejn qorti tal-appell tkun aġixxiet bħala l-qorti tal-ewwel istanza.

    It-tranżazzjonijiet tal-Qorti Suprema huma ppreseduti mill-president tagħha. Il-membri l-oħra tal-Qorti Suprema jissejħu mħallfin. Materja tista' titressaq mis-segretarju ġenerali, konsulent referendarju, segretarju ġudizzjarju superjuri, jew segretarju ġudizzjarju.

    Minbarra l-kunsiderazzjoni ta' materji ta' proċedura ġudizzjarja, il-Qorti Suprema hija responsabbli mill-ħatra tal-imħallfin tal-qrati ġenerali għal karigi ta' terminu fiss li jdumu aktar minn sena. Il-Qorti Suprema tagħti dikjarazzjonijiet ukoll dwar abbozzi ta' liġijiet u l-maħfriet presidenzjali li jiġu ppreżentati lill-President tar-Repubblika għal konferma.

    Il-proċedura fil-Qorti Suprema normalment tkun bil-miktub, iżda jekk ikun hemm bżonn jistgħu jsiru seduti orali.

    Qrati amministrattivi ġenerali

    Qrati amministrattivi

    Il-Kostituzzjoni tal-Finlandja tirrikjedi li kull attività pubblika tosserva strettament il-liġi. Persuna jew korporazzjoni li tqis li deċiżjoni ta' stat jew ta' awtorità lokali fi kwistjoni li tikkonċernaha hija illegali għandha, bħala regola, id-dritt li tappella kontra d-deċiżjoni.

    Meta tieħu deċiżjoni, l-awtorità trid tipprovdi informazzjoni dwar kif u fejn wieħed jista' jappella kontra d-deċiżjoni. F'ħafna kawżi, huwa possibbli li l-ewwel nett tintalab rettifika mill-awtorità amministrattiva rilevanti, u wara dan, parti mhux sodisfatta tista' tressaq appell quddiem Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaqorti amministrattiva. Id-distretti ġudizzjarji tal-qrati amministrattivi huma bbażati fuq ir-reġjuni Finlandiżi, b'mod li distrett wieħed ikopri reġjun wieħed jew iktar.

    Wara appell, il-qorti amministrattiva teżamina mill-ġdid il-legalità tad-deċiżjoni tal-awtorità. Jekk l-appellant ma jkunx sodisfatt bid-deċiżjoni tal-qorti amministrattiva, fil-biċċa l-kbira tal-kawżi huwa possibbli li jsir appell ulterjuri quddiem il-Qorti Amministrattiva Suprema, jew mill-inqas li wieħed jirrikorri għall-Qorti Amministrattiva Suprema għal awtorizzazzjoni biex jappella.

    Id-dispożizzjonijiet dwar il-qrati amministrattivi huma stabbiliti fl-Att dwar il-Qrati Amministrattivi (hallinto-oikeuslaki/lag om förvaltningsdomstolarna 430/1999), fid-Digriet tal-Gvern dwar il-Ġurisdizzjonijiet tal-Qrati Amministrattivi (valtioneuvoston asetus hallinto-oikeuksien tuomiopiireistä/statsrådets förordning om förvaltningsdomstolarnas domkretsar 865/2016) u f'diversi regoli ta' proċedura. Id-dispożizzjonijiet proċedurali li japplikaw għall-qrati amministrattivi huma stabbiliti fl-Att dwar il-Proċedura Ġudizzjarja Amministrattiva (hallintolainkäyttölaki/förvaltningsprocesslag 586/1996).

    Madwar 20 000 appell jiġu ppreżentati lill-qrati amministrattivi kull sena. Il-maġġoranza ta' dawn il-kawżi jkunu appelli, iżda l-qrati amministrattivi jikkunsidraw ukoll tilwim amministrattiv u kawżi ta' sottomissjoni. Il-klassifikazzjoni tar-reġistru tinkludi kważi 300 kategorija differenti ta' kawżi, li turi l-varjetà wiesgħa ta' materji kkunsidrati mill-qrati amministrattivi. Il-qrati amministrattivi huma qrati reġjonali ġenerali u, bħala regola, jittrattaw il-materji kollha tal-ġustizzja amministrattiva. Madankollu, xi materji huma ċċentralizzati għal ċerti qrati amministrattivi:

    • il-Qorti Amministrattiva ta' Helsinki għandha kompetenza esklużiva fuq materji ta' taxxa fuq il-valur miżjud u dazji doganali;
    • il-Qorti Amministrattiva ta' Vaasa għandha kompetenza esklużiva fuq materji ta' permessi u ta' infurzar skont l-Att dwar l-Ilma u l-Att dwar il-Protezzjoni Ambjentali;
    • il-Qorti Amministrattiva ta' Hämeenlinna tikkunsidra appelli dwar is-sussidji agrikoli, appoġġ għall-iżvilupp rurali u appoġġ strutturali għall-agrikoltura;
    • il-Qorti Amministrattiva tal-Finlandja ta' Fuq tikkunsidra l-appelli f'materji li jikkonċernaw is-sussidji għat-trobbija tar-renni u l-għajxien naturali, kif ukoll l-appelli f'ċerti materji deċiżi skont l-Att ta' Skolt (kolttalaki/skoltlag 253/1995).

    Il-membri ta' qorti amministrattiva huma l-prim imħallef u l-imħallfin tal-qorti amministrattiva. Il-prim imħallef imexxi x-xogħol tal-qorti u huwa responsabbli għall-produttività tagħha. Qorti amministrattiva tista' taqsam lilha nnifisha f'dipartimenti għall-ħidma tagħha. Dipartiment jitmexxa minn imħallef imħarreġ fil-liġi u maħtur bħala kap tad-dipartiment. Minbarra l-imħallfin tal-qrati amministrattivi, il-persunal tal-qrati amministrattivi jinkludi referendarji u persunal tal-uffiċċji. In-numru ta' persunal tal-qorti amministrattiva jammonta għal madwar 550.

    Il-kompożizzjonijiet għad-deċiżjonijiet tal-qrati amministrattivi

    Il-qrati amministrattivi huma qrati kolleġġjali li normalment ikollhom kworum bi tliet membri preżenti. Il-membri ta' qorti amministrattiva huma l-prim imħallef u l-imħallfin tal-qorti amministrattiva. F'ċerti materji, bħal dawk li jinvolvu s-saħħa mentali jew l-indukrar tat-tfal, membru espert part-time jieħu sehem ukoll fil-kunsiderazzjoni u d-deċiżjoni tal-kwistjoni. Materji skont l-Att dwar il-Protezzjoni Ambjentali u l-Att dwar l-Ilma jitqiesu f'kompożizzjoni li tikkonsisti minn membri mħarrġa fil-liġi, kif ukoll esperti kemm fix-xjenzi naturali jew fl-inġinerija. Il-kompożizzjoni normali għad-deċiżjonijiet f'dawn il-materji tinkludi erba' membri.

    Il-qrati amministrattivi jistgħu jiddeċiedu wkoll ċerti appelli sempliċi f'kompożizzjonijiet iżgħar, sakemm dan ma jkunx ta' riskju għall-protezzjoni legali tal-partijiet.

    Ċerti appelli, elenkati fil-liġi, jistgħu jiġu deċiżi f'kompożizzjoni ta' żewġ membri meta l-kwistjoni tkun ċara u ma tkunx teħtieġ interpretazzjoni ġdida tal-liġi. Dan jinkludi ċerti appelli relatati mad-dħul, taxxi fuq il-proprjetà u taxxi fuq il-vetturi u permessi tal-bini. Jekk il-membri f'kompożizzjoni ta' żewġ membri ma jaqblux dwar id-deċiżjoni, il-każ ikollu jiġi deċiż b'kompożizzjoni normali ta' tliet membri. Membru wieħed jista' jiddeċiedi, pereżempju, appelli relatati ma' multi ta' parking, ħlasijiet għal vetturi rmunkati, liċenzji tas-sewqan u multi tat-trasport pubbliku. Membru wieħed jista' wkoll jieħu deċiżjonijiet dwar il-projbizzjonijiet proviżorji kollha fuq l-infurzar u jipprojbixxi jew jikkonferma l-infurzar ta' taxxi jew pagamenti.

    Proċedura fil-qrati amministrattivi

    Fil-qrati amministrattivi, il-kunsiderazzjoni tal-każ issir primarjament fil-proċedura bil-miktub, iżda s-seduti orali u l-istħarriġ ġudizzjarju saru aktar komuni f'dawn l-aħħar snin. In-numru ta' seduti orali żdied b'mod speċjali f'kawżi li jikkonċernaw il-protezzjoni tat-tfal jew ta' ċittadini barranin.

    Bħala regola, l-appellant jew ir-rikorrent għandu l-obbligu li jippreżenta t-talbiet tiegħu u r-raġunijiet għat-talbiet tiegħu. Madankollu, il-qorti amministrattiva hija responsabbli ex officio biex tiżgura eżami xieraq tal-każ. Skont l-Att dwar il-Proċedura Ġudizzjarja Amministrattiva, il-qorti amministrattiva trid teżamina l-każ sal-punt meħtieġ mill-imparzjalità u l-ekwità tal-proċedura u n-natura tal-każ.

    Il-qrati amministrattivi għandhom l-għan li jisimgħu l-kawżi tagħhom fl-ordni li jaslu. Madankollu, ċerti materji jinstemgħu b'urġenza. Ladarba materja tkun saret pendenti f'qorti amministrattiva, ir-referendarju jħejji l-każ. Ir-referendarji fil-qrati amministrattivi jinkludu assistenti mħallfin u nutara u xi drabi anki mħallfin amministrattivi. Ir-referendjarju huwa responsabbli għall-kisba tad-dikjarazzjonijiet jew ir-rapporti kollha meħtieġa mill-awtoritajiet rilevanti, kif ukoll sabiex jisma' lill-partijiet.

    Ladarba l-materja ssir pendenti, il-prekundizzjonijiet għall-proċedimenti jiġu eżaminati u, f'kawżi ta' appell, jinkisbu dikjarazzjoni u kwalunkwe dokument rilevanti ta' sfond mill-awtorità responsabbli għad-deċiżjoni appellata. Wara dan, jinstemgħu kwalunkwe parti oħra u l-appellant.

    Ir-referendarju jħejji abbozz ta' deċiżjoni dwar il-każ li jkun qed jiġi kkunsidrat. L-imħallfin jiffamiljarizzaw ruħhom mad-dokumenti u l-abbozz tad-deċiżjoni, u wara dan il-każ jiġi deċiż f'sessjoni tal-qorti amministrattiva.

    Il-qorti amministrattiva tqis iċ-ċirkustanzi kollha li jirriżultaw mill-każ u tiddeċiedi liema ċirkustanzi huma rilevanti għad-deċiżjoni. Jekk il-membri li jipparteċipaw fid-deċiżjoni ma jilħqux kunsens, jittieħed vot. F'dan il-każ, ir-referendarju għandu d-dritt li jiddikjara opinjoni kuntrarja. Wara s-sessjoni, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet tkun għadha tista' tiġi riveduta, u ladarba tkun ġiet iffirmata, id-deċiżjoni mbagħad tingħata lill-partijiet.

    Qorti Amministrattiva Suprema

    Il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Amministrattiva Suprema hija l-aħħar istanza f'kawżi amministrattivi u għandha l-ogħla poteri ġudizzjarji f'materji ta' proċedura ġudizzjarja.

    Il-maġġoranza tal-kategoriji ta' kawżi ttrattati mill-Qorti Amministrattiva Suprema huma appelli li jirrigwardaw qrati amministrattivi oħra. F'ċerti każijiet, l-appellant irid l-ewwel jitlob għal permess biex jappella quddiem il-Qorti Amministrattiva Suprema.

    Fil-Finlandja, jista' jsir ukoll appell kontra deċiżjonijiet meħuda mill-Gvern jew minn ministeru, jiġifieri l-korpi li jirrappreżentaw l-ogħla setgħat eżekuttivi.

    Il-Qorti Amministrattiva Suprema tista' wkoll tagħti dikjarazzjonijiet u tissottometti proposti dwar kwistjonijiet leġiżlattivi. Tissorvelja wkoll il-proċedura ġudizzjarja fil-qasam tal-kompetenza tagħha. Id-dmir tagħha huwa li tiżgura li s-sistema tal-qrati amministrattivi topera b'mod unit u effiċjenti. Il-Qorti Amministrattiva Suprema hija responsabbli wkoll mill-ħatra ta' mħallfin ta' qrati amministrattivi għal pożizzjonijiet ta' terminu fiss li jdumu aktar minn sena.

    Il-president imexxi l-operat tal-Qorti Amministrattiva Suprema. Il-membri l-oħra tal-Qorti Amministrattiva Suprema jissejħu mħallfin. L-għadd ta' mħallfin huwa madwar 20. Barra minn hekk, il-Qorti Amministrattiva Suprema għandha madwar 50 referendarju u ammont korrispondenti ta' impjegati oħra. Il-Qorti Amministrattiva Suprema hija maqsuma f'awli. Is-Segretarju Ġenerali jmexxi l-persunal tal-uffiċċju.

    Kull sena jiġu ppreżentati madwar 6 000 appell quddiem il-Qorti Amministrattiva Suprema. Il-kawżi quddiem il-Qorti Amministrattiva Suprema huma ġeneralment deċiżi minn bord ta' ħames imħallfin. Meta jirrifjuta awtorizzazzjoni għall-appell, il-bord jista' jkun kompost minn tliet imħallfin. Fil-kawżi msemmija fl-Att dwar l-Ilma u l-Att dwar il-Protezzjoni Ambjentali kif ukoll fil-kawżi li jikkonċernaw ċerti drittijiet tal-proprjetà intellettwali bħall-privattivi, l-awla hija magħmula minn membri mħarrġa fil-liġi u żewġ membri esperti part-time. Il-membri esperti għandhom l-istatus ta' mħallef indipendenti. Fil-Qorti Amministrattiva Suprema, il-kunsiderazzjoni tal-kawża ssir prinċipalment fil-proċedura bil-miktub; in-numru ta' seduti orali u ta' stħarriġ ġudizzjarju li jsiru kull sena jkun inqas minn għaxra.

    Il-bażijiet tad-data legali u siti web

    Isem tal-bażi tad-data

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaSit web ta’ Finlex

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-sit web tal-Ġudikatura Finlandiża

    L-aċċess għas-sit web jew il-bażi tad-data huwa mingħajr ħlas?

    Iva, l-aċċess huwa mingħajr ħlas.

    Is-sit web Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaOikeus.fi jinkludi informazzjoni dwar is-sistema ġudizzjarja tal-Finlandja. Huwa servizz ċentralizzat online għal dawk li jfittxu informazzjoni dwar il-qrati, il-prosekuturi, il-marixxalli, l-uffiċċji tal-għajnuna legali u korpi pubbliċi oħra li jittrattaw l-amministrazzjoni tal-ġustizzja fil-Finlandja.

    Dan jinkludi, pereżempju, l-iktar ġurisprudenza reċenti mill-qrati tal-appell u l-qrati amministrattivi. Bażijiet tad-data aktar estensivi dwar il-Qorti Suprema, il-qrati tal-appell, il-qrati amministrattivi u l-qrati speċjali huma disponibbli mis-servizz bla ħlas tal-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaFinlex miżmum mill-Ministeru tal-Ġustizzja Finlandiż.

    L-aħħar aġġornament: 02/02/2021

    Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

    Qrati ordinarji nazzjonali - Svezja

    Din it-taqsima tipprovdik b’informazzjoni dwar l-organizzazzjoni tal-qrati ordinarji fl-Iżvezja.

    Qrati ordinarji – introduzzjoni

    Il-qrati ġenerali jittrattaw kawżi kriminali u ċivili. Huma organizzati f’sistema fuq tliet livelli:

    Il-qrati amministrattivi ġenerali jittrattaw kawżi relatati mal-amministrazzjoni pubblika. Huma organizzati f’sistema fuq tliet livelli:

    Barra minn dan, ġew stabbiliti xi qrati u tribunali speċjali sabiex jisimgħu tipi speċifiċi ta’ kawżi u kwistjonijiet, bħall-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti tax-Xogħol (Arbetsdomstolen) u l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti tas-Suq (Marknadsdomstolen).

    L-aħħar aġġornament: 09/11/2020

    Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

    Qrati ordinarji nazzjonali - L-Ingilterra u Wales

    Din il-paġna tagħtik informazzjoni dwar il-qrati ordinarji fl-Ingilterra u Wales.

    Qrati ordinarji – introduzzjoni

    L-organizzazzjoni tad-diversi qrati fl-Ingilterra u Wales hija kif ġej. Tista’ ssib iktar dettalji fis-sit web tas-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Maestà Tagħha, li jipprovdi amministrazzjoni u appoġġ għall-qrati kollha ħlief għall-Qorti Suprema.

    Qorti Suprema

    Fl-1 ta' Ottubru 2009, il-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaQorti Suprema l-ġdida tar-Renju Unit ħadet f’idejha l-ġuriżdizzjoni tal-Kumitat tal-Appell tal-House of Lords. Hija ħadet ukoll f’idejha l-funzjonijiet devoluti tal-Kumitat Ġudizzjarju tal-Privy Council (l-ogħla qorti tal-appell f’diversi pajjiżi indipendenti tal-Commonwealth, fit-territorji barra mix-xtut tar-Renju Unit u fid-dipendenzi tal-Kuruna Brittanika).

    Il-Qorti Suprema hija l-qorti finali tal-appell fir-Renju Unit, kemm għall-kawżi kriminali kif ukoll għal dawk ċivili, għalkemm il-kawżi kriminali Skoċċiżi m’għandhomx id-dritt ta’ appell quddiem il-Qorti Suprema. Il-permess biex appell jiġi rrinvijat quddiem il-Qorti Suprema ġeneralment jingħata biss jekk jinvolvi punti ta’ liġi ta’ importanza pubblika.

    Il-Qorti tal-Appell

    Il-Qorti tal-Appell hija maqsuma f’taqsima kriminali u f’taqsima ċivili u ġeneralment isservi f’Londra.

    It-Taqsima Kriminali, ippreseduta mil-Lord Chief Justice, tisma’ l-appelli mill-kundanni ta’ ħtija u mill-qtugħ ta’ sentenzi ta’ persuni misjuba ħatja jew mogħtija sentenza fil-Qorti tal-Kuruna. It-taqsima kriminali tal-Qorti tal-Appell għandha s-setgħa li tannulla jew tikkonferma kundanna ta’ ħtija, tordna li jerġa’ jinfetaħ proċess u, fl-appelli mis-sentenzi, tvarja s-sentenza (imma mhux iżżidha). Madankollu, f’każijiet fejn l-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaAvukat Ġenerali jirrinvija kawża quddiem il-Qorti tal-Appell, il-qorti għandha s-setgħa li żżid is-sentenza jekk temmen li s-sentenza kienet klementi żżejjed.

    Il-qorti għandha kompetenza ikbar biex tisma’ appelli ad hoc, bħall-appelli rigward restrizzjonijiet għal rapportar jew għal aċċess pubbliku, appelli minn deċiżjonjiet avversi għall-prosekuzzjoni, u diversi appelli skont l-Att dwar ir-Rikavati mill-Kriminalità tal-2002. Barra minn hekk, il-qorti tittratta l-appelli f’kawżi ta’ qorti marzjali.

    Ġeneralment, fit-taqsima kriminali tal-Qorti tal-Appell iservu tliet imħallfin flimkien, imma bħala deċiżjoni tal-qorti tingħata sentenza waħda biss (l-opinjoni tal-maġġoranza).

    It-Taqsima Ċivili tal-Qorti tal-Appell hija ppreseduta mill-Master of the Rolls. Il-qorti tisma’ appelli prinċipalment minn deċiżjonijiet tal-Qorti Superjuri (inklużi t-Taqsima tal-Kanċellerija, it-Taqsima tal-Qorti tar-Reġina u t-Taqsima tal-Familja) u tal-qrati tal-kontej mifruxa mal-Ingilterra u Wales kollha u ċerti tribunali. Ġeneralment iservu flimkien tliet Lord Justices, li jifformaw kostituzzjoni. Biex jilħqu d-deċiżjoni tagħhom, l-imħallfin jistgħu jagħmlu kwalunke ordni li jiddeċiedu li missha saret fil-qorti tar-rinviju. Fi wħud mill-kawżi, tiġi ordnata ritrattazzjoni.

    Ix-xhieda rari jinstemgħu fil-Qorti tal-Appell. Id-deċiżjonijiet ġeneralment ikunu bbażati fuq dokumenti, traskrizzjonjiet ta’ seduti preċedenti u l-argumenti tal-avukati li qed jidhru għall-partijiet.

    Il-High Court

    Il-Qorti Superjuri hija bbażata f’Londra, għalkemm il-kawżi jistgħu jinstemgħu f’partijiet oħrajn tal-Ingilterra u Wales. Il-Qorti Superjuri tista’ tisma’ kważi kwalunkwe rikors ċivili – għalkemm, fil-prattika, tittratta prinċipalment kawżi kbar jew iktar kumplessi. Il-qorti hija organizzata fi tliet taqsimiet:

    • It-Taqsima tal-Qorti tar-Reġina hija l-ikbar fost it-tlieta u tittratta firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet ċivili. Dawn jinkludu rikorsi għal danni li jirriżultaw minn ksur ta’ kuntratti, delitti, libelli, tilwim kummerċjali, teknoloġija u kostruzzjoni u kawżi marittimi (rikorsi ċivili marbuta ma’ vapuri, bħal kolliżjonijiet, danni lill-merkanzija u salvataġġi).
    • It-Taqsima tal-Kanċellerija hija partikolarment ikkonċernata bi kwistonijiet ta’ proprjetà, inklużi l-amministrazzjoni tal-proprjetajiet ta’ persuni li mietu, l-interpretazzjoni tat-testmenti, il-privattivi u l-proprjetà intelletwali, l-insolvenza u t-tilwim dwar il-kumpaniji u s-soċjetajiet.
    • It-Taqsima tal-Familja tittratta ħafna mill-kwistjonijiet iktar kumplessi tad-divorzju u kwistjonijiet finanzjarji u matrimonjali relatati. Hija tittratta l-kawżi ta’ kura li jirrigwardaw lit-tfal (b’mod partikolari t-tutela, l-adozzjoni u l-ħtif tat-tfal), il-kawżi li jinvolvu lil dawk fil-Qorti tal-Protezzjoni, u l-kawżi marbuta mat-trattament mediku tat-tfal taħt il-ġuriżdizzjoni inerenti tal-qorti.

    Qorti Amministrattiva

    Ħidmet il-Qorti Amministrattiva hija varjata, u tikkonsisti fil- ġuriżdizzjoni tal-liġi amministrattiva tal-Ingilterra u Wales kif ukoll fil-ġuriżdizzjoni superviżorja fuq il-qrati inferjuri u t-tribunali.

    Il-ġuriżdizzjoni superviżorja, eżerċitata prinċipalment permezz tal-proċedura tal-istħarriġ ġudizzjarju, tkopri l-persuni jew l-entitajiet li jwettqu funzjoni tad-dritt pubbliku. L-iskop tal-istħarriġ ġudizzjarju huwa li jkun żgurat li d-deċiżjonijiet ta’ dawn l-entitajiet jew ta’ dawn l-individwi jittieħdu b’mod xieraq u b’mod legali, u ma jmorrux lil hinn mis-setgħat mogħtija lilhom mill-Parlament.

    Kwistjonijiet oħrajn ittrattati mill-Qorti Amministrattiva jinkludu għadd ta’ appelli u rikorsi statutorji:

    • Id-dritt mogħti minn ċerti statuti li jiġu kkontestati d-deċiżjonijiet tal-ministri, tal-gvernijiet lokali u tat-tribunali
    • Rikorsi skont l-Att dwar in-Nazzjonalità, l-Immigrazzjoni u l-Ażil tal-2002
    • Appelli permezz ta’ kawża kontra ċerti deċiżjonijiet tal-qrati tal-maġistrati u tal-Qorti tal-Kuruna
    • Rikorsi għal habeas corpus
    • Rikorsi għal ordni ta’ arrest minħabba disprezz tal-qorti
    • Rikorsi marbuta ma’ partijiet vessatorji
    • Rikorsi skont l-Att dwar il-Koroners tal-1988
    • Diversi rikorsi li jsiru skont l-Att dwar il-Prevenzjoni tat-Terroriżmu, l-Att dwar ir-Rikavati mill-Kriminalità, l-Att dwar it-Traffikar tad-Drogi u l-Att dwar il-Ġustizzja Kriminali.

    Fl-2009, f’Birmingham, Cardiff, Leeds u Manchester infetħu uffiċċji reġjonali tal-Qorti Amministrattiva, li għamluha possibbli biex ir-rikorrenti jkunu jistgħu jagħmlu ċerti tipi ta’ rikors eqreb tar-reġjun li miegħu għandhom l-eqreb konnessjoni. F'Novembru 2012 infetaħ uffiċċju reġjonali ieħor fi Bristol.

    Qrati diviżjonali

    Xi appelli mill-qrati inferjuri jinstemgħu fil-qrati diviżjonali tal-Qorti Superjuri (jiġifieri qorti li tikkonsisti minn tal-inqas żewġ imħallfin).

    L-appelli mill-qrati tal-kontej, rigward il-ġuriżdizzjonijiet tal-Kanċellerija u tal-Qorti tar-Reġina jinstemgħu mill-qrati diviżjonali rispettivi.

    Il-qrati diviżjonali tat-Taqsima tal-Qorti tar-Reġina jisimgħu, fost l-oħrajn, appelli dwar punti ta’ liġi mill-qrati tal-maġistrati u mill-Qorti tal-Kuruna (ħlief fejn il-Qorti tal-Kuruna tkun qed tittratta kwistjoni ta’ akkuża).

    Qorti diviżjonali tat-Taqsima tal-Familja tisma’ l-appelli mid-deċiżjonijiet rigward kwistjonijiet tal-familja li saru mill-qrati tal-maġistrati.

    Qrati tal-kontej

    Il-qrati tal-kontej jittrattaw il-maġġoranza tal-kawżi ċivili fl-Ingilterra u Wales. F’termini sempliċi, il-kawżi ċivili inqas ikkumplikati jinstemgħu fil-qrati tal-kontej u l-kawżi iktar kumplessi jinstemgħu fil-Qorti Superjuri. L-ikbar għadd ta’ kawżi ttrattati mill-qrati tal-kontej jirrigwardaw l-irkupru tad-djun. Madankollu, ir-ripossessjoni tal-proprjetà (eż. meta ma jsirux il-ħlasijiet ta’ self ipotekarju), it-talbiet għal danni personali jew it-talbiet minħabba negliġenza u l-kwistjonijiet ta’ falliment jinstemgħu wkoll fil-qorti tal-kontea.  Xi Qrati tal-Kontea jaġixxu wkoll bħala Reġistri tad-Distrett ta’ Qorti Għolja, fejn jistgħu jinħarġu kawżi tal-High Court. Barra minn hekk, xi wħud għandhom ġuriżdizzjoni speċjalizzata biex ikunu jistgħu jisimgħu inqas kwistjonijiet kumplessi li kieku jkunu f’idejn il-High Court.

    It-talbiet għad-djun jew għad-danni ta’ inqas minn £5 000 ġeneralment jiġu deċiżi skont proċedura speċjali ta’ talbiet żgħar. Din hija mfassla biex tipprovdi mod bi ftit spejjeż u informali biex jiġi solvut it-tilwim mingħajr ma jkun hemm għalfejn jintuża avukat. F’kawżi bħal dawn, l-imħallef jista’ jadotta rwol inkwiżitorju u jgħin kemm lir-rikorrent kif ukoll lill-konvenut jispjegaw il-każ tagħhom. Il-qrati tal-kontej joffru wkoll servizz ta’ medjazzjoni intern għat-talbiet iż-żgħar, għalkemm għal talbiet ikkontestati oħrajn hija disponibbli medjazzjoni esterna.

    Il-qrati tal-kontej jittrattaw ukoll kawżi tal-familja, li jinkludu d-divorzju, kwistjonijiet li jinvolvu lit-tfal, bħall-kawżi ta’ residenza u ta’ kura, u l-adozzjonijiet. Uħud mill-kawżi dwar il-familja huma kumplessi u jistgħu jiġu ttrattati fil-Qorti Superjuri. Fiċ-ċentru ta’ Londra, il-kawżi dwar il-familja kollha jiġi ttrattati mir-reġistru prinċipali tat-Taqsima tal-Familja u mhux mill-qrati lokali tal-kontej. Il-medjazzjoni għall-familja tkun disponibbli permezz tas-Servizz ta’ Konsulenza u ta’ Appoġġ għall-Qorti tat-Tfal u tal-Familja (CAFCASS).

    Il-Crown Court

    Il-Qorti tal-Kuruna hija qorti nazzjonali, li sservi f’ċentri differenti fl-Ingilterra u Wales. Hija tittratta l-kawżi kriminali serji kollha li jitilgħu mill-qrati tal-maġistrati. Il-kawżi tal-proċessi jinstemgħu quddiem imħallef u ġurija bi 12-il membru magħżula mill-pubbliku.

    Xi drabi l-ġurati jkunu meħtieġa wkoll f’kawżi ċivili (bħal libell u azzjonijiet kontra l-pulizija għal prosekuzzjoni malizzjuża), għalkemm dan ma jseħħx spiss. Meta jiġri dan, il-proċess isir fil-Qorti Superjuri jew f’qorti tal-kontea. Il-Qorti tal-Kuruna tagħmilha wkoll ta’ qorti tal-appell għall-kawżi li jinstemgħu mill-maġistrati fil-qrati tal-maġistrati.

    Qrati tal-maġistrati

    Il-qrati tal-maġistrati jittrattaw prinċipalment kwistjonijiet kriminali; il-parti l-kbira tar-reati kriminali jinstemgħu fil-qrati tal-maġistrati. L-iktar reati serji jiġu rrinvijati quddiem il-Qorti tal-Kuruna għall-proċess. Il-qrati tal-maġistrati jittrattaw anki xi kawżi ċivili, inklużi kwistjonijiet tal-liġi tal-familja; l-irkupru ta’ ċerti tipi ta’ djun, bħat-taxxa tal-kunsill; u kwistjonijiet ta’ għoti ta’ liċenzji (pereżempju, liċenzji għax-xorb alkoħoliku), kwistjonijiet ta’ ksur ta’ termini tal-liċenzji jew ordnijiet tal-qorti, imħatri u logħob.

    Il-parti l-kbira tal-kawżi fil-qrati tal-maġistrati jinstemgħu minn maġistrati popolari (magħrufa wkoll bħala justices of the peace jew JPs). Il-maġistrati popolari mhumiex imħarrġin fil-qasam legali. Ġeneralment iservu fi grupp ta’ tlieta u jingħataw pariri dwar kwistjonijiet ta’ liġi minn skrivani bi kwalifiki fil-qasam legali. Il-kwistjonijiet iktar kumplessi li jidhru quddiem il-qrati tal-maġistrati jinstemgħu mill-membri tal-ġudikatura professjonali, magħrufa bħala mħallfin distrettwali (qrati tal-maġistrati) li jservu full-time. Id-deputati mħallfin distrettwali (qrati tal-maġistrati) jservu part-time.

    Il-qrati tal-maġistrati għandhom is-setgħa li jimponu multi u priġunerija (għal perjodi limitati) fuq dawk li jinsabu ħajta ta’ delitt – b’hekk uħud mill-kawżi jiġu rrinvijati quddiem il-Qorti tal-Kuruna biex tingħata s-sentenza.

    Ċerti qrati tal-maġistrati jissejħu “ qrati tal-minuri ” jew "qrati tal-proċedimenti tal-familja". Dawn ikunu magħmulin minn maġistrati mħarrġin apposta u jittrattaw biss akkużi kontra, u rikorsi marbuta ma’ tfal u żgħażagħ, jew ma' kawżi tal-familja.

    Ħoloq Relatati

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali tal-Maestà Tagħha

    L-aħħar aġġornament: 28/05/2020

    Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

    Qrati ordinarji nazzjonali - L-Irlanda ta’ fuq

    Din it-taqsima tipprovdik b’informazzjoni dwar it-tipi ta’ qrati differenti fl-Irlanda ta’ Fuq.

    Qrati ordinarji – introduzzjoni

    Il-bosta qrati fl-Irlanda ta’ Fuq huma organizzati kif ġej:

    Il-Qorti Suprema

    Fl-2009, il-Qorti Suprema tar-Renju Unit il-ġdida ħadet il-ġuriżdizzjoni tal-Appellate Committee of the House of Lords. Se tieħu wkoll il-funzjonijiet devoluti tal-Kumitat Ġudizzjarju tal-Privy Council (l-ogħla qorti tal-appell f’bosta pajjiżi indipendenti fil-Commonwealth, territorji barranin tar-Renju Unit u dipendenzi tal-Kuruna Brittannika).

    Il-Qorti Suprema hija l-aħħar qorti tal-appell fir-Renju Unit għall-kawżi kemm kriminali kif ukoll ċivili, għalkemm il-kawżi kriminali Skoċċiżi ma jistgħux jiġu appellati quddiem il-Qorti Suprema. Dawn il-każijiet normalment jingħataw permess li jirreferu appell lejn il-Qorti Suprema biss jekk jinvolvi punti ta’ liġi ta’ importanza pubblika.

    Il-Qorti tal-Appell

    Il-Qorti tal-Appell tal-Irland ta' Fuq hija bbażata fil-Qrati Irjali tal-Ġustizzja ta' Belfast. Hija tisma’ appelli kriminali mill-Qorti tal-Kuruna (Crown Court) u appelli ċivili mill-Qorti l-Għolja.

    Il-Qorti l-Għolja

    Il-Qorti l-Għolja f'Belfast tisma’ kawżi ċivili, tisma’ l-appelli f’kawżi kriminali, u għandha s-setgħa  ukoll li tistħarreġ azzjonijiet ta’ individwi jew organizzazzjonijiet biex tiżgura li aġixxew b’mod legali u ġust. Il-Qorti l-Għolja normalment tisma’ l-kawżi jekk il-valur tat-talba huwa akbar minn £30,000. F’xi ċirkostanzi, kawża għal aktar minn £30,000 tista’ tintbagħat mill-Qorti l-Għolja lill-qorti tal-kontea u b’mod simili, kawża taħt il-valur ta’ £30,000 tista’ tiġi trasferita mill-qorti tal-kontea lill-Qorti l-Għolja.

    Il-Qorti l-Għolja għandha tliet diviżjonijiet, kif ġej:

    • Id-Diviżjoni tal-Familja: Id-Diviżjoni tal-Familja tittratta każijiet kumplessi kkontestati ta’ divorzju, kura, adozzjoni, vjolenza domestika u simili. Tittratta ukoll dwar appelli mill-qrati tal-maġistrati u tal-kontej fil-kawżi matrimonjali, dwar l-affarijiet ta’ persuni li huma mentalment morda u kwistjonijiet sempliċi dwar suċċessjoni.
    • Id-Diviżjoni tal-Queens Bench: Id-diviżjoni tal-Queens Bench tittratta talbiet kbar u/jew kumplessi għall-kumpens. Tittratta wkoll dwar għadd limitat ta’ appelli mill-qrati tal-maġistrati jew mill-Qrati tal-Kuruna. Hija tistħarreġ ukoll l-azzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet biex tara aġixxewx legalment, u tisma’ azzjonijiet dwar libell u malafama.
    • Iċ-Chancery Division: Iċ-Chancery Division tittratta trusts, testmenti kkontestati, l-istralċ tal-kumpaniji, il-falliment, l-ipoteki, il-karitajiet, kawżi dwar id-dħul ikkontestat (normalment taxxa fuq dħul) eċċ.

    Il-Qorti tal-Kuruna

    Il-Qorti tal-Kuruna tisma’ t-tipi ta’ kawżi li ġejjin:

    • Atti kriminali aktar gravi li jinstemgħu minn imħallef u f'bosta każi minn ġurija
    • Sejbiet ta’ ħtija fil-qrati tal-maġistrati li huma riferiti lill-Qorti tal-Kuruna għas-sentenza.

    Sentenzi ta’ ħabs u multi fil-Qorti tal-Kuruna huma aktar gravi milli fil-qrati tal-maġistrati.

    Il-Qorti tal-Kontea

    Il-qrati tal-kontej jisimgħu kawżi ċivili li jinstemgħu minn imħallef jew minn imħallef distrettwali. Il-qorti tal-kontea normalment tisma’ kawżi li għandhom valur ta’ inqas minn £30,000 (jew ta’ £45,000 fi kwistjonijiet dwar ekwitajiet). Il-kawżi ta’ valur akbar jinstemgħu fil-Qorti l-Għolja – ara hawn fuq. It-talbiet kollha li jirriżultaw minn ftehimiet ta’ kreditu regolati għandhom jinbdew fil-qorti tal-kontea, ikun xi jkun il-valur tagħhom.

    Eżempji ta’ kawżi li tisma’ l-qorti tal-kontea:

    Il-qrati tal-kontej jistgħu jisimgħu firxa wiesgħa ta’ kawżi, iżda dawk l-aktar komuni huma dawn:

    • Tilwim bejn is-sid u l-kerrej: per eżempju, pussess (żgumbrament), arretrati tal-kera, tiswijiet
    • Tilwim tal-konsumatur: per eżempju prodotti jew servizzi difettużi
    • Pretensjonijiet ta’ inġurja personali (inġurji kawżati minn negliġenza): per eżempju, inċidenti tat-traffiku, min jaqa’ f’toqob fil-bankini, inċidenti fuq xogħol
    • Kawżi ta’ divorzju mhux kontestati, iżda biss f’xi qrati tal-kontej
    • Xi kawżi dwar vjolenza domestika, iżda dawn jistgħu wkoll jinstemgħu fil-qrati tal-maġistrati
    • Kawżi dwar diskriminazzjoni skont razza u sess
    • Problemi ta’ dejn: per eżempju, kreditur li qed jitlob li jitħallas
    • Problemi ta’ impjiegi: per eżempju paga jew salarju dovuti jew paga minflok avviż ta’ tmiem
    • Appelli mill-qorti tal-maġistrati li jinstemgħu minn imħallef (u għall-inqas żewġ maġistrati popolari jekk il-konvenut huwa persuna żagħżugħa)

    Kawżi għal talbiet żgħar

    Il-kawżi għal talbiet żgħar jinstemgħu wkoll fil-qorti tal-kontea. B’mod ġenerali, talba żgħira tinvolvi pretensjoni li għandha valur ta’ mhux aktar minn £3000.

    Il-Qrati tal-Maġistrati

    Il-Qrati tal-Maġistrati jisimgħu kawżi kriminali u xi kawżi ċivili. Il-kawżi jinstemgħu minn imħallef distrettwali (qorti tal-Maġistrati).

    Kawżi kriminali fil-Qrati tal-Maġistrati

    Il-qrati tal-maġistrati jittrattaw offiżi kriminali fejn l-akkużat mhuwiex intitolat għal smigħ b’ġurija. Dawn huma magħrufa bħala delitti sommarji. Id-delitti sommarji jinvolvu piena massima ta’ sitt xhur priġunerija u/jew multa ta’ mhux aktar minn £5,000.

    Il-qrati tal-maġistrati jittrattaw ukoll dwar offiżi meta l-akkużat jista’ jagħżel smigħ b’ġurija iżda jiddeċiedi li l-kawża tiegħu tinstema’ fil-qrati tal-maġistrati. Jekk l-akkużat jagħżel smigħ b’ġurija, il-każ jgħaddi lill-Qorti tal-Kuruna.

    Il-Qorti tal-Minorenni

    Il-Qorti tal-minorenni tisma’ kawżi ta’ minorenni li jkunu wettqu offiżi kriminali, u li għandhom età ta’ bejn 10 snin u 17-il sena. Il-Qorti tal-minorenni hjia parti mill-qorti tal-maġistrati u l-każijiet jinstemgħu minn imħallef distrettwali (qorti tal-Maġistrati) u żewġ imħallfin popolari oħrajn li jkunu ġew imħarrġa speċjalment. Jekk minorenni jkun akkużat minn delitt gravi ħafna, li fil-każ ta’ adult ikollu piena ta’ 14-il sena priġunerija jew aktar, il-qorti tal-minorenni tista’ tibgħathom għas-smigħ quddiem il-qorti tal-kuruna.

    Kawżi ċivili fil-Qrati tal-Maġistrati

    Il-qrati tal-maġistrati jisimgħu għadd limitat ta’ kawżi ċivili kif ġej:

    • Xi djun ċivili: per eżempju, arretrati ta’ taxxa fuq dħul, kontribuzzjonijiet tal-assikurazzjoni nazzjonali, arretrati tal-VAT, rati
    • Liċenzji: per eżempju, l-għotja, it-tiġdid jew it-tneħħija ta’ liċenzji għal ħwienet tax-xorb u klabbijiet
    • Xi problemi matrimonjali, per eżempju, manteniment u t-tneħħija ta’ konjuġi mid-dar matrimonjali
    • Il-benessri tat-tfal: per eżempju, ordnijiet ta’ kura jew superviżjoni mill-awtoritajiet lokali, proċedimenti ta’ adozzjoni u ordnijiet ta’ residenza

    Coroners’ Courts

    Jinvestigaw iċ-ċirkostanzi ta’ mewt f’daqqa, vjolenti jew mhux naturali.

    Ħoloq relatati

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz ta' Qrati u Tribunali tal-Irlanda ta' Fuq

    L-aħħar aġġornament: 16/01/2019

    Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.

    Qrati ordinarji nazzjonali - Skozja

    Din il-paġna tagħtik introduzzjoni tal-qrati ordinarji fil-ġuriżdizzjoni Skoċċiża tar-Renju Unit.

    Il-Qorti tas-Sessjoni (Court of Session), il-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja (High Court of Justiciary), il-Qrati tax-Sheriff (Sheriff Courts) u l-Qrati tal-Kummissarju tal-Ġustizzja (Justice of the Peace Courts) huma amministrati mis-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi (Scottish Courts and Tribunals Service (SCTS)), li huwa korp indipendenti presedut mil-Lord President, l-iktar imħallef anzjan fl-Iskozja.

    Il-Qrati Supremi tal-Iskozja

    Fl-Iskozja, dawn jikkonsistu fil-Qorti tas-Sessjoni u l-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja.

    Il-Qorti tas-Sessjoni

    Il-Qorti tas-Sessjoni hija l-qorti ċivili suprema fl-Iskozja u tinsab f'Parliament House f'Edinburgu. Hija għandha kompetenza ta' qorti tal-appell kif ukoll ta' qorti ċivili li tittratta tilwim fosthom kawżi relatati mal-irkupru tad-dejn, mad-danni, mal-azzjonijiet tal-familja u mal-kummerċ.

    Il-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja

    Il-Qorti Superjuri tal-Ġustizzja tittratta l-appelli kriminali li jiġu minn kwistjonijiet ta’ ċerta gravità u l-kawżi kriminali gravi. Il-kawżi jinstemgħu quddiem imħallef u ġurija.

    Meta tkun qed tisma' l-kawżi tal-appell, is-seduta ssir f'Edinburgu.  Għal kwistjonijiet oħrajn il-qorti għandha bażi permanenti f'Edinburgu, Glasgow u Aberdeen imma jinstemgħu kawżi fi bliet oħrajn madwar l-Iskozja wkoll.

    Il-Qrati tax-Sheriff

    Għal finijiet ġuridiċi, l-Iskozja hija maqsuma f'sitt reġjuni msejħa "Sheriffdoms". Kull Sheriffdom għandu Sheriff Prinċipali li, minbarra li jisma' l-appelli fi kwistjonijiet ċivili waqt li jkun f’seduta ta’ appell, għandu r-responsabbiltà li l-kwistjonijiet kollha quddiem il-Qrati tax-Sheriff jiġu solvuti b'mod effiċjenti.

    F’dawn ix-Sheriffdoms, hemm b’kollox 39 Qorti tax-Sheriff li jvarjaw fl-għamla u fid-daqs, iżda kollha bl-istess għan.

    Il-kawżi jinstemgħu quddiem imħallef imsejjaħ Sheriff. Xogħol il-Qrati tax-Sheriff jistgħu jitqassmu fi tliet kategoriji ewlenin ta' xogħol ċivili, kriminali u tal-kummissarjat, u huwa amministrat mill-iskrivana tax-sheriff lokali u l-persunal tagħhom.

    Ix-Sheriffs tal-Proċeduri Sommarji (Summary Sheriffs) għandhom l-awtorità biex iwettqu xi wħud mid-dmirijiet ta’ Sheriff kemm fil-proċedimenti kriminali kif ukoll f’dawk ċivili.

    Barra minn hekk, hemm Qorti ġdida għad-Danni Personali għall-Iskozja kollha li tinsab f’Edinburgu.

    Il-Qorti tal-Appell tax-Sheriff tista’ tkun magħmula minn imħallef Sheriff wieħed jew tlieta li jippresjedu fuq appelli ċivili li jirriżultaw mill-kawżi tal-Qrati tax-Sheriff.

    Il-Qorti tal-Appell Kriminali tax-Sheriff tisma’ l-appelli fir-rigward ta’ materji kriminali kontra d-deċiżjonijiet tax-Sheriffs u tal-Kummissarji tal-Ġustizzja.  Hija tisma’ wkoll l-appelli kollha kontra d-deċiżjonijiet fir-rigward tal-ħelsien mill-arrest meħuda fil-Qrati tax-Sheriff u fil-Qrati tal-Kummissarju tal-Ġustizzja.

    Kawżi ċivili

    Il-parti l-kbira tal-kawżi ċivili jinvolvu tilwim bejn persuni jew organizzazzjonijiet. Il-Qrati tax-Sheriff jisimgħu tliet tipi differenti ta’ kawżi:

    • Kawżi ordinarji, li jittrattaw l-aktar dwar kawżi li jinvolvu d-divorzju, it-tfal, tilwim dwar proprjetà, u kawżi dwar djun/danni akbar minn £5,000.  Bl-eċċezzjoni ta’ kawżi tal-familja (sakemm ma jkunx qed jintalab biss il-manteniment) kawżi ta’ £100,000 jew inqas jistgħu jitressqu biss fil-Qorti tax-Sheriff.
    • Kawżi bi proċedura sommarja, li jużaw proċedura simplifikata li tittratta prinċipalment tilwimiet li jinvolvu arretrati tal-kera fir-rigward tal-akkomodazzjoni soċjali, u danni li jirriżultaw minn korrimenti personali b’valur monetarju ta’ £5000 jew inqas.
    • Proċedura sempliċi, li tittratta pretensjonijiet b’valur monetarju ta’ £5000 jew inqas li jitolbu l-ħlas, il-konsenja jew l-irkupru tal-pussess ta’ proprjetà mobbli, jew ordni biex xi ħadd biex jagħmel xi ħaġa speċifika.

    Barra minn hekk, il-Qorti tax-Sheriff tittratta ħafna rikorsi u proċeduri ċivili oħrajn inklużi:

    • L-adozzjoni tat-tfal
    • Il-likwidazzjoni tal-kumpaniji
    • L-inkjesti ta' inċidenti fatali
    • Il-fallimenti

    Il-kawżi kriminali

    Il-kawżi kriminali tal-Qorti tax-Sheriff jistgħu jitressqu bi proċedura solenni jew sommarja. Hija r-responsabbiltà tal-Prosekutur (Procurator Fiscal) li jiddeċiedi liema proċedura għandha tiġi segwita għal kawża partikolari.

    Il-proċedura solenni tintuża f'kawżi gravi fejn l-akkuża tista' twassal għal sentenza ta' iktar minn tnax-il xahar priġunerija jew multa illimitata. Il-kawżi jinstemgħu quddiem Sheriff li jippresedi flimkien ma' ġurija.

    Proċedura sommarja tintuża l-aktar għal kawżi inqas gravi u fiha x-Sheriff jisma’ l-kawża mingħajr ġurija. Għalkemm is-setgħat ta' sentenzjar tax-Sheriff huma limitati għal tnax-il xahar priġunerija, hemm drabi fejn dawn ikunu jistgħu jiżdiedu.

    Xogħol tal-kummissarjat

    Ix-xogħol tal-kummissarjat jittratta l-aktar it-tqassim tal-patrimonju ta’ persuna deċeduta. Is-setgħa mogħtija mill-qorti biex tippermetti li eżekutur jiġbor u jqassam il-patrimonju tissejjaħ "konferma” (confirmation). Din tingħata biss wara li jkun ġie ppreżentat il-qorti inventarju tal-patrimonju tal-persuna deċeduta.

    Jekk il-patrimonju jkollu valur gross ta’ mhux aktar minn £36,000, jiġi kklassifikat bħala "patrimonju żgħir" u l-persuna li tkun qed titlob konferma tkun assistita biex timla l-formola xierqa mill-impjegati tal-uffiċċju tad-deputat tax-sheriff lokali. Jekk il-valur tal-patrimonju jkun aktar minn £36,000, huwa rakkomandat li l-persuna li tkun qed titlob konferma tikkonsulta avukat (solicitor).

    Qrati tal-Kummissarju tal-Ġustizzja

    Il-Qorti tal-Kummissarju tal-Ġustizzja hija qorti mhux professjonali fejn kummissarju tal-ġustizzja li ma jkunx ikkwalifikat fil-liġi jippresedi flimkien ma' skrivan li jkun ikkwalifikat fil-liġi. L-iskrivan jipprovdi pariri lill-ġudikant dwar materji ta' liġi u proċedura. Il-Qorti tittratta prinċipalment kawżi kriminali inqas serji bi proċeduri sommarji. Is-sentenza massima li jista' jimponi kummissarju tal-ġustizzja hija ta' 60 jum priġunerija jew multa ta' mhux iktar minn £2,500.

    L-iskrivan tax-sheriff huwa responsabbli għax-xogħol amministrattiv kollu fil-Qorti tax-Sheriff u fil-Qorti tal-Kummissarju tal-Ġustizzja inkluż:

    • Il-ġbir tal-multi u l-ordnijiet ta' kumpens
    • Il-ħruġ ta' kopji tal-ordnijiet tal-qorti, bħal dawk relatati mal-ħelsien mill-arrest, ordnijiet ta' servizz lill-komunità jew ordnijiet ta’ restrizzjoni tal-libertà.
    • Iċ-ċitazzjoni u l-ġestjoni tal-ġurati.

    Aktar informazzjoni dettaljata dwar il-qrati fl-Iskozja tinsab fis-sit tas-Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaServizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi.

    Ħoloq relatati

    Il-link jinfetaħ f'tieqa ġdidaIs-Servizz tal-Qrati u t-Tribunali Skoċċiżi

    L-aħħar aġġornament: 28/05/2020

    Il-verzjoni bil-lingwa nazzjonali hija ġestita mill-Istat Membru rispettiv. It-traduzzjonijiet saru mis-servizz tal-Kummissjoni Ewropea. Jista' jkun hemm xi tibdil imdaħħal fl-oriġinal mill-awtorità nazzjonali kompetenti li jkun għadu ma jidhirx fit-traduzzjonijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ma taċċettax responsabbilta jew kwalunkwe tip ta' tort fir-rigward ta' kull informazzjoni jew dejta li tinsab jew li hemm referenza għaliha f'dan id-dokument. Jekk jogħġbok irreferi għall-avviż legali sabiex tiċċekkja r-regoli dwar id-drittijiet tal-awtur għall-Istati Membri responsabbli minn din il-paġna.